02018X0237 — MT — 23.02.2018 — 000.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

Ir-Regolament Nru 107 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Unjoni Ewropea tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet Uniformi dwar l-approvazzjoni tal-vetturi tal-kategorija M2 jew M3 fir-rigward tal-kostruzzjoni ġenerali tagħhom [2018/237]

(ĠU L 052 23.2.2018, p. 1)


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 178, 20.5.2021, p.  6  (2018/237)




▼B

Ir-Regolament Nru 107 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Unjoni Ewropea tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet Uniformi dwar l-approvazzjoni tal-vetturi tal-kategorija M2 jew M3 fir-rigward tal-kostruzzjoni ġenerali tagħhom [2018/237]

Jinkorpora t-test validu kollu sa:

Is-Suppliment 1 tas-serje ta' emendi 07 – Data tad-dħul fis-seħħ: 22 ta' Ġunju 2017

Rettifika 1 tas-serje ta' emendi 07

WERREJ

REGOLAMENT

1.

Kamp ta' Applikazzjoni

2.

Definizzjonijiet

3.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

Approvazzjoni

5.

Rekwiżiti

6.

Modifika u estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip ta' vettura jew ta' karozzerija

7.

Konformità tal-produzzjoni

8.

Penali għal nuqqas ta' konformità tal-produzzjoni

9.

Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

10.

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

11.

Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip

12.

Riżervat

ANNESSI

1

Parti 1 —

Dokumentazzjoni tal-approvazzjoni — Mudell ta' Dokumenti ta' Informazzjoni

Parti 2 —

Komunikazzjonijiet

2

Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni

3

Rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati mill-vetturi kollha

4

Dijagrammi ta' spjegazzjoni

5

(Riżervat)

6

Linji gwida għall-kejl tal-forzi tal-għeluq tal-bibien motorizzati u tal-forzi ta' reazzjoni tar-rampi motorizzati

7

Rekwiżiti alternattivi għall-vetturi tal-Klassijiet A u B

8

Akkomodazzjoni u aċċessibbiltà għall-passiġġieri b'mobilità mnaqqsa

9

(Riżervat)

10

Approvazzjoni tat-tip għal unità teknika separata u approvazzjoni tat-tip għal vettura mgħammra b'karozzerija diġà approvata bħala unità teknika separata

11

Mases u dimensjonijiet

12

Dispożizzjonijiet addizzjonali ta' sikurezza għat-trolleybuses

13

Parti 1 —

Sistema ta' trażżin tan-nar approvata bħala komponent

Parti 2 —

Sistema ta' trażżin tan-nar installata f'kompartiment tal-magna speċifiku

1.   KAMP TA' APPLIKAZZJONI

1.1.

Dan ir-Regolament japplika għal kull vettura bi pjan wieħed, b'żewġ pjani, riġida jew artikolata, tal-kategorija M2 jew M3 ( 1 ).

1.2.

Madankollu, ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament ma japplikawx għall-vetturi li ġejjin:

1.2.1. 

Vetturi ddisinjati għall-ġarr ta' persuni taħt siġurtà, pereżempju priġunieri;

1.2.2. 

Vetturi ddisinjati apposta għall-ġarr ta' persuni midruba jew morda (ambulanzi);

1.2.3. 

Vetturi off-road.

1.2.4. 

Vetturi ddisinjati apposta għall-ġarr tat-tfal tal-iskola.

1.3.

Ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament japplikaw għall-vetturi li ġejjin biss sakemm ikunu kompatibbli mal-użu u l-funzjoni ppjanata għalihom:

1.3.1. 

Vetturi ddisinjati biex jintużaw mill-pulizija, il-forzi tas-sigurtà u l-forzi armati;

1.3.2. 

Vetturi li fihom sits maħsuba biex jintużaw biss meta l-vettura tkun wieqfa, iżda mhumiex iddisinjati għall-ġarr ta' aktar minn 8 persuni (eskluż is-sewwieq) meta l-vettura tkun miexja. Eżempji ta' dawn jinkludu libreriji ambulanti, knejjes ambulanti u unitajiet tal-isptar ambulanti. F'dawn il-vetturi, is-sits li huma maħsuba biex jintużaw waqt li l-vettura tkun miexja għandhom ikunu identifikati b'mod ċar lill-utenti.

1.4.

Sakemm jiġu miżjuda dispożizzjonijiet xierqa, xejn f'dan ir-Regolament ma għandu jimpedixxi Parti Kontraenti milli tispeċifika, għall-vetturi li jkunu se jiġu rreġistrati fit-territorju tagħha, rekwiżiti tal-installazzjoni u rekwiżiti tekniċi għal tagħmir akustiku u/jew viżwali li jindika r-rotta u/jew id-destinazzjoni, sew jekk ikun installat fuq ġewwa kif ukoll fuq barra.

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:

2.1.

“Vettura” tfisser vettura tal-kategorija M2 jew M3 fil-kamp ta' applikazzjoni definit fil-paragrafu 1 ta' hawn fuq.

2.1.1.

Għall-vetturi b'kapaċità ta' aktar minn 22 passiġġier flimkien mas-sewwieq, hemm tliet klassijiet ta' vetturi:

2.1.1.1. 

“Klassi I”: vetturi mibnija bi spazji għall-passiġġieri bilwieqfa, fejn il-passiġġieri jkunu jistgħu jiċċaqalqu ta' spiss;

2.1.1.2. 

“Klassi II”: vetturi mibnija prinċipalment għall-ġarr ta' passiġġieri bilqiegħda, u ddisinjati biex ikunu jistgħu jġorru wkoll passiġġieri bilwieqfa fil-passaġġ bejn is-sits u/jew f'żona li ma tkunx akbar mill-ispazju okkupat minn żewġ sits doppji;

2.1.1.3. 

“Klassi III”: vetturi mibnija esklussivament għall-ġarr ta' passiġġieri bilqiegħda;

2.1.1.4. 

Vettura tista' titqies li taqa' f'aktar minn Klassi waħda. F'dak il-każ tista' tiġi approvata għal kull Klassi li tikkorrispondi għaliha.

2.1.2.

Għall-vetturi b'kapaċità ta' aktar minn 22 passiġġier flimkien mas-sewwieq, hemm żewġ klassijiet ta' vetturi:

2.1.2.1.

“Klassi A” : vetturi ddisinjati għall-ġarr ta' passiġġieri bilwieqfa; vettura ta' din il-klassi jkollha sits u għandu jkollha spazju għal passiġġieri bilwieqfa.

2.1.2.2.

“Klassi B” : vetturi mhux iddisinjati għall-ġarr ta' passiġġieri bilwieqfa; vettura ta' din il-klassi ma jkollhiex spazju għal passiġġieri bilwieqfa.

2.1.3.

“Vettura artikolata” tfisser vettura magħmula minn żewġ sezzjonijiet riġidi jew aktar li bejniethom ikun hemm artikolazzjoni; il-kompartimenti tal-passiġġieri ta' kull sezzjoni jkunu interkonessi b'mod li l-passiġġieri jkunu jistgħu jgħaddu minn wieħed għall-ieħor bla xkiel; is-sezzjonijiet riġidi jkunu konnessi permanentament b'mod li jkunu jistgħu jiġu separati biss bl-użu ta' attrezzaturi li normalment jinstabu biss f'workshop.

2.1.3.1.

“Vettura artikolata b'żewġ pjani” tfisser vettura magħmula minn żewġ sezzjonijiet riġidi jew aktar li bejniethom ikun hemm artikolazzjoni; il-kompartimenti tal-passiġġieri ta' kull sezzjoni jkunu interkonessi mill-anqas f'wiehed mis-sulari hekk li l-passiġġieri jkunu jistgħu jgħaddu minn wieħed għall-ieħor bla xkiel; is-sezzjonijiet riġidi jkunu konnessi permanentament b'mod li jkunu jistgħu jiġu separati biss bl-użu ta' attrezzaturi li normalment jinstabu biss f'workshop.

2.1.4.

“Vettura bil-qiegħ baxx” tfisser vettura tal-Klassi I, II jew A li mill-inqas 35 fil-mija tal-ispazju fiha li jkun disponibbli għall-passiġġieri bilwieqfa (jew fis-sezzjoni ta' quddiem tagħha fil-każ tal-vetturi artikolati, jew fil-pjan ta' isfel fil-każ ta' vetturi b'żewġ pjani) jifforma żona mingħajr tarġiet u jinkludi aċċess għal mill-anqas bieba ta' servizz waħda.

2.1.5.

“Karozzerija” tfisser unità teknika separata li fiha jkun hemm it-tagħmir speċjali intern u estern kollu tal-vettura.

2.1.6.

“Vettura b'żewġ pjani” tfisser vettura fejn l-ispazji provduti għall-passiġġieri jkunu mqassma, tal-inqas f'parti waħda, f'żewġ livelli fuq xulxin u fil-pjan ta' fuq ma jkunx hemm spazji provduti għall-passiġġieri bilwieqfa.

2.1.7.

“Unità teknika separata” tfisser apparat maħsub biex ikun parti minn vettura, li tista' tkun approvata għat-tip separatament iżda fir-rigward biss ta' tip wieħed speċifikat jew aktar ta' vetturi.

2.1.8.

“Trolleybus” tfisser vettura, misjuqa bl-elettriku permezz ta' enerġija minn wajers ta' kuntatt esterni sovraposti. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, din tinkludi wkoll dawk il-vetturi li għandhom mezz intern addizzjonali ta' propulsjoni (vetturi b'żewġ modalitajiet) jew li għandhom mezz ta' gwida esterna temporanja (trolleybuses iggwidati).

2.1.9.

“Vettura bla saqaf” ( 2 ) tfisser vettura bla saqaf fuq il-pjan kollu tagħha jew parti minnu. Fil-każ ta' vettura b'żewġ pjani, dan għandu jkun il-pjan ta' fuq. Ma għandux ikun ipprovdut spazju għall-passiġġieri bilwieqfa fuq l-ebda pjan bla saqaf, indipendentement mill-klassi tal-vettura.

2.2.

“Definizzjoni ta' tip(i)”

2.2.1.

“Tip ta' vettura” tfisser vetturi, li ma jvarjawx f'dawn l-aspetti essenzjali li ġejjin:

(a) 

Il-manifattur tal-karozzerija;

(b) 

Il-manifattur tax-xażì;

(c) 

Il-kunċett tal-vettura (> 22 passiġġer jew ≤ 22 passiġġier);

(d) 

Il-kunċett tal-karozzerija (pjan wieħed/tnejn, artikolata, b'qiegħ baxx);

(e) 

It-tip ta' karozzerija jekk il-karozzerija tkun ġiet approvata bħala unità teknika separata.

2.2.2.

“Tip ta' karozzerija” għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip bħala unità teknika separata tfisser kategorija ta' karozzerija li ma tvarjax ħafna f'dawn l-aspetti li ġejjin:

(a) 

Il-manifattur tal-karozzerija;

(b) 

Il-kunċett tal-vettura (> 22 passiġġier jew ≤ 22 passiġġier);

(c) 

Il-kunċett tal-karozzerija (pjan wieħed/tnejn, artikolata, b'qiegħ baxx);

(d) 

Il-massa tal-karozzerija tal-vettura mgħammra b'kollox, b'tolleranza ta' 10 fil-mija.

(e) 

Tipi speċifikati ta' vetturi li fuqhom tista' jiġi installat it-tip ta' karozzerija.

2.2.3.

“Tip ta' sistema ta' trażżin tan-nar” għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip bħala komponent tfisser sistemi li ma jvarjawx ħafna f'dawn l-aspetti li ġejjin:

(a) 

Il-manifattur tas-sistema ta' trażżin tan-nar;

(b) 

L-aġent għat-tifi tan-nar;

(c) 

It-tip tal-punt(i) tad-disċarġ użat(i) (eż. it-tip ta' żennuna, il-ġeneratur tal-aġent għat-tifi tan-nar jew it-tubu tad-disċarġ tal-aġent għat-tifi tan-nar);

(d) 

It-tip tal-gass propellant, jekk applikabbli.

2.3.

“Approvazzjoni ta' vettura, ta' unità teknika separata jew ta' komponent” tfisser l-approvazzjoni ta' tip ta' vettura, ta' tip ta' karozzerija jew ta' komponent kif definit fil-paragrafu 2.2 fir-rigward tal-karatteristiċi tal-kostruzzjoni speċifikati f'dan ir-Regolament.

2.4.

“Sovrastruttura” tfisser il-parti tal-karozzerija li ssaħħaħ ir-reżistenza tal-vettura f'każ li tinqaleb f'aċċident.

2.5.

“Bieba ta' servizz” tfisser bieba maħsuba biex tintuża' mill-passiġġieri f'ċirkustanzi normali meta s-sewwieq ikun bilqiegħda.

2.6.

“Bieba doppja” tfisser bieba li tagħti lok għal żewġ, jew l-ekwivalenti ta' żewġ, passaġġi ta' aċċess.

2.7.

“Bieba skorrevoli” tfisser bieba li tista' tinfetaħ jew tingħalaq biss billi tiġġerra fuq rail wieħed jew aktar rettilineari jew kważi rettilineari.

2.8.

“Bieba ta' emerġenza” tfisser bieba maħsuba biex tintuża' mill-passiġġieri għall-ħruġ f'każijiet eċċezzjonali biss, u speċjalment f'każ ta' emerġenza;

2.9.

“Tieqa ta' emerġenza” tfisser tieqa, mhux bilfors bil-ħġieġ, maħsuba biex tintuża' għall-ħruġ mill-passiġġieri f'każ ta' emerġenza biss.

2.10.

“Tieqa doppja jew multipla” tfisser tieqa ta' emerġenza li, meta maqsuma f'żewġ partijiet jew aktar permezz ta' linja/i (jew pjan(ijiet)) dritta/i imaġinarja/i, jidhru żewġ partijiet jew aktar rispettivament, li kull waħda minnhom tkun taqbel fid-dimensjonijiet u l-aċċess mar-rekwiżiti applikabbli għal tieqa ta' emerġenza normali.

2.11.

“Bieba ta' evakwazzjoni” tfisser fetħa fis-saqaf jew fl-art maħsuba biex tintuża' bħala punt ta' ħruġ ta' emerġenza mill-passiġġieri f'każ ta' emerġenza biss.

2.12.

“Punt ta' ħruġ ta' emerġenza” tfisser bieba ta' emerġenza, tieqa ta' emerġenza jew bieba ta' evakwazzjoni.

2.13.

“Punt ta' ħruġ” tfisser bieba ta' servizz, taraġ intern, nofs taraġ jew punt ta' ħruġ ta' emerġenza.

2.14.

“Art jew pjan”:

2.14.1. 

“Art” tfisser dik il-parti tal-karozzerija li s-superfiċe ta' fuq tagħha tieħu l-piż tal-passiġġieri bilwieqfa, tas-saqajn tal-passiġġieri bilqiegħda u tas-sewwieq u kull membru tal-ekwipaġġ, u tista' tieħu wkoll il-piż tal-immuntar tas-sits;

2.14.2. 

“Pjan” tfisser dik il-parti tal-art ipprovduta biss għall-passiġġieri.

2.15.

“Passaġġ bejn is-sits” tfisser l-ispazju li jipprovdi aċċess għall-passiġġieri minn xi sit jew fillieri ta' sits jew kwalunkwe żona speċjali għall-utenti tas-siġġijiet tar-roti għal kwalunkwe sit ieħor jew filliera ta' sits jew kull żona speċjali għall-utenti tas-siġġijiet tar-roti jew għal kwalunkwe passaġġ ta' aċċess minn jew lejn xi bieba ta' servizz jew taraġ intern u kwalunkwe żona għall-passiġġieri bilwieqfa; dan ma jinkludix:

2.15.1. 

L-ispazju ta' 300 mm quddiem kull sit, għajr fejn hemm sit iħares lejn il-ġenb li jkun fuq l-arkata tar-rota, f'liema każ din id-dimensjoni tista' titnaqqas għal 225 mm (ara l-Anness 4, Figura 25);

2.15.2. 

L-ispazju fuq is-superfiċe ta' kwalunkwe tarġa jew taraġ (għajr fejn is-superfiċe tat-tarġa tkun kontigwa ma' dik ta' passaġġ bejn is-sits jew ta' passaġġ ta' aċċess); jew

2.15.3. 

Kwalunkwe spazju li jista' jagħti aċċess biss għal sit wieħed jew filliera waħda ta' sits jew par sits jew filliera ta' sits trasversali li jħarsu lejn xulxin.

2.16.

“Passaġġ ta' aċċess” tfisser l-ispazju li jestendi 'l ġewwa fil-vettura mill-bieba ta' servizz sal-iktar tarf 'il barra tat-tarġa ta' fuq (it-tarf tal-passaġġ bejn is-sits), it-taraġ intern jew in-nofs taraġ. Meta ma jkunx hemm tarġa fil-bieba, l-ispazju li jrid jitqies bħala passaġġ ta' aċċess għandu jkun dak imkejjel skont l-Anness 3, paragrafu 7.7.1 sa distanza ta' 300 mm mill-pożizzjoni minn fejn jibda l-wiċċ ta' ġewwa tal-gejġ tat-test.

2.17.

“Kompartiment tas-sewwieq” tfisser l-ispazju maħsub biex jintuża biss mis-sewwieq għajr fil-każ ta' emerġenza u li jkun fih is-sit tas-sewwieq, l-istering, il-kontrolli, l-istrumenti u l-apparat ieħor meħtieġ biex għas-sewqan u t-tħaddim tal-vetttura.

2.18.

“Massa tal-vettura f'kundizzjoni ta' sewqan” tfisser il-massa tal-vettura bla tagħbija bil-karozzerija, u bl-apparat tal-aġġanċament fil-każ ta' vettura tal-irmonk, f'kundizzjoni ta' sewqan, jew il-massa tax-xażì bil-kabina jekk jekk il-manifattur ma jinstallax il-karozzerija u/jew l-apparat tal-agganċament (inklużi fluwidi berrieda, żjut, 90 % tal-fjuwil, 100 % tal-likwidi l-oħra (għajr ilma), għodod, spare wheel u sewwieq (75 kg), u, għax-xarabanks u l-kowċis, il-massa tal-membru tal-ekwipaġġ (75 kg) jekk hemm sit tal-ekwipaġġ fil-vettura).

2.19.

“Massa massima mgħobbija teknikament permissibbli (M)” tfisser il-massa massima tal-vettura abbażi tal-kostruzzjoni u l-prestazzjoni tagħha, kif iddikjarata mill-manifattur. Il-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli tintuża biex tiġi ddeterminata l-kategorija tal-vettura.

2.20.

“Passiġġier” tfisser persuna, għajr is-sewwieq jew xi membru tal-ekwipaġġ.

2.21.

“Passiġġier b'mobilità mnaqqsa” tfisser il-passiġġieri kollha li jsibu diffikultà meta jużaw it-trasport pubbliku, bħal persuni b'diżabbiltà (inkluż persuni li għandhom diżabbiltajiet sensorjali u intellettwali, u dawk li jużaw is-siġġu tar-roti, persuni li għandhom diżabbiltà f'riġlejhom, persuni ta' statura żgħira, persuni li jġorru bagalji tqal, persuni anzjani, nisa tqal, persuni bil-karrijiet tax-xiri, u persuni bit-tfal (inkluż tfal bilqiegħda fil-pushchairs).

2.22.

“Utent ta' siġġu tar-roti” tfisser persuna li minħabba li hi batuta fiżikament jew għandha diżabbiltà tuża' siġġu tar-roti għall-mobilità tagħha.

2.23.

“Membru tal-ekwipaġġ” tfisser persuna mqabbda taħdem bħala kosewwieq jew l-assistent possibbli tiegħu.

2.24.

“Kompartiment tal-passiġġieri” tfisser l-ispazju maħsub biex jintuża' mill-passiġġieri minbarra xi spazju meħud minn impjanti fissi bħal bars, kċejjen żgħar, toilets jew kompartimenti għall-bagalji/oġġetti.

2.25.

“Bieba ta' servizz motorizzata” tfisser bieba ta' servizz li titħaddem għalkollox bl-enerġija minbarra bl-enerġija muskolari u biex tinfetaħ jew tingħalaq, jekk ma taħdimx awtomatikament, tkun ikkontrollata mill-bogħod mis-sewwieq jew minn membru tal-ekwipaġġ.

2.26.

“Bieba ta' servizz awtomatika” tfisser bieba ta' servizz motorizzata li tista' tinfetaħ (barra milli b'mezzi ta' kontrolli ta' emerġenza) biss wara li passiġġier jattiva xi kontroll u wara li s-sewwieq jattiva l-kontrolli, u li terġa' tingħalaq awtomatikament.

2.27.

“Apparat li jimpedixxi l-istartjar” tfisser apparat li ma jħallix lill-vettura tinstaq minn wieqfa meta xi bieba ma tkunx magħluqa għalkollox.

2.28.

“Bieba ta' servizz imħaddma mis-sewwieq” tfisser bieba ta' aċċess li normalment tinfetaħ u tingħalaq mis-sewwieq.

2.29.

“Sit ta' prijorità” tfisser sit bi spazju addizzjonali għal passiġġier b'mobilità mnaqqsa u li jkun immarkat hekk.

2.30.

“Apparat għat-tlugħ ta' passiġġieri” tfisser apparat li permezz tiegħu s-siġġu tar-roti jkun jista' jitla' fuq il-vettura, bħal lifts, rampi, eċċ.

2.31.

“Sistema ta' inklinazzjoni” tfisser sistema li tbaxxi u tgħolli għalkollox jew parzjalment il-karozzerija tal-vettura relattivament mal-pożizzjoni normali ta' moviment.

2.32.

“Lift” tfisser apparat jew sistema bi pjattaforma li tista' tiġi mgħollija u mniżżla biex tagħti lill-passiġġieri aċċess bejn l-art tal-kompartiment tal-passiġġieri u t-triq jew il-bankina.

2.33.

“Rampa” tfisser apparat li jgħaqqad l-ispazju bejn l-art tal-kompartiment tal-passiġġieri u t-triq jew il-bankina. Fil-pożizzjoni tal-użu tagħha, din tinkludi kwalunkwe superfiċe li tista' tiċċaqlaq bħala parti mit-tħaddim tar-rampa jew li tkun disponibbli biss meta r-rampa tkun fil-pożizzjoni tal-użu tagħha u li fuqha jkun ippjanat li jitmexxa siġġu tar-roti.

2.34.

“Rampa portabbli” tfisser rampa li tista' tinqala' minn mal-istruttura tal-vettura u tista' titħaddem minn sewwieq jew membru tal-ekwipaġġ.

2.35.

“Sit li jista' jinqala'” tfisser sit li jista' jinqala' faċilment minn mal-vettura.

2.36.

“Quddiem” u “wara” tfisser quddiem jew wara tal-vettura skont id-direzzjoni normali tas-sewqan u l-kelmiet; “'il quddiem”, “fuq quddiem nett”, “lura” u “fuq wara nett” eċċ għandhom ikunu interpretati kif meħtieġ.

2.37.

“Taraġ intern” tfisser taraġ li minnu tista' tgħaddi bejn il-pjan ta' fuq u dak ta' isfel.

2.38.

“Kompartiment separat” tfisser spazju fil-vettura li jista' jiġi okkupat minn passiġġieri jew minn ekwipaġġ meta l-vettura tkun qed tintuża u li jkun separat minn kwalunkwe spazju ieħor tal-passiġġieri jew tal-ekwipaġġ, għajr fejn xi sezzjoni diviżorja tippermetti li l-passiġġieri jkunu jistgħu jaraw l-ispazju tal-passiġġieri ta' ħdejhom, u li jkun konness mal-passaġġ bejn is-sits mingħajr bibien.

2.39.

“Nofs taraġ” huwa taraġ mill-pjan ta' fuq li jwassal għal bieba ta' emerġenza.

2.40.

“Tidwil tal-bieba ta' servizz” tfisser apparat(i) ta' tidwil tal-vettura maħsub biex idawwal il-viċinanza esterna tal-bibien ta' servizz u r-roti.

2.41.

“Sistema ta' llokkjar matul il-lejl” tfisser sistema ddisinjata biex tipprovdi l-possibbiltà li l-bibien ta' aċċess u ta' emerġenza tal-vettura jiġu llokkjati biex ma jinfetħux.

2.42.

“Sistema ta' tidwil ta' emerġenza” tfisser sistema li tipprovdi livell minimu ta' tidwil meħtieġ biex l-okkupanti jkunu jistgħu joħorġu mill-vettura bis-sigurtà kollha, inkluż il-punti ta' ħruġ ta' emerġenza.

2.43.

“Sinjal ta' sikurezza” tfisser konfigurazzjoni ta' elementi viżwali maħsuba biex twassal messaġġ relatat mas-sikurezza.

3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta':

(a) 

Tip ta' vettura jew

(b) 

Tip ta' unità teknika separata jew

(c) 

Tip ta' vettura mgħammra b'tip ta' karozzerija li jkun diġà approvat bħala unità teknika separata, jew

(d) 

Tip ta' komponent.

Fir-rigward tal-karatteristiċi tal-kostruzzjoni tagħha, għandha tiġi sottomessa mill-manifattur responsabbli jew mir-rappreżentant akkreditat tiegħu.

3.2.

Fil-każ ta' applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' vettura magħmula bl-immuntar ta' xażì ma' karozzerija ta' tip approvat, il-kelma manifattur tirreferi għall-assemblatur.

3.3.

Mudell għad-dokument ta' informazzjoni fir-rigward tal-karatteristiċi tal-kostruzzjoni jinsab fl-Anness 1 — Parti 1.

3.3.1.

Appendiċi 1: Għal tip ta' vettura,

3.3.2.

Appendiċi 2: Għal ta' tip ta' karozzerija,

3.3.3.

Appendiċi 3: Għal tip ta' vettura mgħammra b'karozzerija diġà approvata bħala unità teknika separata.

3.3.4.

Appendiċi 4: Għal tip ta' sistema ta' trażżin tan-nar.

3.4.

Fil-każ ta' applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' tip ta' vettura, il-manifattur għandu jipprovdi wkoll dawn id-dokumenti, jekk applikabbli:

3.4.1. 

Informazzjoni dwar is-sistema ta' trażżin tan-nar installata:

3.4.1.1. 

Fil-każ ta' sistema ta' trażżin tan-nar approvata bħala komponent, kopja tal-formola ta' komunikazzjoni tal-approvazzjoni (Anness 1, Parti 2, Appendiċi 4) u analiżi fir-rigward tal-installazzjoni tas-sistema ta' trażżin tan-nar (ara l-Anness 3, paragrafu 7.5.1.5.4.2); jew

3.4.1.2. 

Fil-każ ta' sistema ta' trażżin tan-nar installata f'kompartiment tal-magna speċifiku, analiżi fir-rigward tal-installazzjoni tas-sistema ta' trażżin tan-nar (ara l-Anness 3, paragrafu 7.5.1.5.4.2) u d-dokumentazzjoni meħtieġa fl-Anness 13, Parti 2, paragrafu 1.3.

3.5.

Vettura/i, karozzerija/i jew sistema/i ta' trażżin tan-nar rappreżentattiva/i tat-tip imressqa għall-approvazzjoni għandha/għandhom tiġi/jiġu ppreżentata/i lis-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip.

4.   APPROVAZZJONI

4.1.

Jekk il-vettura, il-karozzerija jew is-sistema ta' trażżin tan-nar li titressaq għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 5, l-approvazzjoni ta' dik il-vettura, karozzerija jew sistema ta' trażżin tan-nar għandha tingħata.

4.2.

Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (bħalissa 07, li jikkorrispondu għas-serje ta' emendi 07) għandhom jindikaw is-serje ta' emendi li tinkorpora l-emendi tekniċi importanti l-aktar reċenti li saru għar-Regolament fiż-żmien tal-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tagħti l-istess numru lil tip ta' vettura, karozzerija jew sistema ta' trażżin tan-nar oħra fi ħdan it-tifsira tal-paragrafu 2.2 ta' hawn fuq.

4.3.

Avviż dwar l-approvazzjoni jew l-estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip ta' vettura, karozzerija jew sistema ta' trażżin tan-nar skont dan ir-Regolament għandu jintbagħat lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' formola konformi mal-mudell fl-Anness 1, Parti 2 ta' dan ir-Regolament.

4.4.

Ma' kull vettura, karozzerija jew sistema ta' trażżin tan-nar li tkun konformi ma' tip ta' vettura, karozzerija jew sistema ta' trażżin tan-nar approvata skont dan ir-Regolament għandu jkun hemm imwaħħal, f'post fejn jidher u faċilment aċċessibbli speċifikat fuq il-formola tal-approvazzjoni, marka tal-approvazzjoni internazzjonali magħmula minn:

4.4.1. 

Ċirku madwar l-ittra “E” segwit bin-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni ( 3 );

4.4.2. 

In-numru ta' dan ir-Regolament, segwit bl-ittra “R”, sing u n-numru tal-approvazzjoni, fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 4.4.1 ta' hawn fuq; kif ukoll

4.4.3. 

Simbolu addizzjonali magħmul minn numri Rumani għall-Klassi(jiet) li fiha/om ġiet approvata l-vettura jew il-karozzerija. Karozzerija li tkun approvata separatament għandu jkollha wkoll l-ittra S.

4.5.

Jekk il-vettura tikkonforma ma' tip ta' vettura approvat skont Regolament ieħor jew Regolamenti oħra annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1 ta' hawn fuq m'hemmx għalfejn jiġi ripetut; f'dak il-każ, ir-Regolament u n-numri tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li skonthom ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu f'kolonni wieqfa fuq in-naħa tal-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1 ta' hawn fuq.

4.6.

Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista' tinqara b'mod ċar u ma tkunx tista' titħassar.

4.7.

Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed qrib ta' jew fuq il-pjanċa ta' informazzjoni dwar il-vettura jew il-karozzerija mwaħħla mill-manifattur.

Il-marka tal-approvazzjoni għandha titwaħħal mal-parti prinċipali tas-sistema ta' trażżin tan-nar. Meta s-sistema tkun installata fil-vettura, l-immarkar m'hemmx għalfejn ikun viżibbli.

4.8.

L-Anness 2 ta' dan ir-Regolament jagħti eżempji ta' arranġamenti ta' marki tal-approvazzjoni.

5.   REKWIŻITI

5.1.

Il-vetturi kollha għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness 3 ta' dan ir-Regolament. Il-karozzerija approvata separatament għandha tkun konformi mal-Anness 10. L-approvazzjoni ta' vettura li tinkorpora karozzerija approvata skont l-Anness 10 għandha tingħata skont l-Anness 3. Is-sistemi ta' trażżin tan-nar approvati separatament għandhom ikunu konformi mal-Anness 13, Parti 1. Fil-każ ta' approvazzjoni ta' vettura b'sistema ta' trażżin tan-nar installata f'kompartiment tal-magna speċifiku, din għandha tkun konformi mar-rekwiżiti tal-Anness 13, Parti 2.

5.2.

Il-vetturi tal-Klassi I għandhom ikunu aċċessibbli għan-nies b'mobilità mnaqqsa, fosthom mill-anqas għal utent wieħed ta' siġġu tar-roti u pramm wieħed jew pushchair mhux mitwi, skont id-dispożizzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Anness 8. Fil-vetturi riġidi tal-Klassi I, l-ispazju għall-akkomodazzjoni ta' siġġu tar-roti jista' jiġi kkombinat mal-ispazju għall-akkomodazzjoni ta' pushchair jew ta' pramm mhux mitwi. F'dan il-każ, l-ispazju għandu jkollu sinjali mwaħħla fuq jew ħdejn l-ispazju, il-kitba li ġejja, kitba ekwivalenti jew pittogramma:

“Jekk jogħġbok ċedi dan l-ispazju lil utent ta' siġġu tar-roti”.

5.3.

Il-Partijiet Kontraenti għandhom ikunu ħielsa li jagħżlu s-soluzzjoni l-aktar xierqa biex jakkwistaw aċċesibbilità mtejba fil-vetturi apparti minn dawk tal-Klassi I. Madankollu, jekk vetturi apparti minn dawk tal-Klassi I ikunu mgħammra b'elementi jew apparati għal persuni b'mobilità mnaqqsa u/jew għal utenti ta' siġġu tar-roti, dawk l-elementi jew apparati għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti rilevanti tal-Anness 8.

5.4.

Xejn f'dan ir-Regolament ma għandu jżomm lill-awtoritajiet nazzjonali ta' Parti Kontraenti milli jispeċifikaw li ċerti tipi ta' operazzjonijiet huma riservati għal vetturi attrezzati biex iġorru passiġġieri b'mobilità mnaqqsa skont l-Anness 8.

5.5.

Sakemm ma jkunx dikjarat mod ieħor, il-kejl kollu għandu jsir meta l-vettura tkun bil-massa tagħha f'kundizzjoni ta' sewqan u tkun wieqfa fuq art lixxa u ċatta u fil-kundizzjoni normali għall-ivvjaġġar. Jekk tiġi installata sistema ta' inklinazzjoni, din għandha tiġi ssettjata b'tali mod li l-vettura tkun fl-għoli normali mill-art biex ikunu jistgħu jirkbu n-nies għall-vjaġġ. Fil-każ ta' approvazzjoni tal-karozzerija bħala unità teknika separata, il-pożizzjoni tal-karozzerija relattivament mal-pjan orizzontali ċatt għandha tkun speċifikata mill-manifattur.

5.6.

Kull meta jkun hemm rekwiżit f'dan ir-Regolament li l-vettura jkollha xi superfiċe orizzontali jew f'angolu speċifiku meta din tkun bil-massa tagħha f'kundizzjoni ta' sewqan, fil-każ ta' vettura b'sospensjoni mekkanika, is-superfiċe jista' jkollha inklinazzjoni akbar minn din jew ikollha inklinazzjoni meta l-vettura tilħaq il-massa f'kundizzjoni ta' sewqan, dejjem jekk dan ir-rekwiżit jiġi ssodisfat meta l-vettura tkun fil-kundizzjoni ta' tagħbija ddikjarata mill-manifattur. Jekk il-vettura tkun mgħammra b'sistema ta' inklinazzjoni, din m'għandhiex tkun qed topera dak il-ħin.

6.   MODIFIKA U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TA' VETTURA JEW TA' KAROZZERIJA

6.1.

Kull modifika tat-tip ta' vettura, ta' karozzerija jew ta' sistema ta' trażżin tan-nar għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun approvat it-tip. L-Awtorità mbagħad tista' jew:

6.1.1. 

Tqis li l-modifiki li saru mhux probabbli li se jkollhom effett avvers apprezzabbli u li jkun x'ikun il-każ il-vettura, il-karozzerija jew is-sistema ta' trażżin tan-nar għadha tikkonforma mar-rekwiżiti; jew

6.1.2. 

Tirrikjedi rapport tat-test ieħor mingħand is-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet.

6.2.

Konferma jew rifjut tal-approvazzjoni, fejn jiġu speċifikati l-modifiki, għandha tiġi kkomunikata skont il-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.3 ta' dan ir-Regolament lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

6.3.

L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje għal dik l-estensjoni u tinforma b'dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra fil-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1, Parti 2 ta' dan ir-Regolament.

7.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma' dawk stabbiliti fil-Ftehim, Appendiċi 2 (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), skont dawn ir-rekwiżiti:

7.1. 

Il-vetturi, il-karozzeriji u s-sistemi ta' trażżin tan-nar approvati skont dan ir-Regolament għandhom ikunu manifatturati b'tali mod li jikkonformaw mat-tip approvat billi jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 5 ta' hawn fuq.

7.2. 

L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tat l-approvazzjoni tat-tip tista', fi kwalunkwe waqt, tivverifika l-metodi tal-kontroll tal-konformità applikabbli għal kull faċilità ta' produzzjoni. Il-frekwenza normali ta' dawn il-verifiki għandha tkun ta' darba kull sentejn.

8.   PENALI GĦAL NUQQAS TA' KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

8.1.

L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta' tip ta' vettura, ta' karozzerija jew ta' sistema ta' trażżin tan-nar skont dan ir-Regolament tista' tiġi rtirata jekk ma jkunx hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 5 ta' hawn fuq.

8.2.

Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, hi għandha tinforma minnufih lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1, Parti 2 ta' dan ir-Regolament.

9.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jwaqqaf għalkollox il-manifattura ta' tip ta' vettura, ta' karozzerija jew ta' sistema ta' trażżin tan-nar skont dan ir-Regolament, hu għandu jgħarraf b'dan lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-Awtorità għandha tinforma b'dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1, Parti 2 ta' dan ir-Regolament.

10.   DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI

10.1.

Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 04, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjoni skont dan ir-Regolament kif ġie emendat bis-serje ta' emendi 04.

10.2.

Minn 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 04, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta' vettura li jrid jiġi approvat jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif emendat bis-serje ta' emendi 04.

10.3.

Minn 36 xahar wara d-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 04 għal dan ir-Regolament, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw li jagħtu approvazzjonijiet nazzjonali/reġjonali u l-ewwel reġistrazzjoni nazzjonali (l-ewwel dħul fis-servizz) lil vettura li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tas-serje ta' emendi 04 għal dan ir-Regolament.

10.4.

Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet tal-approvazzjoni skont is-serje ta' emendi 03 għal dan ir-Regolament lil vetturi li mhumiex affettwati mis-serje ta' emendi 04.

10.5.

Minkejja l-paragrafi 10.2 u 10.3 ta' hawn fuq, l-approvazzjonijiet ta' vetturi mogħtija għas-serje ta' emendi 03 għal dan ir-Regolament, li mhumiex affettwati mis-serje ta' emendi 04, għandhom jibqgħu validi u l-Partijiet Kontraenti li japplikaw ir-Regolament għandhom ikomplu jaċċettawhom.

10.6.

Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 05, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjoni skont dan ir-Regolament kif ġie emendat bis-serje ta' emendi 05.

10.7.

Minn 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 05, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta' vettura li jrid jiġi approvat jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif emendat bis-serje ta' emendi 05.

10.8.

Minn 36 xahar wara d-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 05 għal dan ir-Regolament, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw li jagħtu approvazzjonijiet nazzjonali/reġjonali u l-ewwel reġistrazzjoni nazzjonali (l-ewwel dħul fis-servizz) lil vettura li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tas-serje ta' emendi 05 għal dan ir-Regolament.

10.9.

Minkejja l-paragrafi 10.7 u 10.8, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jibqgħu jaċċettaw l-approvazzjonijiet tat-tip mogħtija skont is-serje ta' emendi preċedenti, li mhumiex affettwati mis-serje ta' emendi 05.

10.10.

Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet tal-approvazzjoni lil vetturi li mhumiex affettwati mis-serje ta' emendi 05.

10.11.

Minn 48 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 06, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet tat-tip biss jekk it-tip ta' vettura li jrid jiġi approvat jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi 06.

10.12.

Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet ta' approvazzjonijiet tat-tip għal tipi eżistenti li jkunu nħarġu skont is-serje ta' emendi 05 għal dan ir-Regolament.

10.13.

Minn 60 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 06 għal dan ir-Regolament, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma jkunux obbligati jaċċettaw, għall-fini tal-approvazzjoni tat-tip nazzjonali jew reġjonali, vettura b'approvazzjoni tat-tip skont is-serje ta' emendi 05 għal dan ir-Regolament.

10.14.

Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 07, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti jew tirrifjuta li taċċetta approvazzjonijiet tat-tip skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi 07.

10.15.

Sa mill-1 ta' Settembru 2020, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet lit-tipi ta' vetturi tal-Klassijiet I u II biss jekk it-tip ta' vettura li jrid jiġi approvat jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi 07.

10.16.

Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet ta' approvazzjonijiet tat-tip għal tipi eżistenti li jkunu ngħataw skont is-serje ta' emendi 06 għal dan ir-Regolament.

10.17.

Mill-1 ta' Settembru 2021, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament mhumiex obbligati li jaċċettaw, għall-iskop ta' approvazzjoni tat-tip nazzjonali jew reġjonali, tip ta' vettura tal-Klassi I jew II approvat skont is-serje ta' emendi 06 għal dan ir-Regolament.

10.18.

Minkejja l-paragrafi 10.14 u 10.16, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jibqgħu jaċċettaw l-approvazzjonijiet tat-tip mogħtija skont is-serje ta' emendi 06, li mhumiex affettwati mis-serje ta' emendi 07.

11.   ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

Il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li taw l-approvazzjoni, u għand min għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw approvazzjoni jew estensjoni jew rifjut jew irtirar ta' approvazzjoni, maħruġa f'pajjiżi oħra.

12.   RIŻERVAT




ANNESS 1

PARTI 1




Appendiċi 1

DOKUMENTAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI

Mudell ta' Dokumenti ta' Informazzjoni

Mudell ta' dokument ta' informazzjoni skont ir-Regolament Nru 107 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi tal-kategorija M2 jew M3 fir-rigward tal-kostruzzjoni ġenerali tagħhom.

Din l-informazzjoni li ġejja, jekk applikabbli, għandha tingħata fi tliet kopji u tinkludi werrej. Kull disinn għandu jiġi pprovdut fi skala xierqa u b'dettall suffiċjenti fuq karta ta' daqs A4 jew folder ta' format A4. F'każ li jkun hemm xi ritratti, dawn għandhom ikunu ddettaljati biżżejjed.

Jekk is-sistema, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati jkollhom kontrolli elettroniċi, għandha tingħata l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.

1.   ĠENERALI

1.1.

Il-marka (isem kummerċjali tal-manifattur): …

1.2.

Tip: …

1.2.1.

Xażì: …

1.2.2.

Karozzerija/vettura kompluta: …

1.3.

Mezzi ta' identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura (b): …

1.3.1.

Xażì: …

1.3.2.

Karozzerija/vettura kompluta: …

1.3.3.

Fejn tinsab dik il-marka …

1.3.3.1.

Xażì: …

1.3.3.2.

Karozzerija/vettura kompluta: …

1.4.

Kategorija tal-vettura (c): …

1.5.

L-isem u l-indirizz tal-manifattur: …

1.6.

Indirizz(i) tal-impjant(i) fejn isir l-assemblaġġ: …

2.   KARATTERISTIĊI ĠENERALI TAL-KOSTRUZZJONI TAL-VETTURA

2.1.

Ritratti u/jew disinji ta' vettura rappreżentattiva: …

2.2.

Disinn dimensjonali tal-vettura sħiħa: …

2.3.

In-numru ta' fusien u roti: …

2.3.1.

In-numru u l-pożizzjoni tal-fusien bir-roti doppji: …

2.3.2.

Numru u pożizzjoni tal-fusien manuvrabbli: …

2.4.

Xażì (jekk ikun hemm) (disinn ġenerali): …

2.5.

Materjal użat għat-traversi tal-ġenb (d): …

2.6.

Pożizzjoni u arranġament tal-magna: …

2.7.

Kabina tas-sewqan (quddiem, jew normali) (z): …

2.8.

Naħa tas-sewqan:

2.8.1.

Il-Vettura hija mgħammra biex tinstaq fit-traffiku fuq in-naħa tal-lemin/xellug ( 4 ).

2.9.

Speċifika jekk il-vettura motorizzata hix maħsuba biex tirmonka t-trailers u jekk it-trailer hux semi-trailer, bi żbarra tal-irmonk jew bil-fus fin-nofs: …

3.   MASES U DIMENSJONIJIET (E) (F'KG U MM) (IRREFERI GĦAD-DISINN, FEJN APPLIKABBLI)

3.1.

Bażi(jiet) tar-roti (bit-tagħbija massima tagħhom) (f): …

3.2.

Il-firxa ta' dimensjonijiet tal-vettura (ġenerali): …

3.2.1.

Għal xażì bil-karozzerija:

3.2.1.1. 

Tul (j): …

3.2.1.2. 

Wisa' (k): …

3.2.1.3. 

Għoli (f'kundizzjoni ta' sewqan) (l) (għas-sospensjoni aġġustabbli għall-għoli, indika l-pożizzjoni normali tas-sewqan): …

3.2.1.4. 

