8.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/8


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ: M.8625 — DENSO/Fujitsu Ten)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 297/04)

1.

Fit-30 ta’ Awwissu 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

DENSO Corporation (il-Ġappun),

—

Fujitsu Ten Limited (il-Ġappun), li tappartjeni għall-grupp Fujitsu Limited.

DENSO Corporation takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Fujitsu Ten Limited kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal DENSO Corporation: il-provvista ta’ teknoloġija avvanzata tal-karozzi, sistemi u komponenti għall-manifatturi tal-karozzi,

—   għal Fujitsu Ten Limited: il-provvista ta’ teknoloġija avvanzata tal-karrozzi, sistemi u komponenti għall-manifatturi tal-karozzi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja jinħtieġ li dejjem tiġi speċifikata:

M.8625 — DENSO/Fujitsu Ten

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt hawn taħt:

Email:

COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.