Sporġiment 'il quddiem (m): …

3.2.1.5. 

Sporġiment fuq wara (n): …

3.3.

Il-pożizzjoni taċ-ċentru tal-gravità tal-vettura meta tkun qed iġġorr il-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli tagħha fid-direzzjonijiet lonġitudinali, trasversali u vertikali: …

3.4.

Il-massa tal-vettura bil-karozzerija, u fil-każ ta' vettura tal-irmonk ta' kategorija differenti minn M1, bl-apparat tal-agganċament, jekk ikun installat mill-manifattur, f'kundizzjoni ta' sewqan, jew il-massa tax-xażì jew tax-xażì bil-kabina, mingħajr il-karozzerija u/jew l-apparat tal-agganċament jekk il-manifattur ma jinstallax il-karozzerija u/jew l-apparat tal-agganċament (inklużi likwidi, għodod, spare wheel u sewwieq, u, għax-xarabanks u l-kowċis, membru tal-ekwipaġġ jekk hemm sit tal-ekwipaġġ fil-vettura) (o) (massima u minima għal kull varjant): …

3.4.1.

Distribuzzjoni tal-massa fuq il-fusien u, fil-każ ta' semi-trailer jew trailer bil-fus fin-nofs, il-massa fuq il-punt tal-agganċament (massima u minima għal kull varjant): …

3.5.

Massa massima mgħobbija teknikament permissibbli dikjarata mill-manifattur (y) (massima u minima għal kull varjant): …

3.5.1.

Distribuzzjoni ta' din il-massa fuq il-fusien (massima u minima għal varjant): …

3.6.

Tagħbija/massa massima teknikament permissibbli fuq kull fus: …

3.7.

Massa massima teknikament permissibbli fuq il-punt tal-agganċament: …

3.7.1.

Tal-vettura motorizzata: …

4.   KARROZZERIJA

4.1.

It-tip ta' karrozzerija: Bi pjan wieħed/b'żewġ pjani/artikolata/b'qiegħ baxx (4) 

4.2.

Materjali użati u metodi ta' kostruzzjoni: …

4.3.

Is-sistema ta' trażżin tan-nar

4.3.1.

Il-marka u t-tip tas-sistema ta' trażżin tan-nar: …

4.3.2.

In-numru tal-approvazzjoni tat-tip tas-sistema ta' trażżin tan-nar, jekk applikabbli: …

4.3.3.

Sistema ta' trażżin tan-nar għal kompartiment tal-magna speċifiku, jekk applikabbli ( 5 ):

4.3.3.1. 

L-aġent għat-tifi tan-nar (il-marka u t-tip): …

4.3.3.2. 

Il-massa tal-aġent għat-tifi tan-nar: …

4.3.3.3. 

It-tip tal-punt(i) tad-disċarġ: …

4.3.3.4. 

In-numru ta' punt(i) tad-disċarġ: …

4.3.3.5. 

It-tip tal-gass propellant, jekk applikabbli:

5.   DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-VETTURI UŻATI GĦAL ĠARR TA' PASSIĠĠIERI, LI FIHOM AKTAR MINN TMIEN SITS FLIMKIEN MAS-SIT TAS-SEWWIEQ

5.1.

Klassi tal-vettura (Klassi I, Klassi II, Klassi III, Klassi A, Klassi B):

5.2.

Erja għall-passiġġieri (m2): …

5.2.1.

Total (So): …

5.2.2.

Pjan ta' fuq (Soa) (4) : …

5.2.3.

Pjan ta' isfel (Sob) (4) : …

5.2.4.

Għal passiġġieri bilwieqfa (S1): …

5.3.

Numru ta' passiġġieri (bilqiegħda u bilwieqfa): …

5.3.1.

Total (N) ( 6 ) ( 7 ): …

5.3.2.

Pjan ta' fuq (Na) (4)  (6)  (7) : …

5.3.3.

Pjan ta' isfel (Nb) (4)  (6)  (7) : …

5.4.

Numru ta' passiġġieri (bilqiegħda) (5) : …

5.4.1.

Total (A) (6)  (7) : …

5.4.2.

Pjan ta' fuq (Aa): (4)  (6)  (7) : …

5.4.3.

Pjan ta' isfel (Ab): (4)  (6)  (7) : …

5.5.

Sit tal-ekwipaġġ: iva/le (4) 

5.6.

Numru ta' bibien ta' servizz: …

5.7.

Numru ta' punti tal-ħruġ ta' emerġenza (bibien, twieqi, bibien ta' evakwazzjoni, turġien interni u nofs turġien): …

5.7.1.

Total: …

5.7.2.

Pjan ta' fuq (4) : …

5.7.3.

Pjan ta' isfel (4) : …

5.8.

Volum tal-kompartimenti għall-bagalji (m3): …

5.9.

Erja għall-ġarr tal-bagalji fuq is-saqaf (m2): …

5.10.

Apparati tekniċi li jiffaċilitaw l-aċċess għal fuq il-vetturi (eż. rampa, pjattaforma elevabbli, sistema ta' inklinazzjoni) jekk ikunu installati: …

6.   DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI GĦAT-TROLLEYBUSES

6.1.

Kundizzjonijiet ambjentali speċjali għat-tħaddim affidabbli:

6.1.1. 

Temperatura …

6.1.2. 

Livell ta' umdità esterna …

6.1.3. 

Pressjoni atmosferika …

6.1.4. 

Altitudni …

6.2.

Vettura
6.2.1. 

Dimensjonijiet bl-arbli llokkjati …

6.2.2. 

Provvista …

6.2.3. 

Vultaġġ nominali tal-linja sovraposta (V) …

6.2.4. 

Kurrent nominali tal-linja ta'vettura (A) inkluż it-trażmissjonijiet awżiljari, HVAC …

6.2.5. 

Prestazzjoni …

6.2.6. 

Veloċità massima (km/h: servizz normali/servizz awtonomu) …

6.2.7. 

Inklinazzjoni massima (%: servizz normali/servizz awtonomu) …

6.2.8. 

Deskrizzjoni taċ-ċirkwiti elettriċi prinċipali …

6.2.9. 

Dijagrammi taċ-ċirkwiti …

6.2.10. 

Miżuri ta' protezzjoni (dijagrammi u disinji ġenerali) …

6.2.11. 

Monitoraġġ tal-iżolament (jekk ikun hemm) …

6.2.12. 

Il-marka u t-tip tal-apparat ta' monitoraġġ …

6.2.13. 

Il-prinċipju tal-monitoraġġ, deskrizzjoni …

6.2.14. 

Deskrizzjoni tal-livelli tal-iżolament tal-komponenti …

6.3.

Mutur elettriku
6.3.1. 

Il-marka u t-tip tal-mutur elettriku …

6.3.2. 

Tip (koljatura, eċitazzjoni) …

6.3.3. 

Potenza massima fis-siegħa/kontinwa (kW) …

6.3.4. 

Vultaġġ nominali (V) …

6.3.5. 

Kurrent nominali (A) …

6.3.6. 

Frekwenza nominali (Hz) …

6.3.7. 

Pożizzjoni fil-vettura …

6.4.

Elettronika tal-potenza
6.4.1. 

Il-marka u t-tip tal-invertitur tat-trazzjoni …

6.4.2. 

Potenza massima kontinwa …

6.4.3. 

Sistema tat-tkessiħ …

6.4.4. 

Il-marka u t-tip taċ-ċarġer tal-batterija 24V …

6.4.5. 

Potenza massima kontinwa …

6.4.6. 

Sistema tat-tkessiħ …

6.4.7. 

Il-marka u t-tip tal-provvista 3-phase AC …

6.4.8. 

Potenza massima kontinwa …

6.4.9. 

Sistema tat-tkessiħ …

6.5.

Provvista tal-enerġija għal servizz awtonomu:

6.5.1. 

Sistema ta' ħżin …

6.5.2. 

Batterija/supercaps …

6.5.3. 

Il-marka u t-tip tas-sistema ta' ħżin …

6.5.4. 

Piż (kg) …

6.5.5. 

Kapaċità (Ah) …

6.5.6. 

Pożizzjoni fil-vettura …

6.5.7. 

Il-marka u t-tip tal-unità tal-kontroll …

6.5.8. 

Il-marka u t-tip taċ-ċarġer …

6.5.9. 

Vultaġġ nominali (V)/vultaġġ minimu (V), vultaġġ fi tmiem l-iċċarġjar (V) …

6.5.10. 

Kurrent nominali (A)/kurrent tad-disċarġ massimu (A)/kurrent taċ-ċarġ massimu (A) …

6.5.11. 

Dijagramma tat-tħaddim, kontroll u sikurezza …

6.5.12. 

Il-karatteristiċi tal-perjodi tal-iċċarġjar …

6.5.13. 

Unità tal-mutur-ġeneratur …

6.5.14. 

Potenza fis-siegħa/kontinwa (kW) …

6.5.15. 

Il-marka u t-tip tal-unità jew tal-mutur u l-ġeneratur …

6.5.16. 

Il-fjuwil u s-sistema tal-fjuwil …

6.5.17. 

Pożizzjoni fil-vettura …

6.6.

Kollettur tal-kurrent
6.6.1. 

Il-marka u t-tip tal-kollettur tal-kurrent …

6.6.2. 

Tħaddim tal-kollettur tal-kurrent …

Noti ta' spjegazzjoni:

(b) 

Jekk il-mezz ta' identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri li mhumiex rilevanti għad-deskrizzjoni tat-tipi tal-vettura, tal-komponent jew tal-unità teknika separata koperti minn dan id-dokument ta' informazzjoni, dawn il-karattri għandhom jiġu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (eż. ABC??123??).

(c) 

Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.3.

(d) 

Jekk ikun possibbli, id-deżinjazzjoni għandha tkun skont in-norma Ewropea, inkella agħti:

(i) 

Deskrizzjoni tal-materjal;

(ii) 

Punt ta' limitu ta' elastiċità;

(iii) 

Tagħbija limitu ta' trazzjoni;

(iv) 

Elongazzjoni (bħala perċentwali);

(v) 

Indiċi tal-ebusija Brinell.

(e) 

Meta jkun hemm verżjoni waħda b'kabina normali u oħra b'kabina tal-irqad, iż-żewġ settijiet ta' mases u dimensjonijiet għandhom jiġu ddikjarati.

(f) 

Standard tal-ISO 612 - 1978, Terminu Nru 6.4.

(j) 

Anness 11, paragrafu 2.2.1.

(k) 

Anness 11, paragrafu 2.2.2.

(l) 

Anness 11, paragrafu 2.2.3.

(m) 

Standard tal-ISO 612 - 1978, Terminu Nru 6.6.

(n) 

Standard tal-ISO 612 - 1978, Terminu Nru 6.7.

(o) 

Il-massa tas-sewwieq u, jekk ikun applikabbli, tal-membru tal-ekwipaġġ tiġi stmata bħala 75 kg (sottodiviżi fi 68 kg ta' massa tal-okkupant u 7 kg ta' massa tal-bagalji skont l-Istandard ISO 2416 -1992), it-tank tal-fjuwil ikun mimli 90 fil-mija u s-sistemi l-oħrajn li jkun fihom likwidi (ħlief dawk għall-ilma użat) ikunu mimlija 100 fil-mija tal-kapaċità speċifikata mill-manifattur.

(y) 

Għal trailer jew semi-trailer, li japplika tagħbija vertikali sinifikanti fuq l-apparat ta' agganċament jew in-nagħla, din it-tagħbija, diviża bl-aċċellerazzjoni standard tal-gravità, hi inkluża fil-massa massima teknikament permissibbli.

(z) 

Kontroll avanzat tfisser konfigurazzjoni li fiha aktar minn nofs it-tul tal-magna qiegħed lura mill-aktar punt 'il quddiem tal-bażi tal-windskrin u l-buttun tar-rota tal-istering fis-sezzjoni ta' quddiem tat-tul tal-vettura.




Appendiċi 2

MUDELL TA' DOKUMENT TA' INFORMAZZJONI

skont ir-Regolament Nru 107 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' karozzerija għal vetturi tal-kategorija M2 jew M3 fir-rigward tal-kostruzzjoni ġenerali tagħhom

Din l-informazzjoni li ġejja, jekk applikabbli, għandha tingħata fi tliet kopji u tinkludi werrej. Kull disinn għandu jiġi pprovdut fi skala xierqa u b'dettall suffiċjenti fuq karta ta' daqs A4 jew folder ta' format A4. F'każ li jkun hemm xi ritratti, dawn għandhom ikunu ddettaljati biżżejjed.

Jekk is-sistema, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati jkollhom kontrolli elettroniċi, għandha tingħata l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.

1.   ĠENERALI

1.1.

Il-marka (isem kummerċjali tal-manifattur): …

1.2.

Tip: …

1.3.

Mezzi ta' identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura (b): …

1.3.1.

Karozzerija/vettura kompluta: …

1.3.2.

Fejn tinsab dik il-marka: …

1.3.3.

Karozzerija/vettura kompluta: …

1.4.

Fil-kaz ta' komponenti u unitajiet tekniċi separati, il-post u l-metodu ta' twaħħil tal-marka tal-approvazzjoni tat-tip. …

1.5.

Indirizz(i) tal-impjant(i) fejn isir l-assemblaġġ: …

2.   KARATTERISTIĊI ĠENERALI TAL-KOSTRUZZJONI TAL-VETTURA

2.1.

Ritratti u/jew disinji ta' vettura rappreżentattiva: …

2.2.

Disinn dimensjonali tal-vettura sħiħa: …

2.3.

In-numru ta' fusien u roti: …

2.4.

Xażì (jekk ikun hemm) (disinn ġenerali): …

2.5.

Materjal użat għat-traversi tal-ġenb (d): …

2.6.

Pożizzjoni u arranġament tal-magna: …

2.7.

Kabina tas-sewqan (kontroll avanzat jew normali) (z): …

2.8.

Naħa tas-sewqan: …

3.   MASES U DIMENSJONIJIET (E) (F'KG U MM) (IRREFERI GĦAD-DISINN, FEJN APPLIKABBLI)

3.1.

Bażi(jiet) tar-roti (bit-tagħbija massima tagħhom) (f): …

3.2.

Il-firxa ta' dimensjonijiet tal-vettura (ġenerali): …

3.2.1.

Għall-karozzerija approvata mingħajr xażì: …

3.2.1.1.

Tul (j): …

3.2.1.2.

Wisa' (k): …

3.2.1.3.

Għoli (f'kundizzjoni ta' sewqan) (l) (għas-sospensjoni aġġustabbli għall-għoli, indika l-pożizzjoni normali tas-sewqan): …

4.   KARROZZERIJA

4.1.

It-tip ta' karrozzerija: Bi pjan wieħed/b'żewġ pjani/artikolata/b'qiegħ baxx ( 8 )

4.2.

Materjali użati u metodi ta' kostruzzjoni: …

5.   DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-VETTURI UŻATI GĦAL ĠARR TA' PASSIĠĠIERI, LI FIHOM AKTAR MINN TMIEN SITS FLIMKIEN MAS-SIT TAS-SEWWIEQ.

5.1.

Klassi tal-vettura (Klassi I, Klassi II, Klassi III, Klassi A, Klassi B):

5.1.1.

Tipi ta' xażì li fuqu tista' tiġi installata l-karozzerija tat-tip approvat (manifattur(i) u tipi ta' vettura/i): …

5.2.

Erja għall-passiġġieri (m2): …

5.2.1.

Total (So): …

5.2.1.1.

Pjan ta' fuq (Soa) (8) : …

5.2.1.2.

Pjan ta' isfel (Sob) (8) : …

5.2.2.

Għal passiġġieri bilwieqfa (S1): …

5.3.

Numru ta' passiġġieri (bilqiegħda u bilwieqfa): …

5.3.1.

Total (N) ( 9 ) ( 10 ): …

5.3.2.

Pjan ta' fuq (Na) (8)  (9)  (10) : …

5.3.3.

Pjan ta' isfel (Nb) (8)  (9)  (10) : …

5.4.

Numru ta' sits tal-passiġġieri (9) : …

5.4.1.

Total (A) (9)  (10) : …

5.4.2.

Pjan ta' fuq (Aa) (8)  (9)  (10) : …

5.4.3.

Pjan ta' isfel (Ab) (8)  (9)  (10) : …

5.5.

Numru ta' bibien ta' servizz: …

5.6.

Numru ta' punti tal-ħruġ ta' emerġenza (bibien, twieqi, bibien ta' evakwazzjoni, turġien interni u nofs turġien): …

5.6.1.

Total: …

5.6.2.

Pjan ta' fuq (8) : …

5.6.3.

Pjan ta' isfel (8) : …

5.7.

Volum tal-kompartimenti għall-bagalji (m3): …

5.8.

Erja għall-ġarr tal-bagalji fuq is-saqaf (m2): …

5.9.

Apparati tekniċi li jiffaċilitaw l-aċċess għal fuq il-vetturi (eż. rampa, pjattaforma elevabbli, sistema ta' inklinazzjoni) jekk ikunu installati: …

5.10.

Il-punti ta' dan ir-Regolament li jridu jiġu ssodisfati u jintwerew għal din l-unità teknika separata: …

6.   DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI GĦAT-TROLLEYBUSES

6.1.

Kundizzjonijiet ambjentali speċjali għat-tħaddim affidabbli:

6.1.1. 

Temperatura …

6.1.2. 

Livell ta' umdità esterna …

6.1.3. 

Pressjoni atmosferika …

6.1.4. 

Altitudni …

6.2.

Vettura
6.2.1. 

Dimensjonijiet bl-arbli llokkjati …

6.2.2. 

Provvista …

6.2.3. 

Vultaġġ nominali tal-linja sovraposta (V) …

6.2.4. 

Kurrent nominali tal-linja ta'vettura (A) inkluż it-trażmissjonijiet awżiljari, HVAC …

6.2.5. 

Prestazzjoni …

6.2.6. 

Veloċità massima (km/h: servizz normali/servizz awtonomu) …

6.2.7. 

Inklinazzjoni massima (%: servizz normali/servizz awtonomu) …

6.2.8. 

Deskrizzjoni taċ-ċirkwiti elettriċi prinċipali …

6.2.9. 

Dijagrammi taċ-ċirkwiti …

6.2.10. 

Miżuri ta' protezzjoni (dijagrammi u disinji ġenerali) …

6.2.11. 

Monitoraġġ tal-iżolament (jekk ikun hemm) …

6.2.12. 

Il-marka u t-tip tal-apparat ta' monitoraġġ …

6.2.13. 

Il-prinċipju tal-monitoraġġ, deskrizzjoni …

6.2.14. 

Deskrizzjoni tal-livelli tal-iżolament tal-komponenti …

6.3.

Mutur elettriku
6.3.1. 

Il-marka u t-tip tal-mutur elettriku …

6.3.2. 

Tip (koljatura, eċitazzjoni) …

6.3.3. 

Potenza massima fis-siegħa/kontinwa (kW) …

6.3.4. 

Vultaġġ nominali (V) …

6.3.5. 

Kurrent nominali (A) …

6.3.6. 

Frekwenza nominali (Hz) …

6.3.7. 

Pożizzjoni fil-vettura …

6.4.

Elettronika tal-potenza
6.4.1. 

Il-marka u t-tip tal-invertitur tat-trazzjoni …

6.4.2. 

Potenza massima kontinwa …

6.4.3. 

Sistema tat-tkessiħ …

6.4.4. 

Il-marka u t-tip taċ-ċarġer tal-batterija 24V …

6.4.5. 

Potenza massima kontinwa …

6.4.6. 

Sistema tat-tkessiħ …

6.4.7. 

Il-marka u t-tip tal-provvista 3-phase AC …

6.4.8. 

Potenza massima kontinwa …

6.4.9. 

Sistema tat-tkessiħ …

6.5.

Provvista tal-enerġija għal servizz awtonomu:

6.5.1. 

Sistema ta' ħżin …

6.5.2. 

Batterija/supercaps …

6.5.3. 

Il-marka u t-tip tas-sistema ta' ħżin …

6.5.4. 

Piż (kg) …

6.5.5. 

Kapaċità (Ah) …

6.5.6. 

Pożizzjoni fil-vettura …

6.5.7. 

Il-marka u t-tip tal-unità tal-kontroll …

6.5.8. 

Il-marka u t-tip taċ-ċarġer …

6.5.9. 

Vultaġġ nominali (V)/vultaġġ minimu (V), vultaġġ fi tmiem l-iċċarġjar (V) …

6.5.10. 

Kurrent nominali (A)/kurrent tad-disċarġ massimu (A)/kurrent taċ-ċarġ massimu (A) …

6.5.11. 

Dijagramma tat-tħaddim, kontroll u sikurezza …

6.5.12. 

Il-karatteristiċi tal-perjodi tal-iċċarġjar …

6.5.13. 

Unità tal-mutur-ġeneratur …

6.5.14. 

Potenza fis-siegħa/kontinwa (kW) …

6.5.15. 

Il-marka u t-tip tal-unità jew tal-mutur u l-ġeneratur …

6.5.16. 

Il-fjuwil u s-sistema tal-fjuwil …

6.5.17. 

Pożizzjoni fil-vettura …

6.6.

Kollettur tal-kurrent
6.6.1. 

Il-marka u t-tip tal-kollettur tal-kurrent …

6.6.2. 

Tħaddim tal-kollettur tal-kurrent …

Noti ta' spjegazzjoni: ara l-Appendiċi 1.




Appendiċi 3

MUDELL TA' DOKUMENT TA' INFORMAZZJONI

skont ir-Regolament Nru 107 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vettura M2 jew M3 li l-karozzerija tagħha tkun kisbet minn qabel l-approvazzjoni tat-tip bħala unità teknika separata, fir-rigward tal-kostruzzjoni ġenerali tagħha

Din l-informazzjoni li ġejja, jekk applikabbli, għandha tingħata fi tliet kopji u tinkludi werrej. Kull disinn għandu jiġi pprovdut fi skala xierqa u b'dettall suffiċjenti fuq karta ta' daqs A4 jew folder ta' format A4. F'każ li jkun hemm xi ritratti, dawn għandhom ikunu ddettaljati biżżejjed.

Jekk is-sistema, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati jkollhom kontrolli elettroniċi, għandha tingħata l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.

1.   ĠENERALI

1.1.

Il-marka (isem kummerċjali tal-manifattur): …

1.2.

Tip: …

1.2.1.

Xażì: …

1.2.2.

Karozzerija/vettura kompluta: …

1.3.

Mezzi ta' identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura (b): …

1.3.1.

Xażì: …

1.3.2.

Karozzerija/vettura kompluta: …

1.3.3.

Fejn tinsab il-marka: …

1.3.3.1.

Xażì: …

1.3.3.2.

Karozzerija/vettura kompluta: …

1.4.

Kategorija tal-vettura (c): …

1.5.

L-isem u l-indirizz tal-manifattur: …

1.6.

Indirizz(i) tal-impjant(i) fejn isir l-assemblaġġ: …

2.   KARATTERISTIĊI ĠENERALI TAL-KOSTRUZZJONI TAL-VETTURA

2.1.

Ritratti u/jew disinji ta' vettura rappreżentattiva: …

2.2.

Disinn dimensjonali tal-vettura sħiħa: …

2.3.

In-numru ta' fusien u roti: …

2.3.1.

In-numru u l-pożizzjoni tal-fusien bir-roti doppji: …

2.4.

Xażì (jekk ikun hemm) (disinn ġenerali): …

2.5.

Materjal użat għat-traversi tal-ġenb (d): …

2.6.

Pożizzjoni u arranġament tal-magna: …

2.7.

Naħa tas-sewqan: …

2.7.1.

Il-Vettura hija mgħammra biex tinstaq fit-traffiku fuq in-naħa tal-lemin/xellug ( 11 ).

3.   MASES U DIMENSJONIJIET (E) (F'KG U MM) (IRREFERRI GĦAL DISINN FEJN APPLIKABBLI)

3.1.

Bażi(jiet) tar-roti (bit-tagħbija massima tagħhom) (f): …

3.2.

Il-firxa ta' dimensjonijiet tal-vettura (ġenerali): …

3.2.1.

Għal xażì bil-karozzerija:

3.2.1.1.

Tul (j): …

3.2.1.2.

Wisa' (k): …

3.2.1.2.1.

Wisa' massimu: …

3.2.1.3.

Għoli (f'kundizzjoni ta' sewqan) (l) (għas-sospensjoni aġġustabbli għall-għoli, indika l-pożizzjoni normali tas-sewqan): …

3.3.

Il-massa tal-vettura bil-karozzerija, u fil-każ ta' vettura tal-irmonk ta' kategorija differenti minn M1, bl-apparat tal-agganċament, jekk ikun installat mill-manifattur, f'kundizzjoni ta' sewqan, jew il-massa tax-xażì jew tax-xażì bil-kabina, mingħajr il-karozzerija u/jew l-apparat tal-agganċament jekk il-manifattur ma jinstallax il-karozzerija u/jew l-apparat tal-agganċament (inklużi likwidi, għodod, spare wheel u sewwieq, u, għax-xarabanks u l-kowċis, membru tal-ekwipaġġ jekk hemm sit tal-ekwipaġġ fil-vettura): (o) (massima u minima għal kull varjant): …

3.3.1.

Distribuzzjoni tal-massa fuq il-fusien u, fil-każ ta' semi-trailer jew trailer bil-fus fin-nofs, il-massa fuq il-punt tal-agganċament (massima u minima għal kull varjant): …

3.4.

Massa massima mgħobbija teknikament permissibbli dikjarata mill-manifattur (y) (massima u minima): …

3.4.1.

Distribuzzjoni ta' din il-massa fuq il-fusien u, fil-każ ta' semi-trailer jew trailer bil-fus fin-nofs, il-massa fuq il-punt tal-agganċament (massima u minima): …

3.5.

Tagħbija/massa massima teknikament permissibbli fuq kull fus: …

4.   IS-SISTEMA TA' TRAŻŻIN TAN-NAR

4.1.

Il-marka u t-tip tas-sistema ta' trażżin tan-nar: …

4.2.

In-numru tal-approvazzjoni tat-tip tas-sistema ta' trażżin tan-nar, jekk applikabbli: …

4.3.

Sistema ta' trażżin tan-nar għal kompartiment tal-magna speċifiku, jekk applikabbli (3):

4.3.1.

L-aġent għat-tifi tan-nar (il-marka u t-tip): …

4.3.2.

Il-massa tal-aġent għat-tifi tan-nar: …

4.3.3.

It-tip tal-punt(i) tad-disċarġ: …

4.3.4.

In-numru ta' punt(i) tad-disċarġ: …

4.3.5.

It-tip tal-gass propellant, jekk applikabbli:

5.   RIŻERVAT

6.   DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI GĦAT-TROLLEYBUSES

6.1.

Kundizzjonijiet ambjentali speċjali għat-tħaddim affidabbli:

6.1.1. 

Temperatura …

6.1.2. 

Livell ta' umdità esterna …

6.1.3. 

Pressjoni atmosferika …

6.1.4. 

Altitudni …

6.2.

Vettura
6.2.1. 

Dimensjonijiet bl-arbli llokkjati …

6.2.2. 

Provvista …

6.2.3. 

Vultaġġ nominali tal-linja sovraposta (V) …

6.2.4. 

Kurrent nominali tal-linja ta'vettura (A) inkluż it-trażmissjonijiet awżiljari, HVAC …

6.2.5. 

Prestazzjoni …

6.2.6. 

Veloċità massima (km/h: servizz normali/servizz awtonomu) …

6.2.7. 

Inklinazzjoni massima (%: servizz normali/servizz awtonomu) …

6.2.8. 

Deskrizzjoni taċ-ċirkwiti elettriċi prinċipali …

6.2.9. 

Dijagrammi taċ-ċirkwiti …

6.2.10. 

Miżuri ta' protezzjoni (dijagrammi u disinji ġenerali) …

6.2.11. 

Monitoraġġ tal-iżolament (jekk ikun hemm) …

6.2.12. 

Il-marka u t-tip tal-apparat ta' monitoraġġ …

6.2.13. 

Il-prinċipju tal-monitoraġġ, deskrizzjoni …

6.2.14. 

Deskrizzjoni tal-livelli tal-iżolament tal-komponenti …

6.3.

Mutur elettriku
6.3.1. 

Il-marka u t-tip tal-mutur elettriku …

6.3.2. 

Tip (koljatura, eċitazzjoni) …

6.3.3. 

Potenza massima fis-siegħa/kontinwa (kW) …

6.3.4. 

Vultaġġ nominali (V) …

6.3.5. 

Kurrent nominali (A) …

6.3.6. 

Frekwenza nominali (Hz) …

6.3.7. 

Pożizzjoni fil-vettura …

6.4.

Elettronika tal-potenza
6.4.1. 

Il-marka u t-tip tal-invertitur tat-trazzjoni …

6.4.2. 

Potenza massima kontinwa …

6.4.3. 

Sistema tat-tkessiħ …

6.4.4. 

Il-marka u t-tip taċ-ċarġer tal-batterija 24V …

6.4.5. 

Potenza massima kontinwa …

6.4.6. 

Sistema tat-tkessiħ …

6.4.7. 

Il-marka u t-tip tal-provvista 3-phase AC …

6.4.8. 

Potenza massima kontinwa …

6.4.9. 

Sistema tat-tkessiħ …

6.5.

Provvista tal-enerġija għal servizz awtonomu:

6.5.1. 

Sistema ta' ħżin …

6.5.2. 

Batterija/supercaps …

6.5.3. 

Il-marka u t-tip tas-sistema ta' ħżin …

6.5.4. 

Piż (kg) …

6.5.5. 

Kapaċità (Ah) …

6.5.6. 

Pożizzjoni fil-vettura …

6.5.7. 

Il-marka u t-tip tal-unità tal-kontroll …

6.5.8. 

Il-marka u t-tip taċ-ċarġer …

6.5.9. 

Vultaġġ nominali (V)/vultaġġ minimu (V), vultaġġ fi tmiem l-iċċarġjar (V) …

6.5.10. 

Kurrent nominali (A)/kurrent tad-disċarġ massimu (A)/kurrent taċ-ċarġ massimu (A) …

6.5.11. 

Dijagramma tat-tħaddim, kontroll u sikurezza …

6.5.12. 

Il-karatteristiċi tal-perjodi tal-iċċarġjar …

6.5.13. 

Unità tal-mutur-ġeneratur …

6.5.14. 

Potenza fis-siegħa/kontinwa (kW) …

6.5.15. 

Il-marka u t-tip tal-unità jew tal-mutur u l-ġeneratur …

6.5.16. 

Il-fjuwil u s-sistema tal-fjuwil …

6.5.17. 

Pożizzjoni fil-vettura …

6.6.

Kollettur tal-kurrent
6.6.1. 

Il-marka u t-tip tal-kollettur tal-kurrent …

6.6.2. 

Tħaddim tal-kollettur tal-kurrent …

Noti ta' spjegazzjoni: ara l-Appendiċi 1.




Appendiċi 4

MUDELL TA' DOKUMENT TA' INFORMAZZJONI

skont ir-Regolament Nru 107 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' sistema ta' trażżin tan-nar bħala komponent

Din l-informazzjoni li ġejja, jekk applikabbli, għandha tingħata fi tliet kopji u tinkludi werrej. Kull disinn għandu jiġi pprovdut fi skala xierqa u b'dettall suffiċjenti fuq karta ta' daqs A4 jew folder ta' format A4. F'każ li jkun hemm xi ritratti, dawn għandhom ikunu ddettaljati biżżejjed.

Jekk il-komponenti jkollhom kontrolli elettroniċi, għandha tingħata l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.

1.   ĠENERALI

1.1.

Il-marka (isem kummerċjali tal-manifattur): …

1.2.

Tip u deskrizzjoni kummerċjali ġenerali: …

1.5.

L-isem u l-indirizz tal-manifattur: …

2.   IS-SISTEMA TA' TRAŻŻIN TAN-NAR

2.1.

L-aġent għat-tifi tan-nar (il-marka u t-tip): …

2.2.

Il-massa tal-aġent għat-tifi tan-nar (meħtieġ għal kompartiment tal-magna b'volum ta' 4 m3): …

2.3.

It-tip tal-punt(i) tad-disċarġ (eż tip ta' żennuna): …

2.4.

In-numru ta' punt(i) tad-disċarġ (meħtieġ għal kompartiment tal-magna b'volum ta' 4 m3): …

2.5.

It-tul tat-tubu tad-disċarġ (meħtieġ għal kompartiment tal-magna b'volum ta' 4 m3): …

2.6.

It-tip tal-gass propellant: …

2.7.

Il-pressjoni tal-gass propellant: …

2.8.

Temperatura tat-tħaddim minima; …

2.9.

Dimensjonijiet tal-pajpijiet u tal-fittings: …

2.10.

Deskrizzjoni dettaljata, disinji ta' kif inhi mqassma u manwal tal-installazzjoni tas-sistema ta' trażżin tan-nar u tal-komponenti tagħha: …

PARTI 2




Appendiċi 1

image image




Appendiċi 2

image image




Appendiċi 3

image image




Appendiċi 4

image image




ANNESS 2

ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI

MUDELL A

(ara l-paragrafu 4.4 ta' dan ir-Regolament)

image a = 8 mm, minimu

Il-marka tal-approvazzjoni ta' hawn fuq imwaħħla mal-vettura turi li t-tip ta' vettura kkonċernat, fir-rigward tal-karatteristiċi tal-kostruzzjoni tagħha, ġie approvat fin-Netherlands (E 4) għall-Klassi III, skont ir-Regolament Nru 107 bin-numru tal-approvazzjoni 062439. In-numru tal-approvazzjoni juri li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 107 kif emendat mis-serje ta' emendi 06.

MUDELL B

(ara l-paragrafu 4.5 ta' dan ir-Regolament)

image a = 8 mm, minimu

Il-marka ta' approvazzjoni ta' hawn fuq li titwaħħal mal-vettura turi li t-tip ta' vettura kkonċernat ġie approvat fin-Netherlands (E 4) skont ir-Regolamenti Nru 107 u Nru 43 ( *1 ). L-ewwel żewġ ċifri tan-numri tal-approvazzjoni jindikaw li fid-dati li fihom ingħataw dawn l-approvazzjonijiet, ir-Regolament Nru 107 inkluda s-serje ta' emendi 06 u r-Regolament Nru 43 kien fil-forma oriġinali tiegħu.

MUDELL C

(ara l-paragrafu 4.4.3 ta' dan ir-Regolament)

image a = 8 mm, minimu

Il-marka tal-approvazzjoni ta' hawn fuq imwaħħla mal-karozzerija tal-vettura turi li t-tip ta' karozzerija kkonċernat, fir-rigward tal-karatteristiċi tal-kostruzzjoni tiegħu, ġie approvat fin-Netherlands (E 4) għall-Klassi III bħala karozzerija separata (ittra S), skont ir-Regolament Nru 107 bin-numru tal-approvazzjoni 062439. In-numru tal-approvazzjoni juri li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 107 kif emendat mis-serje ta' emendi 06.

MUDELL D

image a = 8 mm, minimu

Il-marka ta' approvazzjoni ta' hawn fuq li titwaħħal mas-sistema ta' trażżin tan-nar turi li s-sistema ta' trażżin tan-nar ġiet approvata fin-Netherlands (E 4) bħala komponent, skont ir-Regolament Nru 107 bin-numru tal-approvazzjoni 072439. In-numru tal-approvazzjoni juri li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 107 kif emendat mis-serje ta' emendi 07.




ANNESS 3

REKWIŻITI LI JRIDU JIĠU SSODISFATI MILL-VETTURI KOLLHA

1.-6.

(Riżervat)

7.

REKWIŻITI

7.1   Ġenerali

7.1.1.

Jekk il-kompartiment tas-sewwieq huwa bla saqaf, is-sewwieq għandu jkollu xi protezzjoni speċjali kontra r-riħ qawwi, xita ta' trab għal għarrieda, xita qawwija, eċċ

7.2.   Mases u dimensjonijiet

7.2.1.

Il-vetturi għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-Anness 11.

7.2.2.

Erja disponibbli għall-passiġġieri.

7.2.2.1.

L-erja totali tas-superfiċe S0 disponibbli għall-passiġġieri tiġi kkalkulata billi, mill-erja totali tal-art tal-vettura, jitnaqqsu:

7.2.2.1.1. 

L-erja tal-kompartament tas-sewwieq.

7.2.2.1.2. 

L-erja tat-tarġiet fil-bibien u l-erja ta' kwalunkwe tarġa oħra fonda inqas minn 300 mm u l-erja li jieħdu l-bieba u l-mekkaniżmu tagħha meta tinfetaħ;

7.2.2.1.3. 

L-erja ta' kwalunkwe parti li l-ispazju liberu vertikali fuqha jkun inqas minn 1 350  mm imkejjel mill-art mingħajr ma titqies l-intrużjoni permessa speċifikata fil-paragrafi 7.7.8.6.3 u 7.7.8.6.4 ta' dan l-anness. Fil-każ tal-vetturi tal-klassjiet A jew B, din id-dimensjoni tista' titnaqqas għal 1 200  mm.

7.2.2.1.4. 

L-erja ta' kwalunkwe parti tal-vettura li ma jistax ikollhom aċċess għaliha l-passiġġieri kif definit fil-paragrafu 7.9.4 ta' dan l-anness;

7.2.2.1.5. 

L-erja ta' kwalunkwe spazju riżervat biss għall-ġarr tal-oġġetti jew tal-bagalji u li ma jistgħux jidħlu fiha l-passiġġieri.

7.2.2.1.6. 

L-erja meħtieġa għal żona libera li fiha jiġi servut l-ikel.

7.2.2.1.7. 

L-erja tal-art okkupata minn kwalunkwe taraġ, nofs taraġ, taraġ intern jew is-superfiċe ta' xi tarġa.

7.2.2.2.

L-erja tas-superfiċe S1 disponibbli għall-passiġġieri bilwieqfa (fil-każ biss ta' vetturi tal-Klassi A, I u II, li fihom huwa permess il-ġarr ta' passiġġieri bilwieqfa) tiġi kkalkulata billi, minn S0, jitnaqqsu:

7.2.2.2.1. 

L-erja tal-partijiet kollha tal-art li fihom l-inklinazzjoni teċċedi l-valuri massimi permessibbli kif determinati fil-paragrafu 7.7.6 ta' dan l-anness.

7.2.2.2.2. 

L-erja tal-partijiet kollha li mhumiex aċċessibbli għal passiġġier bilwieqfa meta s-sits kollha jkunu okkupati, minbarra s-sits li jingħalqu.

7.2.2.2.3. 

L-erja tal-partijiet kollha fejn l-għoli liberu 'l fuq mill-art ikun inqas mill-għoli tal-passaġġ bejn is-sits speċifikat fil-paragrafu 7.7.5.1 ta' dan l-anness (l-imqabad ma għandhomx jitqiesu f'dan ir-rigward).

7.2.2.2.4. 

L-erja quddiem pjan vertikali trasversali li jgħaddi miċ-ċentru tas-superfiċe tas-sit tas-sewwieq (fil-pożizzjoni l-aktar lura tiegħu).

7.2.2.2.5. 

L-erja 300 mm quddiem is-sits l-oħra kollha, għajr fil-każ ta' sit iħares lejn il-ġenb, f'liema każ din id-dimensjoni tista' titnaqqas għal 225 mm. Fil-każ ta' arranġamenti varjabbli tas-sits, ta' kwalunkwe sit meta jitqies li qed jintuża, ara l-paragrafu 7.2.2.4 ta' hawn fuq.

7.2.2.2.6. 

Kwalunkwe superfiċe li ma tkunx eskluża mid-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 7.2.2.2.1 sa 7.2.2.2.5 ta' hawn fuq, li fuqha mhux possibbli tqiegħed rettangolu ta' 400 mm × 300 mm.

7.2.2.2.7. 

Fil-vetturi tal-Klassi II, l-erja fejn ma tistax toqgħod bilwieqfa.

7.2.2.2.8. 

Fil-vetturi b'żewġ pjani, kwalunkwe erja tal-pjan ta' fuq.

7.2.2.2.9. 

Is-superfiċe tal-ispazju/i għal siġġu tar-roti meta jitqies(u) okkupat(i) minn utent(i) ta' siġġu tar-roti, ara l-paragrafu 7.2.2.4 ta' hawn fuq.

7.2.2.2.10. 

Is-superfiċe ta' kwalunkwe spazju/i għal siġġu tar-roti ddedikata/i esklussivament għall-użu ta' utent(i) ta' siġġu tar-roti.

7.2.2.3.

Fuq il-vettura għandu jkun hemm numru (P) ta' postijiet bilqiegħda, barra s-sits li jingħalqu, li jkunu konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 7.7.8 ta' hawn taħt. Jekk il-vettura hija tal-Klassi I, II jew A in-numru ta' postijiet bilqiegħda fuq kull pjan għandu jkun mill-anqas ugwali għan-numru ta' metri kwadri tal-art f'dak il-pjan li jkunu disponibbli għall-passiġġieri u l-ekwipaġġ (jekk ikun hemm) imqarrba lejn l-eqreb numru sħiħ; dan in-numru, fil-vetturi tal-Klassi I, eskluż il-pjan ta' fuq, jitnaqqas b'10 fil-mija.

7.2.2.4.

Fil-każ ta' vettura mgħammra b'kapaċità tas-sits varjabbli, l-erja disponibbli għall-passiġġieri bilwieqfa (S1) u d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3.3.1 tal-Anness 11 għandhom jiġu determinati għal kull waħda minn dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin, kif applikabbli;

7.2.2.4.1. 

Bis-sits kollha possibbli okkupati flimkien mal-erja li jifdal għall-passiġġieri bilwieqfa u, jekk ikun għad fadal spazju, kwalunkwe spazju għas-siġġijiet tar-roti okkupat.

7.2.2.4.2. 

Bl-erjas kollha possibbli għal passiġġieri bilwieqfa okkupati, flimkien mas-sits li jifdal disponibbli għall-passiġġieri bilqiegħda u, jekk ikun għad fadal spazju, kwalunkwe spazju għas-siġġijiet tar-roti okkupat.

7.2.2.4.3. 

Bl-ispazji għas-siġġijiet tar-roti kollha possibbli okkupati flimkien mal-erja li jifdal għall-passiġġieri bilwieqfa u mbagħad bis-sits li jifdal disponibbli okkupati.

7.2.3.

L-immarkar tal-vetturi

7.2.3.1.

Għandu jiġi pprovdut spazju fiż-żona tas-sewwieq, f'pożizzjoni li s-sewwieq ikun jista' jarah b'mod ċar mill-pożizzjoni tiegħu bilqiegħda, għall-marki previsti fil-paragrafu 3.3 tal-Anness 11.

7.2.3.1.1.

In-numru massimu ta' postijiet bilqiegħda li l-vettura tkun iddisinjata li ġġorr.

7.2.3.1.2.

In-numru massimu ta' postijiet bilwieqfa, jekk ikun hemm, li l-vettura tkun iddisinjata li ġġorr.

7.2.3.1.3.

In-numru massimu ta' siġġijiet tar-roti li l-vettura tkun iddisinjata biex iġġorr, jekk ikun hemm.

7.2.3.2.

(Riżervat)

7.2.3.3.

(Riżervat)

7.3.   Il-prevenzjoni ta' aċċidenti

7.3.1.

Jekk il-kompartiment tal-magna ta' vettura jkun fuq wara tal-kompartiment tas-sewwieq, ma għandux ikun possibbli li l-magna tiġi startjata mill-pożizzjoni tas-sewwieq meta l-pannell tal-aċċess prinċipali tal-magna fuq il-faċċata ta' wara tal-vettura jkun miftuħ u li jipprovdi aċċess dirett għal partijiet li jkunu ta' periklu waqt li l-magna tkun qed taħdem (eż. it-taljola taċ-ċineg tat-trażmissjoni).

7.4.   Test tal-istabbiltà

7.4.1.

L-istabbiltà tal-vettura għandha tkun tali li l-punt meta tinqaleb ma jinqabiżx jekk is-superfiċe li fuqha tkun il-vettura tiġi mmejla lejn naħa u mbagħad lejn l-oħra f'angolu ta' 28 grad mill-orizzontali.

7.4.2.

Għall-finijiet tat-test ta' hawn fuq, il-vettura għandha tkun bil-massa tagħha f'kundizzjoni ta' sewqan, kif deskritt fil-paragrafu 2.18 ta' dan ir-Regolament, flimkien ma':

7.4.2.1. 

Tagħbijiet daqs Q (kif definit fil-paragrafu 3.2.3.2.1 tal-Anness 11) għandhom jitpoġġew fuq kull sit tal-passiġġieri (tal-pjan ta' fuq fil-każ biss ta' vetturi b'żewġ pjani).

Jekk il-vettura bi pjan wieħed hija ntiża għal passiġġieri bilwieqfa b'membru tal-ekwipaġġ li ma jkunx bilqiegħda, iċ-ċentru tal-gravità tat-tagħbijiet Q jew tal-massa ta' 75 kg li tirrappreżentahom, għandu jkun distribwit b'mod uniformi tul iż-żona tal-passiġġieri bilwieqfa u tal-ekwipaġġ rispettivament, f'għoli ta' 875 mm. Jekk il-vettura b'żewġ pjani hija ntiża biex tintuża b'membru tal-ekwipaġġ li ma jkunx bilqiegħda, iċ-ċentru tal-gravità tal-massa ta' 75 kg li tirrappreżenta l-membru tal-ekwipaġġ għandu jitqiegħed fil-passaġġ bejn is-sits tal-pjan ta' fuq f'għoli ta' 875 mm.

Meta vettura tkun mgħammra biex iġġorr il-bagalji fuq is-saqaf, għandħa tiġi marbuta mas-saqaf massa distribwita b'mod uniformi (BX) li ma tkunx anqas minn dik iddikjarata mill-manifattur skont il-paragrafu 3.2.3.2.1 tal-Anness 11, u li tkun qed tirrappreżenta tali bagalji. Il-kompartimenti l-oħra għall-bagalji m'għandu jkun fihom l-ebda bagalja.

7.4.2.2. 

Jekk il-vettura jkollha kapaċità varjabbli ta' postijiet bilqiegħda jew ta' postijiet bilwieqfa, jew tkun iddisinjata biex iġġorr siġġu tar-roti wieħed jew aktar, għal kwalunkwe żona tal-kompartiment tal-passiġġieri fejn ikun hemm dawn il-varjazzjonijiet, it-tagħbijiet fil-paragrafu 7.4.2.1 ta' hawn fuq għandhom ikunu ikbar minn:

(a) 

Il-massa rappreżentata bin-numru ta' passiġġieri bilqiegħda li jistgħu jokkupaw iż-żona inkluża l-massa ta' kwalunkwe sit li jista' jinqala'; jew

(b) 

Il-massa rappreżentata bin-numru ta' passiġġieri bilwieqfa li jistgħu jokkupaw iż-żona; jew

(c) 

Il-massa ta' siġġijiet tar-roti u l-utenti li jistgħu jokkupaw iż-żona, b'massa totali ta' 250 kg għal kull wieħed imqiegħda fil-għoli ta' 500 mm 'l fuq mill-art fiċ-ċentru ta' kull spazju għal siġġu tar-roti; jew

(d) 

Il-massa tal-passiġġieri bilqiegħda, il-passiġġieri bilwieqfa u l-utenti tas-siġġijiet tar-roti u kwalunkwe kombinazzjoni ta' dawn li jistgħu jokkupaw iż-żona.

7.4.3.

L-għoli ta' kwalunkwe tarġa li żżomm lir-rota tal-vettura milli tiżżerżaq la ġenba fuq rigg tat-test tal-inklinazzjoni ma għandux ikun akbar minn żewġ terzi tad-distanza bejn is-superfiċe li fuqha tkun qiegħda l-vettura qabel ma tiġi mmejla u dik il-parti tar-rimm ta' dik ir-rota li tkun l-eqreb lejn is-superfiċe meta l-vettura tiġi mgħobbija skont il-paragrafu 7.4.2 ta' hawn fuq.

7.4.4.

Waqt it-test, l-ebda parti mill-vettura li tkun ippjanata biex tiġi f'kuntatt bl-użu normali ma għandha tagħmel hekk, kif ukoll l-ebda parti ma għandha tiġrilha l-ħsara jew tibda taħdem ħażin.

7.4.5.

Alternattivament, jista jintuża metodu ta' kalkolu li juri li l-vettura ma tinqalibx fil-kundizzjonijiet deskritti fil-paragrafi 7.4.1 u 7.4.2 ta' hawn fuq. F'dan il-kalkolu għandhom jitqiesu l-parametri li ġejjin:

7.4.5.1. 

Il-mases u d-dimensjonijiet;

7.4.5.2. 

L-għoli taċ-ċentru tal-gravità;

7.4.5.3. 

Il-flessibbiltà tal-molol;

7.4.5.4. 

L-elastiċità vertikali u orizzontali tat-tajers;

7.4.5.5. 

Il-karatteristiċi tal-kontroll tal-pressjoni tal-arja fil-molol tal-arja;

7.4.5.6. 

Il-pożizzjoni taċ-ċentru tal-moments;

7.4.5.7. 

Ir-reżistenza għat-torsjoni tal-karozzerija.

Il-metodu ta' kalkolu hu deskritt fl-appendiċi ta' dan l-anness.

7.5.   Protezzjoni mir-riskji ta' nirien

7.5.1.   Il-kompartiment tal-magna

7.5.1.1.

L-ebda materjal fjammabbli u li jaqta' l-ħsejjes jew materjal li jista' jimtela bil-fjuwil, lubbrikant jew materjal kombustibbli ieħor ma għandu jintuża fil-kompartiment tal-magna sakemm il-materjal ma jkunx miksi b'għata impermeabbli.

7.5.1.2.

Għandhom jittieħdu prekawzjonijiet sabiex jiġi evitat kemm jista' jkun, li jakkumulaw fjuwils, żejt lubrikanti jew xi materjal fjammabbli ieħor f'xi parti mill-kompartiment tal-magna; dan isir billi l-kompartiment tal-magna jkun imqassam b'mod addattat jew billi jkun hemm ftuħ għad-drejn.

7.5.1.3.

Għandha tiġi installata sezzjoni diviżorja ta' materjal li jiflaħ għas-sħana bejn il-kompartiment tal-magna jew kwalunkwe sors ieħor ta' sħana (bħal apparat li jkun iddisinjat biex jassorbi l-enerġija li toħroġ meta l-vettura tkun nieżla niżla wieqfa, eż. ritardant, jew apparat biex isaħħan l-intern tal-karozzerija, iżda mhux apparati li jiffunzjonaw bl-ilma sħun ċirkolanti) u l-bqija tal-vettura. L-immuntar kollu, il-klipps, il-gaskits, eċċ, li jintużaw mas-sezzjoni diviżorja għandhom ikunu jifilħu għan-nar.

7.5.1.4.

Fil-kompartiment tal-passiġġieri jista' jiġi pprovdut apparat tat-tisħin li ma jaħdmix bl-ilma sħun jekk dan ikun miksi b'materjal iddisinjat biex jiflaħ għat-temperaturi ġġenerati mill-apparat, ma jitfax dħaħen tossiċi u jitqiegħed b'tali mod li l-ebda passiġġier ma jkollu ċans li jmiss xi superfiċe taħraq.

7.5.1.5.

Fil-każ ta' vetturi li jkollhom magna b'kombustjoni interna jew ħiter tal-kombustjoni fuq wara tal-kompartiment tas-sewwieq, il-kompartiment għandu jkun mgħammar b'sistema tal-allarm li tipprovdi lis-sewwieq sinjal kemm akustiku kif ukoll viżwali, u li tattiva s-sinjal ta' twissija ta' periklu, f'każ ta' temperatura għolja ħafna fil-kompartiment tal-magna u f'kull kompartiment fejn ikun hemm ħiter tal-kombustjoni.

Barra mis-sistema tal-allarm, il-vetturi tal-Klassijiet I, II u III għandhom ikunu mgħammra b'sistema ta' trażżin tan-nar fil-kompartiment tal-magna u f'kull kompartiment li jkun fih ħiter tal-kombustjoni. Il-vetturi tal-Klassijiet A u B jistgħu jkunu mgħammra b'sistema ta' trażżin tan-nar fil-kompartiment tal-magna u f'kull kompartiment li jkun fih ħiter tal-kombustjoni.

7.5.1.5.1.

Is-sistema tal-allarm u s-sistema ta' trażżin tan-nar, jekk ikunu installati, għandhom jiġu attivati awtomatikament permezz ta' sistema ta' detezzjoni tan-nar. Is-sistema tal-allarm għandha tkun iddisinjata b'mod li tirrileva kwalunkwe temperatura fil-kompartiment tal-magna, u f'kull kompartiment li jkun fih ħiter tal-kombustjoni, li tkun ogħla mit-temperatura li jkun hemm waqt tħaddim normali.

7.5.1.5.2.

Il-paragrafu 7.5.1.5.1 jitqies bħala ssodisfat jekk iż-żoni li ġejjin tal-kompartiment tal-magna, u kull kompartiment li jkun fih ħiter tal-kombustjoni, ikunu ssorveljati għal temperatura eċċessiva:

7.5.1.5.2.1. 

Żoni li fihom, f'każ ta' tnixxija, fluwidi fjammabbli (likwidi jew gass) jistgħu jiġu f'kuntatt ma' komponenti esposti, eż. is-superċarġer jew is-sistema tal-egżost, fosthom komponenti mmuntati fuq il-magna, li t-temperatura operattiva tagħhom tkun daqs jew ogħla mit-temperatura tat-tqabbid tal-fluwidi fjammabbli (likwidi jew gass);

7.5.1.5.2.2. 

Żoni li fihom, f'każ ta' tnixxija, fluwidi fjammabbli (likwidi jew gass) jistgħu jiġu f'kuntatt ma' komponenti protetti, eż. apparat indipendenti tat-tisħin, li t-temperatura operattiva tagħhom tkun daqs jew ogħla mit-temperatura tat-tqabbid tal-fluwidi fjammabbli (likwidi jew gass); u

7.5.1.5.2.3. 

Żoni li fihom, f'każ ta' tnixxija, fluwidi fjammabbli (likwidi jew gass) jistgħu jiġu f'kuntatt ma' komponenti, eż. l-alternatur, li t-temperatura tagħhom, f'każ ta' ħsara, tista' tkun daqs jew ogħla mit-temperatura tat-tqabbid tal-fluwidi fjammabbli (likwidi jew gass).

7.5.1.5.3.

Is-sistema tal-allarm u s-sistema ta' trażżin tan-nar għandhom ikunu operattivi kull darba li jitħaddem l-apparat li jistartja l-magna, sal-mument li jitħaddem l-apparat għat-tifi tal-magna, irrispettivament mill-komportament tal-vettura. Dawn jistgħu jibqgħu operattivi wara li tintefa l-magna jew li jiġi diżattivat il-master switch tal-vettura, fejn applikabbli. Is-sistema tal-allarm għandha tibqa' operattiva kull darba li l-ħiter tal-kombustjoni jkun qed jaħdem.

7.5.1.5.4.

L-installazzjoni tas-sistema ta' trażżin tan-nar għandha tkun konformi ma' dawn ir-rekwiżiti:

7.5.1.5.4.1.

Is-sistema ta' trażżin tan-nar għandha tiġi installata skont il-manwal tal-installazzjoni tal-manifattur tas-sistema.

7.5.1.5.4.2.

Qabel l-installazzjoni għandha ssir analiżi sabiex jiġu ddeterminati l-pożizzjoni u d-direzzjoni tal-punt(i) tad-disċarġ (eż. żennuni, ġeneraturi tal-aġent għat-tifi tan-nar jew it-tubu tad-disċarġ tal-aġent għat-tifi tan-nar, jew punti oħra ta' distribuzzjoni). Il-perikli potenzjali ta' nar fil-kompartiment tal-magna u f'kull kompartiment li jkun fih ħiter tal-kombustjoni għandhom jiġu identifikati u l-punt(i) tad-disċarġ jiġu jitqiegħdu tali mod li meta s-sistema tiġi attivata l-aġent għat-trażżin tan-nar jiġi distribwit b'mod li jiksi l-periklu ta' nar. Il-firxa tal-isprej u d-direzzjoni tal-punti tad-disċarġ, kif ukoll id-distanza tad-disċarġ, għandhom ikunu biżżejjed biex ikopru kwalunkwe periklu ta' nar identifikat. Għandu jiġi żgurat ukoll li s-sistema taħdem tajjeb, ikun xi jkun il-komportament tal-vettura.

Fl-analiżi tal-periklu ta' nar għandhom, bħala minimu, jitqiesu dawn il-komponenti:

(a) 

Dawk il-komponenti li s-superfiċe tagħhom tista' tilħaq temperaturi ogħla mit-temperatura tal-awtofjammabilità ta' fluwidi, gassijiet jew sustanzi ġewwa l-kompartiment;

(b) 

Il-komponenti u kejbils tal-elettriku b'kurrent jew vultaġġ għoli biżżejjed biex jikkawża l-bidu ta' nar;

(c) 

Pajpijiet flessibbli u kontenituri li jkun fihom likwidu jew gass fjammabbli (b'mod partikolari jekk ikunu taħt pressjoni).

L-analiżi għandha tiġi dokumentata b'mod sħiħ.

7.5.1.5.4.3.

L-iskalar tas-sistema ta' trażżin tan-nar għandu jsir mis-sistema ttestjata, abbażi tal-volum gross totali tal-kompartimenti tal-magna u tal-ħiters tal-kombustjoni ta' fejn il-magna tkun installata. Għall-kompartiment tal-magna u l-kompartimenti tal-ħiters tal-kombustjoni, għandu jitkejjel il-volum gross tagħhom, jiġifieri l-volum tal-magna u dak tal-komponenti tagħha ma għandhomx jitnaqqsu.

L-iskalar tas-sistema jinkludi l-massa tal-aġent għat-trażżin tan-nar, il-punti tad-disċarġ kollha u l-massa tal-kontenitur tal-gass propellant, jekk applikabbli. Il-pressjoni tas-sistema għandha tibqa' l-istess bħal dik tas-sistema ttestjata. Jekk is-sistema tinkludi tubu tad-disċarġ għall-aġent għat-tifi tan-nar, it-tul tat-tubu għandu jiġi skalat mingħajr iż-żennuni. Huwa aċċettabbli li s-sistema ta' trażżin tan-nar ikollha volum akbar ta' aġent għat-tifi tan-nar u/jew aktar punti tad-disċarġ u/jew tubu tad-disċarġ itwal għall-aġent għat-tifi tan-nar u/jew volum akbar ta' gass propellant milli meħtieġ skont il-mudelli ta' skalar ta' hawn taħt:

Jekk il-volum gross tal-kompartimenti tal-magna u tal-ħiter tal-kombustjoni jkun aktar minn 4m3, l-iskala tas-sistema ta' trażżin tan-nar għandha tiġi mkabbra bl-użu tal-fattur ta' skalar ikkalkulat skont il-punt (1) ta' hawn taħt. Jekk il-volum gross ikun inqas minn 4m3, l-iskala tas-sistema ta' trażżin tan-nar tista' tiġi mċekkna bl-użu tal-fattur ta' skalar ikkalkulat skont il-punt (2) ta' hawn taħt sx jindika l-fattur ta' skalar u x jindika l-volum gross totali inkluż dak tal kompartimenti tal-magna u tal-ħuiters tal-kombustjoni [m3].



Sx = 0,1 · x + 0,6

(1)

Sx = 0,15 · x + 0,4

(2)

In-numru skalat ta' żennuni jew punti tad-disċarġ oħra, jekk is-sistema jkollha aktar minn punt tad-disċarġ wieħed, jista' jitqarreb għall-eqreb numru sħiħ.

7.5.2.   Tagħmir elettriku u wajers

7.5.2.1.

Il-kejbils kollha għandhom ikunu iżolati sew u l-kejbils u t-tagħmir elettriku kollu għandu jkun jiflaħ għall-kundizzjonijiet ta' temperatura u umdità li jiġu esposti għalihom. Fil-kompartiment tal-magna, għandha tingħata attenzjoni partikulari għal kemm dawn ikunu addattati biex jifilħu għat-temperatura ambjentali u l-effetti tal-kontaminanti kollha li jista' jkun hemm.

7.5.2.2.

L-ebda kejbil użat f'ċirkwit elettriku ma għandu jġorr kurrent ogħla minn dak aċċettabbli għal kejbil ta' dak it-tip, fejn jitqiesu l-metodu ta' installazzjoni tiegħu u t-temperatura ambjentali massima.

7.5.2.3.

Kull ċirkwit elettriku li jalimenta element tat-tagħmir barra l-istarter, iċ-ċirkwit tat-tqabbid (tqabbid bl-ispark), il-glow plugs, l-apparat tat-tifi tal-magna, iċ-ċirkwit li jiċċarġja u l-konnessjoni tal-batterija mal-earth għandu jkollhom fjus jew interruttur taċ-ċirkwit. Madankollu, iċ-ċirkwiti li jalimentaw tagħmir ieħor jistgħu jkunu protetti bi fjus komuni jew b'interruttur taċ-ċirkwit komuni, dejjem jekk il-kapaċità totali nominali tagħhom ma taqbiżx il-kapaċità tal-fjus jew tal-interruttur taċ-ċirkwit. Fil-każ ta' multiplexing, il-manifattur għandu jagħti l-informazzjoni teknika rilevanti kollha meta jiġi mitlub biex jagħmel dan mis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet.

7.5.2.4.

Il-kejbils kollha għandhom ikunu protetti u marbuta sew b'tali mod li ma jistax jiġrilhom ħsara billi jinqatgħu, jinbarxu jew jinstelħu.

7.5.2.5.

Jekk il-vultaġġ jeċċedi 100 Volt RMS (Root Mean Square) f'waħda jew aktar miċ-ċirkwiti elettriċi tal-vettura, swiċċ manwali isolanti li kapaċi jiskonnettja dawk iċ-ċirkwiti kollha mill-provvista elettrika prinċipali għandu jkun imqabbad f'kull pol ta' dik il-provvista li mhix imqabbda bl-elettriku mal-earth, u għandu jitqiegħed ġewwa l-vettura f'post li jkun aċċessibbli malajr għas-sewwieq, dejjem jekk dan l-iswiċċ isolanti ma jkunx jista' jiskonnettja kwalunkwe ċirkwit elettriku li jalimenta d-dawl estern obbligatorju tal-vettura. Dan il-paragrafu ma japplikax għal ċirkwiti li jixegħlu b'tensjoni għolja u lanqas għal ċirkwiti awtonomi li jagħmlu parti minn tagħmir tal-vettura.

7.5.2.6.

Il-kejbils elettriċi kollha għandhom jitqiegħdu b'tali mod li l-ebda parti ma tiġi f'kuntatt ma' xi pajp tal-fjuwil jew xi parti mis-sistema tal-egżost, jew li jkunu suġġetti għal sħana eċċessiva, sakemm ma jkunux miksija u protetti b'materjal speċjali addattat, bħal pereżempju fil-każ ta' valv tal-egżost imħaddem b'solenojd.

7.5.3.   Batteriji

7.5.3.1.

Il-batteriji kollha għandhom ikunu mwaħħla sewwa u aċċessibbli faċilment.

7.5.3.2.

Il-kompartiment tal-batterija għandu jkun separat mill-kompartiment tal-passiġġieri u l-kompartiment tas-sewwieq, u vventilat għall-arja ta' barra.

7.5.3.3.

It-terminals tal-batterija għandhom ikunu protetti minn xi riskju ta' xort fiċ-ċirkwit.

7.5.4.   Apparati tat-tifi tan-nar u tagħmir tal-ewwel għajnuna

7.5.4.1.

Għandu jiġi pprovdut spazju sabiex jitwaħħal apparat wieħed jew aktar tat-tifi tan-nar, u wieħed minnhom ikun qrib is-sit tas-sewwieq. Fil-vetturi tal-Klassi A jew B l-ispazju għal kull apparat tat-tifi tan-nar ma għandux ikun inqas minn 8 dm3 u għal vetturi tal-Klassi I, II jew III mhux inqas minn 15 dm3. Fil-każ ta' vettura b'żewġ pjani, għandu jiġi pprovdut spazju għal apparat tat-tifi tan-nar addizzjonali fil-pjan ta' fuq.

7.5.4.2.

Għandu jitħalla spazju biex titwaħħal kaxxa għall-ewwel għajnuna waħda jew aktar. L-ispazju pprovdut ma għandux ikun inqas minn 7 dm3, u d-dimensjoni minima ma għandhiex tkun inqas minn 80 mm.

7.5.4.3.

L-apparati tat-tifi tan-nar u l-kaxex għall-ewwel għajnuna għandhom jitwaħħlu sew biex ma jinsterqux jew jiġu vandalizzati (eż f'locker intern jew wara ħġieġ li jista' jinkiser), dejjem jekk il-post ta' dawn l-oġġetti jkun immarkat sew u jiġu pprovduti mezzi biex in-nies joħorġuhom malajr f'każ ta' emerġenza.

7.5.5.   Materjali

L-ebda materjal fjammabbli ma għandu jitħalla eqreb minn 100 mm minn xi komponenti tas-sistema tal-egżost, kwalunkwe tagħmir elettriku b'vultaġġ għoli jew sorsi sinifikanti oħra tas-sħana sakemm dan il-materjal ma jkollux protezzjoni effettiva. Fejn meħtieġ, għandu jiġi pprovdut ilqugħ biex ma jħallix grease jew materjal fjammabbli ieħor jiġi f'kuntatt mas-sistema tal-egżost jew sorsi sinifikanti oħra tas-sħana. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, materjal fjammabbli jitqies bħala wieħed li mhux maħsub biex jiflaħ għat-temperaturi li jista' jkun hemm f'dak il-post.

7.5.6.   Detezzjoni tan-nar

7.5.6.1.

Il-vetturi għandhom ikunu mgħammra b'sistema ta' allarm li tirrileva l-preżenza ta' temperaturi eċċessivi jew duħħan fil-kompartimenti tat-toilet, fil-kompartiment tal-irqad tas-sewwieq u f'kompartimenti separati oħra.

7.5.6.2.

F'każ ta' rilevament, is-sistema msemmija fil-paragrafu 7.5.6.1 għandha tipprovdi lis-sewwieq b'sinjal kemm akustiku kif ukoll viżwali fil-kompartiment tiegħu u għandha tattiva s-sinjal ta' twissija ta' periklu.

7.5.6.3.

Is-sistema tal-allarm għandha tkun operattiva tal-anqas kull darba li jitħaddem l-apparat li jistartja il-magna, sal-mument li jitħaddem l-apparat għat-tifi tal-magna, irrispettivament mill-komportament tal-vettura.

7.6.   Punti ta' ħruġ

7.6.1.   Numru ta' punti ta' ħruġ

7.6.1.1.

In-numru minimu ta' bibien f'vettura għandu jkun tnejn, jew żewġ bibien ta' servizz jew bieba ta' servizz waħda u bieba ta' emerġenza waħda. Kull vettura b'żewġ pjani għandu jkollha żewġ bibien fuq il-pjan ta' isfel (ara wkoll il-paragrafu 7.6.2.3 ta' hawn taħt). In-numru minimu ta' bibien ta' servizz meħtieġa hu kif ġej:



Numru ta' passiġġieri

Numru minimu ta' bibien ta' servizz

 

Klassijiet I u A

Klassi II

Klassijiet III u B

9 - 45

1

1

1

46 - 70

2

1

1

71 - 100

3

(2 fil-każ ta' vettura b'żewġ pjani)

2

1

> 100

4

3

1

7.6.1.2.

In-numru minimu ta' bibien ta' servizz f'kull sezzjoni riġida ta' vettura artikolata għandu jkun wieħed, għajr fil-każ tas-sezzjoni ta' quddiem ta' vettura artikolata tal-Klassi I, fejn dan in-numru minimu għandu jkun tnejn.

7.6.1.3.

Għal fini ta' dan ir-rekwiżit, il-bibien ta' servizz mgħammra b'sistema ta' kontroll motorizzata ma għandhomx jitqiesu bħala bibien ta' emerġenza sakemm ma jkunux jistgħu jinfetħu malajr bl-idejn, ladarba jingħafas il-kontroll imsemmi fil-paragrafu 7.6.5.1 ta' hawn taħt, jekk meħtieġ.

7.6.1.4.

In-numru minimu ta' punti ta' ħruġ ta' emerġenza għandu jkun tali li n-numru totali ta' punti ta' ħruġ f'kompartiment separat ikun kif ġej:



Numru ta' passiġġieri u ekwipaġġ li jistgħu jitqiegħdu f'kull kompartiment jew pjan

Numru minimu totali ta' punti ta' ħruġ

1 - 8

2

9 - 16

3

17 - 30

4

31 - 45

5

46 - 60

6

61 - 75

7

76 - 90

8

91 - 110

9

111 - 130

10

> 130

11

In-numru ta' punti ta' ħruġ għal kull pjan separat (fil-każ ta' vettura b'żewġ pjani) u għal kull kompartiment separat għandu jiġi stabbilit separatament. Għall-finijiet li jkun magħruf in-numru ta' punti ta' ħruġ ta' emerġenza, il-kompartimenti tat-toilet jew tal-kċina ma jitqiesux bħala kompartimenti separati. Il-bibien ta' evakwazzjoni jistgħu jitqiesu biss bħala wieħed min-numru ta' punti ta' ħruġ ta' emerġenza msemmija hawn fuq.

7.6.1.5.

Kull sezzjoni riġida ta' vettura artikolata għandha titqies bħala vettura separata għall-finijiet li jkun magħruf in-numru minimu u l-pożizzjoni tal-punti ta' ħruġ, għajr għall-paragrafu 7.6.2.4 ta' hawn taħt. Il-passaġġ ta' bejniethom ma għandux jitqies bħala punt ta' ħruġ. Għall-finijiet li jkun magħruf in-numru ta' punti ta' ħruġ ta' emerġenza, il-kompartimenti tat-toilet jew tal-kċina ma jitqiesux bħala kompartimenti separati. In-numru ta' passiġġieri għandu jiġi stabbilit għal kull sezzjoni riġida. Il-pjan, li jinkludi l-assi orizzontali tal-pern bejn is-sezzjonijiet riġidi konġunti tal-vettura, u perpendikolari mal-assi lonġitudinali tal-vettura, meta din timxi f'direzzjoni dritta, għandu jitqies bħala d-demarkazzjoni bejn is-sezzjonijiet.

7.6.1.6.

Bieba ta' servizz doppja għandha titqies bħala żewġ bibien u tieqa doppja jew multipla bħala żewġ twieqi ta' emerġenza.

7.6.1.7.

Jekk il-kompartiment tas-sewwieq ma jipprovdix aċċess għall-kompartiment tal-passiġġieri permezz ta' passaġġ ta' aċċess li jippermetti:

(a) 

It-tarf ta'quddiem tal-gejġ ċilindriku msemmi fl-Anness 4, Figura 6, li jilħaq tal-inqas il-pjan vertikali trasversali tanġenzjali tal-ponta ta' quddiem nett tad-dahar tas-sit tas-sewwieq fil-pożizzjoni lonġitudinali l-aktar lura tiegħu, u

(b) 

Minn dan il-pjan, li ċċaqlaq 'il quddiem il-pannell muri fl-Anness 4, Figura 7, mill-pożizzjoni ta' kuntatt, bil-gejġ ċilindriku sakemm jilħaq mill-anqas il-pjan vertikali tanġenzjali tal-ponta ta' quddiem nett tal-kuxin tas-sit tas-sewwieq,

F'dak il-każ, għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-paragrafi 7.6.1.7.1 sa 7.6.1.7.5 ta' hawn taħt:

7.6.1.7.1. 

Il-kompartiment tas-sewwieq għandu jkollu żewġ punti ta' ħruġ, li t-tnejn għandhom ikunu fuq l-istess ħajt laterali. Meta wieħed mill-punti ta' ħruġ ikun tieqa, din it-tieqa għandu jkollha erja minima ta' 400 000  mm2, għandu jkun possibbli li f'dan l-ispazju jiddaħħal rettangolu b'qisien ta' 500 mm × 700 mm u għandu jkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 7.6.8 ta' hawn taħt għat-twieqi ta' emerġenza.

7.6.1.7.2. 

Maġenb is-sewwieq huma permessi sit wieħed jew tnejn għal persuni oħra, f'liema każ iż-żewġ punti ta' ħruġ imsemmija fil-paragrafu 7.6.1.7.1 ta' hawn fuq għandhom ikunu bibien.

Il-bieba tas-sewwieq għandha tiġi aċċettata bħala l-bieba ta' emerġenza għall-okkupanti ta' dawk is-sits, dejjem jekk ikun possibbli li wieħed imexxi gejġ tat-test mis-sits tal-okkupanti lejn l-estern tal-vettura minn ġol-bieba tas-sewwieq (ara l-Anness 4, Figura 27).

Il-verifika tal-aċċess għall-bieba tas-sewwieq għandha tkun suġġetta għar-rekwiżiti tal-paragrafu 7.7.3.2 ta' hawn taħt, billi jintuża gejġ tat-test b'dimensjonijiet ta' 600 × 400 mm, kif deskritt fil-paragrafu 7.7.3.3 ta' hawn taħt.

Il-bieba ta' servizz għandha tkun fin-naħa tal-vettura opposta għal dik li fiha l-bieba tas-sewwieq u għandha tiġi aċċettata bħala l-bieba ta' emerġenza għas-sewwieq.

7.6.1.7.3. 

Il-paragrafi 7.6.3 sa 7.6.7, 7.7.1, 7.7.2 u7.7.7 ta' dan l-anness ma għandhomx japplikaw għall-punti ta' ħruġ previsti għall-kompartiment tas-sewwieq kif imsemmija fil-paragrafi 7.6.1.7.1 u 7.6.1.7.2 ta' hawn fuq.

7.6.1.7.4. 

Fiċ-ċirkostanzi deskritti fil-paragrafi 7.6.1.7.1 u7.6.1.7.2 ta' hawn fuq, il-punti ta' ħruġ previsti għall-kompartiment tas-sewwieq, u għall-okkupanti ta' kwalunkwe sit maġenb is-sewwieq ma għandhomx jitqiesu bħala waħda mill-bibien meħtieġa skont il-paragrafi 7.6.1.1 u 7.6.1.2 ta' hawn fuq, u lanqas bħala wieħed mill-punti ta' ħruġ ta' emerġenza meħtieġa skont il-paragrafu 7.6.1.4 ta' dan l-anness għal kwalunkwe kompartiment tal-passiġġieri ieħor.

7.6.1.7.5. 

Jistgħu jitwaħħlu sa ħames sits addizzjonali fil-kompartiment li jinkorpora l-kompartiment tas-sewwieq u kwalunkwe sit maġenb is-sewwieq, dejjem jekk is-sits addizzjonali u l-ispazju għal dawn is-sits ikunu konformi mar-rekwiżiti kollha ta' dan ir-Regolament u tal-inqas wieħed mill-punti ta' ħruġ ta' emerġenza meħtieġ skont il-paragrafu 7.6.1.4 ta' hawn fuq ikun bieba li tagħti aċċess għall-kompartiment tal-passiġġieri u li tkun konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 7.6.3.1.2 ta' dan l-anness għall-bibien ta' emerġenza.

7.6.1.8.

Jekk il-kompartiment tas-sewwieq ikun aċċessibbli minn kompartiment tal-passiġġieri permezz ta' passaġġ ta' aċċess li jkun konformi mas-sottoparagrafi(a) u (b) tal-paragrafu 7.6.1.7 ta' hawn fuq, u kwalunkwe sit maġenb dan il-kompartiment tas-sewwieq, huma aċċessibbli minn dak l-istess kompartiment tal-passiġġieri permezz ta' passaġġ ta' aċċess li jkun konformi ma' waħda mill-kundizzjonijiet deskritti fil-paragrafu 7.7.5.1.1 ta' dan l-anness, ma jkun meħtieġ l-ebda punt ta' ħruġ estern mill-kompartiment tas-sewwieq.

7.6.1.9.

Jekk, fiċ-ċirkostanzi deskritti fil-paragrafu 7.6.1.8 ta' hawn fuq, bieba tas-sewwieq tkun prevista f'vetturi tal-Klassijiet A jew B din tista' tgħodd bħala bieba ta' emerġenza għall-passiġġieri bil-kundizzjoni li:

7.6.1.9.1. 

Il-bieba tas-sewwieq tissodisfa r-rekwiżiti relatati mad-dimensjonijiet tal-bieba ta' emerġenza indikati fil-paragrafu 7.6.3.1.2 ta' dan l-annesss;

7.6.1.9.2. 

Il-bieba tas-sewwieq tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 7.6.1.7.2 ta' hawn fuq;

7.6.1.9.3. 

L-ispazju riservat għas-sit tas-sewwieq għandu jkun konness mal-kompartiment prinċipali tal-passiġġieri permezz ta' passaġġ xieraq; dan ir-rekwiżit għandu jitqies bħala ssodisfat jekk il-gejġ tat-test deskritt fil-paragrafu7.7.5.1 ta' hawn taħt ikun jista' jitmexxa mingħajr xkiel mill-passaġġ bejn is-sits, sakemm it-tarf ta' quddiem tal-gejġ jilħaq il-pjan vertikali tanġenzjali mal-punt ta' quddiem nett tad-dahar tas-sit tas-sewwieq (dan is-sit ikun fl-aktar pożizzjoni lonġitudinali lura tiegħu) u, minn dan il-pjan, il-gejġ tat-test deskritt fil-paragrafu 7.7.3.3 ta' hawn taħt ikun jista' jitmexxa sal-bieba ta' emerġenza fid-direzzjoni stabbilita minn dak il-paragrafu (ara l-Anness 4, Figura 28) bis-sit u l-aġġustament tal-istering fil-pożizzjoni tan-nofs tagħhom.

7.6.1.10.

Il-paragrafi 7.6.1.8 u 7.6.1.9 ta' hawn fuq ma jeskludux li jkun hemm bieba jew xi ostakolu ieħor bejn is-sit tas-sewwieq u l-kompartiment tal-passiġġieri, dejjem jekk dan l-ostakolu ikun jista' jinfetaħ malajr mis-sewwieq f'każ ta' emerġenza. Bieba tas-sewwieq f'kompartiment protetta minn ostakolu ta' dan it-tip ma għandhiex titqies bħala punt ta' ħruġ għall-passiġġieri.

7.6.1.11.

Vetturi tal-Klassijiet II, III u B għandhom ikunu mgħammra b'bibien ta' evakwazzjoni, flimkien mal-bibien u t-twieqi ta' emerġenza. Fil-każ ta' vetturi b'żewġ pjani, dawn il-bibien għandhom jiġu installati fis-saqaf tal-pjan ta' fuq biss. In-numru minimu ta' bibien ta' evakwazzjoni għandu jkun:



Numru ta' passiġġieri (fil-pjan ta' fuq fil-każ ta' vetturi b'żewġ pjani)

Numru minimu ta' bibien ta' evakwazzjoni

Mhux aktar minn 30

l

Aktar minn 30

2

Għajr kif previst fil-paragrafu 7.6.1.12, il-bibien ta' evakwazzjoni jistgħu jiġu installati wkoll fil-każ ta' vetturi tal-Klassijiet I u A. Ma għandux ikun hemm bibien ta' evakwazzjoni installati fis-saqaf ta' trolleybus.

7.6.1.12.

Ma għandhomx jiġu installati bibien ta' evakwazzjoni f'pożizzjonijiet fejn ikun hemm komponenti tekniċi li jistgħu jkunu ta' periklu għall-passiġġieri li jużaw il-bibien ta' evakwazzjoni (eż sistemi ta' vultaġġ għoli, sistemi li jkun fihom likwidi u/jew gass perikolużi, eċċ.).

7.6.1.13.

Kull taraġ intern għandu jitqies bħala punt ta' ħruġ mill-pjan ta' fuq ta' vettura b'żewġ pjani.

7.6.1.14.

Il-persuni kollha li jkunu fil-pjan ta' isfel ta' vettura b'żewġ pjani għandhom, f'sitwazzjoni ta' emerġenza, ikollhom aċċess għal barra mill-vettura mingħajr ma jkollhom għalfejn jidħlu fil-pjan ta' fuq.

7.6.1.15.

Il-passaġġ bejn is-sits fil-pjan ta' fuq ta' vettura b'żewġ pjani għandu jkun konness permezz ta' taraġ intern wieħed jew aktar mal-passaġġ ta' aċċess ta' bieba ta' servizz jew mal-passaġġ bejn is-sits fil-pjan ta' isfel sa distanza ta' 3 m mill-bieba ta' servizz

7.6.1.15.1. 

Tal-inqas taraġ wieħed u nofs taraġ għandhom jiġu previsti fil-każ ta' vetturi tal-Klassi I jekk ikunu se jinġarru aktar minn 50 passiġġier fis-sular ta' fuq;

7.6.1.15.2. 

Tal-inqas taraġ wieħed u nofs taraġ għandhom jiġu previsti fil-każ ta' vetturi tal-Klassi II u tal-Klassi III jekk ikunu se jinġarru aktar minn 30 passiġġier fis-sular ta' fuq.

7.6.1.16.

Fil-każ ta' vettura bla saqaf, il-punti ta' ħruġ fuq il-pjan bla saqaf għandhom ikunu tali li jissodisfaw dawk id-dispożizzjonijiet li ma jkunux inkompatibbli man-nuqqas tas-saqaf.

7.6.1.17.

Fil-każ ta' vetturi tal-Klassi A jew B, jekk ikun hemm bieba fuq in-naħa opposta tal-bieba tas-sewwieq, din tista' tgħodd bħala waħda mill-punti ta' ħruġ meħtieġa għall-passiġġieri sakemm:

7.6.1.17.1. 

Ma jkunx hemm aktar minn sit wieħed tal-passiġġieri maġenb il-kompartiment tas-sewwieq, u

7.6.1.17.2. 

Tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7.6.1.9 ta' hawn fuq.

7.6.2.   Pożizzjonament tal-punti ta' ħruġ

7.6.2.1.

Il-vetturi tal-Klassijiet I, II u III għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

7.6.2.1.1.

Il-bieba/bibien ta' servizz għandhom ikunu fil-ġenb tal-vettura li jkun l-eqreb lejn il-ġenb tat-triq li jikkorrispondi mad-direzzjoni tat-traffiku li għaliha hija ddisinjata l-vettura u kif iddikjarat mill-manifattur fil-formola ta' komunikazzjoni tal-Anness 1, Parti I, Appendiċi 1, paragrafu 2.8 ta' dan ir-Regolament tal-inqas waħda minnhom għandha tkun fin-nofs ta' quddiem tal-vettura. Dan ma għandux jeskludi:

7.6.2.1.1.1. 

Il-provvediment ta' bieba ddisinjata apposta fil-faċċati ta' wara jew tal-ġenb tal-vettura sabiex tintuża minflok bieba ta' servizz minn passiġġieri fuq siġġu tar-roti, jew

7.6.2.1.1.2. 

I-provvediment ta' bieba addizzjonali fil-faċċata ta' wara tal-vettura, l-aktar għat-tagħbija/ħatt ta' oġġetti jew bagalji, iżda li tista' tintuża mill-passiġġieri fejn iċ-ċirkostanzi jitolbu dan, jew

7.6.2.1.1.3. 

Il-provvediment ta' bieba/bibien ta' servizz addizzjonali fuq in-naħa opposta tal-vettura fil-każ ta' vetturi ddisinjati sabiex jintużaw f'ċirkostanzi li jeħtieġu tlugħ/inżul ta' passiġġieri fuq iż-żewġ naħat tal-vettura. Il-vetturi b'dan it-tagħmir għandhom ikunu mgħammra b'kontroll(i) li jippermettu lis-sewwieq jimpedixxi t-tħaddim normali tal-bibien li ma jkunux qed jintużaw dak il-ħin.

7.6.2.2.

Il-vetturi tal-Klassijiet A u B għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

7.6.2.2.1. 

Il-bieba/bibien ta' servizz għandhom ikunu fil-ġenb tal-vettura li tkun l-eqreb lejn il-ġenb tat-triq li jikkorrispondi mad-direzzjoni tat-traffiku li għaliha hija ddisinjata l-vettura u kif iddikjarat mill-manifattur fil-formola ta' komunikazzjoni tal-Anness 1, Parti I, Appendiċi 1, paragrafu 2.8, ta' dan ir-Regolament.

7.6.2.2.2. 

Il-punti ta' ħruġ għandhom jitqiegħdu b'tali mod li jkun hemm tal-inqas punt ta' ħruġ wieħed fuq kull naħa tal-vettura.

7.6.2.2.3. 

In-nofs ta' quddiem u n-nofs ta' wara tal-kompartiment tal-passiġġieri għandu jkollhom tal-inqas punt ta' ħruġ wieħed kull wieħed.

7.6.2.3.

Jekk il-kompartiment tal-passiġġieri jkollu erja S0 daqs jew akbar minn 10 m2, żewġ bibien minn dawk imsemmija fil-paragrafu 7.6.1.1 ta' hawn fuq għandhom ikunu separati b'mod li d-distanza bejn il-pjanijiet vertikali trasversali li jgħaddu miċ-ċentri tal-erja tagħhom ma tkunx inqas minn:

7.6.2.3.1. 

Fil-każ ta' vettura bi pjan wieħed, 40 fil-mija tat-tul globali tal-kompartiment tal-passiġġieri mkejjel b'mod parallel mal-assi lonġitudinali tal-vettura.

Fil-każ ta' vettura artikolata, dan ir-rekwiżit għandu jkun issodisfat jekk żewġ bibien tas-sezzjonijiet differenti jkunu separati b'mod li d-distanza bejn il-bibien ma tkunx inqas minn 40 fil-mija tat-tul globali tal-kompartiment ikkombinat tal-passiġġieri (is-sezzjonijiet kollha).

Jekk waħda minn dawn iż-żewġ bibien tifforma parti minn bieba doppja, din id-distanza għandha titkejjel bejn iż-żewġ bibien li jkunu qegħdin l-iktar 'il bogħod minn xulxin.

7.6.2.3.2. 

Fil-każ ta' vettura b'żewġ pjani, tnejn mill-bibien imsemmija fil-paragrafu 7.6.1.1 ta' hawn fuq għandhom ikunu separati b'mod li d-distanza bejn il-pjanijiet vertikali trasversali li jgħaddu miċ-ċentri tas-superfiċji tagħhom ma tkunx inqas minn jew 25 fil-mija tat-tul globali tal-vettura jew 40 fil-mija tat-tul globali tal-kompartiment tal-passiġġieri fuq il-pjan ta' isfel; dan ma għandux ikun applikabbli jekk iż-żewġ bibien ikunu fuq naħat differenti tal-vettura. Jekk waħda minn dawn iż-żewġ bibien tifforma parti minn bieba doppja, din id-distanza għandha titkejjel bejn iż-żewġ bibien li jkunu qegħdin l-iktar 'il bogħod minn xulxin.

7.6.2.4.

Il-punti ta' ħruġ (fuq kull pjan, fil-każ ta' vettura b'żewġ pjani) għandhom jitqiegħdu b'tali b'mod li l-għadd tagħhom fuq kull waħda miż-żewġ naħat tal-vettura jkun kważi l-istess. (Dan ma għandux jimplika l-ħtieġa li jiġu pprovduti punti ta' ħruġ addizzjonali aktar min-numru speċifikat fil-paragrafu 7.6.1 ta' hawn fuq). Jekk ikun hemm punti ta' ħruġ iżjed min-numru minimu meħtieġ, dawn ma għandhomx għalfejn ikunu mqassma l-istess fuq kull waħda miż-żewġ naħat tal-vettura.

7.6.2.5.

Tal-inqas punt ta' ħruġ wieħed għandu jkun jew fil-faċċata ta' wara jew fil-faċċata ta' quddiem tal-vettura:

7.6.2.5.1. 

Fil-każ ta' vetturi tal-Klassi I u A, ir-rekwiżiti tal-paragrafu 7.6.2.5 ta' hawn fuq jiġu ssodisfati jekk ikun hemm installata bieba ta' evakwazzjoni; jew, f'każ li japplika l-paragrafu 7.6.1.12, jekk fuq kull naħa tal-vettura jkun jemm installat punt ta' ħruġ addizzjonali għal dawk speċifikati fil-paragrafu 7.6.1 ta' hawn fuq.

7.6.2.5.2. 

Fil-każ ta' vetturi b'żewġ pjani, ir-rekwiżiti tal-paragrafu 7.6.2.5 ta' hawn fuq għandu japplika għall-pjan ta' fuq biss.

7.6.2.6.

Il-punti ta' ħruġ fl-istess naħa tal-vettura għandhom ikunu separati kif xieraq mat-tul tal-kompartiment tal-passiġġieri.

7.6.2.7.

Jista' jkun hemm bieba fil-faċċata ta' wara tal-vettura, dejjem jekk din ma tkunx bieba ta' servizz.

7.6.2.8.

Il-bibien ta' evakwazzjoni meħtieġa għandhom ikunu pożizzjonati kif ġej:

(a) 

Jekk hemm bieba waħda biss, din għandha tkun fit-terz tan-nofs tal-kompartiment tal-passiġġieri; jew

(b) 

jekk ikun hemm żewġ bibien, dawn għandhom ikunu separati b'distanza ta' mill-anqas 2 m mkejla bejn l-eqreb trufijiet tal-aperturi f'linja parallela mal-assi lonġitudinali tal-vettura.

7.6.3.   Dimensjonijiet minimi tal-punti ta' ħruġ

7.6.3.1.

Il-vetturi tal-Klassi I, II jew III għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

7.6.3.1.1. 

Il-bibien ta' servizz għandu jkollhom apertura li toħloq aċċess skont ir-rekwiżiti indikati fil-paragrafu 7.7.1 ta' dan l-anness.

7.6.3.1.2. 

Il-bibien ta' emerġenza għandu jkollhom apertura b'għoli minimu ta 1 450  mm u wisa' minimu ta' 600 mm.

7.6.3.1.3. 

It-twieqi ta' emerġenza għandu jkollhom erja minima ta' 400 mm2. Għandu jkun possibbli li f'dan l-ispazju jiddaħħal rettangolu b'qisien ta' 500 mm × 700 mm.

7.6.3.1.4. 

Fil-każ ta' tieqa ta' emerġenza li tinsab fil-faċċata ta' wara tal-vettura, din għandha jew tissodisfa r-rekwiżiti indikati fil-paragrafu 7.6.3.1.3 ta' hawn fuq, jew għandu jkun possibbli li fl-apertura ta' din it-tieqa ta' emerġenza jiddaħħal rettangolu għoli 350 mm u wiesa' 550 mm, li l-kantunieri tiegħu jistgħu jiġu ttondjati għal raġġ tal-kurvatura ta' mhux aktar minn 250 mm.

7.6.3.1.5. 

Il-bibien ta' evakwazzjoni għandu jkollhom apertura b'erja minima ta' 450 000  mm2. Għandu jkun possibbli li f'dan l-ispazju jiddaħħal rettangolu b'qisien ta' 600 mm × 700 mm.

7.6.3.2.

Il-vetturi tal-Klassi A jew B jistgħu jissodisfaw jew ir-rekwiżiti indikati fil-paragrafu 7.6.3.1 ta' hawn fuq (Klassi A li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Klassi I u Klassi B li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Klassi II u III) jew ir-rekwiżiti li hemm fl-Anness 7, paragrafu 1.1.

7.6.4.   Rekwiżiti tekniċi għall-bibien ta' servizz kollha

7.6.4.1.

Kull bieba ta' servizz għandha tkun tista' tinfetaħ faċilment minn ġewwa u minn barra l-vettura meta l-vettura tkun wieqfa (iżda mhux neċessarjament meta l-vettura tkun miexja). Madankollu, dan ir-rekwiżit ma għandux jitqies li jeskludi l-possibilità li l-bieba tiġi llokkjata minn barra, dejjem jekk il-bieba tkun tista' tinfetaħ dejjem minn ġewwa.

7.6.4.2.

Kull kontroll jew apparat għall-ftuħ tal-bieba minn barra (kontroll estern) għandu jkun bejn 1 000  mm u 1 500  mm mill-art u mhux aktar minn 500 mm mill-bieba. Fil-vetturi tal-Klassijiet I, II u III kull kontroll jew apparat għall-ftuħ tal-bieba minn ġewwa għandu jkun bejn 1 000  mm u 1 500  mm mis-superfiċe ta' fuq tal-art jew tat-tarġa l-eqreb tal-kontroll u mhux aktar minn 500 mm mill-bieba. Dan ma għandux japplika għall-kontrolli li jkun hemm fiż-żona tas-sewwieq.

7.6.4.3.

Kull bieba ta' servizz singola li titħaddem manwalent u li tkun fuq iċ-ċappetti jew fuq pern għandha tkun magħmula hekk b'tali mod li jekk il-bieba taħbat ma' oġġett wieqaf waqt li l-vettura tkun miexja 'l quddiem hi jkollha tendenza li tingħalaq.

7.6.4.4.

Jekk bieba ta' servizz li titħaddem manwalment ikollha fuqha lokk li jagħlaq b'sabta, dan għandu jkun tat-tip f'żewġ stadji.

7.6.4.5.

Fuq ġewwa tal-bieba ta' servizz ma għandu jkun hemm l-ebda apparat maħsub biex jgħatti t-tarġiet ta' ġewwa meta l-bieba tkun magħluqa. Dan ma jeskludix il-preżenza fil-ħofra tat-tarġa, meta l-bieba tkun magħluqa, tal-mekkaniżmu li jħaddem il-bieba u ta' tagħmir ieħor imwaħħal man-naħa ta' ġewwa tal-bieba li jifformax parti minn estensjoni tal-art li fuqha jistgħu joqogħdu bilwieqfa l-passiġġieri. Dawn il-mekkaniżmu u tagħmir ma għandhomx ikunu ta' periklu għall-passiġġieri.

7.6.4.6.

Jekk il-viżibiltà diretta ma tkunx adegwata, għandhom jitwaħħlu apparati ottiċi jew ta' tip ieħor li jgħinu biex is-sewwieq ikun jista' jara mis-sit tiegħu jekk hemmx xi passiġġier fil-qrib ħafna kemm tan-naħa ta' ġewwa kif ukoll tan-naħa ta' barra tal-bibien ta' servizz kollha li mhumiex bibien ta' servizz awtomatiċi.

Fil-każ ta' vetturi b'żewġ pjani tal-Klassi I, dan ir-rekwiżit japplika wkoll għan-naħa ta' ġewwa tal-bibien ta' servizz kollha u fil-viċinanza immedjata ta' kull taraġ intern fuq il-pjan ta' fuq.

Fil-każ ta' bieba ta' servizz fil-faċċata ta' wara tal-vettura ta' mhux aktar minn 22 passiġġier, dan ir-rekwiżit jiġi ssodisfat jekk is-sewwieq ikun jista' jara persuna ta' tul ta' 1.3 m bilwieqfa 1 m wara l-vettura.

Jistgħu jintużaw l-mirja tas-sewqan biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta' dan il-paragrafu, dejjem jekk xorta jkun hemm il-kamp ta' viżjoni meħtieġ għas-sewqan.

Fil-każ ta' bibien pożizzjonati wara s-sezzjoni artikolata ta' vettura artikolata, il-mirja ma għandhomx jitqiesu bħala apparat ottiku suffiċjenti.

7.6.4.7.

Kull bieba li tinfetaħ 'il ġewwa fil-vettura kif ukoll il-mekkaniżmu tagħha għandhom ikunu mibnija b'tali mod li, f'kundizzjonijiet ta' użu normali, il-moviment tagħhom ma jkunx ta' periklu għall-passiġġieri. Fejn meħtieġ, għandhom jitwaħħlu apparati ta' protezzjoni xierqa.

7.6.4.8.

Jekk ikun hemm bieba ta' servizz ħdejn il-bieba ta' toilet jew ta' xi kompartiment intern ieħor, il-bieba ta' servizz ma għandhiex tkun tista' tinfetaħ b'mod aċċidentali. Madankollu, dan ir-rekwiżit ma għandux ikun applikabbli jekk il-bieba tiġi llokkjata awtomatikament meta l-vettura tkun miexja b'veloċità ta' aktar minn 5 km/h.

7.6.4.9.

Fil-każ ta' vetturi li jkollhom kapaċità ta' mhux aktar minn 22 passiġġier, li l-bibien ta' servizz tagħhom ikunu fil-faċċata ta' wara tal-vettura, il-battenti tagħhom għandhom ikunu jistgħu jinfetħu mhux aktar minn 115° u mhux inqas minn 85° u, meta miftuħa, għandhom ikunu jistgħu jinżammu f'dik il-pożizzjoni awtomatikament. Dan ma jipprekludix il-possibbilità li l-battenti jinfetħu aktar minn dan l-angolu limitu, meta dan ma jkunx ta' periklu; pereżempju, biex jiffaċilita r-riversjar lejn pjattaforma għolja għal xogħol ta' tagħbija jew li jinfetħu l-bibien sa angolu ta' 270° biex ikun hemm żona libera tat-tgħabija wara l-vettura.

7.6.4.10.

Il-bieba ta' servizz, fi kwalunkwe pożizzjoni li tkun miftuħa, ma għandhiex ixxekkel l-użu, jew l-aċċess meħtieġ, għal kwalunkwe punt ta' ħruġ obbligatorju.

7.6.4.11.

Jekk ikun hemm sistema ta' llokkjar matul il-lejl, għandu japplika dan li ġej:

7.6.4.11.1. 

Is-sistema ta' llokkjar għandha tiġi diżattivata awtomatikament meta l-ignition ikun fil-pożizzjoni “ON”, jew

7.6.4.11.2. 

Is-sewwieq għandu jingħata twissija li tindika li s-sistema ta' llokkjar matul il-lejl għadha attiva fuq bieba waħda jew aktar meta l-ignition ikun fil-pożizzjoni “ON” sinjal wieħed jista' jintuża għal aktar minn bieba waħda.

7.6.5.   Rekwiżiti tekniċi addizzjonali għall-bibien ta' servizz motorizzati

7.6.5.1.

Fil-każ ta' emerġenza, kull bieba ta' servizz motorizzata għandha tkun tali, li meta l-vettura tkun wieqfa jew miexja b'veloċità ta' 3 km/h jew inqas, tkun tista' tinfetaħ minn ġewwa u, meta ma tkunx illokkjata, minn barra permezz ta' kontrolli li, sew jekk il-provvista tal-enerġija tkun qiegħda taħdem kif ukoll jekk le:

7.6.5.1.1. 

Jinnewtralizzaw il-kontrolli l-oħra kollha tal-bibien;

7.6.5.1.2. 

Fil-każ ta' kontrolli interni, ikunu pożizzjonati fuq, jew sa 300 mm mill-bieba, f'għoli (għajr fil-każ ta' kontrolli interni għall-bieba msemmija fl-Anness 8, paragrafu 3.9.1.) ta' mhux inqas minn 1 000  mm 'il fuq mill-ewwel tarġa;

7.6.5.1.3. 

Jistgħu jidhru faċilment u jiġu identifikati b'mod ċar meta wieħed jersaq lejn il-bieba jew ikun wieqaf quddiem il-bieba u, jekk miżjuda mal-kontrolli normali tal-ftuħ, ikunu mmarkati b'mod ċar biex jintużaw f'kaz ta' emerġenza;

7.6.5.1.4. 

Jistgħu jitħaddmu minn persuna waħda li tkun bilwieqfa eżatt quddiem il-bieba;

7.6.5.1.5. 

Jistgħu jattivaw apparat li jimpedixxi l-vettura milli tistartja;

7.6.5.1.6. 

Jikkawżaw li l-bieba tinfetaħ sa wisa' li l-gejġ definit fil-paragrafu 7.7.1.1 ta' hawn taħt ikun jista' jgħaddi minnu fi żmien 8 sekondi wara t-tħaddim tal-kontroll, jew jippermettu li l-bieba tinfetaħ faċilment bl-idejn għal wisa' li l-gejġ definit fil-paragrafu 7.7.1.1 ta' hawn taħt ikun jista' jgħaddi minnu fi żmien 8 sekondi wara t-tħaddim tal-kontroll;

7.6.5.1.7. 

Jistgħu jiġu protetti b'element li jkun jista' jitneħħa faċilment jew li jiġi miksur biex jiġi aċċessat il-kontroll ta' emerġenza; it-tħaddim tal-kontroll ta' emerġenza, jew it-tneħħija tal-għata protettiva ta' fuq il-kontroll, għandu jkun indikat lis-sewwieq kemm b'mod li jinstema' kif ukoll viżwalment, u

7.6.5.1.8. 

Fil-każ ta' bieba mħaddma mis-sewwieq li ma tkunx konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 7.6.5.6.2 ta' hawn fuq, għandhom ikunu tali li wara li jiġu attivati biex jiftħu l-bieba u jirritornaw għall-pożizzjoni normali tagħhom, il-bieba ma terġax tingħalaq qabel ma s-sewwieq jattiva xi kontroll tal-għeluq.

7.6.5.1.9. 

Fil-każ ta' kontrolli interni, għandhom jiġu diżattivati jekk il-vettura tkun miexja b'veloċità ta' aktar minn 3 km/h. Dan ir-rekwiżit jista' jiġi applikat għall-kontrolli esterni.

7.6.5.2.

Jista' jiġi previst apparat li jitħaddem mis-sewwieq mis-sit tiegħu biex jiddiżattiva il-kontrolli ta' emerġenza esterni sabiex jillokkja l-bibien ta' servizz minn barra. F'dan il-każ, il-kontrolli ta' emerġenza esterni għandhom ikunu riattivati awtomatikament jew permezz tal-istartjar tal-magna jew qabel ma l-vettura tilħaq veloċità ta' 20 km/h sussegwentement, id-diżattivazzjoni tal-kontrolli ta' emerġenza esterni ma għandhiex isseħħ awtomatikament, iżda għandha teħtieġ azzjoni ulterjuri mis-sewwieq.

7.6.5.3.

Kull bieba ta' servizz imħaddma mis-sewwieq għandha tkun tista' titħaddem mis-sewwieq meta jkun qiegħed fis-sit tiegħu permezz ta' kontrolli li, għajr fil-każ ta' pedala, ikunu mmarkati ċar u b'mod distintiv.

7.6.5.4.

Kull bieba ta' servizz motorizzata għandha tattiva indikatur operatorju ottiku, li għandu jkun viżibbli b'mod ċar mis-sewwieq meta dan ikun qiegħed bilqiegħda fil-pożizzjoni tas-sewqan normali u fi kwalunkwe kundizzjoni ta' tidwil ambjentali, biex javża li l-bieba ma tkunx magħluqa għalkollox. Dan l-indikatur operatorju għandu jissinjala kull meta l-istruttura riġida tal-bieba tkun bejn il-pożizzjoni miftuħa għalkollox u punt 30 mm mill-pożizzjoni magħluqa għalkollox. Indikatur operatorju wieħed jista' jservi għal bieba waħda jew għal aktar. Madankollu, ma għandu jiġi installat l-ebda indikatur operatorju fil-każ ta' bieba ta' servizz ta' quddiem li ma tkunx konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafi 7.6.5.6.1.1 u 7.6.5.6.1.2 ta' hawn taħt.

7.6.5.5.

Fejn ikunu previsti kontrolli għas-sewwieq biex jiftaħ u jagħlaq bieba ta' servizz motorizzata, dawn għandhom ikunu tali li s-sewwieq ikun jista' jaqleb id-direzzjoni tal-moviment tal-bieba fi kwalunkwe waqt li jrid waqt l-għeluq jew il-ftuħ tal-bieb.

7.6.5.6.

Il-kostruzzjoni u s-sistema ta' kontroll ta' kull bieba ta' servizz motorizzata għandhom ikunu tali li l-passiġġieri ma jkunux jistgħu jweġġgħu mal-bieba jew jinqabdu fil-bieba kif din tkun qed tingħalaq.

7.6.5.6.1.

Dan ir-rekwiżit għandu jitqies li ġie ssodisfat jekk jiġu ssodisfatti dawn iż-żewġ rekwiżiti:

7.6.5.6.1.1. 

L-ewwel rekwiżit hu li meta l-għeluq tal-bieba fi kwalunkwe punt tal-kejl deskritt fl-Anness 6 ikollu reżistenza minn forza tal-ikklampjar ta' mhux aktar minn 150N, il-bieba għandha terġa' tinfetaħ awtomatikament u għalkollox u, għajr fil-każ ta' bieba ta' servizz awtomatika, tibqa' miftuħa sakemm jiġi attivat xi kontroll tal-għeluq. Il-forza tal-ikklampjar tista' tiġi mkejla bi kwalunkwe metodu li jissodisfa lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip. Linji gwida f'dan ir-rigward jinsabu fl-Anness 6 ta' dan ir-Regolament. Il-forza massima tista' tkun akbar minn 150 N għal perjodu ta' ħin qasir, dejjem jekk ma tkunx aktar minn 300 N. Is-sistema tal-ftuħ mill-ġdid tista' tiġi ċċekkjata bl-użu ta' test bar li jkollha sezzjoni għolja 60 mm u wiesgħa 30 mm bil-kantunieri fit-tond b'raġġ ta' 5 mm.

7.6.5.6.1.2. 

It-tieni rekwiżit hu li kull meta l-bibien jingħalqu fuq l-idejn jew is-swaba' ta' xi passiġġier:

7.6.5.6.1.2.1. 

Il-bieba terġa' tinfetaħ għalkollox awtomatikament u, għajr fil-każ ta' bieba ta' servizz awtomatika, tibqa' miftuħa sakemm jiġi attivat xi kontroll tal-għeluq, jew

7.6.5.6.1.2.2. 

L-id jew is-swaba' jkunu jistgħu jinġibdu mill-bibien malajr mingħajr riskju li l-passiġġier iweġġa'. Dan ir-rekwiżit jista' jiġi ċċekkjat manwalment, jew permezz tat-test bar imsemmija fil-paragrafu 7.6.5.6.1.1 ta' hawn fuq, li tidjieq fuq tul ta' 300 mm minn ħxuna ta' 30 mm għal ħxuna ta' 5 mm. Ma għandhiex tiġi midluka b'lostru jew żejt. Jekk il-bieba taqbad il-bar, din għandha tkun tista' titneħħa faċilment, jew

7.6.5.6.1.2.3. 

Il-bieba tinżamm miftuħa f'pożizzjoni li tippermetti li tgħaddi test bar li jkollha sezzjoni għolja 60 mm, wiesgħa 20 mm bil-kantunieri fit-tond b'raġġ ta' 5 mm. Din il-pożizzjoni ma għandhiex tkun aktar minn 30 mm mill-pożizzjoni tal-bieba magħluqa għalkollox.

7.6.5.6.2.

Fil-każ tal-bieba ta' servizz ta' quddiem ir-rekwiżit tal-paragrafu 7.6.5.6 ta' hawn fuq għandu jitqies issodisfat jekk il-bieba:

7.6.5.6.2.1. 

Tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 7.6.5.6.1.1 u7.6.5.6.1.2 ta' hawn fuq, jew

7.6.5.6.2.2. 

Tkun attrezzata bi trufijiet rotob; madankollu, dawn ma għandhomx ikunu tant rotob li jekk il-bibien jingħalqu fuq it-test bar imsemmija fil-paragrafu 7.6.5.6.1.1 ta' hawn fuq l-istruttura riġida tal-bibien tingħalaq għalkollox.

7.6.5.7.

Meta bieba ta' servizz motorizzata tinżamm magħluqa biss bl-applikazzjoni kontinwa tal-provvista tal-enerġija, għandu jkun hemm apparat ta' twissija viżwali li jinforma lis-sewwieq bi kwalunkwe ħsara fil-provvista tal-enerġija għall-bibien.

7.6.5.8.

Jekk jiġi installat apparat li jimpedixxi l-vettura milli tistartja, dan għandu jkun effettiv biss f'veloċitajiet ta' anqas minn 5 km/h u ma għandux jiffunzjona f'veloċitajiet akbar minn dik.

7.6.5.9.

Jekk il-vettura ma tkunx mgħammra b'apparat li jimpedixxiha milli tistartja, għandu jiġi attivat apparat ta' twissija akustika li jgħarraf lis-sewwieq f'każ li l-vettura tinstaq minn wieqfa meta l-bieba ta' servizz motorizzata ma tkunx magħluqa għalkollox. Din it-twissija akustika għandha tiġi attivata f'veloċità ta' aktar minn 5 km/h għall-bibien li jkunu konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 7.6.5.6.1.2.3 ta' hawn fuq.

7.6.6.   Rekwiżiti tekniċi addizzjonali għall-bibien ta' servizz awtomatiċi

7.6.6.1.   Attivazzjoni tal-kontrolli tal-ftuħ.

7.6.6.1.1.

Għajr kif previst fil-paragrafu 7.6.5.1 ta' hawn fuq, il-kontrolli tal-ftuħ ta' kull bieba ta' servizz awtomatika għandhom ikunu jistgħu jiġu attivati u diżattivati biss mis-sewwieq minn postu.

7.6.6.1.2.

L-attivazzjoni u d-diżattivazzjoni tista' tkun jew diretta, permezz ta' swiċċ, jew indiretta, pereżempju permezz tal-ftuħ jew għeluq tal-bieba ta' servizz ta' quddiem.

7.6.6.1.3.

L-attivazzjoni tal-kontrolli tal-ftuħ mis-sewwieq għandha tkun indikata fl-intern tal-vettura u, meta jkun meħtieġ li l-bieba tinfetaħ minn naħa ta' barra, anke fuq in-naħa ta' barra tal-vettura; l-indikatur (eż. push-button imdawla, sinjal imdawwal) għandu jkun fuq jew maġenb il-bieba korrispondenti.

7.6.6.1.4.

Fil-każ ta' attivazzjoni diretta permezz ta' swiċċ, l-istat funzjonali tas-sistema għandu jkun indikat ċar lis-sewwieq, pereżempju permezz tal-pożizzjoni tas-swiċċ jew ta' fanal indikatur jew ta' swiċċ imdawwal. Is-swiċċ għandu jkun immarkat b'mod speċjali u rranġat b'tali mod li ma jkunx jista' jiġi mħawwad ma' kontrolli oħra.

7.6.6.2.   Ftuħ tal-bibien ta' servizz awtomatiċi.

7.6.6.2.1.

Wara li s-sewwieq jattiva l-kontrolli tal-ftuħ, il-passiġġieri għandhom ikunu jistgħu jiftħu l-bieba kif ġej:

7.6.6.2.1.1. 

Minn ġewwa, pereżempju billi jagħfsu buttuna (push button) jew billi jgħaddu minn quddiem ċellula fotoelettrika, u

7.6.6.2.1.2. 

Minn barra, għajr fil-każ ta' bieba maħsuba biss bħala ħruġ u mmarkata bħala tali, billi, pereżempju, jagħfsu buttuna mdawla, buttuna taħt sinjal imdawwal, jew apparat simili mmarkat bi struzzjoni xierqa.

7.6.6.2.2.

L-għafis tal-buttuni msemmija fil-paragrafu 7.6.6.2.1.1 ta' hawn fuq, u l-użu tal-mezzi ta' komunikazzjoni mas-sewwieq imsemmija fil-paragrafu 7.7.9.1 ta' hawn taħt, jistgħu jagħtu sinjal li jiġi maħżun u li, wara li s-sewwieq jattiva l-kontrolli tal-ftuħ, jiftaħ il-bieba.

7.6.6.3.   Għeluq tal-bibien ta' servizz awtomatiċi.

7.6.6.3.1.

Meta bieba ta' servizz awtomatika tinfetaħ, din għandha terġa' tingħalaq awtomatikament wara li jkun għadda intervall ta' ħin. Jekk passiġġier jitla' jew jinżel mill-vettura waqt dan l-intervall ta' ħin, apparat ta' sikurezza (eż. xi kuntatt fl-art, raġġ fotoelettriku, aċċess f'direzzjoni waħda) għandu jiżgura li l-ħin sakemm il-bieba tingħalaq ikun twil biżżejjed.

7.6.6.3.2.

Jekk passiġġier jitla' jew jinżel mill-vettura waqt li l-bieba tkun qed tingħalaq, il-proċess tal-għeluq għandu jiġi interrott awtomatikament u l-bieba għandha terġa' lura għall-pożizzjoni miftuħa. Biex titreġġa' lura tista' tkun attivata permezz ta' wieħed mill-apparati ta' sikurezza msemmija fil-paragrafu 7.6.6.3.1 ta' hawn fuq jew b'xi apparat ieħor.

7.6.6.3.3.

Bieba li tkun ingħalqet awtomatikament skont il-paragrafu 7.6.6.3.1 ta' hawn fuq għandha tkun tista' terġa' tinfetaħ minn passiġġier skont il-paragrafu 7.6.6.2 ta' hawn taħt; dan ma għandux ikun applikabbli jekk is-sewwieq ikun iddiżattiva l-kontrolli tal-ftuħ.

7.6.6.3.4.

Wara li s-sewwieq jiddiżattiva l-kontrolli tal-ftuħ tal-bibien ta' servizz awtomatiċi, il-bibien miftuħa għandhom jingħalqu skont il-paragrafi 7.6.6.3.1 u 7.6.6.3.2 ta' hawn fuq.

7.6.6.4.

Twaqqif tal-proċess tal-għeluq awtomatiku tal-bibien immarkati għal użu speċjali, eż għal passiġġieri bi pramms, passiġġieri b'mobilità mnaqqsa, eċċ.

7.6.6.4.1.

Is-sewwieq għandu jkun jista' jwaqqaf il-proċess tal-għeluq awtomatiku billi jattiva xi kontroll speċjali. Anke l-passiġġier għandu jkun jista' jwaqqaf il-proċess tal-għeluq awtomatiku direttament billi jagħfas buttuna speċjali.

7.6.6.4.2.

It-twaqqif tal-proċess tal-għeluq awtomatiku għandu jkun indikat lis-sewwieq, eż. permezz ta' indikatur operatorju ottiku.

7.6.6.4.3.

Fi kwalunkwe każ, il-proċess tal-għeluq awtomatiku għandu jkun jista' jerġa' jiġi attivat mis-sewwieq.

7.6.6.4.4.

Il-paragrafu 7.6.6.3 ta' hawn fuq għandu japplika għall-għeluq sussegwenti tal-bieba.

7.6.7.   Rekwiżiti tekniċi għall-bibien ta' emerġenza

7.6.7.1.

Il-bibien ta' emerġenza għandhom ikunu jistgħu jinfetħu faċilment minn ġewwa u minn barra meta l-vettura tkun wieqfa. Madankollu, dan ir-rekwiżit ma għandux jiġi interpretat li qed jeskludi l-possibbiltà li l-bieba tiġi llokkjata minn barra, dejjem jekk il-bieba tkun tista' tinfetaħ minn ġewwa permezz tal-mekkaniżmu normali tal-ftuħ.

7.6.7.2.

Il-bibien ta' emerġenza, waqt li jkunu qed jintużaw għal hekk, ma għandhomx ikunu tat-tip motorizzat sakemm, wara l-attivazzjoni tal-kontroll ta' bieba ta' servizz previst fil-paragrafu 7.6.5.1 ta' hawn fuq, jew ta' kontroll ta' bieba ta' emerġenza konformi mal-paragrafu 7.6.5.1 ma jkunx ġie attivat u mreġġa' lura fil-pożizzjoni normali tiegħu, il-bibien ma jerġgħux jingħalqu sakemm is-sewwieq sussegwentement iħaddem il-kontroll tal-għeluq. L-attivazzjoni ta' wieħed mill-kontrolli preskritti fil-paragrafu 7.6.5.1 ta' hawn fuq għandha ġġiegħel lill-bieba tinfetaħ għal wisa' li l-gejġ definit fil-paragrafu 7.7.2.1 ta' hawn taħt ikun jista' jgħaddi minnu f'ħin ta' mhux aktar minn 8 sekondi wara t-tħaddim tal-kontroll, jew tippermetti li l-bieba tinfetaħ faċilment bl-idejn sa wisa' li l-gejġ ikun jista' jgħaddi minnu f'ħin ta' mhux aktar minn 8 sekondi wara t-tħaddim tal-kontroll. Barra minn hekk, il-bibien ta' emerġenza ma għandhomx ikunu tat-tip skorrevoli, għajr fil-każ ta' vetturi li jkollhom kapaċità ta' mhux aktar minn 22 passiġġier. Għal dawn il-vetturi bieba skorrevoli, li huwa magħruf li tista' tinfetaħ mingħajr l-użu ta' għodda wara test tal-ħbit ma' ostakolu fuq quddiem skont ir-Regolament Nru 33, tista' tiġi aċċettata bħala bieba ta' l-emerġenza.

7.6.7.3.

Kull kontroll jew apparat għall-ftuħ tal-bieba ta' emerġenza (fil-pjan ta' isfel fil-każ ta' vettura b'żewġ pjani) minn barra għandu jkun bejn1 000  mm u1 500  mm mill-art u mhux aktar minn 500 mm mill-bieba. Fil-vetturi tal-Klassijiet I, II u III kull kontroll jew apparat għall-ftuħ ta' bieba ta' emerġenza minn ġewwa għandu jkun bejn 1 000  mm u 1 500  mm mis-superfiċe ta' fuq tal-art jew tat-tarġa l-eqreb tal-kontroll u mhux aktar minn 500 mm mill-bieba. Dan ma għandhux ikun applikabli għall-kontrolli li jkunu fiż-żona tas-sewwieq.

Alternattivament, il-kontroll imsemmi fil-paragrafu 7.6.7.2 ta' hawn fuq għall-ftuħ ta' bieba motorizzata, jista' jitqiegħed skont il-paragrafu 7.6.5.1.2 ta' hawn fuq.

7.6.7.4.

Iċ-ċappetti tal-bibien ta' emerġenza installati fuq il-ġenb tal-vettura għandhom jiġu mmuntati fuq in-naħa ta' quddiem tal-bieba u l-bibien għandhom jinfetħu 'il barra. Il-bibien jistgħu jkunu attrezzati b'ċineg, katini jew apparati oħra ta' trażżin, sakemm dawn ma jżommux il-bieba milli tinfetaħ, u tibqa' miftuħa sa angolu ta' mill-inqas 100 grad. Jekk il-vettura jkollha sistema li tipprovdi aċċess liberu mill-bieba ta' emerġenza, ir-rekwiżit tal-angolu minimu ta' 100 grad ma jkunx applikabbli.

7.6.7.5.

Il-bibien ta' emerġenza għandu jkollhom protezzjoni milli jinfetħu b'mod aċċidentali. Madankollu, dan ir-rekwiżit ma għandux ikun applikabbli jekk il-bieba tillokkja awtomatikament meta l-vettura tkun miexja b'veloċità ta' aktar minn 5 km/h.

7.6.7.6.

Il-bibien ta' emerġenza kollha għandu jkollhom apparat akustiku li jwissi lis-sewwieq meta ma jkunux magħluqa sew. L-apparat ta' twissija għandu jiġi attivat mill-moviment tal-molla jew tal-pum tal-bieba u mhux mill-moviment tal-bieba nnifisha.

7.6.7.7.

Jekk ikun hemm sistema ta' llokkjar matul il-lejl, għandu japplika dan li ġej:

7.6.7.7.1. 

Is-sistema ta' llokkjar għandha tiġi diżattivata awtomatikament meta l-ignition ikun fil-pożizzjoni “ON”, jew

7.6.7.7.2. 

Is-sewwieq għandu jingħata twissija li tindika li s-sistema ta' llokkjar matul il-lejl għadha attiva fuq bieba waħda jew aktar meta l-ignition ikun fil-pożizzjoni “ON” sinjal wieħed jista' jintuża għal aktar minn bieba waħda.

7.6.8.   Rekwiżiti tekniċi għat-twieqi ta' emerġenza.

7.6.8.1.

Kull tieqa ta' emerġenza biċ-ċappetti jew li tinqala' għandha tkun tinfetaħ 'il barra. It-tipi li jinqalgħu ma għandhomx jinqalgħu għalkollox mill-vettura waqt li jkunu qed jinfetħu/jingħalqu. It-tħaddim tat-twieqi li jinqalgħu 'l barra għandu jkun tali li ma jkunx possibbli li jinqalgħu għal għarrieda.

7.6.8.2.

Kull tieqa ta' emerġenza għandha, jew:

7.6.8.2.1. 

Tkun tista' jew titħaddem faċilment u minnufih minn ġewwa u minn barra l-vettura permezz ta' apparat meqjus bħala adegwat. Din id-dispożizzjoni tinkludi l-possibbiltà li jintuża, pereżempju, ħġieġ laminat jew materjal tal-plastik, jew

7.6.8.2.2. 

Tkun magħmula minn ħġieġ tas-sikurezza li jinkiser faċilment. Din id-dispożizzjoni teskludi l-possibbiltà li jintuża ħġieġ laminat jew materjal tal-plastik. Għandu jkun hemm apparat ħdejn kull tieqa ta' emerġenza, lest biex jintuża mill-persuni fil-vettura, biex jiżgura li kull tieqa tista' titkisser. L-apparat li jintuża biex jitkisser il-ħġieġ tat-twieqi ta' emerġenza fuq wara tal-vettura għandu jinżamm fin-nofs ta' fuq jew ta' taħt it-tieqa ta' emerġenza, jew, inkella, għandu jkun hemm apparat maġenb kull tarf tat-tieqa.

7.6.8.3.

Kull tieqa ta' emerġenza li tista' tiġi llokkjata minn barra għandha tkun magħmula b'tali mod li tkun tista' tinfetaħ fi kwalunkwe ħin minn ġewwa l-vettura.

7.6.8.4.

Jekk it-tieqa ta' emerġenza tkun tat-tip biċ-ċappetti orizzontalment fuq it-tarf ta' fuq, għandu jkun ipprovdut apparat addattat biex iżommha miftuħa għalkollox. Kull tieqa ta' emerġenza biċ-ċappetti għandha taħdem b'tali mod li ma tostakolax il-passaġġ liberu minn ġewwa jew barra tal-vettura.

7.6.8.5.

L-għoli tat-tarf ta' isfel ta' tieqa ta' emerġenza installata fil-ġenb tal-vettura mil-livell ġenerali tal-art ta' taħtha (minbarra xi varjazzjonijiet lokali bħall-preżenza ta' rota jew housing tat-trażmissjoni) ma għandux ikun iktar minn 1 200  mm jew inqas minn 650 mm fil-każ ta' tieqa ta' emerġenza biċ-ċappetti, jew 500 mm fil-każ ta' tieqa magħmula minn ħġieġ li jinkiser.

Madankollu, fil-każ ta' twieqi ta' emerġenza biċ-ċappetti, l-għoli tat-tarf l-aktar baxx jista' jitnaqqas għal minimu ta' 500 mm dejjem jekk l-apertura tat-tieqa tkun mgħammra b'ilqugħ sal-għoli ta' 650 mm biex jipprevjeni l-possibilità li l-passiġġieri jaqgħu 'l barra mill-vettura. Meta l-apertura tat-tieqa jkollha lqugħ, id-daqs tal-apertura tat-tieqa 'l fuq mill-ilqugħ ma għandux ikun inqas mid-daqs minimu previst għal tieqa ta' emerġenza.

7.6.8.6.

Kull tieqa ta' emerġenza biċ-ċappetti li ma tkunx tidher b'mod ċar mis-sit tas-sewwieq għandu jkollha apparat ta' twissija akustika li jwissi lis-sewwieq meta din ma tkunx magħluqa għalkollox. Il-lokk tat-tieqa, u mhux il-moviment tat-tieqa nnifisha, għandu jattiva dan l-apparat.

7.6.9.   Rekwiżiti tekniċi għall-bibien ta' evakwazzjoni.

7.6.9.1.

Kull bieba ta' evakwazzjoni għandha taħdem b'tali mod li ma tostakolax il-passaġġ liberu minn ġewwa u barra tal-vettura.

7.6.9.2.

Il-bibien ta' evakwazzjoni li jkunu fis-saqaf għandhom ikunu jinqalgħu, biċ-ċappetti jew magħmula minn ħġieġ tas-sikurezza li jinkiser faċilment. Il-bibien ta' evakwazzjoni fl-art għandhom ikunu jew fuq iċ-ċappetti jew jinqalgħu u għandu jkollhom apparat ta' twissija akustika li jwissi lis-sewwieq meta din ma tkunx magħluqa sew. Il-lokk tal-bieba ta' evakwazzjoni fl-art, u mhux il-moviment tal-bieba nnifisha, għandu jattiva dan l-apparat. Il-bibien ta' evakwazzjoni fl-art għandhom ikunu protetti milli jinfetħu b'mod aċċidentali. Madankollu, dan ir-rekwiżit ma għandux ikun applikabbli jekk il-bieba tal-bieba ta' evakwazzjoni fl-art tillokkja awtomatikament meta l-vettura tkun miexja b'veloċità ta' aktar minn 5 km/h.

7.6.9.3.

It-tipi li jinqalgħu 'l barra ma għandhomx jinqalgħu għalkollox mill-vettura meta jintużaw, b'mod li l-bieba ma tkunx ta' periklu għall-utenti tat-triq. It-tħaddim ta' bibien ta' evakwazzjoni li jinqalgħu 'l barra għandu jkun b'tali mod li jżommhom milli jinfetħu involontarjament. Il-bibien li jinqalgħu li jkunu fl-art għandhom jinfetħu biss għal ġewwa l-kompartiment tal-passiġġieri.

7.6.9.4.

Il-bibien ta' evakwazzjoni li jkunu biċ-ċappetti għandhom ikunu mmuntati mal-ġenb lejn in-naħa ta' quddiem jew ta' wara tal-vettura u għandhom jinfetħu f'angolu ta' mill-inqas 100 grad. Il-bibien ta' evakwazzjoni mal-art biċ-ċappetti għandhom jinfetħu għal ġewwa l-kompartiment tal-passiġġieri.

7.6.9.5.

Il-bibien ta' evakwazzjoni għandhom ikunu jistgħu jinfetħu jew jinqalgħu faċilment minn ġewwa u minn barra. Madankollu, dan ir-rekwiżit ma għandux jiġi interpretat li qed jeskludi l-possibbiltà li l-bieba ta' evakwazzjoni tiġi llokkjata bil-għan li l-vettura tkun imsakkra meta ma jkun hemm ħadd fiha, dejjem jekk il-bieba ta' evakwazzjoni tkun tista' tinfetaħ jew tinqala' minn ġewwa permezz tal-mekkaniżmu li jiftaħha jew jaqlagħha normalment. Fil-każ ta' bieba ta' evakwazzjoni li tista' tinkiser faċilment, għandu jkun hemm apparat ħdejn il-bieba, li jkun aċċessibbli malajr għan-nies fil-vettura, biex ikun żgurat li il-bieba tista' titkisser.

7.6.10.   Rekwiżiti tekniċi għal tarġiet li jidħlu 'l ġewwa

It-tarġiet li jidħlu 'l ġewwa, jekk ikunu installati, għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

7.6.10.1. 

It-tħaddim tat-tarġiet li jidħlu 'l ġewwa jista' jkun sinkronizzat ma' dak tal-bieba ta' servizz jew ta' emerġenza korrispondenti;

7.6.10.2. 

Meta l-bieba tkun magħluqa, l-ebda parti mit-tarġa li tidħol 'il ġewwa ma għandha toħroġ 'il barra aktar minn 10 mm lil hemm mil-linja tal-karozzerija ta' ħdejha;

7.6.10.3. 

Meta l-bieba tkun miftuħa u t-tarġa li tidħol 'il ġewwa tkun fil-pożizzjoni estiża, is-superfiċe għandha tkun konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 7.7.7 ta' dan l-anness;

7.6.10.4. 

Fil-każ ta' tarġa motorizzata, ma għandux ikun possibbli li l-vettura timxi mill-pożizzjoni wieqfa tagħha, weħidha, meta t-tarġa tkun fil-pożizzjoni estiża. Fil-każ ta' tarġa li titħaddem manwalment, għandu jkun hemm twissija akustika li tavża lis-sewwieq meta t-tarġa ma tkunx irtirata għalkollox.

7.6.10.5. 

Tarġa motorizzata ma għandhiex tkun tista' tinfetaħ 'il barra meta l-vettura tkun miexja. Jekk l-apparat li jħaddem it-tarġa ma jaħdimx, it-tarġa għandha tidħol 'il ġewwa u tibqa' f'dik il-pożizzjoni. Madankollu, meta l-apparat ma jaħdimx jew meta tarġa jiġrilha ħsara jew tkun ostakolata, il-bieba korrispondenti għandha tibqa' tista' titħaddem,

7.6.10.6. 

Meta passiġġier ikun bilwieqfa fuq tarġa motorizzata li tidħol 'il ġewwa, il-bieba korrispondenti ma għandhiex tkun tista' tingħalaq. Il-konformità ma dan ir-rekwiżit għandha tiġi vverifikata bit-tqegħid ta' massa ta' 15 kg, li tirrappreżenta tifel żgħir, fiċ-ċentru tat-tarġa. Dan ir-rekwiżit ma għandu japplika għall-ebda bieba li s-sewwieq jista' jaraha minn postu.

7.6.10.7. 

(Riżervat)

7.6.10.8. 

Il-kantunieri tat-tarġiet li jidħlu 'l ġewwa u li jħarsu 'l quddiem jew lura għandhom ikunu ttondjati, b'raġġ ta' mhux anqas minn 5 mm; it-truf għandhom ikunu ttondjati b'raġġ ta' mhux inqas minn 2.5 mm;

7.6.10.9. 

Meta l-bieba tal-passiġġieri tkun miftuħa, it-tarġa li tidħol 'il ġewwa għandha tinżamm fissa fil-pożizzjoni estiża. Meta titqiegħed massa ta' 136 kg fiċ-ċentru ta' tarġa waħda jew massa ta' 272 kg fiċ-ċentru ta' tarġa doppja, id-deflessjoni fi kwalunkwe punt tat-tarġa, imkejla b'referenza għall-karozzerija tal-vettura, ma għandhiex tkun aktar minn 10 mm.

7.6.11.   Sinjali ta' sikurezza

7.6.11.1.

Is-sinjali ta' sikurezza kollha għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti li jinsabu fil-paragrafu 6.5 tal-istandard ISO 3864-1:2011.

7.6.11.2.

Kull sinjal ta' sikurezza meħtieġ skont dan ir-Regolament għandu jintuża biex jikkomunika messaġġ ta' sikurezza wieħed biss. L-informazzjoni għandha tingħata fil-forma ta' pittogrammi, madankollu, kliem, ittri u numri jistgħu jiġu integrati mal-pittogramma u kkombinati fl-istess sinjal. Din għandu jkollha pożizzjoni u orjentazzjoni li tista' tinftiehem faċilment.

7.6.11.2.1.

Is-sinjali ta' sikurezza għandhom isegwu l-prinċipji indikati fl-eżempji ta' hawn taħt, jiġifieri għandhom ikunu magħmulin minn taqsima ta' intestatura li turi l-messaġġ ta' sikurezza, taqsima oħra li tinkludi informazzjoni struzzjonali u t-tielet taqsima f'qiegħ il-paġna (fakultattiva) għal informazzjoni li ma tkunx essenzjali.

image

image

7.6.11.2.2.

Il-pittogrammi li jindikaw l-azzjonijiet meħtieġa mill-utent għandhom juru persuna, jew il-parti rilevanti tal-persuna, qiegħda tuża t-tagħmir jew l-apparat.

7.6.11.2.3.

Il-pittogrammi li jindikaw moviment meħtieġ għandhom, fejn xieraq, juru vleġġa li tipponta fid-direzzjoni tal-moviment. Meta jkun meħtieġ moviment rotazzjonali, għandha tintuża vleġġa ttondjata.

7.6.11.2.4.

Meta jkun meħtieġ li jintuża xi apparat, jitneħħew xi pannelli jew jinfetħu xi bibien, il-pittogramma għandha tindika l-azzjoni waqt li tkun qed isseħħ.

7.6.11.2.5.

L-ittra/i żgħar ta' kliem supplimentari, l-ittri singoli u n-numri għandu jkollhom għoli minimu ta' 8 mm. Il-kliem ma għandux ikun f'ittri kbar biss.

7.6.11.3.

Is-sinjali ta' sikurezza kollha li huma viżibbli minn ġewwa tal-vettura għandhom ikunu magħmulin minn materjal fotoluminixxenti li jkollu karatteristiċi ta' diżintegrazzjoni tal-luminanza konformi, bħala minimu, mas-subklassifikazzjoni C fit-Tabella 2 tal-istandard ISO 17398:2004, meta mkejla skont il-paragrafu 7.11 ta' dak l-istandard.

7.6.11.4.

Is-sinjali ta' sikurezza ma għandhomx jitqiegħdu f'pożizzjonijiet fejn jistgħu jitgħattew waqt it-tħaddim tal-vettura. Madankollu, fuq it-tieqa ta' emerġenza tista' titqiegħed purtiera, jew blajnd, dejjem jekk ikun hemm sinjal ta' sikurezza addizzjonali li jindika li t-tieqa ta' emerġenza tinsab wara l-purtiera jew il-blajnd.

7.6.11.5.

Kull punt tal-ħruġ ta' emerġenza u kwalunkwe punt ta' ħruġ ieħor li jissodisfa d-dispożizzjonijiet għal punt ta' ħruġ ta' emerġenza għandu jkun immarkat b'waħda mill-pittogrammi deskritti fit-Tabella 3 tal-istandard ISO 7010:2011; il-pittogrammi għandhom ikunu leġibbli kemm minn ġewwa kif ukoll minn barra l-vettura.

7.6.11.6.

Is-sinjali ta' sikurezza għandhom jitqiegħdu biswit, jew madwar, jew fuq il-kontrolli u l-apparat(i) ta' emerġenza interni u esterni kollha li jintużaw għat-tkissir tat-tieqa/twieqi ta' emerġenza.

7.6.11.7.

L-ebda parti tas-sinjal ta' sikurezza ma għandha tgħatti xi protezzjoni li jista' jkun hemm mill-użu ħażin, eż għatu.

7.6.11.8.

Il-lingwa li biha jridu jkunu miktuba s-sinjali ta' sikurezza kollha li fihom il-kliem, maħsuba biex ikunu konformi mal-paragrafi 7.6.11.1 sa 7.6.11.7 ta' hawn fuq, għandha tiġi determinata mill-awtorità tal-approvazzjoni skont il-pajjiż/i li fihom l-applikant beħsiebu jbiegħ il-vettura flimkien, jekk ikun meħtieġ, mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż/i konċernati. Jekk l-awtorità tal-pajjiż/i li fih(om) tkun se tiġi reġistrata l-vettura tibdel il-lingwa, din il-bidla ma għandhiex timplika li jkun hemm proċess ġdid tal-approvazzjoni tat-tip.

7.6.12.   Tidwil tal-bieba ta' servizz

7.6.12.1.

Il-bieba ta' servizz jista' jkollha tidwil li jdawwal il-parti ċatta u orizzontali tal-art definita fil-paragrafu 7.6.12.2.2 ta' hawn taħt biex jgħin lill-passiġġieri jitilgħu u jinżlu minn fuq il-vettura u biex jippermetti lis-sewwieq, mis-sit tiegħu, jinduna bil-preżenza ta' passiġġier f'din il-parti tal-art.

7.6.12.2.

Jekk ikun installat, it-tidwil tal-bieba ta' servizz għandu:

7.6.12.2.1. 

Ikun ta' lewn abjad;

7.6.12.2.2. 

Idawwal parti orizzontali u ċatta tal-art li jkollha wisa' ta' 2 m imkejjel minn pjan parallel mal-pjan vertikali lonġitudinali medjan tal-vettura li jgħaddi mill-punt ta' barra nett tal-bieba ta' servizz magħluqa u għal tul li jestendi minn pjan trasversali li jgħaddi mit-tarf l-iżjed 'il quddiem tal-bieba ta' servizz magħluqa għal pjan trasversali li jgħaddi mil-linja ċentrali tar-roti ta' quddiem nett li jkunu qegħdin wara l-bieba ta' servizz, jew, jekk ma jkunx hemm roti minn dawn, għal pjan trasversali li jgħaddi mill-parti ta' wara tal-vettura;

7.6.12.2.3. 

Ikollu effett ta' tgħammix limitat fuq barra ta' żona fuq l-art li jkollha wisa' massimu ta' 5 m imkejjel mill-ġenb tal-vettura u tul massimu limitat minn pjan trasversali li jgħaddi mill-parti ta' quddiem tal-vettura u pjan trasversali li jgħaddi mill-parti ta' wara tal-vettura;

7.6.12.2.4. 

Jekk it-tarf ta' isfel tal-apparat tat-tidwil ikun inqas minn 2 m mill-art, ma joħroġx iżjed minn 50 mm 'il barra mill-wisa' globali tal-vettura mkejjel mingħajr dan l-apparat u jkollu raġġi tal-kurvatura ta' mhux inqas minn 2,5 mm;

7.6.12.2.5. 

Jiġi attivat u diżattivat manwalment permezz ta' swiċċ separat; u

7.6.12.2.6. 

Ikun installat b'mod li l-apparat ikun jista' jinxtegħel biss meta titħaddem bieba ta' servizz u l-veloċità tal-vettura ma tkunx aktar minn 5 km/h u jintefa awtomatikament qabel ma l-vettura tilħaq veloċità ta' aktar minn 5 km/h.

7.7.   Arranġamenti interni

7.7.1.   Aċċess għall-bibien ta' servizz (ara l-Anness 4, Figura 1)

7.7.1.1.

L-ispazju liberu li jestendi għal ġewwa l-vettura mill-ħajt tal-ġenb li fih tkun installata l-bieba għandu jippermetti l-passaġġ liberu ta' gejġ tat-test li jkollu d-dimensjonijiet jew tal-gejġ tat-test 1 jew tal-gejġ tat-test 2 speċifikati fl-Anness 4, Figura 1.

Il-gejġ tat-test għandu jinżamm parallel mal-apertura tal-bieba hekk kif jitmexxa mill-pożizzjoni tal-bidu, fejn il-pjan tal-wiċċ l-aktar qrib ta' ġewwa tal-vettura ikun tanġenzjali mat-tarf ta' barra nett tal-apertura, għall-pożizzjoni fejn imiss mal-ewwel tarġa, u wara dan jinżamm f'angolu rett mad-direzzjoni probabbli tal-moviment ta' persuna li tuża d-daħla.

7.7.1.2.

(Riżervat)

7.7.1.3.

Meta l-linja ċentrali ta' dan il-gejġ tat-test tkun imxiet distanza ta' 300 mm mill-pożizzjoni tagħha tal-bidu u l-gejġ tat-test imiss mas-superfiċe tat-tarġa jew l-art, dan għandu jinżamm f'dik il-pożizzjoni.

7.7.1.4.

Imbagħad, il-gejġ ċilindriku (ara l-Anness 4, Figura 6) li jintuża biex tiġi ttestjata l-wisa' liberu fil-passaġġ bejn is-sits għandu jiġi spostat mill-passaġġ bejn is-sits, bħala punt tal-bidu, fid-direzzjoni probabbli ta' moviment ta' persuna meta tkun se toħroġ mill-vettura, sakemm il-linja ċentrali tiegħu tilħaq il-pjan wieqaf li jkollu t-tarf ta' fuq tat-tarġa ta' fuq nett, jew sakemm pjan tanġenzjali maċ-ċilindru ta' fuq imiss il-pannell doppju, liema minnhom iseħħ l-ewwel, u jinżamm f'dik il-pożizzjoni (ara l-Anness 4, Figura 2).

7.7.1.5.

Bejn il-gejġ ċilindriku, fil-pożizzjoni stipulata fil-paragrafu 7.7.1.4, u l-pannell doppju, fil-pożizzjoni stipulata fil-paragrafu 7.7.1.3 ta' hawn fuq, għandu jkun hemm spazju liberu li l-limiti ta' fuq u ta' isfel tiegħu huma indikati fl-Anness 4, Figura 2. Dan l-ispazju ħieles għandu jippermetti l-passaġġ liberu ta' pannell vertikali li l-għamla u d-dimensjonijiet tiegħu huma l-istess bħal tal-gejġ ċilindriku (il-paragrafu 7.7.5.1 ta' hawn taħt), sezzjoni ċentrali u ħxuna ta' mhux aktar minn 20 mm. Dan il-pannell għandu jiġi spostjat, mill-pożizzjoni tanġenzjali tal-gejġ ċilindriku, sakemm il-ġenb estern tiegħu jiġi f'kuntatt mal-ġenb intern tal-pannell doppju, u jmiss mal-pjan jew il-pjani definiti bit-trufijiet tat-tarġa ta' fuq, fid-direzzjoni probabbli tal-moviment ta' persuna li tuża d-daħla (ara l-Anness 4, Figura 2).

7.7.1.6.

L-ispazju liberu biex minnu jgħaddi dan il-gejġ ma għandu jinkludi l-ebda spazju li jestendi sa 300 mm quddiem xi kuxin ta' sit mhux kompressat ta' sit iħares 'il quddiem jew lura, jew 225 mm fil-każ tas-sits iħarsu lejn il-ġenb, u sal-għoli ta' fuq tal-kuxin tas-sit (ara l-Anness 4, Figura 25).

7.7.1.7.

Fil-każ ta' sits li jingħalqu, dan l-ispazju għandu jiġi determinat bis-sit fil-pożizzjoni tal-użu.

7.7.1.8.

Madankollu, sit wieħed jew aktar li jingħalqu, għall-użu tal-ekwipaġġ, jista' jostakola l-passaġġ ta' aċċess għal bieba ta' servizz meta jkun fil-pożizzjoni tal-użu, sakemm:

7.7.1.8.1. 

Ikun indikat b'mod ċar, kemm fil-vettura nnifisha kif ukoll fil-formola ta' komunikazzjoni (ara l-Anness 1), li s-sit ikun għall-użu tal-ekwipaġġ biss;

7.7.1.8.2. 

Meta s-sit ma jkunx qed jintuża', dan għandu jingħalaq awtomatikament biex hekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta' paragrafi 7.7.1.1 jew 7.7.1.2 u7.7.1.3, 7.7.1.4 u7.7.1.5 ta' dan l-anness;

7.7.1.8.3. 

Il-bieba ma għandhiex titqies bħala punt ta' ħruġ obbligatorju għall-fini tal-paragrafu 7.6.1.4 ta' dan l-anness;

7.7.1.8.4. 

Meta s-sit ikun fil-pożizzjoni tal-użu, u meta jkun magħluq, l-ebda parti minnu ma għandha tkun:

(a) 

Iktar 'il quddiem mill-pjan vertikali li jgħaddi min-nofs tas-superfiċe tas-sit tas-sewwieq imqiegħed fil-pożizzjoni l-aktar lura tiegħu u min-nofs tal-mera retroviżur ta' barra li tkun imwaħħla fuq in-naħa opposta tal-vettura jew min-nofs ta' kwalunkwe monitor użat bħala apparat għall-viżjoni indiretta, skont liema minnhom ikun applikabbli,

u

(b) 

Iktar 'il fuq minn pjan orizzontali li jkun 300 mm 'il fuq min-nofs tas-superfiċe tas-sit tas-sewwieq fl-aktar pożizzjoni lura u baxxa tiegħu.

7.7.1.9.

Fil-każ ta' vetturi li jkollhom kapaċità ta' mhux aktar minn 22 passiġġier, il-bieba minn fejn joħorġu u r-rotta li minnha jgħaddu l-passiġġieri biex jaslu għaliha għandhom jitqiesu li mhumiex ostakolati jekk:

7.7.1.9.1. 

Imkejjel parallel mal-assi lonġitudinali tal-vettura, ikun hemm spazju vojt ta' mhux anqas minn 220 mm fi kwalunkwe punt u 550 mm fi kwalunkwe punt li jkun aktar minn 500 mm 'il fuq mill-art jew mit-tarġiet (Anness 4, Figura 3).

7.7.1.9.2. 

Imkejjel perpendikolari mal-assi lonġitudinali tal-vettura, ikun hemm spazju vojt ta' mhux anqas minn 300 mm fi kwalunkwe punt u 550 mm fi kwalunkwe punt li jkun aktar minn 1 200  mm 'il fuq mill-art jew mit-tarġiet jew inqas minn 300 mm 'l isfel mis-saqaf (Anness 4, Figura 4).

7.7.1.10.

Id-dimensjonijiet tal-bieba ta' servizz u tal-bieba ta' emerġenza tal-paragrafu 7.6.3.1 ur-rekwiżiti tal-paragrafi 7.7.1.1 sa 7.7.1.7, 7.7.2.1 sa 7.7.2.3, 7.7.5.1 u 7.7.8.5 ta' dan l-anness ma għandhomx ikunu applikabbli għal vettura tal-Klassi B b'massa massima teknikament permissibbli ta' mhux aktar minn 3,5 tunnellati u b'massimu ta' 12-il sit tal-passiġġieri, li fiha, kull sit ikollu aċċess mhux ostakolat għal mill-inqas żewġ bibien.

7.7.1.11.

L-inklinazzjoni massima tal-art fil-passaġġ ta' aċċess ma għandhiex tkun aktar minn 5 fil-mija.

7.7.1.12.

Is-superfiċe tal-passaġġi ta' aċċess ma għandhiex tkun tiżloq.

7.7.2.   Aċċess għall-bibien ta' emerġenza (ara l-Anness 4, Figura 5)

Ir-rekwiżiti li ġejjin ma għandhomx japplikaw għall-bibien tas-sewwieq li jintużaw bħala punti ta' ħruġ ta' emerġenza f'vetturi li jkollhom kapaċità ta' aktar minn 22 passiġġier.

7.7.2.1.

Għajr kif previst fil-paragrafu 7.7.2.4 ta' hawn taħt, l-ispazju liberu bejn il-passaġġ ta' bejn is-sits u l-apertura tal-bieba ta' emerġenza għandu jippermetti l-passaġġ liberu ta' ċilindru vertikali b'dijametru ta' 300 mm u għoli ta' 700 mm mill-art, li fuqu jitqiegħed it-tieni ċilindru vertikali b'dijametru ta' 550 mm, fejn l-għoli totali tal-assemblaġġ għandu jkun 1 400  mm.

Id-dijametru taċ-ċilindru ta' fuq jista' jitnaqqas fin-naħa ta' fuq għal 400 mm, fejn l-angolu taċ-ċanfrin mal-orizzontali ma jkunx aktar minn 30 grad.

7.7.2.2.

Il-bażi tal-ewwel ċilindru għandha tkun fil-limiti tal-projezzjoni tat-tieni ċilindru.

7.7.2.3.

Jekk is-sits li jingħalqu jiġu installati tul dan il-passaġġ, l-ispazju liberu għaċ-ċilindru għandu jiġi determinat bis-sit fil-pożizzjoni tal-użu tiegħu.

7.7.2.4.

Bħala alternattiva għaċ-ċilindru doppju, jista' jintuża' l-apparat tal-iggejġjar deskritt fil-paragrafu 7.7.5.1 ta' hawn taħt (ara l-Anness 4, Figura 6).

7.7.3.   Aċċess għat-twieqi ta' emerġenza

7.7.3.1.

Għandu jkun possibbli li l-gejġ tat-test jgħaddi mill-passaġġ bejn is-sits għan-naħa ta' barra tal-vettura minn kull tieqa ta' emerġenza.

7.7.3.2.

Id-direzzjoni tal-moviment tal-gejġ tat-test għandha tkun fid-direzzjoni probabbli ta'moviment ta' passiġġier ħiereġ mill-vettura. Il-gejġ tat-test għandu jinżamm perpendikolari mad-direzzjoni tal-moviment u ma għandu jiltaqa' ma ebda ostakolu.

7.7.3.3.

Il-gejġ tat-test għandu jkun forma ta' platt irqiq b'daqs ta' 600 mm × 400 mm bil-kantunieri fit-tond b'raġġ ta' 200 mm. Madankollu, fil-każ ta' tieqa ta' emerġenza fil-faċċata ta' wara tal-vettura, il-gejġ tat-test jista' jkun ta' daqs ta' 1 400  mm × 350 mm bil-kantunieri fit-tond b'raġġ ta' 175 mm.

7.7.4.   Aċċess għall-bibien ta' evakwazzjoni

7.7.4.1.   Bibien ta' evakwazzjoni fis-saqaf

7.7.4.1.1.

Għajr fil-każ ta' vetturi tal-Klassi I u A, mill-anqas waħda mill-bibien ta' evakwazzjoni għandha tkun pożizzjonata b'mod li piramida mingħajr quċċata li jkollha erbat iġnub b'angolu tal-ġenb ta' 20 grad u għoli ta' 1 600  mm tmiss parti minn sit jew appoġġ ekwivalenti. L-assi tal-piramida għandu jkun vertikali u s-sezzjoni ż-żgħira tagħha għandha tmiss mas-superfiċe tal-apertura tal-bieba ta' evakwazzjoni. It-tagħmir li fuqu sserraħ jista' jkun jingħalaq jew jiċċaqlaq, dejjem jekk ikun jista' jiġi llokkjat meta jkun qed jintuża. Din il-pożizzjoni għandha tittieħed għall-verifika.

7.7.4.1.2.

Meta l-ħxuna strutturali tas-saqaf tkun aktar minn 150 mm, is-sezzjoni ż-żgħira tal-piramida għandha tkun tmiss mas-superfiċe tal-apertura tal-bieba ta' evakwazzjoni fil-livell tas-superfiċe ta' barra tas-saqaf.

7.7.4.2.   Bibien ta' evakwazzjoni fl-art.

Fil-każ ta' bieba ta' evakwazzjoni installata fl-art, il-bieba għandha tagħti aċċess dirett u liberu għal barra l-vettura u għandha tiġi installata fejn ikun hemm spazju liberu fuq l-apertura ekwivalenti għall-għoli tal-passaġġ bejn is-sits. Kwalunkwe sors tas-sħana jew komponenti li jiċċaqalqu għandhom ikunu mill-anqas 500 mm minn kwalunkwe parti tal-apertura tal-bieba.

Gejġ tat-test b'għamla ta' pjanċa rqieqa b'dimensjonijiet ta' 600 mm × 400 mm u b'kantunieri fit-tond b'raġġ ta' 200 mm għandu jkun jista' jgħaddi f'pożizzjoni mimduda minn għoli ta' 1 m 'il fuq mill-art tal-vettura.

7.7.5.   Passaġġi bejn is-sits (ara l-Anness 4, Figura 6)

7.7.5.1.

Il-passaġġ(i) bejn is-sits ta' vettura għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b'tali mod li jippermettu l-passaġġ liberu ta' apparat tal-iggejġjar magħmul minn żewġ ċilindri bl-istess assi b'lembut maqlub bil-parti ta' fuq maqtugħa mqiegħed bejniethom, fejn l-apparat tal-iggejġjar ikollu d-dimensjonijiet indikati fl-Anness 4, Figura 6.

L-apparat tal-iggejġjar jista' jmiss maċ-ċineg li wieħed iżomm magħhom, jekk ikun hemm, jew ma' xi oġġetti flessibbli bħall-komponenti taċ-ċinturini tas-sikurezza u jressaqhom faċilment.

Fil-vetturi tal-Klassi I u A, l-apparat tal-iggejġjar skont l-Anness 4, Figura 6, ma għandhu jmiss ma' ebda monitor jew apparat tad-displej installati mas-saqaf ta' fuq il-passaġġ bejn is-sits.

Fil-vetturi tal-Klassi II, III u B, l-apparat tal-iggejġjar skont l-Anness 4, Figura 6, jista' jmiss ma' kwalunkwe monitor jew apparat tad-displej installati mas-saqaf ta' fuq il-passaġġ bejn is-sits. Il-forza massima meħtieġa biex dawn il-monitor jew apparat tad-displej jitwarrbu, fiż-żewġ direzzjonijiet, ma għandhiex tkun aktar minn 35 Newton. Din il-forza massima għandha tiġi applikata f'direzzjoni perpendikolari man-nofs tat-tarf ta' taħt tal-monitor jew tal-apparat tad-displej fiż-żewġ direzzjonijiet alternattivament sakemm il-monitor jew l-apparat tad-displej ikun f'pożizzjoni li tippermetti l-passaġġ liberu tal-apparat tal-iggejġjar. Wara li jitneħħa min-nofs, il-monitor jew l-apparat tad-displej għandu jibqa' fil-pożizzjoni tiegħu u ma jerġax jiġi attivat awtomatikament.

Jekk vettura tal-Klassi I, II jew A tkun mgħammra b'ostakolu, l-apparat tal-iggejġjar skont l-Anness 4, Figura 6, jista' jmiss mal-ostakolu dejjem jekk il-forza massima meħtieġa biex iċċaqlaq dan l-ostakolu min-nofs ma tkunx aktar minn 50 Newton imkejla fil-punt ta' kuntatt bejn l-apparat tal-iggejġjar skont l-Anness 4, Figura 6 u l-ostakolu u applikata f'direzzjoni perpendikolari mal-ostakolu.

Il-forza massima għandha tkun applikabbli għaż-żewġ direzzjonijiet tal-moviment tal-apparat tal-iggejġjar.

Jekk il-vettura tkun mgħammra b'lift biswit l-ostakolu, l-ostakolu jista' jiġi mblukkat temporanjament waqt li l-lift ikun qed jaħdem.

7.7.5.1.1.   Jekk ma jkun hemm l-ebda punt ta' ħruġ quddiem sit jew filliera ta' sits

7.7.5.1.1.1.

Fil-każ ta' sits li jħarsu 'l quddiem, it-tarf ta' quddiem tal-gejġ ċilindriku definit fil-paragrafu 7.7.5.1 ta' hawn fuq għandu jilħaq tal-inqas il-pjan vertikali trasversali tanġenzjali mal-ponta ta' quddiem nett tad-dahar tas-sit ta' quddiem nett tar-ringiela ta' quddiem u jinżamm f'dik il-pożizzjoni. Minn dan il-pjan, għandu jkun possibbli li wieħed iċaqlaq il-pannell muri fl-Anness 4, Figura 7, b'tali mod li jekk jibda mill-pożizzjoni fejn imiss mal-gejġ ċilindriku, il-wiċċ tal-pannell li jħares lejn in-naħa ta' barra tal-vettura jiġi spostjat 'il quddiem distanza ta' 660 mm.

7.7.5.1.1.2.

Fil-każ tas-sits li jħarsu lejn il-ġenb, il-parti ta' quddiem tal-gejġ ċilindriku għandha tilħaq tal-inqas il-pjan trasversali li jaħbat mal-pjan vertikali li jgħaddi min-nofs tas-sit ta' quddiem. (Anness 4, Figura 7).

7.7.5.1.1.3.

Fil-każ ta' sits li jħarsu lura, il-parti ta' quddiem tal-gejġ ċilindriku għandha tmiss tal-inqas il-pjan trasversali vertikali tanġenzjali mas-superfiċe tal-kuxins tas-sits tar-ringiela ta' quddiem jew tas-sit ta' quddiem (Anness 4, Figura 7).

7.7.5.2.

(Riżervat)

7.7.5.3.

Fuq il-vetturi tal-Klassi III is-sits fuq ġenb wieħed jew fuq iż-żewġ naħat tal-passaġġ ta' bejniethom jistgħu jiġu spostjati lateralment biex ikun possibbli li l-wisa' tal-passaġġ bejn is-sits jitnaqqas għall-valur korrespondenti ta' ċilindru b'dijametru ta' taħt ta' 220 mm, bil-kundizzjoni li t-tħaddim ta' kontroll fuq kull sit, li jkun aċċessibli faċilment għal persuna li tkun bilwieqfa fil-passaġġ bejn is-sits, ikun suffiċjenti biex ireġġa' s-sit lura faċilment u, jekk possibbli, awtomatikament, anki meta jkun mgħobbi, lejn il-pożizzjoni korrespondenti tal-wisa' minimu ta' 300 mm.

7.7.5.4.

Fuq vetturi artikolati, l-apparat tal-iggejġjar imsemmi fil-paragrafu 7.7.5.1 ta' hawn fuq għandu jkun jista' jgħaddi mingħajr xkiel mis-sezzjoni artikolata fuq kwalunkwe pjan fejn iż-żewġ sezzjonijiet jippermettu li jgħaddu l-passiġġieri. L-ebda parti tal-kisi artab ta' dik is-sezzjoni, inkluż il-partijiet tal-bellows, ma għandha tisporġi fil-passaġġ bejn is-sits.

7.7.5.5.

Jistgħu jitwaħħlu tarġiet fil-passaġġi bejn is-sits. Il-wisa' ta' dawn it-tarġiet ma għandux ikun inqas mill-wisa' tal-passaġġ bejn is-sits, fin-naħa ta' fuq tat-tarġiet.

7.7.5.6.

Ma għandhomx ikunu permessi sits li jingħalqu li jippermettu lill-passiġġieri joqogħdu bilqiegħda fil-passaġġ bejn is-sits. Madankollu, għandhom ikunu permessi sits li jingħalqu, f'partijietoħra tal-vettura, bil-kundizzjoni li dawn ma jimblukkawx il-mogħdija tal-gejġ tat-test tul il-passaġġ bejn is-sits meta dawn ikunu miftuħa (il-pożizzjoni ta' bilqiegħda).

7.7.5.7.

Ma għandhomx ikunu permessi sits skorrevoli lateralment li, f'pożizzjoni minnhom, jisporġu fuq il-passaġġ bejn is-sits, għajr fuq vetturi tal-Klassi III u suġġetti għall-kundizzjonijiet previsti fil-paragrafu 7.7.5.3 ta' hawn fuq.

7.7.5.8.

Fil-każ ta' vetturi li għalihom japplika l-paragrafu 7.7.1.9 ta' dan l-anness, ma għandux ikun meħtieġ passaġġ bejn is-sits dejjem jekk id-dimensjonijiet tal-aċċess speċifikati f'dak il-paragrafu jkunu rispettati.

7.7.5.9.

Is-superfiċe tal-passaġġ bejn is-sits ma għandhiex tkun tiżloq.

7.7.6.   L-inklinazzjoni tal-passaġġ bejn is-sits

L-inklinazzjoni tal-passaġġ bejn is-sits ma għandhiex tkun aktar minn:

7.7.6.1. 

Fid-direzzjoni lonġitudinali:

7.7.6.1.1. 

Tmienja fil-mija fil-każ ta' vettura tal-Klassi I, II jew A, jew

7.7.6.1.2. 

12,5 fil-mija fil-każ ta' vettura tal-Klassiijiet III u B, u

7.7.6.2. 

Fid-direzzjoni trasversali, 5 fil-mija għall-klassijiet kollha.

7.7.7.   Tarġiet (ara l-Anness 4, Figura 8)

7.7.7.1.

L-għoli massimu u minimu, u l-fond minimu, tat-tarġiet għall-passiġġieri fil-bibien ta' servizz u ta' emerġenza, u ġewwa l-vettura, huma speċifikati fl-Anness 4, Figura 8.

7.7.7.1.1.

Kwalunkwe mogħdija minn passaġġ bejn is-sits baxx għal żona tas-sits ma għandhiex titqies bħala tarġa. Madankollu, id-distanza vertikali bejn is-superfiċe tal-passaġġ bejn is-sits u l-art taż-żona tas-sits ma għandhiex tkun aktar minn 350 mm.

7.7.7.2.

L-għoli ta' tarġa għandu jitkejjel fiċ-ċentru tal-wisa' tagħha fit-tarf ta' barra, u t-tip u l-pressjoni tat-tajers ikunu kif speċifikat mill-manifattur għall-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli (M).

7.7.7.3.

L-għoli tal-ewwel tarġa mill-art għandu jitkejjel meta l-vettura tkun fuq art lixxa, bil-massa tagħha f'kundizzjoni ta' sewqan kif definit fil-paragrafu 2.18 ta' dan ir-Regolament, u t-tip u l-pressjoni tat-tajer ikunu kif speċifikat mill-manifattur għall-massa massima mgħobbija teknikament permessibbli (M) iddikjarata skont il-paragrafu 2.19 ta' dan ir-Regolament.

7.7.7.4.

Meta jkun hemm iżjed minn tarġa waħda, kull tarġa tista' testendi fiż-żona tal-projezzjoni vertikali tat-tarġa li jmiss b'sa 100 mm u l-projezzjoni fuq l-art li jirfsu fuqha għandha tħalli superfiċe vojta ta' mill-inqas 200 mm (ara l-Anness 4, figura 8) bil-kurvaturi kollha li joħorġu 'l barra tat-tarġiet ikunu ddisinjati b'tali mod li jnaqqsu r-riskju li wieħed jitfixkel fihom u jaqa'. Il-kurvaturi kollha tat-tarġiet għandhom jikkuntrastaw viżwalment mal-partijiet ta' madwarhom.

7.7.7.5.

Il-wisa' u l-għamla ta' kull tarġa għandhom ikunu tali li fuq dik it-tarġa jkun jista' jitqiegħed rettangolu, bil-qisien indikati fit-tabella ta' hawn taħt, bla ma jisporġi b'aktar minn 5 fil-mija tal-erja tiegħu. F'bieba doppja, kull nofs tal-bieba għandu jilħaq dan ir-rekwiżit.



Numru ta' passiġġieri

> 22

≤ 22

Erja

L-ewwel tarġa (mm)

400 × 300

400 × 200

 

Tarġiet oħra (mm)

400 × 200

400 × 200

7.7.7.6.

It-tarġiet kollha għandu jkollhom superfiċe li ma tiżloqx.

7.7.7.7.

L-inklinazzjoni massima tat-tarġa fi kwalunkwe direzzjoni ma għandhiex tkun aktar minn 5 fil-mija.

7.7.8.   Is-sits tal-passiġġieri (inkluż is-sits li jingħalqu) u l-ispazju għall-passiġġieri bilqiegħda

7.7.8.1.   Il-wisa' minimu tas-sit (ara l-Anness 4, Figura 9)

7.7.8.1.1.

Il-wisa' minimu tal-kuxin tas-sit, dimensjoni “F” (Anness 4, Figura 9), imkejjel minn pjan vertikali li jgħaddi min-nofs ta' dik il-pożizzjoni bilqiegħda, għandu jkun:

7.7.8.1.1.1. 

200 mm fil-każ tal-Klassi I, II, A jew B; jew

7.7.8.1.1.2. 

225 mm fil-każ tal-Klassi III.

7.7.8.1.2.

Il-wisa' minimu tal-ispazju disponibbli għal kull pożizzjoni bilqiegħda, dimensjoni “G” (Anness 4, Figura 9), imkejjel minn pjan vertikali li jgħaddi miċ-ċentru ta' dik il-pożizzjoni bilqiegħda f'għoli ta' bejn 270 mm u 650 mm 'il fuq mill-kuxin tas-sit mhux kompressat, ma għandux ikun inqas minn:

7.7.8.1.2.1. 

250 mm fil-każ ta' sits individwali; jew

7.7.8.1.2.2. 

225 mm fil-każ ta' ringieli kontinwi ta' sits għal żewġ passiġġieri jew aktar.

7.7.8.1.3.

Għal vetturi b'wisa' ta' mhux aktar minn 2,35 m:

7.7.8.1.3.1. 

Il-wisa' tal-ispazju disponibbli għal kull pożizzjoni bilqiegħda, imkejjel minn pjan vertikali li jgħaddi miċ-ċentru ta' dik il-pożizzjoni bilqiegħda f'għoli bejn 270 mm u 650 mm 'il fuq mill-kuxin tas-sit mhux kompressat, għandu jkun 200 mm (ara l-Anness 4, Figura 9A). Fil-każ tal-konformità ma dan il-paragrafu, ir-rekwiżiti tal-paragrafu 7.7.8.1.2 ta' hawn fuq ma għandhomx ikunu applikabbli; u

7.7.8.1.3.2. 

Fil-każ ta' vetturi tal-Klassi III, il-wisa' minimu tal-kuxin tas-sit, dimensjoni “F” (Anness 4, Figura 9A), imkejjel minn pjan vertikali li jgħaddi miċ-ċentru ta' dik il-pożizzjoni bilqiegħda, ma għandux ikun inqas minn 200 mm. Fil-każ tal-konformità ma dan il-paragrafu, ir-rekwiżiti tal-paragrafu 7.7.8.1.1.2 ta' hawn fuq ma għandhomx ikunu applikabbli.

7.7.8.1.4.

Għall-vetturi li jkollhom kapaċità ta' mhux aktar minn 22 passiġġier, fil-każ tas-sits li jmissu mal-ħajt tal-genb tal-vettura, l-ispazju disponibbli ma jinkludix, fil-parti ta' fuq tiegħu, spazju triangolari b'wisa' ta' 20 mm u b'għoli ta' 100 mm (ara l-Anness 4, Figura 10). Barra minn hekk, l-ispazju meħtieġ għaċ-ċinturini tas-sikurezza u l-ankraġġi tagħhom u għall-viżiera tax-xemx għandu jitqies bħala eżenti.

7.7.8.1.5.

Fil-kejl tal-wisa' tal-passaġġ bejn is-sits, ma għandux jitqies jekk l-ispazju disponibbli definit hawn fuq jisporġix jew le għal ġewwa l-passaġġ bejn is-sits.

7.7.8.2.   Fond minimu tal-kuxin tas-sit (dimensjoni K, ara l-Anness 4, Figura 11)

Il-fond minimu tal-kuxin tas-sit għandu jkun:

7.7.8.2.1. 

350 mm f'vetturi tal-Klassi I, A jew B, u

7.7.8.2.2. 

400 mm f'vetturi tal-Klassi II jew tal-Klassi III.

7.7.8.3.   L-għoli tal-kuxin tas-sit (dimensjoni H, ara l-Anness 4, Figura 11a)

L-għoli tal-kuxin tas-sit mhux kompressat, mill-art, għandu jkun tali li d-distanza mill-art sal-pjan orizzontali tanġenzjali mas-superfiċe ta' fuq ta' quddiem tal-kuxin tas-sit tkun bejn 400 mm u 500 mm: madankollu dan l-għoli jista' jitnaqqas sa mhux inqas minn 350 mm fl-arkati tar-roti (waqt li jitqiesu t-tolleranzi permessi fil-paragrafu 7.7.8.5.2 ta' hawn taħt) u fil-kompartiment tal-magna/tat-trażmissjoni.

7.7.8.4.   Spazji bejn is-sits (ara l-Anness 4, Figuri 12A u 12B)

7.7.8.4.1.

Fil-każ ta' sits iħarsu fl-istess direzzjoni, id-distanza bejn in-naħa ta' quddiem tad-dahar tas-sit u n-naħa ta' wara tad-dahar tas-sit ta' quddiemu (dimensjoni H), meta mkejla b'mod orizzontali, parallel mal-pjan lonġitudinali tal-vettura, u f'kull għoli 'l fuq mill-art bejn il-livell tas-superfiċe ta' fuq tal-kuxin tas-sit u punt għoli 620 mm 'il fuq mill-art, ma għandhiex tkun inqas minn:



H

Klassijiet I, A u B

650 mm

Klassijiet II u III

680 mm

7.7.8.4.2.

Il-kejl kollu għandu jsir, bil-kuxin tas-sit u l-kuxin tad-dahar tas-sit mhux kompressati, permezz tal-gejġ tat-test muri fl-Anness 4, Figura 12B.

7.7.8.4.3.

Għal sits trasversali li jħarsu lejn xulxin, id-distanza minima bejn l-uċuh ta' quddiem tad-dahar tas-sits tagħhom, imkejla tul l-ogħla punti tal-kuxins tas-sits, ma għandhiex tkun inqas minn 1 300  mm.

7.7.8.4.4.

Il-kejl għandu jsir, għal sits inklinabbli tal-passiġġieri u sits aġġustabbli tas-sewwieq, bid-dahar tas-sits tagħhom u aġġustamenti oħra tas-sits fil-pożizzjoni normali tal-użu kif speċifikata mill-manifattur.

7.7.8.4.5.

Il-kejl għandi jsir b'mejda li tintewa mwaħħla mad-dahar tas-sit fil-pożizzjoni mitwija (stivata) tagħha.

7.7.8.4.6.

Is-sits li jkunu installati fuq linji tal-ħadid jew xi sistema oħra li tippermetti lill-operatur jew lil min jużahom ivarja faċilment l-konfigurazzjoni interna tal-vettura għandhom jitkejlu fil-pożizzjoni normali tal-użu speċifikata mill-manifattur fl-applikazzjoni għall-approvazzjoni.

7.7.8.5.   Spazju għall-passiġġieri bilqiegħda (ara l-Anness 4, Figura 13)

7.7.8.5.1.

Għal sit wara sezzjoni diviżorja jew struttura riġida oħra li mhix sit, għandu jiġi pprovdut spazju liberu minimu quddiem kull spazju meħtieġ biex ipoġġu bilqiegħda l-passiġġieri (kif definit fil-paragrafu 7.7.8.6 ta' hawn taħt) kif jidher fl-Anness 4, Figura 13 sezzjoni diviżorja li l-profil tagħha jikkorrispondi għal bejn wieħed u ieħor dak tad-dahar ta' siġġu inklinat tista' tinvadi dan l-ispazju. Fil-każ ta' sits maġenb is-sit tas-sewwieq f'vetturi tal-Klassi A jew B, id-dashboard, il-panell tal-istrumenti, il-windskrin, il-viżiera tax-xemx, iċ-ċinturini tas-sikurezza u l-ankoraġġi taċ-ċinturini tas-sigurtà jistgħu jinvadu l-ispazju liberu.

7.7.8.5.2.

Għal sit wara ieħor u/jew sit iħares lejn il-passaġġ bejn is-sits, għandu jiġi pprovdut spazju liberu minimu għas-saqajn b'fond ta' mill-anqas 300 mm u wisa' skont il-paragrafu 7.7.8.1.1 ta' dan l-anness, kif muri fl-Anness 4, Figura 11b. Il-preżenza lokali f'dan l-ispazju ta' saqajn tas-sits, ta' serħ is-saqajn tal-passiġġieri u ta' intrużjonijiet kif previsti fil-paragrafu 7.7.8.6 ta' hawn taħt għandha tkun permessa dejjem jekk jifdal spazju adegwat għal saqajn il-passiġġieri. Dan l-ispazju għas-saqajn jista' jkun qiegħed parzjalment fi u/jew fuq il-passaġġ bejn is-sits iżda ma għandu joħloq l-ebda ostakolu waqt il-kejl tal-wisa' minimu tal-passaġġ bejn is-sits skont il-paragrafu 7.7.5. Fil-każ ta' sits maġenb is-sit tas-sewwieq ġewwa vetturi tal-Klassi A jew B, iċ-ċinturini tas-sikurezza u l-ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza jistgħu jinvadu l-ispazju liberu.

7.7.8.5.3.

In-numru minimu ta' sits ta' prijorità konformi mar-rekwiżiti tal-Anness 8, paragrafu 3.2 għandu jkun erbgħa għall-Klassi I, tnejn għall-Klassi II u wieħed għall-Klassi A. Fil-każ ta' vetturi tal-Klassi III jew tal-Klassi B suġġetti għar-rekwiżiti tal-Anness 8, in-numru minimu ta' sits ta' prijorità għandu jkun tnejn għall-Klassi III u wieħed għall-Klassi B.

Sit li jingħalaq biex ma jibqax fin-nofs meta ma jkunx qiegħed jintuża ma għandux jiġi indikat bħala sit ta' prijorità.

7.7.8.6.   Għoli liberu 'l fuq mill-pożizzjonijiet bilqiegħda

7.7.8.6.1.

Fil-każ ta' vetturi bi pjan wieħed, fuq kull pożizzjoni bilqiegħda u, għajr fil-każ tas-sit(s) maġenb is-sewwieq ġewwa vettura tal-Klassi A jew B, l-ispazju għas-saqajn assoċjat tiegħu, għandu jitkejjel spazju liberu b'għoli ta' mhux inqas minn 900 mm, imkejjel mill-ogħla punt tal-kuxin tas-sit mhux kompressat u mill-anqas 1 350  mm mil-livell medju tal-art fl-ispazju tas-saqajn. Fil-każ tal-vetturi li għalihom japplika l-paragrafu 7.7.1.10 ta' dan l-anness, u anki għas-sit(s) maġenb is-sewwieq f'vettura tal-Klassi A jew B, dawn id-dimensjonijiet jistgħu jitnaqqsu għal 1 200  mm imkejla mill-art u 800 mm imkejla mill-ogħla punt tal-kuxin tas-sit mhux kompressat.

Fil-każ ta' vetturi b'żewġ pjani, kull pożizzjoni bilqiegħda għandu jkollha għoli liberu ta' mhux anqas minn 900 mm imkejjel mill-ogħla punt tal-kuxin tas-sit mhux kompressat. Fil-każ tal-pjan ta' fuq, dan l-għoli liberu jista' jitnaqqas għal 850 mm.

7.7.8.6.2.

Dan l-ispazju liberu għandu jkun estiż fuq iż-żona definita:

7.7.8.6.2.1. 

Permezz ta' pjani vertikali lonġitudinali 200 mm fuq kull naħa tal-pjan vertikali medjan tal-pożizzjoni bilqiegħda, u

7.7.8.6.2.2. 

Permezz ta' pjan vertikali trasversali li jgħaddi mill-punt ta' fuq ta' wara nett tad-dahar tas-sit u pjan vertikali trasversali 280 mm quddiem il-ponta ta' quddiem nett tal-kuxin tas-sit mhux kompressat, li fiż-żewġ każijiet jiġi mkejjel fil-pjan vertikali medjan tal-pożizzjoni bilqiegħda.

7.7.8.6.3.

Mit-truf tal-ispazju liberu definit fil-paragrafi 7.7.8.6.1 u 7.7.8.6.2 ta' hawn fuq, jistgħu jkunu esklużi dawn iż-żoni:

7.7.8.6.3.1. 

Fil-każ tal-parti ta' fuq tas-sits ta' fuq barra, maġenb il-ħajt tal-ġenb intern tal-vettura, żona b'sezzjoni trasversali (cross-section) rettangolari b'għoli ta' 150 mm u wisa' ta' 100 mm (ara l-Anness 4, Figura 14).

7.7.8.6.3.2. 

Fil-każ tal-parti ta' fuq tas-sits ta' fuq barra, żona b'sezzjoni trasversali triangolari li l-quċċata tagħha tkun 700 mm mill-art u li l-bażi tagħha jkun wiesa' 100 mm (ara l-Anness 4, Figura 15); L-ispazju meħtieġ għaċ-ċinturini tas-sikurezza u l-ankraġġi tagħhom u għall-viżiera tax-xemx għandu jitqies bħala eżenti;

7.7.8.6.3.3. 

Fil-każ tal-ispazju għas-saqajn ta' pożizzjoni bilqiegħda fuq barra, żona b'erja tas-sezzjoni trasversali ta' mhux aktar minn 0,02 m2 (0,03 m2 għall-vetturi b'art baxxa) u li jkollha wisa' massimu ta' mhux aktar minn 100 mm (150 mm għall-vetturi b'qiegħ baxx (ara l-Anness 4, Figura 16).

7.7.8.6.3.4. 

Fil-każ ta' vettura b'kapaċità massima ta' 22 passiġġier, fil-każ tal-postijiet bilqiegħda l-eqreb tal-irkejjen ta' wara tal-karozzerija, it-tarf ta' barra ta' wara tal-ispazju liberu, kif jidher minn fuq, jista' jiġi ttondjat għal raġġ ta' mhux aktar minn 150 mm (ara l-Anness 4, Figura 17).

7.7.8.6.4.

Fl-ispazju liberu definit fil-paragrafi 7.7.8.6.1, 7.7.8.6.2 u 7.7.8.6.3 ta' hawn fuq, jistgħu jiġu permessi dawn l-intrużjonijiet li ġejjin:

7.7.8.6.4.1. 

L-intrużjoni tad-dahar ta' sit ieħor, l-appoġġi tiegħu u t-tagħmir imwaħħal miegħu (eż mejda li tingħalaq);

7.7.8.6.4.2. 

Fil-każ ta' vettura b'kapaċità massima ta' 22 passiġġier, l-intrużjoni tal-arkata tar-rota, dejjem jekk tiġi ssodisfata waħda miż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

7.7.8.6.4.2.1. 

L-intrużjoni ma testendix aktar mill-pjan vertikali medjan tal-pożizzjoni bilqiegħda (ara l-Anness 4, Figura 18), jew

7.7.8.6.4.2.2. 

L-eqreb tarf tal-ispazju fond 300 mm li jkun disponibbli għas-saqajn tal-passiġġieri bilqiegħda ma joħroġx 'il barra aktar minn 200 mm mit-tarf tal-kuxin tas-sit mhux kompressat u sa mhux aktar minn 600 mm quddiem id-dahar tas-sit, fejn dan il-kejl isir fil-pjan vertikali medjan tal-pożizzjoni bilqiegħda (ara l-Anness 4, Figura 19). Fil-każ ta' żewġ sits iħarsu lejn xulxin, din id-dispożizzjoni għandha tapplika biss għal wieħed mis-sits u l-ispazju li jkun fadal għas-saqajn tal-passiġġieri bilqiegħda għandu jkun mill-anqas 400 mm.

7.7.8.6.4.3. 

Fil-każ ta' sits maġenb is-sit tas-sewwieq f'vetturi li jifilħu sa 22 passiġġier, l-intrużjoni tad-dashboard, tal-panell tal-istrumenti, tal-windskrin, tal-viżiera tax-xemx, taċ-ċinturini tas-sikurezza, tal-ankoraġġi taċ-ċintorini tas-sikurezza u tal-koppla ta' quddiem.

7.7.8.6.4.4. 

Intrużjoni tat-twieqi tat-tip li jinfetħu 'l isfel u l-fittings tagħhom.

7.7.9.   Komunikazzjoni mas-sewwieq

7.7.9.1.

Fuq vetturi tal-Klassijiet I, II u A, għandu jkun ipprovdut mezz li jippermetti lill-passiġġieri jindikaw lis-sewwieq li għandu jwaqqaf il-vettura. Il-kontrolli għal dawn l-apparati ta' komunikazzjoni kollha għandhom ikunu jistgħu jitħaddmu bil-keff tal-id. Għandu jkun hemm apparati ta' komunikazzjoni distribwiti adegwatament u b'mod uniformi matul il-vettura u f'għoli ta' mhux iżjed minn1 500  mm mill-art; dan ma jeskludix il-possibbiltà li jiġu installati apparati addizzjonali ta' komunikazzjoni iżjed fil-għoli. Il-kontrolli għandhom jikkuntrastaw viżwalment mal-affarijiet ta' madwarhom. L-attivazzjoni tal-kontroll għandha tkun indikata wkoll lill-passiġġieri permezz ta' sinjal wieħed jew aktar mixgħula. It-tabella għandha turi l-kelmiet “il-vettura se tieqaf” jew ekwivalenti, u/jew pittogramma xierqa u għandha tibqa' mixgħula sakemm il-bieba/bibien ta' servizz tinfetaħ/jinfetħu. Il-vetturi artikolati għandu jkollhom dawn is-sinjali f'kull sezzjoni riġida tal-vettura. Fuq vetturi b'żewġ pjani, dawn is-sinjali għandhom ikunu fuq kull pjan. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7.6.11.8 ta' dan l-anness japplikaw għal kwalunkwe sinjali bil-kitba li jintużaw.

7.7.9.2.

Komunikazzjoni mal-kompartiment tal-ekwipaġġ

Jekk kompartiment tal-ekwipaġġ jiġi installat mingħajr ma jkollu aċċess għall-kompartimenti tas-sewwieq jew tal-passiġġieri, għandu jkun hemm mezz ta' komunikazzjoni bejn is-sewwieq u dan il-kompartiment tal-ekwipaġġ.

7.7.9.3.

Komunikazzjoni mal-kompartiment tat-toilet

Il-kompartimenti tat-toilet għandhom ikunu mgħammra b'mezz ta' sejħa għall-għajnuna f'każ ta' emerġenza.

7.7.10.   Magni tax-xarbiet sħan u apparat tat-tisjir

7.7.10.1.

Il-magni tax-xarbiet sħan u l-apparat tat-tisjir għandhom jiġu installati jew protetti b'mod li ebda ikel jew xorb sħun ma jaqa' fuq xi passiġġier minħabba bbrejkjar ta' emerġenza jew forzi tal-vettura waqt li ddur ma' kantunieri.

7.7.10.2.

Fuq vetturi mgħammra b'magni tax-xarbiet sħan jew apparat tat-tisjir, is-sits kollha tal-passiġġieri għandu jkollhom provvediment adegwat li fuqu jqiegħdu l-ikel jew ix-xorb sħun waqt li l-vettura tkun miexja.

7.7.11.   Il-bibien għall-kompartimenti ta' ġewwa

Kull bieba għal toiletjew xi kompartiment ta' ġewwa ieħor:

7.7.11.1. 

Għandha tingħalaq waħedha, u ma għandux ikun fiha xi apparat li jżommha miftuħa jekk, meta tkun miftuħa tkun tista' tostakola lill-passiġġieri f'xi każ ta' emerġenza;

7.7.11.2. 

Għandha, meta tkun miftuħa, ma taħbi l-ebda pum, apparat ta' kontroll biex jiftaħ jew marki obbligatorji assoċjati ma' xi bieba ta' servizz, bieba ta' emerġenza, punt ta' ħruġ ta' emerġenza, ċilindru għat-tifi tan-nar jew kaxxi għall-ewwel għajnuna;

7.7.11.3. 

Għandu jkun fiha mezz biex il-bieba tkun tista' tinfetaħ minn barra l-kompartiment f'każ ta' emerġenza;

7.7.11.4. 

Ma għandhiex tkun tista' tiġi llokkjata minn barra, sakemm ma tkunx tista' tinfetaħ minn ġewwa wkoll.

7.7.12.   Taraġ intern ta' vettura b'żewġ pjani (ara l-Anness 4, Figura 1).

7.7.12.1.

Il-wisa' minimu ta' kull taraġ intern għandu jkun iddisinjat b'tali mod li jippermetti li minnu jgħaddi faċilment it-template ta' prova tal-aċċess għall-bieba singola kif definit fil-Figura 1 tal-Anness 4. Il-pannell għandu jibda jitmexxa mill-passaġġ bejn is-sits tal-pjan ta' isfel sal-aħħar tarġa, fid-direzzjoni probabbli ta' moviment ta' persuna meta tuża t-taraġ.

7.7.12.2.

It-turġien interni għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod, li, waqt ibbrejkjar qawwi tal-vettura miexja 'l quddiem, ma jkunx hemm periklu li xi passiġġier jiġi mitfugħ 'l isfel.

Dan ir-rekwiżit jitqies li ġie ssodisfat jekk tiġi ssodisfata tal-inqas waħda minn dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

7.7.12.2.1. 

L-ebda parti tat-taraġ ma taqleb 'l isfel 'il quddiem;

7.7.12.2.2. 

It-taraġ ikun fih ilqugħ jew provvedimenti simili;

7.7.12.2.3. 

Ikun hemm apparat awtomatiku fil-parti ta' fuq tat-taraġ li jipprevjeni l-użu tat-taraġ waqt li l-vettura tkun miexja; f'każ ta' emerġenza, dan l-apparat għandu jkun jista' jitħaddem faċilment.

7.7.12.3.

Għandu jiġi vverifikat, permezz taċ-ċilindru msemmi fil-paragrafu 7.7.5.1 ta' dan l-anness, li l-kundizzjonijiet tal-aċċess mill-passaġġi bejn is-sits (ta' fuq u ta' isfel) għat-taraġ huma adegwati.

7.7.13.   Il-kompartiment tas-sewwieq

7.7.13.1.

Is-sewwieq għandu jkun protett minn passiġġieri bilwieqfa u minn passiġġieri bilqiegħda immedjatament wara l-kompartiment tiegħu li jistgħu jintefgħu fil-kompartiment tas-sewwieq f'każ ta' bbrejkjar jew tidwir ma' kantuniera. Dan ir-rekwiżit għandu jitqies bħala ssodisfat jekk:

7.7.13.1.1. 

In-naħa ta' wara tal-kompartiment tas-sewwieq ikun magħluq b'sezzjoni diviżorja; jew

7.7.13.1.2. 

Fil-każ ta' sits tal-passiġġieri li jkunu immedjatament wara l-kompartiment tas-sewwieq, ikun hemm ilqugħ jew, fil-każ ta' vettura tal-Klassi A jew B, ċinturin tas-sikurezza. Għall-vetturi li jkollhom żona għall-passiġġieri bilwieqfa immedjatament wara l-kompartiment tas-sewwieq, il-possibbiltà li jiġi installat ċinturin tas-sikurezza ma għandhiex tapplika. Meta jkun installat, l-ilqugħ għandu jkun konformi mar-rekwiżiti speċifikati fil-paragrafi 7.7.13.1.2.1 sa 7.7.13.1.2.3 ta' hawn taħt (ara l-Anness 4, Figura 30).

7.7.13.1.2.1.

L-għoli minimu tal-ilqugħ imkejjel mill-art li fuqha jistrieħu saqajn il-passiġġieri għandu jkun 800 mm.

7.7.13.1.2.2.

Il-wisa' tal-ilqugħ għandu jestendi 'l ġewwa mill-ħajt tal-ġenb tal-vettura tal-anqas sa 100 mm lil hinn mil-linja ċentrali lonġitudinali tas-sit ta' ġewwa nett rilevanti tal-passiġġieri, iżda fi kwalunkwe każ għandu jestendi tal-anqas sal-punt ta' ġewwa nett tas-sit tas-sewwieq.

7.7.13.1.2.3.

Id-distanza bejn it-tarf ta' fuq nett ta' żona maħsuba sabiex jinżammu xi oġġetti fiha (eż mejda) u t-tarf ta' fuq nett ta' lqugħ għandha tkun mill-anqas 90 mm.

7.7.13.2.

Il-kompartiment tas-sewwieq għandu jiġi protett minn oġġetti li jistgħu jiżżerżqu għal ġo fih miż-żona tal-passiġġieri immedjatament wara l-kompartiment f'każ ta' bbrejkjar qawwi. Dan ir-rekwiżit għandu jitqies bħala ssodisfat jekk ballun b'dijametru ta' 50 mm ma jkunx jista' jiżżerżaq għal ġewwa l-kompartiment tas-sewwieq miż-żona tal-passiġġieri immedjatament wara l-kompartiment.

7.7.13.3.

Is-sewwieq għandu jkun protett mix-xemx u mill-effetti tat-tlellix u r-riflessi kkawżati mit-tidwil artifiċjali intern tal-vettura. Kwalunkwe dawl li jista' jaffettwa ħażin u b'mod sinifikanti l-vista tas-sewwieq għandu jkun jista' jitħaddem biss meta l-vettura tkun wieqfa.

7.7.13.4.

Il-vettura għandu jkollha apparati li jippermettu t-tneħħija tas-silġ u t-tneħħija taċ-ċpar mill-windskrin.

7.7.14.   Is-sit tas-sewwieq

7.7.14.1.

Is-sit tas-sewwieq għandu jkun indipendenti minn sits oħra.

7.7.14.2.

Id-dahar tas-sit għandu jkun ittondjat jew iż-żona tas-sewwieq għandu jkollha serħ id-dirgħajn pożizzjonati b'mod li s-sewwieq ma jkun la mxekkel waqt li jimmanuvra l-vettura, u lanqas jiġi żbilanċjat b'aċċellerazzjonijiet trasversali li jistgħu jseħħu waqt is-sewqan.

7.7.14.3.

Il-wisa' minimu tal-kuxin tas-sit, (dimensjoni F, ara l-Anness 4, Figura 9), imkejjel minn pjan vertikali li jgħaddi min-nofs tas-sit, għandu jkun:

7.7.14.3.1. 

200 mm fil-każ tal-Klassi A jew B;

7.7.14.3.2. 

225 mm fil-każ tal-Klassi I, II jew III;

7.7.14.4.

Il-fond minimu tal-kuxin tas-sit, (dimensjoni K, ara l-Anness 4, Figura 11a), imkejjel minn pjan vertikali li jgħaddi min-nofs tas-sit, għandu jkun:

7.7.14.4.1. 

350 mm fil-każ tal-Klassi A jew B;

7.7.14.4.2. 

400 mm fil-każ tal-Klassi I, II jew III.

7.7.14.5.

Il-wisa' globali minimu tad-dahar tas-sit imkejjel sa għoli ta' 250 mm 'il fuq mill-pjan orizzontali tanġenzjali mas-superfiċe ta' fuq nett tal-kuxin tas-sit mhux kompressat għandu jkun 450 mm.

7.7.14.6.

Id-distanza bejn is-serħ tad-dirgħajn għandha tassigura spazju liberu għas-sewwieq, kif definit fil-paragrafu 7.7.14.2 ta' hawn fuq, ta' mhux inqas minn 450 mm.

7.7.14.7.

Is-sit għandu jkun aġġustabbli fil-pożizzjonijiet lonġitudinali u vertikali tiegħu u fl-inklinazzjoni tad-dahar tas-sit. Dan is-sit għandu jillokkja awtomatikament fil-pożizzjoni magħżula u, jekk ikun mgħammar b'mekkaniżmu li jippermettilu jdur, huwa għandu jillokkja awtomatikament meta jkun fil-pożizzjoni tas-sewqan. Is-sit għandu jkun mgħammar b'sistema ta' sospensjoni.

7.7.14.7.1.

Is-sistema ta' sospensjoni u l-aġġustament tal-pożizzjoni vertikali mhumiex obbligatorji għall-vetturi tal-Klassi A jew B.

7.8.   Tidwil artifiċjali intern

7.8.1.

Ġewwa għandu jkun hemm tidwil elettriku intern li jdawwal:

7.8.1.1. 

Il-kompartimenti kollha tal-passiġġieri, il-kompartimenti tal-ekwipaġġ, il-kompartimenti tat-toilet u s-sezzjoni artikolata ta' vettura artikolata;

7.8.1.2. 

Kwalunkwe tarġa jew tarġiet;

7.8.1.3. 

L-aċċess għal xi punti ta' ħruġ u ż-żona immedjatament madwar il-bieb(ien) ta' servizz; inkluż, meta jintuża, kwalunkwe apparat installat għat-tlugħ ta' passiġġieri;

7.8.1.4. 

Il-marki interni u l-kontrolli interni tal-punti ta' ħruġ kollha;

7.8.1.5. 

Il-postijiet kollha fejn ikun hemm ostakoli;

7.8.1.6. 

Fil-każ ta' vettura b'żewġ pjani u mingħajr saqaf, għandu jiġi pprovdut tal-inqas apparat wieħed ta' tidwil kemm jista' jkun qrib ta' fuq nett ta' kull taraġ li jwassal għall-pjan ta' fuq.

7.8.2.

Għandu jkun hemm tal-inqas żewġ ċirkwiti ta' tidwil intern sabiex jekk wieħed ma jixgħelx ma jaffettwax lill-ieħor. Ċirkwit għal tidwil permanenti fil-punti tad-dħul u tal-ħruġ jista' jitqies bħala wieħed minn dawn iċ-ċirkwiti.

7.8.3.

Vetturi tal-Klassijiet II, III u B għandhom ikunu mgħammra b'sistema ta' tidwil ta' emerġenza:

7.8.3.1. 

Għandu jkun possibbli għas-sewwieq li jattiva s-sistema ta' tidwil ta' emerġenza mill-pożizzjoni ta' bilqiegħda tiegħu.

7.8.3.2. 

It-tħaddim tal-kontroll ta' emerġenza ta' kwalunkwe bieba ta' servizz jew ta' emerġenza għandha tattiva s-sistema ta' tidwil ta' emerġenza.

7.8.3.3. 

Is-sistema ta' tidwil ta' emerġenza, ladarba attivata, għandha tibqa' attiva għal mill-anqas 30 minuta, sakemm ma tiġix diżattivata mis-sewwieq.

7.8.3.4. 

Il-provvista tal-enerġija għat-tidwil ta' emerġenza għandha tkun f'post xieraq fil-vettura biex jiġi minimizzat ir-riskju li jkun ippreġudikat it-tħaddim kontinwu tagħha minħabba xi aċċident.

7.8.3.5. 

L-unitajiet kollha li jipprovdu t-tidwil ta' emerġenza għandhom jipproduċu dawl abjad.

7.8.3.6. 

L-uniformità tal-illuminanza tat-tidwil għandha tiġi vvalutata skont il-miżuri li ġejjin:

image

image

7.8.3.7. 

Is-sistema ta' tidwil ta' emerġenza għandha tipprovdi illuminanza minima ta' 10 lux direttament taħt kull unità tad-dawl fil-kompartiment tal-passiġġieri f'għoli ta' 750 mm fuq il-linja ċentrali tal-passaġġi ta' aċċess u l-passaġġi bejn is-sits kollha.

7.8.3.8. 

L-uniformità tal-illuminanza tul il-kompartiment tal-passiġġieri f'għoli ta' 750 mm fuq il-passaġġi ta' aċċess u l-passaġġi bejn is-sits kollha għandha tkun bejn 0,15 u 2.

7.8.3.9. 

Is-sistema ta' tidwil ta' emerġenza għandha tipprovdi illuminanza minima ta' 1 lux fil-livell tal-art fil-linja ċentrali tal-passaġġi ta' aċċess u l-passaġġi ta' bejn is-sits kollha u fiċ-ċentru ta' kull tarġa, fil-livell tat-tarġa.

7.8.3.10. 

Il-konformità mar-rekwiżiti tal-uniformità għandha tintwera fuq perjodu ta' mill-inqas 30 minuta mill-attivazzjoni tat-tidwil ta' emerġenza permezz ta' kejl li jittieħed f'distanzi ta' mhux aktar minn 2 metri.

7.8.4.

Mhumiex meħtieġa dwal individwali għal kull element elenkat fil-paragrafu 7.8.1 ta' hawn fuq, dejjem jekk jista' jinżamm dawl adegwat waqt l-użu normali.

7.8.5.

Il-kontroll tat-tidwil intern obbligatorju għandu jsir permezz ta' swiċċijiet manwali taħt il-kontroll tas-sewwieq jew ikkontrollati awtomatikament.

7.9.   Sezzjoni artikolata tal-vetturi artikolati

7.9.1.

Is-sezzjoni artikolata li tgħaqqad sezzjonijiet riġidi tal-vettura għandha tkun iddisinjata u mibnija b'tali mod li tħalli tal-inqas moviment wieħed ta' tidwir tal-inqas madwar assi orizzontali wieħed, u tal-inqas assi wieħed vertikali.

7.9.2.

Meta vettura artikolata bil-massa tagħha f'kundizzjoni ta' sewqan tkun wieqfa fuq superfiċe livell orizzontali, ma għandux ikun hemm bejn l-art ta' kull waħda mis-sezzjonijiet riġidi u l-art tal-bażi li ddur jew tal-parti li tissostitwixxi dak il-qiegħ, spazju mikxuf wiesa' aktar minn:

7.9.2.1. 

10 mm meta r-roti kollha tal-vettura jkunu fl-istess pjan, jew

7.9.2.2. 

20 mm meta r-roti tal-fus maġenb is-sezzjoni artikolata jkunu jistrieħu fuq superfiċe li jkun 150 mm ogħla mis-superfiċe li r-roti tal-fusien l-oħrajn ikunu jistrieħu fuqha.

7.9.3.

Id-differenza fil-livell bejn l-art tal-porzjonijiet riġidi u l-art tal-bażi li ddur, imkejla fil-ġonta, ma għandhiex tkun aktar minn:

7.9.3.1. 

20 mm fil-kundizzjonijiet deskritti fil-paragrafu 7.9.2.1 ta' hawn fuq, jew

7.9.3.2. 

30 mm fil-kundizzjonijiet deskritti fil-paragrafu 7.9.2.2 ta' hawn fuq.

7.9.4.

Fuq il-vetturi artikolati għandu jkun hemm mezz li jżomm lill-passiġġieri milli jgħaddu f'xi parti tas-sezzjoni artikolata fejn:

7.9.4.1. 

L-art ikollha spazju mikxuf li ma jkunx konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 7.9.2;

7.9.4.2. 

L-art ma tiflaħx għall-piż tal-passiġġieri;

7.9.4.3. 

Il-moviment tal-ħitan tal-ġenb ikun ta' periklu għall-passiġġieri.

7.10.   Biex tinżamm id-direzzjoni tal-vetturi artikolati

Meta vettura artikolata tkun miexja dritta, il-pjani medjani lonġitudinali tas-sezzjoni riġida għandhom jikkoinċidu u jiffurmaw pjan kontinwu bla ebda deflessjoni.

7.11.   Poġġamani u mqabad

7.11.1.   Rekwiżiti ġenerali

7.11.1.1.

Il-poġġamani u l-imqabad għandhom ikunu b'saħħithom biżżejjed.

7.11.1.2.

Għandhom ikunu iddisinjati u installati b'tali mod li l-passiġġieri ma jkollhomx riskju li jweġġgħu magħhom.

7.11.1.3.

Il-poġġamani u l-imqabad għandu jkollhom sezzjoni ta' forma li tgħin lill-passiġġieri biex jaqbdu magħhom faċilment u b'saħħa. Kull poġġaman għandu jkollu tul ta' mill-anqas 100 mm, biex jakkomoda l-id. L-ebda dimensjoni tas-sezzjoni ma għandha tkun inqas minn 20 mm jew akbar minn 45 mm għajr fil-każ tal-poġġamani fil-bibien u s-sits u, fil-każ ta' vettura tal-Klassi II, III jew B, fil-passaġġi ta' aċċess. F'dawn il-każijiet il-poġġamani li jkollhom dimensjoni minima ta' 15 mm għandhom jiġu permessi, dejjem jekk waħda mid-dimensjonijiet l-oħra tkun mill-anqas ta' 25 mm. il-poġġamani ma għandux ikollhom liwjiet li jaqtgħu.

7.11.1.4.

L-ispazju liberu bejn poġġaman jew maqbad, tul il-biċċa l-kbira tat-tul tiegħu, u l-parti ta' ħdejh tal-karozzerija jew il-ħitan tal-ġenb tal-vettura għandha tkun tal-inqas 40 mm. Madankollu, fil-każ ta' poġġaman fuq bieba jew sit, jew fil-passaġġ ta' aċċess ta' vettura tal-Klassi II, III jew B, għandu jkun permess spazju liberu minimu ta' 35 mm.

7.11.1.5.

Is-superfiċe ta' kull poġġaman, maqbad jew bastun għandha tikkuntrasta viżwalment mal-ambjent ta' madwarhom u ma tkunx tiżloq.

7.11.2.   Rekwiżiti addizzjonali għall-poġġamani u l-imqabad għal vetturi ddisinjati biex iġorru passiġġieri bilwieqfa

7.11.2.1.

Għandu jkun hemm numru suffiċjenti ta' poġġamani u/jew imqabad għal kull parti tal-ispazju fl-art, b'konformità mal-paragrafu 7.2.2 ta' dan l-anness, maħsuba għall-passiġġieri bilwieqfa. Għal dan il-għan, iċ-ċineg imdendla, jekk ikunu installati, għandhom jitqiesu bħala mqabad, dejjem jekk jinżammu f'posthom b'mezz addattat. Dan ir-rekwiżit għandu jitqies issodisfat jekk, għall-pożizzjonijiet kollha possibbli tal-apparat tal-ittestjar indikat fl-Anness 4, Figura 20 ta' hawn taħt, tal-inqas żewġ poġġamani jew żewġ imqabad jistgħu jintlaħqu mid-driegħ li jiċċaqlaq tal-apparat. L-apparat tal-ittestjar jista' jiddawwar bla xkiel madwar l-assi vertikali tiegħu.

7.11.2.2.

Meta tkun qed tiġi applikata l-proċedura deskritta fil-paragrafu 7.11.2.1 ta' hawn fuq, għandhom jitqiesu biss dawk il-poġġamani jew l-imqabad li ma jkunux inqas minn 800 mm u mhux aktar minn 1 950  mm 'il fuq mill-art

7.11.2.3.

Għall-kull pożizzjoni li tista' tiġi okkupata minn pasiġġier bilwieqfa, mill-anqas wieħed miż-żewġ poġġamani jew imqabad meħtieġa għandu jkun mhux aktar minn 1 500  mm 'il fuq mil-livell tal-art f'dik il-pożizzjoni. Dan ma japplikax għal xi spazju ħdejn bieba fejn, minħabba li l-bieba jew il-mekkaniżmu tagħha jkunu miftuħa, dan il-maqbad ma jkunx jista' jintuża. Barra minn hekk, tista' ssir eċċezzjoni fin-nofs ta' pjattaformi kbar, iżda t-total ta' dawn l-eċċezzjonijiet ma għandux ikun aktar minn 20 fil-mija tal-erja totali għall-persuni bilwieqfa.

7.11.2.4.

L-ispazji li jistgħu jiġu okkupati mill-passiġġieri bilwieqfa u li ma jkunux separati bis-sits mill-ħitan tal-ġnub jew mill-ħajt ta' wara tal-vettura għandu jkollhom poġġamani orizzontali li jkunu paralleli mal-ħitan u installati f'għoli ta' bejn 800 mm u 1 500  mm 'il fuq mill-art.

7.11.3.   Poġġamani u mqabad għall-bibien ta' servizz

7.11.3.1.

L-aperturi tal-bibien għandhom ikunu mgħammra b'poġġamani u/jew imqabad fuq kull naħa. Fil-każ ta' bibien doppji dan ir-rekwiżit jista' jiġi ssodisfat billi jitwaħħal bastun wieħed fin-nofs jew poġġaman wieħed fin-nofs.

7.11.3.2.

Il-poġġamani u/jew l-imqabad li jrid ikollhom il-bibien ta' servizz għandhom ikunu tali li jkollhom punt minn fejn taqbad magħhom li jista' jintlaħaq minn persuna bilwieqfa fuq l-art ta' ħdejn il-bieba ta' servizz jew fuq xi waħda mit-tarġiet suċċessivi. Dawn il-punti għandhom ikunu f'pożizzjoni, vertikalment, bejn 1 800  mm u 100 mm 'il fuq mill-art jew 'il fuq mis-superfiċe ta' kull tarġa, u orizzontalment:

7.11.3.2.1. 

Għall-pożizzjoni addattata għall-persuna bilwieqfa fuq l-art, mhux aktar minn 400 mm 'il ġewwa mit-tarf ta' barra tal-ewwel tarġa; u

7.11.3.2.2. 

Għall-pożizzjoni addattata għal tarġa partikolari, mhux 'il barra mit-tarf ta' barra tat-tarġa kkunsidrata, u mhux aktar minn 600 mm 'il ġewwa minn dak l-istess tarf.

7.11.4.

(Riżervat)

7.11.5.

Poġġamani u mqabad għat-turġien interni f'vetturi b'żewġ pjani.

7.11.5.1.

Għandu jkun hemm poġġamani jew imqabad addattati fuq kull naħa tat-taraġ intern. Dawn għandhom ikunu bejn 800 mm u 1 100  mm 'il fuq mit-tarf li jintrifes ta' kull tarġa.

7.11.5.2.

Il-poġġamani u/jew l-imqabad għandhom ikunu tali li jkollhom punt minn fejn taqbad magħhom li jista' jintlaħaq minn persuna li tkun bilwieqfa fuq il-pjan ta' fuq jew t'isfel ħdejn it-taraġ intern, u fuq kwalunkwe tarġa suċċessiva. Dawn il-punti għandhom ikunu f'pożizzjoni, vertikalment, bejn 800 mm u 1 100  mm 'il fuq mill-pjan ta' isfel jew kull wieħed 'il fuq mis-superfiċe ta' kull tarġa, u,

7.11.5.2.1. 

Għall-pożizzjoni addattata għal persuna bilwieqfa fuq il-pjan ta' isfel, mhux aktar minn 400 mm 'il ġewwa mit-tarf ta' barra tal-ewwel tarġa, u

7.11.5.2.2. 

Għall-pożizzjoni addattata għal tarġa partikolari, mhux 'il barra mit-tarf ta' barra tat-tarġa kkunsidrata, u mhux aktar minn 600 mm 'il ġewwa minn dak l-istess tarf.

7.12.   Ilqugħ għall-ħofriet ta' taraġ u għas-sits esposti

7.12.1.

Fil-punti li passiġġier jirriskja li jiġi mitfugħ 'il quddiem għal ġewwa ħofra ta' taraġ, spazju ddisinjat għal siġġu tar-roti, spazju għal pramm, jew fetħa għal passiġġieri bilwieqfa, minħabba bbrejkjar qawwi, għandu jitwaħħal ilqugħ jew, fil-każ ta' vettura tal-Klassi A jew B, ċinturin tas-sikurezza. Fejn ikun installat, l-ilqugħ għandu jkollu għoli minimu mill-art ta' fejn iserraħ saqajh il-passiġġier ta' 800 mm u għandu jestendi 'l ġewwa mill-ħajt tal-vettura sa mill-anqas 100 mm lil hinn mil-linja ċentrali lonġitudinali ta' kwalunkwe pożizzjoni bilqiegħda meta l-passiġġier ikun f'riskju jew sal-parti l-wieqfa tat-tarġa l-aktar 'il ġewwa; liema minnhom tkun l-iżgħar.

7.12.2.

Il-paragrafu 7.12.1 ma għandux ikun applikabbli għal kwalunkwe sit li jħares lejn il-ġenb, sit li jkollu l-linja ċentrali tiegħu fil-projezzjoni lonġitudinali ta' passaġġ bejn is-sits, sit li quddiemu jkun hemm struttura eżistenti (eż mejda fissa jew ilqugħ għall-bagalji) li toffri livell komparabbli ta' protezzjoni bħal dik ta' lqugħ li jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 7.12.1 jew sits trasversali fejn id-distanza massima bejn l-uċuħ ta' quddiem tad-dahar tas-sits tagħhom ma tkunx aktar minn 1 800  mm meta mkejla skont il-paragrafu 7.7.8.4.3.

7.12.3.

Fil-pjan ta' fuq ta' vettura b'żewġ pjani, it-taraġ intern għandu jkun protett b'ilqugħ imdawwar li jkollu għoli minimu ta' 800 mm meta mkejjel mill-art. It-tarf ta' isfel tal-ilqugħ ma għandux ikun aktar minn 100 mm mill-art.

7.12.4.

Il-windskrin ta' quddiem il-passiġġieri li jokkupaw is-sits ta' quddiem fil-pjan ta' fuq ta' vettura b'żewġ pjani għandu jkollu lqugħ ittappezzat. L-ogħla tarf ta' dak l-ilqugħ għandu jkun vertikalment bejn 800 mm u 900 mm 'il fuq mill-art fejn iserraħ saqajh il-passiġġier.

7.12.5.

L-alzata ta kull tarġa f'taraġ intern ta' vettura b'żewġ pjani għandha tkun magħluqa.

7.13.   Stivi tal-bagalji u protezzjoni tal-okkupanti

L-okkupanti tal-vettura għandhom ikunu prottetti mill-oġġetti li jistgħu jaqgħu fuqhom mill-istivi tal-bagalji minħabba bbrejkjar jew tidwir ma' kantunieri. Jekk ikun hemm installati kompartimenti għall-bagalji, dawn għandhom ikunu iddisinjati b'tali mod li l-bagalji ma jkunux jistgħu jaqgħu f'każ ta' bbrejkjar f'daqqa.

7.14.   Bokkaporti, jekk ikunu installati

7.14.1.

Kull bokkaport, li ma jkunx bieba ta' evakwazzjoni, fl-art ta' vettura għandu jkun installat u fiss b'tali mod li ma jkunx jista' jinqala' jew jinfetaħ mingħajr l-użu ta' għodda jew ċwievet u l-ebda mezz tal-irfiegħ jew ta' llokkjar ma għandu jisporġi b'aktar minn 8 mm 'il fuq mill-art. It-trufijiet tal-projezzjonijiet għandhom ikunu ttondjati.

7.15.   Divertiment viżwali

7.15.1.

Il-forom ta' divertiment viżwali għall-passiġġieri, pereżempju monitors tat-television jew vidjows, għandhom jitqiegħdu lil hinn mill-vista tas-sewwieq meta s-sewwieq ikun qiegħed fil-pożizzjoni tas-sewqan normali tiegħu. Dan ma għandux jeskludi xi monitor tat-television jew apparat simili li jintuża bħala parti mill-kontroll tas-sewwieq jew gwida tal-vettura, pereżempju biex jimmonitorja l-bibien ta' servizz.

7.16.   Trolleybuses

7.16.1.

It-trolleybuses għandhom jissodisfaw id-dispożizzjonijiet tal-Anness 12.

7.17.   Protezzjoni tal-passiġġieri ġewwa vetturi bla saqaf

Kull vettura bla saqaf għandu jkollha:

7.17.1. 

Pannell ta' quddiem kontinwu tul il-wisa' kollu ta' dik il-parti tal-vettura li ma jkollhiex saqaf, b'għoli ta' mhux inqas minn 1 400  mm mil-livell ġenerali tal-art maġenb il-pannell ta' quddiem;

7.17.2. 

Protezzjoni kontinwa madwar il-ġenb u n-naħa ta' wara ta' dik il-parti tal-vettura li ma jkollhiex saqaf, b'għoli ta' mhux inqas minn 1 100  mm fil-ġnub u 1 200  mm fin-naħa ta' wara tal-vettura, imkejjel mil-livell ġenerali tal-art ta' ħdejn il-pannelli. Il-protezzjoni għandha tikkonsisti minn pannelli kontinwi fuq il-ġenb u wara b'għoli ta' mhux inqas minn 700 mm mil-livell ġenerali tal-art ta' ħdejn il-pannelli, kombinati ma' poġġaman wieħed jew aktar ta' lqugħ, li tissodisfa l-karatteristiċi li ġejjin:

(a) 

L-ebda dimensjoni tas-sezzjoni tagħha ma għandha tkun inqas minn 20 mm, jew iżjed minn 45 mm;

(b) 

L-ispazju bejn poġġaman ta' lqugħ u kwalunkwe poġġaman ta' lqugħ jew pannell kontigwu ma għandux ikun aktar minn 200 mm;

(c) 

Għandha tiġi installata b'mod ferm mal-istruttura tal-vettura;

(d) 

Il-bibien fil-punti ta' ħruġ għandhom jitqiesu li jiffurmaw parti minn din il-protezzjoni.

7.18.   Għajnuna għall-viżjoni u għall-komunikazzjoni

Fil-każ ta' vettura bla saqaf, is-sewwieq għandu jkun ipprovdut b'mezzi viżwali, bħal mera, periskopju jew kamera bil-vidjo/monitor, li jippermettu li tiġi osservata l-imġiba tal-passiġġieri fil-parti bla saqaf. Barra minn hekk, għandha tiġi pprovduta sistema ta' interkomunikazzjoni li tippermetti lis-sewwieq jikkomunika ma' dawn il-passiġġieri.




Appendiċi

Verifika matematika tal-limitu statiku ta' inklinazzjoni

1.

Vettura tista' tintwera li tissodisfa r-rekwiżit speċifikat fil-paragrafu 7.4 tal-Anness 3 permezz ta' metodu ta' kalkolazzjoni approvat mis-Servizz Tekniku li jwettaq it-testjiet.

2.

Is-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet jista' jesiġi li t-testijiet jitwettqu fuq partijiet tal-vettura biex jiġu vverifikati l-assunzjonijiet magħmula fil-kalkolu.

3.

Preparazzjonijiet għall-kalkolu

3.1.

Il-vettura għandha tiġi rappreżentata b'sistema spazjali.

3.2.

Minħabba l-pożizzjoni taċ-ċentru tal-gravità tal-karozzerija tal-vettura u r-rati differenti tal-flessibbiltà tal-molol tas-sospensjoni u t-tajers tal-vettura, il-fusien ġeneralment ma jitilgħux simultanjament fuq naħa waħda tal-vettura minħabba fl-aċċellerazzjoni laterali. Għalhekk, l-inklinazzjoni laterali tal-karozzerija fuq kull fus għandha tiġi aċċertata bis-suppożizzjoni li r-roti tal-fus(ien) l-oħra jibqgħu fuq l-art.

3.3.

Biex tkun issimplifikata l-verifika, wieħed jassumi li ċ-ċentru tal-gravità tal-mases bla sospensjoni jkun fil-pjan lonġitudinali tal-vettura fuq il-linja li tgħaddi miċ-ċentru tal-fus tar-rotazzjoni tar-rota. L-ispostament żgħir taċ-ċentru tat-tidwir minħabba d-deflessjoni tal-fus jista' jiġi injorat. Il-kontroll tas-sospensjoni pnewmatika ma għandux jitqies.

3.4.

Tal-anqas, għandhom jitqiesu dawn il-parametri li ġejjin:

Dejta tal-vettura bħall-bażi tar-roti, il-wisa' tat-tread u l-mases bis-sospensjoni/bla sospensjoni, il-pożizzjoni taċ-ċentru tal-gravità tal-vettura, id-deflessjoni u r-rimbalz u l-koeffiċjent tal-flessibbiltà tal-molla tas-sospensjoni tal-vettura, kif ukoll in-nuqqas ta' linearità, il-koeffiċjent tal-flessibbiltà orizzontali u vertikali tat-tajers, it-torsjoni tas-sovrastruttura u l-pożizzjoni taċ-ċentru tat-tidwir tal-fusien.

4.

Il-validità tal-metodu tal-kalkolu

4.1.

Il-validità tal-metodu tal-kalkolu għandha tiġi stabbilita għas-sodisfazzjon tas-Servizz Tekniku, eż. abbażi ta' test komparattiv ma' vettura simili.




ANNESS 4

DIJAGRAMMI TA' SPJEGAZZJONI

Figura 1

Aċċess għall-bibien ta' servizz

(ara l-Anness 3, paragrafu 7.7.1)

Gejġ tat-test 1

Gejġ tat-test 2

image



Klassi tal-vettura

L-għoli tal-pannell ta'fuq (mm)

(Dimensjoni “A” Figura 1)

Gejġ tat-test 1

Gejġ tat-test 2

Klassi A

950 (*1)

950

Klassi B

700 (*1)

950

Klassi I

1 100

1 100

Klassi II

950

1 100

Klassi III

850

1 100

(*1)   

Għall-vetturi tal-Klassi A jew B, il-pannell ta' isfel jista' jiġi spostjat f'direzzjoni orizzontali relattivament mal-pannell ta' fuq, dejjem jekk jiġi spostjat fl-istess direzzjoni.

Figura 2

Aċċess għall-bibien ta' servizz

(ara l-Anness 3, paragrafu 7.7.1.4)

image

Figura 3

Determinazzjoni tal-aċċess mhux ostakolat għall-bieba (dimensjonijiet f'mm)

(ara l-Anness 3, paragrafu 7.7.1.9.1)

image

Figura 4

Determinazzjoni tal-aċċess mhux ostakolat għall-bieba (dimensjonijiet f'mm)

(ara l-Anness 3, paragrafu 7.7.1.9.2)

image

Figura 5

Aċċess għall-bibien ta' emerġenza

(ara l-Anness 3, paragrafu 7.7.2)

image

Figura 6

Manikin għall-passaġġ bejn is-sits

image



Bi pjan wieħed

Klassi

B (mm)

C (mm)

D (mm)

E (mm)

F (mm)

A

550

350

500 (1)

1 900  (1)

900

B

450

300

300

1 500

900

I

550

450 (2)

500 (1)

1 900  (1)

900

II

550

350

500 (1)

1 900  (1)

900

III

450

300 (3)

500 (1)

1 900  (1) (4)

900 (4)

B'żewġ pjani

I

LD

550

450 (2)

500

1 800  (5)

1 020  (5)

UD

550

450 (2)

500

1 680

900

II

LD

550

350

500

1 800  (5)

1 020  (1)

UD

550

350

500

1 680

900

III

LD

450

300 (3)

500

1 800  (5)

1 020  (5)

UD

450

300 (3)

500

1 680

900

(1)   

L-għoli taċ-ċilindru ta' fuq u għaldaqstant l-għoli globali jista' jitnaqqas b'100 mm fi kwalunkwe parti mill-passaġġ bejn is-sits lejn in-naħa ta' wara ta':

(a)  Pjan trasversali li jkun 1,5 m quddiem il-linja tan-nofs tal-fus ta' wara (il-fus ta' wara l-aktar 'il quddiem fil-każ ta' vetturi b'aktar minn fus ta' wara wieħed), u

(b)  Pjan vertikali trasversali fit-tarf ta' wara tal-bieba ta' servizz jew tal-bieba ta' aċċess ta' wara nett jekk ikun hemm aktar minn bieba ta' servizz waħda.

(2)   

Id-dijametru taċ-ċilindru ta' taħt jista' jitnaqqas minn 450 mm għal 400 mm fi kwalunkwe parti tal-passaġġ bejn is-sits fuq in-naħa ta' wara tal-iżjed pjan 'il quddiem minn dawn iż-żewġ pjani:

(a)  Pjan vertikali trasversali li jkun 1,5 m quddiem il-linja tan-nofs tal-fus ta' wara (il-fus ta' wara l-aktar 'il quddiem fil-każ ta' vetturi b'aktar minn fus ta' wara wieħed); u

(b)  Pjan vertikali transversali li jkun fit-tarf ta' wara tal-bieba ta' servizz l-aktar lura bejn il-fusien.


Għall-fini ta' dan ta' hawn fuq, kull sezzjoni riġida ta' vettura artikolata għandha titqies separatament.

(3)   

220 mm fil-każ ta' sits li jistgħu jiġu spostjati lateralment (ara l-paragrafu 7.7.5.3 tal-Anness 3).

(4)   

Fil-każ ta' vettura li jkollha parti mill-pjan tagħha direttament fuq il-kompartiment tas-sewwieq, l-għoli globali tal-apparat tal-iggejġjar jista' jitnaqqas (billi jitnaqqas l-għoli taċ-ċilindru ta' taħt) minn 1 900 mm għal 1 680 mm fi kwalunkwe parti tal-passaġġ bejn is-sits 'il quddiem mill-pjan vertikali trasversali li jikkoinċidi mal-linja ċentrali tal-fus ta' quddiem.

(5)   

L-għoli globali tal-apparat tal-iggejġjar jista' jitnaqqas (billi jitnaqqas l-għoli taċ-ċilindru ta' taħt):

(a)  Minn 1 800 mm għal 1 680 mm fi kwalunkwe parti tal-passaġġ bejn is-sits tal-pjan ta' isfel fuq in-naħa ta' wara ta' pjan vertikali transversali 1 500 mm 'il quddiem miċ-ċentru tal-fus ta' wara (il-fus ta' wara l-aktar 'il quddiem fil-każ ta' vetturi b'aktar minn fus ta' wara wieħed);

(b)  Minn 1 800 mm għal 1 770 mm fil-każ ta' bieba ta' servizz li tkun 'il quddiem mil-fus ta' quddiem fi kwalunkwe parti tal-passaġġ bejn is-sits bejn żewġ pjani vertikali transversali 800 mm 'il quddiem u wara l-linja ċentrali tal-fus ta' quddiem.

Figura 7

Limitazzjoni 'il quddiem tal-passaġġ bejn is-sits (dimensjonijiet f'mm)

(ara l-Anness 3, paragrafu 7.7.5.1.1.1)

image

Figura 8

Tarġiet għall-passiġġieri (dimensjonijiet f'mm)

(ara l-Anness 3, paragrafu 7.7.7)

image

Għoli 'l fuq mill-art, il-vettura mhux mgħobbija



▼C1

▼B

Klassijiet

I u A

II, III u B

L-ewwel tarġa mill-art “D”

Għoli massimu (mm)

340 (1)

380 (1) (2) (3)

Fond minimu (mm)

300 (*1)

Tarġiet oħra “E”

Għoli massimu (mm)

250 (4)

350 (5)

Għoli minimu (mm)

120

Fond minimu (mm)

200

(*1)   

230 mm għall-vetturi b'kapaċità massima ta' 22 passiġġier.

(1)   

700 mm fil-każ ta' bieba ta' emerġenza.


1 500 mm fil-każ ta' bieba ta' emerġenza fil-pjan ta' fuq ta' vettura b'żewġ pjani.


massimu ta' 850mm fil-każ ta' bieba ta' emerġenza fil-pjan ta' isfel ta' vettura b'żewġ pjani.

(2)   

430 mm fil-każ ta' vettura li jkollha sospensjoni mekkanika biss.

(3)   

Għal tal-inqas bieba ta' servizz waħda; 400 mm għall-bibien ta' servizz l-oħra.

(4)   

300 mm fil-każ ta' tarġiet f'bieba wara l-fus ta' wara nett.

(5)   

250 mm fil-passaġġi bejn is-sits għall-vetturi b'kapaċità massima ta' 22 passiġġier.

▼B

Noti:

1.  F'bieba doppja, it-tarġiet f'kull nofs tal-passaġġ ta' aċċess għandhom ikunu trattati separatament.

2.  Id-dimensjoni “E” ma hemmx għalfejn tkun l-istess għal kull tarġa.

Figura 9

Wisa' tas-sits tal-passiġġieri (dimensjonijiet f'mm)

(ara l-Anness 3, paragrafu 7.7.8.1)

image



 

G (mm), minimu

F (mm), minimu

Sits imissu ma' xulxin

Sits individwali

200 (*1)

225

250

(*1)   

225 għall-Klassi III.

Figura 9A

Wisa' tas-sits tal-passiġġieri (dimensjonijiet f'mm)

(ara l-Anness 3, paragrafu 7.7.8.1.3)

image



 

G (mm), minimu

F (mm), minimu

Sits imissu ma' xulxin

Sits individwali

200

200

200

Figura 10

Intrużjoni permessa fl-għoli tal-ispalla (dimensjonijiet f'mm)

Sezzjoni trasversali tal-ispazju minimu disponibbli fl-għoli tal-ispalla għal sit ħdejn il-ħajt tal-ġenb tal-vettura

(ara l-Anness 3, paragrafu 7.7.8.1.4)

image

G = 225 mm jekk ikun sit li jmiss ma' sit ieħor

G = 250 mm jekk ikun sit individwali

G = 200 mm għal vetturi li huma wiesa' inqas minn 2,35 m

Figura 11a

Il-fond u l-għoli tal-kuxin tas-sit

(ara l-Anness 3, paragrafi 7.7.8.2 u 7.7.8.3)

image

H = 400/500 mm (*)

K = 350 mm, minimu (**)

(*) 350 mm fl-arkati tar-roti u fil-kompartiment tal-magna.

(**) 400 mm f'vetturi tal-Klassijiet II u III.

Figura 11b

Spazju għas-saqajn ta' passiġġieri bilqiegħda wara sit jew f'sit iħares lejn il-passaġġ bejn is-sits

(ara l-Anness 3, paragrafu 7.7.8.5.2)

image

Figura 12A

Spazji bejn is-sits

(ara l-Anness 3, paragrafu 7.7.8.4)

image



 

H

Klassijiet I, A u B

650 mm

Klassijiet II u III

680 mm

Figura 12B

Gejġ tat-test għad-dimensjoni H

(ara l-Anness 3, paragrafu 7.7.8.4.2)

Ħxuna tal-gejġ: 5 mm, massimu

image

Figura 13

Spazju għall-passiġġieri bilqiegħda wara sezzjoni diviżorja jew struttura riġida oħra li mhix sit

(ara l-Anness 3, paragrafu 7.7.8.5.1)

image

Figura 14

Intrużjoni permessa fl-ispazju fuq is-sit (dimensjonijiet f'mm)

Sezzjoni trasversali tal-ispazju liberu minimu fuq post bilqiegħda ħdejn il-ħajt tal-ġenb tal-vettura

(ara l-Anness 3, paragrafu 7.7.8.6.3.1)

image

Figura 15

Intrużjoni permessa fuq pożizzjoni bilqiegħda

(ara l-Anness 3, paragrafu 7.7.8.6.3.2)

image

I (mm)

400 sa 500

(għall-Klassijiet A, B, I u II, minimu ta' 350 mm fl-arkati tar-roti u fil-kompartiment(i) tal-magna)

Figura 16

Intrużjoni permessa fil-parti ta' isfel tal-ispazju għall-passiġġieri (dimensjonijiet f'mm)

(ara l-Anness 3, paragrafu 7.7.8.6.3.3)

image

(*) 150 mm fil-każ ta' vetturi b'qiegħ baxx.

(**) 0,03 m2 fil-każ ta' vetturi b'qiegħ baxx.

Figura 17

Intrużjoni permessa fis-sits tar-rokna ta' wara

Dehra taż-żona preskritta tas-sit (żewġ sits fil-ġenb fuq wara)

(ara l-Anness 3, paragrafu 7.7.8.6.3.4)

image

Figura 18

Intrużjoni permessa tal-arkata tar-rota li ma testendix lil hinn mil-linja ċentrali vertikali tas-sit tal-ġenb

(ara l-Anness 3, paragrafu 7.7.8.6.4.2.1)

image

Figura 19

Intrużjoni permessa ta' arkata tar-rota lil hinn mil-linja ċentrali vertikali tas-sit tal-ġenb (dimensjonijiet f'mm)

(ara l-Anness 3, paragrafu 7.7.8.6.4.2.2)

image

Figura 20

Apparat tal-ittestjar għall-pożizzjonament tal-imqabad

(ara l-Anness 3, paragrafu 7.11.2.1)

image

Figura 21

Siġġu tar-roti ta' referenza

(ara l-Anness 8, paragrafu 3.6.4)

image

Tul globali, 1

:

1 200  mm

Wisa' globali, b

:

700 mm

Għoli globali, h

:

1 090  mm

Nota: Utent ta' siġġu tar-roti li jkun bilqiegħda fis-siġġu tar-roti jżid 50 mm mat-tul globali u jagħmel għoli ta' 1 350  mm 'il fuq mill-art.

Figura 22

Spazju liberu minimu għall-utent tas-siġġu tar-roti fl-ispazju għas-siġġijiet tar-roti (dimensjonijiet f'mm)

(ara l-Anness 8, paragrafu 3.6.1)

image

Figura 23

Simboli tal-aċċessibilità

(ara l-Anness 8, paragrafi 3.2.8, 3.6.6 u 3.10.4)

Figura 23A

Pittogramma ta' utenti ta' siġġu tar-roti



image

jew

image

Kulur: Sfond blu b'simbolu abjad

Daqs: Dijametru ta' mill-anqas 130 mm

Referenza għall-prinċipji tad-disinn tas-simboli tas-sikurezza: ISO 3864-1:2002

Figura 23 B

Pittogramma ta' passiġġieri b'mobilità mnaqqsa li mhumiex utenti ta' siġġu tar-roti

image

Kulur: Sfond blu b'simbolu abjad

Daqs: Dijametru ta' mill-anqas 130 mm

Referenza għall-prinċipji tad-disinn tas-simboli tas-sikurezza: ISO 3864-1:2002

Figura 23C

Pittogramma għaz-żona ta' pramms u pushchairs

image

Kulur: Sfond blu b'simbolu abjad

Daqs: Dijametru ta' mill-anqas 130 mm

Referenza għall-prinċipji tad-disinn tas-simboli tas-sikurezza: ISO 3864-1:2011

Figura 24

(Riżervat)

Figura 25

Spazju għal saqajn il-passiġġieri

(ara l-Anness 3, paragrafu 7.7.1.6)

image

Figura 26

Riżervat

Figura 27

Aċċess għall-bieba tas-sewwieq

(ara l-Anness 3, paragrafu 7.6.1.7.2)

image

Figura 28

Aċċess għall-bieba tas-sewwieq

(ara l-Anness 3, paragrafu 7.6.1.9.3)

image

Figura 29

Eżempju ta' serħ id-dahar għal siġġu tar-roti jħares lura

(ara l-Anness 8, paragrafu 3.8.6)

image

Figura 30

image




ANNESS 5

(Riżervat)




ANNESS 6

Linji gwida għall-kejl tal-forzi tal-għeluq ta' bibien motorizzati

(ara l-Anness 3, paragrafu 7.6.5.6.1.1)

u l-forzi ta' reazzjoni ta' rampi motorizzati

(ara l-Anness 8, paragrafu 3.11.4.3.3)

1.   ĠENERALI

L-għeluq ta' bieba motorizzata u t-tħaddim ta' rampa motorizzata huma proċessi dinamiċi. Meta bieba jew rampa li tkun qed tiċċaqlaq taħbat ma' ostakolu, dan joħloq forza ta reazzjoni dinamika li l-iżvolġiment tagħha jiddependi fuq diversi fatturi (pereżempju, il-massa tal-bieb jew tar-rampa, l-aċċellerazzjoni, id-dimensjonijiet).

2.   DEFINIZZJONIJIET

2.1.

Il-forza tal-għeluq jew ta' reazzjoni F(t) hija funzjoni tal-ħin, imkejla fit-tarf ta' barra tal-bieba jew tar-rampa (ara l-paragrafu 3.2 ta' hawn taħt).

2.2.

Il-forza massima FS hija l-valur massimu tal-forza tal-għeluq jew ta' reazzjoni.

2.3.

Il-forza effettiva FE hija l-valur medju tal-forza tal-għeluq jew ta' reazzjoni relattiva mad-durata tal-impuls:

image

2.4.

Id-durata tal-impuls T huwa l-ħin bejn t1 u t2:

T = t2 – t1

Fejn,

t1

=

Il-livell limitu tas-sensittività, meta l-forza tal-għeluq jew ta' reazzjoni tkun aktar minn 50 N;

t2

=

Il-livell limitu tad-dissolvenza (fade-away threshold), fejn il-forza tal-għeluq jew ta' reazzjoni tinżel għal inqas minn 50 N.

2.5.

Ir-relazzjoni bejn il-parametri ta' hawn fuq tidher fil-Figura 1 ta' hawn taħt (bħala eżempju):

Figura 1

image

2.6.

Il-forza tal-ikklampjar jew il-forza medja ta' reazzjoni FC hija l-valur aritmetiku medju tal-forzi effettivi, imkejla fl-istess punt ta' kejl suċċessivament għal aktar drabi:

image

3.   KEJL

3.1.

Kundizzjonijiet tal-kejl:

3.1.1. 

Il-medda ta' temperaturi: 10 °C sa 30 °C

3.1.2. 

Il-vettura għandha tkun wieqfa fuq superfiċe orizzontali. Fil-każ tal-kejl tar-rampa, din is-superfiċe għandha tkun mgħammra bi blokka mmuntata b'mod riġidu jew xi apparat simili ieħor li jkollu wiċċ li r-rampa tkun tista' tagħmel reazzjoni miegħu.

3.2.

Il-punti tal-kejl għandhom ikunu:

3.2.1. 

Fil-każ tal-bibien:

3.2.1.1. 

Fit-truf ewlenin tal-għeluq tal-bieba:

Wieħed fin-nofs tal-bieba;

Wieħed 150 mm 'il fuq mix-xifer ta' taħt tal-bieba.

3.2.1.2. 

Jekk mgħammra b'apparati li jimpedixxu l-ikklampjar għall-proċess tal-ftuħ:

Fit-truf sekondarji tal-għeluq tal-bieba f'dak il-punt li jitqies l-aktar post perikoluż fejn il-bieba tista' tikklampja.

3.2.2. 

Fil-każ tar-rampi:

3.2.2.1. 

Fit-tarf ta' barra tar-rampa li jkun perpendikolari mad-direzzjoni tal-moviment tagħha:

Wieħed fin-nofs tar-rampa;

Wieħed 100 mm 'il ġewwa minn kull tarf parallel mad-direzzjoni tal-korsa tar-rampa.

3.3.

Il-kejl għandu jsir mill-inqas tliet darbiet f'kull wieħed mill-punti tal-kejl sabiex tiġi determinata l-forza tal-ikklampjar jew ta' reazzjoni skont il-paragrafu 2.6 ta' hawn fuq.

3.4.

Is-sinjal tal-forza tal-għeluq jew ta' reazzjoni għandu jiġi rreġistrat permezz ta' filtru low-pass bi frekwenza limitu ta' 100 Hz. Kemm il-livell limitu tas-sensittività kif ukoll il-livell limitu tad-dissolvenza li jillimita t-tul tal-impuls għandhom ikunu ssettjati għal 50 N.

3.5.

Id-devjazzjoni tal-qari mill-valur nominali ma għandhiex tkun aktar minn ± 3 fil-mija.

4.   APPARAT TAL-KEJL

4.1.

L-apparat tal-kejl għandu jkun magħmul minn żewġ partijiet: fejn parti minnhom tkun manku u l-parti l-oħra, li twettaq il-funzjoni tal-kejl, tkun ċellola tat-tagħbija (load cell) (ara Figura 2).

4.2.

Iċ-ċellola tat-tagħbija għandu jkollha dawn il-karatteristiċi:

4.2.1.

Għandha tkun magħmula minn żewġ housings jiżżerżqu li jkollhom dawn id-dimensjonijiet esterni: dijametru ta' 100 mm u wisa' ta' 115 mm. Fiċ-ċellola tat-tagħbija għandu jkun hemm imwaħħla molla tal-kompressjoni bejn iż-żewġ housings b'tali mod li ċ-ċellola tat-tagħbija tkun tista' tiġi kkompressata jekk tkun applikata forza adegwata.

4.2.2.

L-ebusija taċ-ċellola tat-tagħbija għandha tkun 10 + 0,2 N/mm. Id-deflessjoni massima tal-molol għandha tkun limitata għal 30 mm sabiex tinkiseb forza massima ta' 300 N.

Figura 2

image




ANNESS 7

Rekwiżiti alternattivi għall-vetturi tal-Klassijiet A u B

1.

Il-vetturi tal-Klassijiet A u B għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-Anness 3 ħlief li:

(a) 

Minflok il-paragrafu 7.6.3.1 tal-Anness 3, vettura tista' tkun konformi mal-paragrafu 1.1 ta' dan l-anness;

(b) 

Minflok il-paragrafu 7.6.2 tal-Anness 3, vettura tista' tkun konformi mal-paragrafu 1.2 ta' dan l-anness.

1.1.   Dimensjonijiet minimi għall-punti ta' ħruġ

Id-diversi tipi ta' punti ta' ħruġ għandu jkollhom dawn id-dimensjonijiet minimi:



Apertura

Dimensjonijiet minimi

Rimarki

Bieba ta' servizz

Għoli tad-dħul:

Klassi

A 1 650 mm

B 1 500 mm

L-għoli tal-bieba ta' servizz għandu jitkejjel bħala d-distanza vertikali mkejla fuq pjan vertikali tal-projezzjonijiet orizzontali tal-ponta tan-nofs tal-apertura tal-bieba u s-superfiċe ta' fuq tal-iktar tarġa baxxa.

Għoli tal-Apertura

L-għoli vertikali tal-apertura tal-bieba ta' servizz għandu jkun tali li jippermetti li jgħaddi bil-libertà l-pannell doppju msemmi fil-paragrafu 7.7.1.1 tal-Anness 3. L-irkejjen ta' fuq jistgħu jiċċekknu billi jiġu ttondjati, għal raġġ ta' mhux aktar minn 150 mm.

Wisa':

Bieba waħda: 650 mm

Bieba doppja: 1 200 mm

Għall-vetturi tal-Klassi B meta l-għoli tal-apertura tal-bieba ta' servizz ikun bejn 1 400 mm u 1 500 mm, għandu japplika wisa' minimu tal-apertura ta' bieba waħda ta' 750 mm. Għall-vetturi kollha, il-wisa' ta' kull bieba ta' servizz jista' jitnaqqas b'100 mm meta l-kejl isir fuq il-livell tal-imqabad u b'250 mm f'każijiet fejn l-arkati tar-roti li jidħlu 'l ġewwa jew il-mekkaniżmu li jħaddem il-bibien awtomatiċi jew bir-remote control jew l-inklinazzjoni tal-windskrin ikunu jeħtieġu hekk.

Bieba ta' emerġenza

Għoli: 1 250 mm

Wisa': 550 mm

Il-wisa' jista' tjitnaqqas għal 300 mm f'każijiet fejn l-arkati tar-roti li jidħlu 'l ġewwa jkunu jeħtieġu hekk, sakemm il-wisa' ta' 550 mm ikun rispettat b'għoli minimu ta' 400 mm fuq l-iktar parti baxxa tal-apertura tal-bieba. L-irkejjen ta' fuq jistgħu jiċċekknu billi jiġu ttondjati, għal raġġ ta' mhux aktar minn 150 mm.

Tieqa ta' emerġenza

Erja tal-apertura : 400 000 mm2

Għandu jkun possibbli li f'din is-superfiċe jiddaħħal rettangolu b'qisien ta' 500 mm × 700 mm.

Bieba ta' evakwazzjoni

Erja tal-apertura:450 000 mm2

Għandu jkun possibbli li f'din is-superfiċe jiddaħħal rettangolu b'qisien ta' 600 mm × 700 mm.

1.1.1.

Vettura li għaliha japplika l-paragrafu 7.7.1.10 tal-Anness 3 għandha tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 7.6.3.1 tal-Anness 3 jew tal-paragrafu 1.1 ta' dan l-anness fir-rigward tat-twieqi ta' emerġenza u l-bibien ta' evakwazzjoni, u r-rekwiżiti minimi li ġejjin fir-rigward tal-bibien ta' servizz u l-bibien ta' emerġenza:



Apertura

Qisien

Rimarki

Bieba ta' servizz

Għoli tal-Apertura: 1 100 mm

Din id-dimensjoni tista' titnaqqas b'raġġ fl-irkejjen tal-apertura ta' mhux aktar minn 150 mm.

 

Wisa':

Bieba waħda: 650 mm

Bieba doppja: 1 200 mm

Din id-dimensjoni tista' titnaqqas b'raġġ fl-irkejjen tal-apertura ta' mhux aktar minn 150 mm. Il-wisa' ta' kull bieba ta' aċċess tista' titnaqqas b'100 mm meta l-kejl isir fuq il-livell tal-imqabad u b'250 mm f'każijiet fejn l-arkati tar-roti li jidħlu 'l ġewwa jew il-mekkaniżmu li jħaddem il-bibien awtomatiċi jew bir-remote control jew l-inklinazzjoni tal-windskrin ikunu jeħtieġu hekk.

Bieba ta' emerġenza

Għoli: 1 100 mm

Wisa': 550 mm

Il-wisa' jista' tjitnaqqas għal 300 mm f'każijiet fejn l-arkati tar-roti li jidħlu 'l ġewwa jkunu jeħtieġu hekk, sakemm il-wisa' ta' 550 mm ikun rispettat b'għoli minimu ta' 400 mm fuq l-iktar parti baxxa tal-apertura tal-bieba. L-irkejjen ta' fuq jistgħu jiċċekknu billi jiġu ttondjati, għal raġġ ta' mhux aktar minn 150 mm.




ANNESS 8

Akkomodazzjoni u aċċessibbiltà għall-passiġġieri b'mobilità mnaqqsa

1.   ĠENERALI

Dan l-anness fih id-dispożizzjonijiet li japplikaw għall-vettura ddisinjata biex tkun aċċessibbli faċilment għall-passiġġieri b'mobilità mnaqqsa u għall-utenti ta' siġġu tar-roti.

2.   KAMP TA' APPLIKAZZJONI

Dawn ir-rekwiżiti għandhom japplikaw għall-vetturi li jagħtu aċċess aktar faċli għall-persuni b'mobilità mnaqqsa.

3.   REKWIŻITI

3.1.   Tarġiet

L-għoli mill-art tal-ewwel tarġa ta' mill-anqas bieba ta' servizz waħda ma għandux ikun aktar minn 250 mm għall-vetturi tal-Klassi I u A u 320 mm għall-vetturi tal-Klassijiet II, III u B. Jekk bieba ta' servizz waħda biss tissodisfa dan ir-rekwiżit, ma għandu jkun hemm l-ebda ostakolu jew sinjal li jimpedixxu lil dik il-bieba milli tintuża kemm bħala dħul kif ukoll bħala ħruġ.

Bħala alternattiva għall-vetturi tal-Klassijiet I u A, l-ewwel tarġa mill-art ma għandhiex tkun aktar minn 270 mm f'żewġ fetħiet tal-bieba, waħda għad-dħul u l-oħra għall-ħruġ.

Fil-każ ta' vetturi b'qiegħ baxx tista' tintuża biss sistema ta' inklinazzjoni, iżda mhux tarġa li tidħol 'il ġewwa.

Fil-każ ta' vetturi oħra tista' tintuża sistema ta' inklinazzjoni u/jew tarġa li tidħol 'il ġewwa.

L-għoli tat-tarġiet f'passaġġ ta' aċċess fil-bieba/bibien imsemmija hawn fuq, u fil-passaġġ kollu ta' bejn is-sits, ma għandux ikun aktar minn 200 mm għall-vetturi tal-Klassijiet I u A u 250 mm għall-vetturi tal-Klassijiet II, III u B.

It-tranżizzjoni minn passaġġ bejn is-sits imniżżel 'l isfel għaż-żona fejn tpoġġi bilqiegħda ma għandhiex titqies bħala tarġa.

3.2.   Is-sits ta' prijorità u l-ispazju għall-passiġġieri b'mobilità limitata

3.2.1.

Is-sits għandhom ikunu jew iħarsu 'l quddiem jew iħarsu lura u għandhom ikunu f'pożizzjoni qrib il-bieba/bibien ta' servizz addattati biex jitilgħu u jinżlu minnhom u konformi mal-paragrafu 3.1 ta' hawn fuq.

3.2.2.

Għandu jkun hemm spazju adegwat għal kelb gwida taħt, jew maġenb, tal-inqas wieħed mis-sits ta' prijorità. Dan l-ispazju ma għandux jifforma parti mill-passaġġ bejn is-sits.

3.2.3.

Għandhom jitwaħħlu serħ tad-dirgħajn fuq sits bejn il-pożizzjoni bilqiegħda u l-passaġġ bejn is-sits u dawn għandhom ikunu jistgħu jitneħħew faċilment min-nofs sabiex jippermettu aċċess liberu għas-sit. Fil-każ tas-sits iħarsu lejn xulxin, wieħed mis-sits tal-passaġġ bejn is-sits jista', alternattivament, ikun mgħammar b'bastun vertikali. Dan il-bastun għandu f'pożizzjoni b'mod li l-persuna li tokkupa s-sit tinżamm b'mod sikur fuq is-sit u li l-aċċess għas-sit ikun possibbli.

3.2.4.

Il-wisa' minima ta' kuxin ta' sit ta' prijorità, imkejjel minn pjan vertikali li jgħaddi min-nofs ta' dik il-pożizzjoni bilqiegħda, għandu jkun 220 mm fuq kull naħa.

3.2.5.

L-għoli tal-kuxin tas-sit mhux kompressat, mill-art, għandu jkun tali li d-distanza mill-art sal-pjan orizzontali tanġenzjali mas-superfiċe ta' fuq ta' quddiem tal-kuxin tas-sit tkun bejn 400 mm u 500 mm.

3.2.6.

L-ispazju għas-saqajn fil-pożizzjonijiet bilqiegħda ta' prijorità għandu jestendi 'l quddiem mis-sit minn pjan vertikali li jgħaddi mit-tarf ta' quddiem tal-kuxin tas-sit. L-ispazju għas-saqajn ma għandux ikun inklinat f'xi direzzjoni b'aktar minn 8 fil-mija. Għal vetturi tal-Klassijiet I u A, id-distanza vertikali bejn l-art taż-żona tas-sits u l-passaġġ bejn is-sits ta' maġenbha ma għandhiex tkun aktar minn 250 mm.

3.2.7.

Kull pożizzjoni bilqiegħda ta' prijorità għandu jkollha għoli liberu ta' mhux inqas minn 1 300  mm għall-vetturi tal-Klassi I u A u 900 mm għall-vetturi tal-Klassi II, imkejjel mill-ogħla punt tal-kuxin tas-sit mhux kompressat. Dan l-għoli liberu għandu jestendi fuq il-projezzjoni vertikali tal-wisa' tas-sit minima meħtieġa ta' 440 mm u l-ispazju assoċjat tas-saqajn.

Tista' tiġi permessa l-intrużjoni tad-dahar tas-sit jew oġġett ieħor f'dan l-ispazju sakemm jinżamm spazju minimu liberu vertikali li jestendi 230 mm quddiem il-kuxin tas-sit. Meta s-sit ta' prijorità jkun iħares lejn paratija (bulkhead) li tkun ogħla minn 1 200  mm, dan l-ispazju għandu jkun ta' 300 mm. Mit-truf tal-ispazju liberu definit hawn fuq, huma permessi intrużjonijiet skont il-paragrafi 7.7.8.6.3.1 sa 7.7.8.6.3.4 tal-Anness 3 daqslikieku r-referenza għall-ispazju liberu fil-paragrafi 7.7.8.6.1 u7.7.8.6.2 tal-Anness 3 hija referenza għall-ispazju liberu definit hawn fuq. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7.7.8.1.4 tal-Anness 3 jistgħu japplikaw. L-intrużjonijiet tal-imqabad jew tal-poġġamani kif imsemmija fil-paragrafu 3.4.2 ta' hawn taħt jistgħu jisporġu b'mhux aktar minn 100 mm mill-ħajt tal-ġenb għal ġewwa l-ispazju liberu fuq il-projezzjoni vertikali tal-ispazju għas-saqajn.

3.2.8.

Il-vetturi mgħammra b'sit ta' prijorità għandu jkollhom pittogramma/i skont l-Anness 4, Figura 23B viżibbli minn barra, kemm fuq quddiem, fuq il-ġenb tal-vettura, kif ukoll ħdejn il-bieba/bibien ta' servizz rilevanti. Għandha titqiegħed piktogramma fuq ġewwa ħdejn is-sit ta' prijorità.

3.3.   Apparati ta' komunikazzjoni

3.3.1.

L-apparati ta' komunikazzjoni għandhom jitqiegħdu ħdejn kwalunkwe sit ta' prijorità u fiż-żona allokata għal siġġu tar-roti u għandhom ikunu f'għoli ta' bejn 700 mm u 1 200  mm 'il fuq mill-art.

3.3.2.

L-apparati ta' komunikazzjoni li jkunu fiż-żona b'qiegħ baxx għandhom ikunu f'għoli ta' bejn 800 mm u 1 500  mm fejn ma jkunx hemm sits.

3.3.3.

(Riżervat)

3.3.4.

Jekk vettura tkun mgħammra b'rampa jew lift, għandu jitwaħħal mezz ta' komunikazzjoni mas-sewwieq fuq barra, ħdejn il-bieba, u f'għoli ta' bejn 850mm u 1 300 mm mill-art. Dan ir-rekwiżit ma għandux japplika għal bieba li s-sewwieq ikun jista' jaraha direttament.

3.4.   Poġġamani tas-sits ta' prijorità

3.4.1.

Għandu jiġi pprovdut poġġaman f'għoli ta' bejn 800 mm u 900 mm 'il fuq mil-livell tal-art bejn is-sits ta' prijorità kif deskritt fil-paragrafu 7.7.8.5.3 tal-Anness 3 u mill-anqas bieba ta' servizz waħda adattata għat-tlugħ u l-inżul mill-vettura. Jista' jkun hemm interruzzjoni fejn ikun meħtieġ biex jinħoloq aċċess għal spazju għas-siġġu tar-roti, għas-sit li jkun fuq l-arkata tar-rota, għal taraġ, għal passaġġ ta' aċċess jew għal passaġġ bejn is-sits. Kull interruzzjoni fil-poġġaman ma għandhiex tkun aktar minn 1 050  mm u għandu jkun hemm poġġaman fuq tal-inqas naħa waħda tal-interuzzjoni.

3.4.2.

L-imqabad jew il-poġġamani għandhom jitpoġġew ħdejn il-pożizzjonijiet bilqiegħda ta' prijorità sabiex jiffaċilitaw id-dħul jew il-ħruġ mis-sit, u dawn għandhom ikunu ddisinjati b'mod li l-passiġġier ikun jista' jaqbadhom faċilment.

3.5.   L-inklinazzjoni tal-art

L-inklinazzjoni ta' kull passaġġ bejn is-sits, passaġġ ta' aċċess jew spazju fl-art bejn kwalunkwe sit ta' prijorità jew spazju għas-siġġu tar-roti u tal-inqas punt ta' dħul wieħed u punt ta' ħruġ wieħed jew punt ta' dħul u ta' ħruġ ikkombinat ma għandhiex tkun ta' aktar minn 8 fil-mija. Żoni b'inklinazzjoni ta' dan it-tip għandhom ikunu pprovduti b'superfiċe li ma tiżloqx.

3.6.   Dispożizzjonijiet għall-akkomodazzjoni ta' siġġu tar-roti

3.6.1.

Għal kull utent ta' siġġu tar-roti li jkun hemm provvediment għalih fil-kompartiment tal-passiġġieri għandu jkun hemm żona speċjali wiesgħa mill-anqas 750 mm u twila 1 300  mm. Il-pjan lonġitudinali taż-żona speċjali għandu jkun parallel mal-pjan lonġitudinali tal-vettura, is-superfiċe tal-art taż-żona speċjali għandha tkun ma tiżloqx u l-inklinazzjoni massima fi kwalunkwe direzzjoni ma għandhiex tkun aktar minn 5 fil-mija. Fil-każ ta' siġġu tar-roti jħares lura li jkun konformi mar-rekwiżiti speċifikati fil-paragrafu 3.8.4 ta' dan l-anness, l-inklinazzjoni fid-direzzjoni lonġitudinali ma għandhiex tkun aktar minn 8 fil-mija dejjem jekk din l-inklinazzjoni tkun tmil 'il fuq mit-tarf ta' quddiem sat-tarf ta' wara taż-żona speċjali.

Fil-każ tal-ispazju għas-siġġu tar-roti ddisinjat għal siġġu tar-roti jħares 'il quddiem, il-parti ta' fuq tad-dahar tas-sits ta' quddiemu tista' tinvadi l-ispazju għas-siġġu tar-roti jekk ikun hemm spazju biżżejjed kif jidher fl-Anness 4, Figura 22.

3.6.2.

Għandu jkun hemm tal-inqas bieba waħda li minnha jkunu jistgħu jgħaddu l-utenti ta' siġġu tar-roti. Fil-każ ta' vetturi tal-Klassi I, tal-inqas bieba ta' aċċess waħda għal siġġu tar-roti għandha tkun bieba ta' servizz. Il-bieba ta' aċċess għas-siġġu tar-roti għandu jkollha apparat għat-tlugħ ta' passiġġieri li jkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3.11.3 (lift) jew tal-paragrafu 3.11.4 (rampa) ta' dan l-anness;

3.6.3.

Il-bieba ta'aċċess għal siġġu tar-roti, li ma tkunx bieba ta' servizz, għandu jkollha għoli ta' mhux inqas minn 1 400  mm. Il-wisa' minimu tal-bibien kollha li jipprovdu l-aċċess lis-siġġu tar-roti għall-vettura għandu jkun 900 mm, u dan jista' jitnaqqas b' 100 mm meta jitkejjel fil-livell tal-imqabad.

3.6.4.

Utent ta' siġġu tar-roti għandu jkun jista' jgħaddi b'mod liberu u faċilment minn barra l-vettura minn tal-inqas waħda mill-bibien ta' aċċess għas-siġġu tar-roti għal ġewwa ż-żona/i speċjali bis-siġġu tar-roti ta' referenza, li d-dimensjonijiet tiegħu jidhru fl-Anness 4, Figura 21.

3.6.4.1.

“Jgħaddi b'mod liberu u faċilment”, tfisser li jkun hemm:

(a) 

Ikun hemm spazju biżżejjed disponibbli sabiex l-utent tas-siġġu tar-roti jkun jista' jimmanuvra mingħajr l-għajnuna ta' persuna oħra;

(b) 

Ma jkunx hemm tarġiet, spazji jew bsaten li jistgħu jkunu ta' ostakolu għall-moviment liberu tal-utent tas-siġġu tar-roti.

3.6.4.2.

Għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' hawn fuq, it-test għandu jitwettaq, fil-każ tal-vetturi tal-Klassijiet I u A mgħammra b'aktar minn spazju wieħed għal siġġu tar-roti, għal kull spazju ta' siġġu tar-roti bl-ispazji l-oħra kollha għas-siġġijiet tar-roti okkupati mis-siġġu tar-roti ta' referenza.

3.6.5.

F'vetturi tal-Klassijiet I u A mgħammra b'rampa għall-aċċess tas-siġġu tar-roti, għandu jkun possibbli għal siġġu tar-roti ta' referenza li jkollu l-qisien murija fl-Anness 4, Figura 21, li persuna tidħol u toħroġ mill-vettura bis-siġġu tar-roti miexi f'direzzjoni 'l quddiem.

3.6.6.

Il-vetturi mgħammra bi spazju għas-siġġu tar-roti għandu jkollhom pittogramma/i skont l-Anness 4, Figura 23A, li tidher/jidhru minn barra, kemm fuq quddiem, fuq il-ġenb tal-vettura, kif ukoll ħdejn il-bieba/bibien ta' servizz rilevanti.

Wieħed minn dawn il-pittogrammi għandu jitqiegħed fuq ġewwa ħdejn kull spazju għal siġġu tar-roti biex jindika jekk is-siġġu tar-roti għandux jiġi pożizzjonat iħares lejn in-naħa ta' quddiem jew ta' wara tal-vettura.

3.7.   Sits u passiġġieri bilwieqfa fl-ispazju għas-siġġu tar-roti

3.7.1.

Fl-ispazju għas-siġġu tar-roti jistgħu jiġu installati sits li jingħalqu. Madankollu, dawk is-sits meta jkunu magħluqa u ma jintużawx, ma għandhomx jinvadu l-ispazju għas-siġġu tar-roti.

3.7.2.

Vettura tista' tkun mgħammra b'sits li jinqalgħu installati fl-ispazju għas-siġġu tar-roti dejjem jekk dawk is-sits ikunu jistgħu jinqalgħu faċilment mis-sewwieq jew minn membru tal-ekwipaġġ.

3.7.3.

Għall-vetturi tal-Klassi I, II u A, meta l-ispazju għas-saqajn ta' xi sit, jew parti minn sit li jingħalaq meta jkun qed jintuża, jinvadi l-ispazju għas-siġġu tar-roti, dawk is-sits għandu jkollhom imwaħħal fuqhom jew ħdejhom sinjali bil-kitba li ġejja, jew b'kitba jew pittogramma ekwivalenti:

“Jekk jogħġbok ċedi dan l-ispazju lil utent ta' siġġu tar-roti”.

Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7.6.11.8 tal-Anness 3 japplikaw għal kwalunkwe marka bil-kitba li tintuża.

3.7.4.

F'vetturi fejn kwalunkwe spazju għal siġġu tar-roti jkun maħsub sabiex jintuża esklussivament minn utent ta' siġġu tar-roti kif previst fil-paragrafu 7.2.2.2.10 tal-Anness 3, dawk l-ispazji għandhom jiġu mmarkati b'mod ċar bil-kitba li ġejja, jew b'kitba jew pittogramma ekwivalenti:

“Żona maħsuba sabiex tintuża biss minn utent ta' siġġu tar-roti”

Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7.6.11.8 tal-Anness 3 japplikaw għal kwalunkwe marka bil-kitba li tintuża.

3.8.   L-istabbiltà tas-siġġijiet tar-roti

3.8.1.

F'vetturi li jkunu meħtieġa li jkollhom sistemi ta' trażżin tal-okkupant, l-ispazju għas-siġġu tar-roti għandu jkun iddisinjat b'mod li l-utent tas-siġġu tar-roti jivvjaġġa jħares 'il quddiem u għandu jkun mgħammar b'sistemi ta' trażżin li jkunu konformi mar-rekwiżiti speċifikati fil-paragrafu 3.8.2 jew dawk speċifikati fil-paragrafu 3.8.3 ta' hawn taħt.

F'vetturi li ma jkunux meħtieġa li jkollhom sistemi ta' trażżin tal-okkupant, l-ispazju għas-siġġu tar-roti għandu jkun mgħammar b'sistemi ta' trażżin li jkunu konformi mar-rekwiżiti speċifikati fil-paragrafu 3.8.2 jew 3.8.3, jew għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti speċifikati fil-paragrafu 3.8.4 ta' hawn taħt.

3.8.2.

Siġġu tar-roti jħares 'il quddiem - rekwiżiti tat-test statiku

3.8.2.1.

Kull spazju għal siġġu tar-roti għandu jkun ipprovdut b'sistema ta' trażżin li kapaċi trażżan is-siġġu tar-roti u l-utent tas-siġġu tar-roti.

3.8.2.2.

Din is-sistema ta' trażżin u l-ankraġġi tagħha għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod li jifilħu għal forzi ekwivalenti għal dawk meħtieġa għas-sits tal-passiġġieri u s-sistemi ta' trażżin tal-okkupant.

3.8.2.3.

Għandu jsir test statiku skont dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:

3.8.2.3.1.

Il-forzi msemmija hawn taħt għandhom jiġu applikati fid-direzzjonijiet 'il quddiem u lura, separatament u fuq is-sistema ta' trażżin innifisha;

3.8.2.3.2.

Il-forza għandha tinżamm għal perjodu ta' mhux inqas minn 0,2 sekondi;

3.8.2.3.3.

Is-sistema ta' trażżin għandha tkun kapaċi tiflaħ għat-test. Deformazzjoni permanenti, inkluż ksur parzjali jew totali tas-sistema ta' trażżin, ma għandhiex titqies bħala difett jekk il-forza meħtieġa tinżamm għall-ħin speċifikat. Meta applikabbli, l-apparat tal-illokkjar li jippermetti lis-siġġu tar-roti jinżel mill-vettura għandu jitħaddem bl-idejn wara li titneħħa l-forza ta' trazzjoni.

3.8.2.4.

Fid-direzzjoni 'l quddiem, fil-każ ta' siġġu tar-roti separat u sistema ta' trażżin tal-utent ta' siġġu tar-roti.

3.8.2.4.1.

Għall-kategorija M2:

3.8.2.4.1.1. 

1 110  ± 20 daN fil-każ ta' ċinturin tal-ħoġor. Il-forza għandha tiġi applikata fuq is-sistema ta' trażżin tal-utent tas-siġġu tar-roti fil-pjan orizzontali tal-vettura u fid-direzzjoni tan-naħa ta' quddiem tal-vettura, jekk is-sistema ta' trażżin ma tkunx imwaħħla mal-art tal-vettura. Jekk is-sistema ta' trażżin tkun imwaħħla mal-art, il-forza għandha tiġi applikata f'angolu ta' 45 ± 10 gradi mal-pjan orizzontali tal-vettura u fid-direzzjoni tan-naħa ta' quddiem tal-vettura;

3.8.2.4.1.2. 

675 ± 20 daN fil-pjan orizzontali tal-vettura u fid-direzzjoni tan-naħa ta' quddiem tal-vettura fuq il-parti tal-ħoġor taċ-ċinturin u 675 ± 20 daN fil-pjan orizzontali tal-vettura u fid-direzzjoni tan-naħa ta' quddiem tal-vettura fuq il-parti taċ-ċinturin ta' fuq it-torso fil-każ ta' ċinturin bi 3 punti;

3.8.2.4.1.3. 

1 715  ± 20 daN f'angolu ta' 45 ± 10 gradi mal-pjan orizzontali tal-vettura u fid-direzzjoni tan-naħa ta' quddiem tal-vettura fuq is-sistema ta' trażżin tas-siġġu tar-roti;

3.8.2.4.1.4. 

Il-forzi għandhom jiġu applikati simultanjament;

3.8.2.4.2.

Għall-kategorija M3:

3.8.2.4.2.1. 

740 ± 20 daN fil-każ ta' ċinturin tal-ħoġor. Il-forza għandha tiġi applikata fuq is-sistema ta' trażżin tal-utent tas-siġġu tar-roti fil-pjan orizzontali tal-vettura u fid-direzzjoni tan-naħa ta' quddiem tal-vettura, jekk is-sistema ta' trażżin ma tkunx imwaħħla mal-art tal-vettura. Jekk is-sistema ta' trażżin tkun imwaħħla mal-art, il-forza għandha tiġi applikata f'angolu ta' 45 ± 10 gradi mal-pjan orizzontali tal-vettura u fid-direzzjoni tan-naħa ta' quddiem tal-vettura;

3.8.2.4.2.2. 

450 ± 20 daN fil-pjan orizzontali tal-vettura u fid-direzzjoni tan-naħa ta' quddiem tal-vettura fuq il-parti tal-ħoġor taċ-ċinturin u 450 ± 20 daN fil-pjan orizzontali tal-vettura u fid-direzzjoni tan-naħa ta' quddiem tal-vettura fuq il-parti taċ-ċinturin ta' fuq it-torso fil-każ ta' ċinturin bi 3 punti;

3.8.2.4.2.3. 

1 130  ± 20 daN f'angolu ta' 45 ± 10 gradi mal-pjan orizzontali tal-vettura u fid-direzzjoni tan-naħa ta' quddiem tal-vettura fuq is-sistema ta' trażżin tas-siġġu tar-roti;

3.8.2.4.2.4. 

Il-forzi għandhom jiġu applikati simultanjament.

3.8.2.5.

Fid-direzzjoni 'l quddiem fil-każ ta' sistema ta' trażżin tas-siġġu tar-roti kombinata ma' sistema ta' trażżin tal-utent ta' siġġu tar-roti.

3.8.2.5.1.

Għall-kategorija M2:

3.8.2.5.1.1. 

1 110  ± 20 daN f'angolu ta' 45 ± 10 gradi mal-pjan orizzontali tal-vettura u fid-direzzjoni tan-naħa ta' quddiem tal-vettura fuq is-sistema ta' trażżin tal-utent ta' siġġu tar-roti fil-każ ta' ċinturin tal-ħoġor;

3.8.2.5.1.2. 

675 ± 20 daN f'angolu ta' 45 ± 10 gradi mal-pjan orizzontali tal-vettura u fid-direzzjoni tan-naħa ta' quddiem tal-vettura fil-parti tal-ħoġor taċ-ċinturin u 675 ± 20 daN fil-pjan orizzontali tal-vettura u fid-direzzjoni tan-naħa ta' quddiem tal-vettura fuq il-parti taċ-ċinturin ta' fuq it-torso fil-każ ta' ċinturin bi 3 punti;

3.8.2.5.1.3. 

1 715  ± 20 daN f'angolu ta' 45 ± 10 gradi mal-pjan orizzontali tal-vettura u fid-direzzjoni tan-naħa ta' quddiem tal-vettura fuq is-sistema ta' trażżin tas-siġġu tar-roti;

3.8.2.5.1.4. 

Il-forzi għandhom jiġu applikati simultanjament.

3.8.2.5.2.

Għall-kategorija M3:

3.8.2.5.2.1. 

740 ± 20 daN f'angolu ta' 45 ± 10 gradi mal-pjan orizzontali tal-vettura u fid-direzzjoni tan-naħa ta' quddiem tal-vettura fuq is-sistema ta' trażżin tal-utent ta' siġġu tar-roti fil-każ ta' ċinturin tal-ħoġor;

3.8.2.5.2.2. 

450 ± 20 daN f'angolu ta' 45 ± 10 gradi mal-pjan orizzontali tal-vettura u fid-direzzjoni tan-naħa ta' quddiem tal-vettura fil-parti tal-ħoġor taċ-ċinturin u 450 ± 20 daN fil-pjan orizzontali tal-vettura u fid-direzzjoni tan-naħa ta' quddiem tal-vettura fuq il-parti taċ-ċinturin ta' fuq it-torso fil-każ ta' ċinturin bi 3 punti;

3.8.2.5.2.3. 

1 130  ± 20 daN f'angolu ta' 45 ± 10 gradi mal-pjan orizzontali tal-vettura u fid-direzzjoni tan-naħa ta' quddiem tal-vettura fuq is-sistema ta' trażżin tas-siġġu tar-roti;

3.8.2.5.2.4. 

Il-forzi għandhom jiġu applikati simultanjament.

3.8.2.6.

Fid-direzzjoni lura:

3.8.2.6.1. 

810 ± 20 daN f'angolu ta' 45 ± 10 gradi mal-pjan orizzontali tal-vettura u fid-direzzjoni tan-naħa ta' wara tal-vettura fuq is-sistema ta' trażżin tas-siġġu tar-roti.

3.8.2.7.

F'kull każ, il-forzi għandhom jiġu applikati fuq is-sistema ta' trażżin tal-utent ta' siġġu tar-roti permezz ta' apparat ta' trazzjoni addattat għat-tip ta' ċinturin kif speċifikat fir-Regolament Nru 14.

3.8.3.

Siġġu tar-roti jħares 'il quddiem - rekwiżiti tat-test ibridu

3.8.3.1.

L-ispazju għas-siġġu tar-roti għandu jkun mgħammar b'sistema ta' trażżin tas-siġġu tar-roti li tkun addattata għall-applikazzjoni ġenerali tas-siġġu tar-roti u għandu jippermetti l-ġarr ta' siġġu tar-roti u tal-utent tiegħu jħarsu lejn in-naħa ta' quddiem tal-vettura;

3.8.3.2.

L-ispazju għas-siġġu tar-roti għandu jkollu sistema ta' trażżin tal-utent ta' siġġu tar-roti li tkun magħmula mill-inqas minn żewġ punti tal-ankraġġ u sistema ta' trażżin addominali (ċinturin tal-ħoġor) iddisinjata u magħmula minn komponenti maħsuba biex jaħdmu b'mod simili għal dak ta' ċinturin tas-sikurezza li jkun konformi mar-Regolament Nru 16;

3.8.3.3.

Kwalunkwe sistema ta' trażżin li tkun installata fl-ispazju għas-siġġu tar-roti għandha tkun tista' tiġi rilaxxata faċilment f'każ ta' emerġenza;

3.8.3.4.

Kwalunkwe sistema ta' trażżin tas-siġġu tar-roti għandha jew:

3.8.3.4.1. 

Tissodisfa r-rekwiżiti tat-test dinamiku deskritti fil-paragrafu 3.8.3.8 utkun imwaħħla sewwa mal-ankraġġi tal-vettura li jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-test statiku fil-paragrafu 3.8.3.6 ta' hawn taħt; jew

3.8.3.4.2. 

Tkun imwaħħla sewwa mal-ankraġġi tal-vettura b'mod li t-trażżin u l-ankraġġi flimkien jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 3.8.3.8.

3.8.3.5.

Kwalunkwe trażżin tal-utent ta' siġġu tar-roti għandu jew:

3.8.3.5.1. 

Jissodisfa r-rekwiżiti tat-test dinamiku deskritti fil-paragrafu 3.8.3.9 u jkun imwaħħal sewwa mal-ankraġġi tal-vettura li jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-test statiku fil-paragrafu 3.8.3.6 ta' hawn taħt; jew

3.8.3.5.2. 

Ikun imwaħħal sewwa mal-ankraġġi tal-vettura b'mod li t-trażżin u l-ankraġġi flimkien jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-test dinamiku deskritti fil-paragrafu 3.8.3.9 meta mwaħħla ma' ankraġġi installati kif deskritt fil-paragrafu 3.8.3.6.7.

3.8.3.6.

Għandu jitwettaq test statiku fuq il-punti tal-ankraġġ kemm għas-sistema ta' trażżin tas-siġġu tar-roti kif ukoll għal dik ta' trażżin tal-utent tas-siġġu tar-roti skont ir-rekwiżiti li ġejjin:

3.8.3.6.1. 

Il-forzi speċifikati fil-paragrafu 3.8.3.7 għandhom jiġu applikati permezz ta' apparat li jirriproduċi l-ġeometrija tas-sistema ta' trażżin tas-siġġu tar-roti;

3.8.3.6.2. 

Il-forzi speċifikati fil-paragrafu 3.8.3.7.3 ta' hawn taħt għandhom jiġu applikati permezz ta' apparat li jirriproduċi l-ġeometrija tat-trażżin tal-utent tas-siġġu tar-roti u permezz ta' apparat tat-trazzjoni speċifikat fir-Regolament Nru 14.

3.8.3.6.3. 

Il-forzi speċifikati fil-paragrafu 3.8.3.6.1 u l-paragrafu 3.8.3.6.2 ta' hawn fuq għandhom jiġu applikati simultanjament fid-direzzjoni 'il quddiem u f'angolu ta' 10 ± 5 gradi 'l fuq mill-pjan orizzontali;

3.8.3.6.4. 

Il-forzi speċifikati fil-paragrafu 3.8.3.6.1 ta' hawn fuq għandhom jiġu applikati fid-direzzjoni lura u f'angolu ta' 10 ± 5 gradi 'l fuq mill-pjan orizzontali;

3.8.3.6.5. 

Il-forzi għandhom jiġu applikati malajr kemm jista' jkun fuq l-assi vertikali ċentrali tal-ispazju għas-siġġu tar-roti; u

3.8.3.6.6. 

Il-forza għandha tinżamm għal perjodu ta' mhux inqas minn 0,2 sekondi.

3.8.3.6.7. 

It-test għandu jitwettaq fuq sezzjoni rappreżentattiva tal-istruttura tal-vettura flimkien ma' kwalunkwe fitting li jkun hemm fil-vettura li jista' jsaħħaħ jew iżid ir-riġidità tal-istruttura.

3.8.3.7.

Il-forzi speċifikati fil-paragrafu 3.8.3.6 ta' hawn fuq huma:

3.8.3.7.1. 

Fil-każ tal-ankraġġi previsti għal sistema ta' trażżin ta' siġġu tar-roti installati fuq vettura tal-kategorija M2:

3.8.3.7.1.1. 

1 110  ± 20 daN applikati fil-pjan lonġitudinali tal-vettura u fid-direzzjoni tan-naħa ta' quddiem tal-vettura f'għoli ta' mhux anqas minn 200 mm u mhux aktar minn 300 mm imkejla vertikalment mill-art tal-ispazju għas-siġġu tar-roti, u

3.8.3.7.1.2. 

550 ± 20 daN applikati fil-pjan lonġitudinali tal-vettura u fid-direzzjoni tan-naħa ta' wara tal-vettura f'għoli ta' mhux anqas minn 200 mm u mhux aktar minn 300 mm imkejla vertikalment mill-art tal-ispazju għas-siġġu tar-roti;

3.8.3.7.2. 

Fil-każ tal-ankraġġi previsti għal sistema ta' trażżin ta' siġġu tar-roti installati fuq vettura tal-kategorija M3:

3.8.3.7.2.1.

740 ± 20 daN applikati fil-pjan lonġitudinali tal-vettura u fid-direzzjoni tan-naħa ta' quddiem tal-vettura f'għoli ta' mhux anqas minn 200 mm u mhux aktar minn 300 mm imkejla vertikalment mill-art tal-ispazju għas-siġġu tar-roti, u

3.8.3.7.2.2.

370 ± 20 daN applikati fil-pjan lonġitudinali tal-vettura u fid-direzzjoni tan-naħa ta' wara tal-vettura f'għoli ta' mhux anqas minn 200 mm u mhux aktar minn 300 mm imkejla vertikalment mill-art tal-ispazju għas-siġġu tar-roti;

3.8.3.7.3. 

Fil-każ tal-ankraġġi previsti għal sistema ta' trażżin tal-utent ta' siġġu tar-roti, il-forzi għandhom ikunu skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 14. Il-forzi għandhom jiġu applikati permezz ta' apparat ta' trazzjoni addattat għat-tip ta' ċinturin kif speċifikat fir-Regolament Nru 14.

3.8.3.8.

Sistema ta' trażżin tas-siġġu tar-roti għandha tkun suġġetta għal test dinamiku li jitwettaq skont ir-rekwiżiti li ġejjin:

3.8.3.8.1. 

Trolley tat-test rappreżentattiv ta' siġġu tar-roti b'massa ta' 85 kg għandu jiġi suġġett, minn veloċità ta' bejn 48 km/h u 50 km/h sa 0 km/h, għal impuls ta' deċellerazzjoni/ħin:

3.8.3.8.1.1.

Ta' aktar minn 20 g fid-direzzjoni 'l quddiem għal perjodu kumulattiv ta' mill-inqas 0,015 sekondi;

3.8.3.8.1.2.

Ta' aktar minn 15 g fid-direzzjoni 'l quddiem għal perjodu kumulattiv ta' mill-inqas 0,04 sekondi;

3.8.3.8.1.3.

Għal durata ta' aktar minn 0,075 sekondi;

3.8.3.8.1.4.

Ta' mhux aktar minn 28 g u għal mhux aktar minn 0.08 sekondi;

3.8.3.8.1.5.

Għal durata ta' aktar minn 0,12 sekondi, u

3.8.3.8.2. 

Trolley tat-test rappreżentattiv ta' siġġu tar-roti b'massa ta' 85 kg għandu jiġi suġġett, minn veloċità ta' bejn 48 km/h u 50 km/h sa 0 km/h, għal impuls ta' deċellerazzjoni/ħin:

3.8.3.8.2.1.

Ta' aktar minn 5 g fid-direzzjoni lura għal perjodu kumulattiv ta' mill-inqas 0,015 sekondi;

3.8.3.8.2.2.

Ta' mhux aktar minn 8 g fid-direzzjoni lura u għal mhux aktar minn 0,02 sekondi;

3.8.3.8.3. 

It-test speċifikat fil-paragrafu 3.8.3.8.2 ta' hawn fuq ma għandux japplika jekk għad-direzzjoni 'l quddiem u għad-direzzjoni lura jintużaw l-istess sistemi ta' trażżin jew jekk ikun twettaq test ekwivalenti;

3.8.3.8.4. 

Għat-test ta' hawn fuq, is-sistema ta' trażżin tas-siġġu tar-roti għandha tiġi installata jew fuq:

3.8.3.8.4.1.

Ankraġġi mwaħħla mar-rigg tat-test li jirrappreżenta l-ġeometrija tal-ankraġġi fil-vettura li għaliha tkun maħsuba s-sistema ta' trażżin, jew

3.8.3.8.4.2.

Ankraġġi li jifformaw parti minn sezzjoni rappreżentattiva tal-vettura li għaliha tkun maħsuba s-sistema ta' trażżin, installati kif deskritt fil-paragrafu 3.8.3.6.7 ta' hawn fuq.

3.8.3.9.

Sistema ta' trażżin tal-utent ta' siġġu tar-roti għandha tkun konformi mar-rekwiżiti tat-test speċifikati fir-Regolament Nru 16 jew test ekwivalenti bl-impuls ta' deċellerazzjoni/ħin speċifikat fil-paragrafu 3.8.3.8.1 ta' hawn fuq. Ċinturin tas-sikureza li jkun ġie approvat skont Regolament Nru 16 u li jkollu dik il-marka għandu jitqies li hu konformi.

3.8.3.10.

Ir-riżultat ta' test speċifikat fil-paragrafu 3.8.3.6, 3.8.3.8 jew 3.8.3.9 ta' hawn fuq, għandu jitqies bħala negattiv dejjem jekk ma jiġux issodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

3.8.3.10.1. 

Waqt it-test, l-ebda parti tas-sistema ma tkun ċediet, jew inqatgħat mill-ankraġġ jew mill-vettura waqt it-test;

3.8.3.10.2. 

Il-mekkaniżmi għar-rilaxx tas-siġġu tar-roti u tal-utent għandhom ikunu jistgħu jiġu rilaxxati wara li jitlesta t-test;

3.8.3.10.3. 

Waqt it-test speċifikat fil-paragrafu 3.8.3.8 ta' hawn fuq, is-siġġu tar-roti ma għandux jiċċaqlaq aktar minn 200 mm fil-pjan lonġitudinali tal-vettura;

3.8.3.10.4. 

Meta jitlesta t-test l-ebda parti tas-sistema ma għandha tkun ġiet deformata tant li tista' tweġġa' lil xi ħadd minħabba truf ippuntati jew protrużjonijiet oħra.

3.8.3.11.

L-istruzzjonijiet dwar kif titħaddem is-sistema għandhom jitwaħħlu ħdejha u jkunu jidhru sew.

3.8.4.

Siġġu tar-roti jħares lura - rekwiżiti tat-test statiku

3.8.4.1.

Il-vetturi li ma jkunux meħtieġa li jkollhom sistemi ta' trażżin tal-okkupant jistgħu, bħala alternattiva għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3.8.2 jew 3.8.3 ta' hawn fuq, ikunu pprovduti bi spazju għas-siġġu tar-roti ddisinjat sabiex l-utent tas-siġġu tar-roti jkun jista' jimmanuvra faċilment bis-siġġu tar-roti jħares lura fuq appoġġ jew serħ id-dahar, skont id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

3.8.4.1.1. 

Wieħed mill-ġnub lonġitudinali tal-ispazju għal siġġu tar-roti għandu jserraħ ma' ġenb jew ħajt tal-vettura jew sezzjoni diviżorja;

3.8.4.1.2. 

Fit-tarf ta' quddiem tal-ispazju għas-siġġu tar-roti għandu jiġi pprovdut appoġġ jew serħ id-dahar perpendikolari mal-assi lonġitudinali tal-vettura;

3.8.4.1.3. 

L-appoġġ jew is-serħ id-dahar għandu jkun iddisinjat għar-roti jew id-dahar tas-siġġu tar-roti biex dawn jistrieħu mal-appoġġ jew is-serħ tad-dahar sabiex ikun evitat li s-siġġu tar-roti jinqaleb u għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3.8.5 ta' hawn taħt;

3.8.4.1.4. 

Poġġaman jew maqbad tal-idejn għandu jiġi installat mal-ġenb jew mal-ħajt tal-vettura jew ma' sezzjoni diviżorja b'tali mod li jippermetti lill-utent tas-siġġu tar-roti li jkun jista' jaħfnu mingħajr tbatija; Dan il-poġġaman ma għandux jestendi fuq il-projezzjoni vertikali tal-ispazju tas-siġġu tar-roti, għajr b'mhux iżjed minn 90 mm u f'għoli ta' mhux inqas minn 850 mm 'il fuq mill-art tal-ispazju għas-siġġu tar-roti;

3.8.4.1.5. 

Għandu jitwaħħal poġġaman li jidħol 'il ġewwa jew kwalunkwe apparat riġidu ekwivalenti fuq in-naħa opposta tal-ispazju għas-siġġu tar-roti sabiex jillimita kwalunkwe spostament laterali tas-siġġu tar-roti u jippermetti lill-utent tas-siġġu tar-roti jaħfnu mingħajr tbatija;

3.8.4.1.6. 

Għandu jitwaħħal sinjal ħdejn iż-żona għas-siġġu tar-roti bil-kliem li ġej:

“Dan l-ispazju hu riżervat għal siġġu tar-roti. Is-siġġu tar-roti għandu jitqiegħed iħares lura u jserraħ mal-appoġġ jew mas-serħ id-dahar, bil-brejkijiet magħfusin”.

Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7.6.11.8 tal-Anness 3 japplikaw għal kwalunkwe marka bil-kitba li tintuża.

3.8.5.

Rekwiżiti tas-serħ id-dahar u tal-appoġġ

3.8.5.1.

Serħ id-dahar installat ma' spazju għal siġġu tar-roti skont il-paragrafu 3.8.4 għandu jiġi installat b'mod perpendikolari mal-assi lonġitudinali tal-vettura u għandu jkun kapaċi jiflaħ għal tagħbija ta' 250 ± 20 daN applikata fuq iċ-ċentru tas-superfiċe ttappezzata tas-serħ id-dahar, f'għoli ta' mhux inqas minn 600 mm u ta' mhux aktar minn 800 mm imkejjel vertikalment mill-art tal-ispazju għas-siġġu tar-roti, għal mill-anqas1,5 sekondi permezz ta' blokka ta' 200 mm × 200 mm fil-pjan orizzontali tal-vettura lejn il-parti ta' quddiem tal-vettura. Is-serħ id-dahar ma għandux jintlewa aktar minn 100 mm jew isofri xi deformazzjoni jew ħsara permanenti.

3.8.5.2.

Appoġġ installat ma' spazju għal siġġu tar-roti skont il-paragrafu 3.8.4 għandu jiġi installat b'mod perpendikolari mal-assi lonġitudinali tal-vettura u għandu jkun kapaċi jiflaħ għal forza ta' 250 ± 20 daN applikata fuq iċ-ċentru tal-appoġġ, għal mill-anqas 1.5 sekondi fil-pjan orizzontali tal-vettura lejn il-parti ta' quddiem tal-vettura fin-nofs tal-appoġġ. L-appoġġ ma għandux jintlewa aktar minn 100 mm jew isofri xi deformazzjoni jew ħsara permanenti.

3.8.6.

Eżempju ta' serħ id-dahar li jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 3.8.4.1.3 ta' hawn fuq (ara l-Anness 4, Figura 29).

3.8.6.1.

It-tarf ta' isfel ta' serħ id-dahar għandu jkun f'għoli ta' mhux inqas minn 350 mm u mhux aktar minn 480 mm imkejjel vertikalment mill-art tal-ispazju għas-siġġu tar-roti.

3.8.6.2.

It-tarf ta' fuq ta' serħ id-dahar għandu jkun f'għoli ta' mhux inqas minn 300 mm imkejjel vertikalment mill-art tal-ispazju għas-siġġu tar-roti.

3.8.6.3.

Serħ id-dahar għandu jkollu wisa' ta':

3.8.6.3.1. 

Mhux inqas minn 270 mm u mhux aktar minn 420 mm sa għoli ta' 830 mm imkejjel vertikalment mill-art tal-ispazju għas-siġġu tar-roti, u

3.8.6.3.2. 

Mhux inqas minn 270 mm u mhux aktar minn 300 mm sa għoli ta' 830 mm imkejjel vertikalment mill-art tal-ispazju għas-siġġu tar-roti.

3.8.6.4.

Għandu jiġi installat serħ id-dahar f'angolu ta' mhux inqas minn erba' gradi u ta' mhux iżjed minn tmien gradi mal-vertikali bit-tarf ta' isfel ta' serħ id-dahar pożizzjonat aktar qrib tan-naħa ta' wara tal-vettura milli t-tarf ta' fuq.

3.8.6.5.

Is-superfiċe ttappezzata ta' serħ id-dahar għandha tifforma parti minn pjan wieħed kontinwu.

3.8.6.6.

Is-superfiċe ttappezzata ta' serħ id-dahar għandha tgħaddi minn kwalunkwe punt fuq pjan vertikali immaġinarju pożizzjonat lejn in-naħa ta' wara tat-tarf ta' quddiem tal-ispazju għas-siġġu tar-roti u pożizzjonat mhux inqas minn 100 mm u mhux aktar minn 120 mm mit-tarf ta' quddiem tal-ispazju għas-siġġu tar-roti mkejjel orizzontalment u mhux inqas minn 830 mm u mhux aktar minn 870 mm mill-art tal-ispazju għas-siġġu tar-roti mkejjel vertikalment.

3.9.   Kontrolli tal-bibien

3.9.1.

Jekk bieba msemmija fil-paragrafu 3.6 tkun mgħammra b'kontrolli tal-ftuħ għall-użu f'ċirkustanzi normali, dawn il-kontrolli għandhom:

3.9.1.1. 

Fil-każ ta' kontrolli esterni, ikunu fuq jew ħdejn dik il-bieba f'għoli ta' bejn 850 mm u 1 300  mm mill-art u ma jkunux aktar minn 900 mm mill-bieba, u

3.9.1.2. 

Fil-każ ta' kontrolli interni ġewwa vetturi tal-Klassijiet I, II u III, ikunu fuq jew ħdejn dik il-bieba f'għoli ta' bejn 850 mm u 1 300  mm mis-superfiċe ta' fuq tal-art l-aktar qrib tal-kontroll u ma jkunux iżjed minn 900 mm fi kwalunkwe direzzjoni mill-apertura tal-bieba.

3.10.   Dispożizzjonijiet għall-akkomodazzjoni ta' pramms u pushchairs miftuħa

3.10.1.

(Riżervat)

3.10.2.

Id-dimensjonijiet taż-żona għall-pramm jew pushchair miftuħ ma għandhomx ikunu aktar minn 750 mm wisa' u 1 300  mm tul. Il-pjan lonġitudinali ta' din iż-żona għandu jkun parallel mal-pjan lonġitudinali tal-vettura u s-superfiċe tal-art għandha tkun ma tiżloqx.

3.10.3.

L-aċċessibilità taż-żoni għall-pramms u l-pushchairs għandha tiġi pprovduta skont dawn id-dispożizzjonijiet li ġejjin::

3.10.3.1. 

Għandu jkun possibbli li pramm jew pushchair miftuħ jiġi mgħoddi b'mod liberu u faċli minn barra l-vettura minn tal-inqas waħda mill-bibien ta' servizz għal ġewwa ż-żona/i speċjali

3.10.3.1.1.

“Jiġi mgħoddi b'mod liberu u faċli” tfisser li:

(a) 

Hemm biżżejjed spazju disponibbli biex il-pram jew il-pushchair biex jiġi mmanuvrat;

(b) 

Ma jkunx hemm tarġiet, spazji jew bsaten li jistgħu jkunu ta' ostakolu għall-moviment liberu tal-pramm jew tal-pushchair.

3.10.4.

Fiż-żona għandu jkun hemm il-pittogramma murija fl-Anness 4, Figura 23 C.

3.10.4.1.

L-istess pittogramma għandha titqiegħed kemm fuq quddiem, fuq il-ġenb tal-vettura, kif ukoll ħdejn il-bieba ta' servizz li tagħti aċċess għaż-żona tal-pramms jew pushchairs.

3.10.5.

Ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom japplikaw għall-istabbiltà tal-pramms u l-pushchairs miftuħa:

3.10.5.1. 

Wieħed mill-ġnub lonġitudinali tal-ispazju għal pramm jew pushchair għandu jserraħ ma' ġenb jew ħajt tal-vettura jew sezzjoni diviżorja;

3.10.5.2. 

Fit-tarf ta' quddiem tal-ispazju għal pramm jew pushchair għandu jiġi pprovdut appoġġ jew serħ id-dahar perpendikolari mal-assi lonġitudinali tal-vettura;

3.10.5.3. 

L-appoġġ jew serħ id-dahar għandu jkun iddisinjat biex jiġi evitat li l-pramm jew il-pushchair jinqaleb u għandu jkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3.8.5 ta' hawn fuq;

3.10.5.4. 

Għandu jiġi installat poġġaman jew maqbad tal-idejn mal-ġenb jew mal-ħajt tal-vettura jew ma' sezzjoni diviżorja b'tali mod li l-persuna li ssuq il-pramm jew pushchair tkun tista' taħfnu faċilment; Dan il-poġġaman ma għandux jestendi fuq il-projezzjoni vertikali tal-ispazju għall-pramm jew pushchair, ħlief b'mhux iżjed minn 90 mm u f'għoli ta' mhux inqas minn 850 mm 'il fuq mill-art tal-ispazju għall-pramm jew pushchair;

3.10.5.5. 

Għandu jitwaħħal poġġaman li jidħol 'il ġewwa jew kwalunkwe apparat riġidu ekwivalenti fuq in-naħa opposta tal-ispazju għall-pramm jew pushchair sabiex jillimita kwalunkwe spostament laterali tas-siġġu tal-pramm jew pushchair.

3.10.6.

Iż-żona għandha tkun ipprovduta b'kontroll speċifiku, eż. buttuna, biex tippermetti lill-passiġġier bi pramm jew pushchair jitlob li l-vettura titwaqqaf fil-bus stop li jmiss. Ir-rekwiżiti ġenerali tal-paragrafu 7.7.9.1 tal-Anness 3 għandhom japplikaw.

3.10.7.

Il-kontroll għandu jkollu l-pittogramma deskritta fil-Figura 23 C tal-Anness 4. Id-dimensjonijiet tal-pittogramma jistgħu jitnaqqsu kif meħtieġ.

3.10.8.

Iż-żona li takkomoda l-pramm jew il-pushchair miftuħ tista' tkun ħdejn iż-żona għas-siġġu tar-roti u tkun fl-estensjoni tagħha. L-intrużjonijiet ta' bsaten biex iservu ta' mqabad għall-passiġġieri bilwieqfa jistgħu jiġu permessi dejjem jekk jiġi ssodisfat ir-rekwiżit tal-paragrafu 3.10.3 ta' dan l-anness.

3.10.9.

Spazji addizzjonali għall-akkomodazzjoni ta' siġġu tar-roti jistgħu jiġu kkombinati maż-żona għall-akkomodazzjoni ta' pramm jew pushchair miftuħ, dejjem jekk ir-rekwiżiti rilevanti jiġu ssodisfati. F'dan il-każ, l-ispazju għandu jkollu sinjali mwaħħla fuqu jew maġenbu, bil-kitba li ġejja, jew b'kitba jew pittogramma ekwivalenti:

“Jekk jogħġbok ċedi dan l-ispazju lil utent ta' siġġu tar-roti”.

3.11.   Dispożizzjonijiet għall-apparat għat-tlugħ ta' passiġġieri

3.11.1.

Rekwiżiti ġenerali:

3.11.1.1. 

Il-kontrolli li jattivaw l-apparat għat-tlugħ ta' passiġġieri għandhom ikunu mmarkati b'mod ċar bħala tali. Il-pożizzjoni estiża jew imniżżla tal-apparat għat-tlugħ ta' passiġġieri għandha tkun indikata b'indikatur operatorju lis-sewwieq.

3.11.1.2. 

F'każ li ma jaħdmux sew xi apparat ta' sikurezza, il-lifts, rampi u s-sistemi ta' inklinazzjoni ma għandhomx ikunu jistgħu jaħdmu, sakemm ma jkunux jistgħu jitħaddmu b'mod sikur manwalment. It-tip u l-pożizzjoni tal-mekkaniżmu ta' tħaddim ta' emerġenza għandhom ikunu immarkati sew. F'każ ta' ħsara fis-sistema elettrika, il-lifts u r-rampi għandhom ikunu jistgħu jitħaddmu manwalment.

3.11.1.3. 

L-aċċess għal waħda mill-bibien ta' servizz jew ta' emerġenza fuq il-vettura jista' jiġi ostakolat minn apparat għat-tlugħ ta' passiġġieri dejjem jekk jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin minn ġewwa u minn barra l-vettura.

3.11.1.3.1.

L-apparat għat-tlugħ ta' passiġġieri ma jostakolax il-pum jew xi apparat ieħor għall-ftuħ tal-bieba.

3.11.1.3.2.

L-apparat għat-tlugħ ta' passiġġieri fuq il-vettura jista' jitneħħa faċilment biex iħalli l-ispazju tal-bieba liberu biex jintuża f'emerġenza.

3.11.2.

Sistema ta' inklinazzjoni

3.11.2.1.

Għandu jkun meħtieġ swiċċ li jippermetti t-tħaddim tas-sistema ta' inklinazzjoni.

3.11.2.2.

Kwalunkwe kontroll li jibda l-inżul jew l-irfigħ ta' xi parti mill-karozzerija jew il-karozzerija sħiħa fir-rigward tas-superfiċe tat-triq għandu jiġi identifikat b'mod ċar u jkun taħt il-kontroll dirett tas-sewwieq.

3.11.2.3.

Il-proċess tal-inżul għandu jkun jista' jitwaqqaf u mreġġa' lura immedjatament permezz ta' kontroll li jintlaħaq mis-sewwieq, waqt li jkun bilqiegħda fil-kabina, u jkun ukoll ħdejn kwalunkwe kontroll operattiv ipprovdut għat-tħaddim tas-sistema ta' inklinazzjoni.

3.11.2.4.

Kwalunkwe sistema ta' inklinazzjoni li tkun installata fuq vettura ma għandhiex tħalli l-vettura tinstaq b'veloċità ta' aktar minn 5 km/h meta l-vettura tkun iżjed baxxa mill-għoli normali tal-ivvjaġġar.

3.11.3.

Lift

3.11.3.1.

Dispożizzjonijiet ġenerali

3.11.3.1.1.

Il-lifts għandhom ikunu jistgħu jitħaddmu biss meta l-vettura tkun wieqfa għalkollox. Għandu jiġi impedut kwalunkwe moviment tal-pjattaforma sakemm ma jkunx ġie attivat jew tħaddem awtomatikament apparat li ma jippermettix lis-siġġu tar-roti jinqaleb.

3.11.3.1.2.

Il-pjattaforma tal-lift ma għandhiex tkun wiesgħa inqas minn 800 mm, u mhux inqas minn 1 200  mm twila u għandha tkun kapaċi titħaddem meta tkun qed iġġorr piż ta' mill-inqas 300 kg.

3.11.3.2.

Rekwiżiti tekniċi addizzjonali għal-lifts motorizzati

3.11.3.2.1.

Il-kontroll tat-tħaddim għandu jkun iddisinjat b'mod li, jekk ikun rilaxxat, jerġa' lura awtomatikament għall-pożizzjoni mitfija. Kif jagħmel hekk, il-moviment tal-lift għandu jitwaqqaf immedjatament u għandu jkun possibbli li jibda moviment fikwalunkwe waħda miż-żewġ direzzjonijiet.

3.11.3.2.2.

Apparat tas-sikurezza (eż mekkaniżmu tar-riversjar) għandu jipproteġi ż-żoni mhux viżibbli għall-operatur, meta l-moviment tal-lift jista' jaqbad jew jgħaffeġ xi affarijiet.

3.11.3.2.3.

F'każ li wieħed minn dawn l-apparati tas-sikurezza jibda jaħdem, il-moviment tal-lift għandu jitwaqqaf immedjatament u jibda jaħdem fid-direzzjoni opposta.

3.11.3.3.

Tħaddim ta' lifts motorizzati

3.11.3.3.1.

Meta l-lift ikun f'bieba ta' servizz li tista' tidher direttament mis-sewwieq tal-vettura, il-lift jista' jitħaddem mis-sewwieq meta dan ikun fis-sit tiegħu.

3.11.3.3.2.

Fil-każijiet l-oħra kollha, il-kontrolli għandhom ikunu ħdejn il-lift. Dawn għandhom ikunu jistgħu jiġu attivati u diżattivati biss mis-sewwieq minn postu.

3.11.3.4.

Lift li jaħdem manwalment

3.11.3.4.1.

Il-lift għandu jkun iddisinjat biex jaħdem permezz ta' kontrolli ħdejn il-lift.

3.11.3.4.2.

Il-lift għandu jkun iddisinjat b'mod li ma jkunux meħtieġa forzi eċċessivi biex iħaddmuh.

3.11.4.

Rampa

3.11.4.1.

Dispożizzjonijiet ġenerali

3.11.4.1.1.

Ir-rampa għandha tkun tista' taħdem biss meta l-vettura tkun wieqfa għalkollox.

3.11.4.1.2.

It-truf fuq in-naħa ta' barra għandhom ikunu ittondjati għal raġġ ta' mhux inqas minn 2.5 mm. Il-kantunieri fuq in-naħa ta' barra għandhom ikunu ittondjati għal raġġ ta' mhux inqas minn 5 mm;

3.11.4.1.3.

Is-superfiċe li tista' tintuża tar-rampa għandha tkun wiesgħa mill-anqas 800 mm. L-inklinazzjoni tar-rampa, meta tkun estiża jew miftuħa għal fuq bankina għolja 150 mm, ma għandhiex tkun aktar minn 12 fil-mija. L-inklinazzjoni tar-rampa, meta tkun estiża jew miftuħa għal fuq l-art, ma għandhiex tkun aktar minn 36 fil-mija. Biex jitwettaq dan it-test tista' tintuża sistema ta' inklinazzjoni.

3.11.4.1.4.

Kwalunkwe rampa li meta tkun lesta biex tintuża tkun itwal minn 1 200  mm għandu jkollha apparat li jżomm lis-siġġu tar-roti milli jaqa' minn fuq il-ġnub.

3.11.4.1.5.

Kwalunkwe rampa għandha tkun tista' taħdem b'mod sikur b'tagħbija ta' 300 kg.

3.11.4.1.6.

It-tarf ta' barra tas-superfiċe ta' rampi disponibbli għall-użu ta' siġġu tar-roti għandu jkun immarkat ċar b'faxxa kkulurita wiesgħa bejn 45 mm u 55 mm li tikkuntrasta viżwalment mal-bqija tas-superfiċe tar-rampa. Il-faxxa kkulurita għandha testendi tul it-tarf ta' barra nett u tul iż-żewġ truf paralleli mad-direzzjoni tal-ivvjaġġar tas-siġġu tar-roti.

Jista' jiġi mmarkat kwalunkwe periklu ta' waqgħa jew fejn parti mis-superfiċe tar-rampa tifforma wkoll parti mit-tarġa.

3.11.4.1.7.

Rampa portabbli għandha tkun fissa meta tkun fil-pożizzjoni li tintuża. Rampa portabbli għandu jkollha pożizzjoni xierqa fejn tista' tiġi stivata u fejn tkun faċilment disponibbli għall-użu.

3.11.4.2.

Modalitajiet tat-tħaddim

3.11.4.2.1.

Ir-rampa tista' titħaddem u tiġi stivata manwalment jew tkun motorizzata.

3.11.4.3.

Rekwiżiti tekniċi addizzjonali għar-rampi motorizzati

3.11.4.3.1.

It-tħaddim u l-istivar tar-rampa għandu jiġi indikat permezz ta' dwal sofor iteptpu u ta' sinjal akustiku.

3.11.4.3.2.

Meta t-tħaddim u stivar tar-rampa jkun jista' joħloq riskju ta' korriment, dan il-moviment għandu jkun protett permezz ta' apparat(i) ta' sikurezza.

3.11.4.3.3.

Dan l-apparat ta' sikurezza għandu jwaqqaf il-moviment tar-rampa meta din tkun suġġetta għal forza ta' reazzjoni medja ta' mhux aktar minn 150 N. Il-forza massima tista' tkun aktar minn 150 N għal ħin qasir dejjem jekk din ma tkunx aktar minn 300 N. Il-forza ta' reazzjoni tista' tiġi mkejla bi kwalunkwe metodu li jissodisfa lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip. Il-linji gwida għall-kejl tal-forzi ta' reazzjoni jinsabu fl-Anness 6 ta' dan ir-Regolament.

3.11.4.3.4.

Il-moviment orizzontali tar-rampa għandu jiġi interrott meta fuqha titqiegħed massa ta' 15 kg.

3.11.4.4.

Tħaddim tar-rampi motorizzati

3.11.4.4.1.

Meta s-sewwieq ikollu viżjoni adegwata tar-rampa li tkun suffiċjenti sabiex jimmonitorja t-tħaddim u l-użu tagħha, biex tkun żgurata s-sikurezza tal-passiġġieri, ir-rampa tista' tiġi mħaddma mis-sewwieq meta dan ikun fis-sit tiegħu. Dan ir-rekwiżit jista' jiġi ssodisfat permezz ta' apparat(i) ta' viżjoni indiretta xierqa.

3.11.4.4.2.

Fil-każijiet l-oħra kollha, il-kontrolli għandhom ikunu ħdejn ir-rampa. Dawn għandhom ikunu jistgħu jiġu attivati u diżattivati biss mis-sewwieq minn postu.

3.11.4.5.

Tħaddim tar-rampi li jitħaddmu manwalment

3.11.4.5.1.

Ir-rampa għandha tkun iddisinjata b'mod li ma jkunx hemm bżonn ta' forzi eċċessivi biex titħaddem.




ANNESS 9

(Riżervat)




ANNESS 10

Approvazzjoni tat-tip għal unità teknika separata u approvazzjoni tat-tip għal vettura mgħammra b'karozzerija diġà approvata bħala unità teknika separata

1.   APPROVAZZJONI TAT-TIP GĦAL UNITÀ TEKNIKA SEPARATA

1.1.

Sabiex tingħata approvazzjoni tat-tip għal unità teknika separata skont dan ir-Regolament għall-karozzerija ta' vettura, il-manifattur għandu juri għas-sodisfazzjon tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li l-kundizzjonijiet iddikjarati mill-manifattur huma ssodisfati. Il-kundizzjonijiet l-oħra ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu ssodisfati u jintwerew skont il-paragrafu 2 ta' hawn taħt

1.2.

L-approvazzjoni tista' tingħata suġġetta għal kundizzjonijiet li jridu jiġu ssodisfasti mill-vettura kompluta (bħal, pereżempju, il-karatteristiċi ta' xażì addattat, restrizzjonijiet fir-rigward tal-użu jew tal-installazzjoni), u dawn ir-restrizzjonijiet jiġu rreġistrati fuq iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni.

1.3.

Kwalunkwe kundizzjoni ta' dan it-tip għandha tiġi kkomunikata f'forma xierqa lix-xerrej tal-karozzerija tal-vettura, jew lill-kostruttur tal-vettura fil-fażi li jmiss.

2.   APPROVAZZJONI TAT-TIP TA' VETTURA MGĦAMMRA B'KAROZZERIJA DIĠÀ APPROVATA BĦALA UNITÀ TEKNIKA SEPARATA

2.1.

Sabiex tingħata approvazzjoni tat-Tip skont dan ir-Regolament għal vettura mgħammra b'karozzerija li diġà tkun ingħatat approvazzjoni bħala unità teknika separata, il-manifattur għandu juri għas-sodisfazzjon tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, il-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament li ma jkunux diġà intlaħqu u nterew skont il-paragrafu 1 ta' hawn fuq, fejn titqies kwalunkwe Approvazzjoni tat-Tip preċedenti bħala vettura mhux kompluta.

2.2.

Kwalunkwe rekwiżit stabbilit skont il-paragrafu 1.2 ta' hawn fuq għandu jiġi ssodisfat.




ANNESS 11

Mases u dimensjonijiet

1.

Dan l-anness japplika għall-mases u d-dimensjonijiet tal-vetturi motorizzati tal-kategoriji M2 u M3 li jkunu meħtieġa għall-approvazzjoni ta' vettura fir-rigward tal-kostruzzjoni ġenerali tagħha.

2.

DEFINIZZJONIJIET

Għall-fini ta' dan l-Anness:

2.1. 

“Grupp ta' fusien” tfisser fusien li huma parti mill-bogie. Grupp b'żewġ fusien jissejjaħ tandem u grupp bi tliet fusien jissejjaħ bogie bi tliet fusien. Ġeneralment, fus waħdu jitqies bħala grupp ta' fus wieħed.

2.2. 

“Dimensjonijiet tal-vettura” tfisser id-dimensjonijiet tal-vettura abbażi tal-kostruzzjoni tagħha, kif iddikjarati mill-manifattur.

2.2.1.

“Tul tal-vettura” hija dimensjoni li titkejjel skont l-istandard ISO 612-1978, terminu Nru 6.1.

Minbarra d-dispożizzjonijiet ta' dak l-istandard, meta jitkejjel it-tul tal-vettura, l-apparati li ġejjin ma għandhomx jiġu kkunsidrati:

(a) 

L-apparati tal-wiper u tal-washer;

(b) 

Il-pjanċi tar-reġistrazzjoni ta' quddiem jew ta' wara;

(c) 

L-apparati ta' ssiġillar doganali u l-protezzjoni tagħhom;

(d) 

L-apparati li jżommu t-tarpolin f'postu u l-protezzjoni tagħhom;

(e) 

It-tagħmir tat-tidwil;

(f) 

Il-mirja u apparati oħra għall-viżjoni indiretta;

(g) 

Tagħmir tas-sorveljanza;

(h) 

Il-pajpijiet tad-dħul tal-arja;

(i) 

Il-waqqafiet lonġitudinali għal elementi li jistgħu jiġu żmuntati;

(j) 

Tarġiet ta' aċċess u mqabad;

(k) 

Lastku protettiv u tagħmir simili;

(l) 

Pjattaformi elevabbli, rampi ta'aċċess u tagħmir simili f'kundizzjoni ta' tħaddim, mhux itwal minn 200 mm, dejjem jekk il-kapaċità ta' tagħbija tal-vettura ma tiġix miżjuda;

(m) 

Apparati tal-agganċament għal vetturi motorizzati;

(n) 

Trolley booms ta' vetturi li jaħdmu bl-elettriku;

(o) 

Viżieri tax-xemx esterni.

2.2.2.

“Wisa' tal-vettura” hija dimensjoni li titkejjel skont l-istandard ISO 612-1978, terminu Nru 6.2.

Minbarra d-dispożizzjonijiet ta' dak l-istandard, meta jitkejjel il-wisa' tal-vettura, l-apparati li ġejjin ma għandhomx jiġu kkunsidrati:

(a) 

L-apparati ta' ssiġillar doganali u l-protezzjoni tagħhom;

(b) 

L-apparati li jżommu t-tarpolin f'postu u l-protezzjoni tagħhom;

(c) 

L-indikaturi operatorji li jindikaw ħsara fit-tajers;

(d) 

Partijiet flessibbli tat-trażżin ta' titjir li jisporġu;

(e) 

It-tagħmir tat-tidwil;

(f) 

Rampi ta' aċċess li jkunu qed jaħdmu sew, pjattaformi elevabbli u tagħmir simili li jkun f'kundizzjoni ta' tħaddim dejjem jekk ma jisporġux aktar minn 10 mm mill-ġenb tal-vettura u l-kantunieri tar-rampi jħarsu 'l quddiem jew lura jkunu ttondjati għal raġġ ta' mhux anqas minn 5 mm; it-truf għandhom ikunu ttondjati b'raġġ ta' mhux inqas minn 2,5 mm;

(g) 

Il-mirja u apparati oħra għall-viżjoni indiretta;

(h) 

Indikaturi tal-pressjoni tat-tajers;

(i) 

Turġien li jidħlu 'il ġewwa;

(j) 

Il-parti mqabbża 'l barra tal-ħitan tat-tajers immedjatament fuq il-punt ta' kuntatt mal-art;

(k) 

Tagħmir tas-sorveljanza;

(l) 

Apparati ta' gwida laterali li jidħlu 'l ġewwa fuq il-karozzi tal-linja u l-coaches, maħsuba sabiex jintużaw fuq sistemi ta' karozzi tal-linja ggwidati, jekk mhux irtirati 'l ġewwa;

(m) 

Apparati tat-tidwil għall-bieba ta' servizz

2.2.3.

“Għoli tal-vettura” hija dimensjoni li titkejjel skont l-istandards ISO 612-1978, terminu Nru 6.3.

Minbarra d-dispożizzjonijiet ta' dak l-istandard, meta jitkejjel l-għoli tal-vettura, l-apparati li ġejjin ma għandhomx jiġu kkunsidrati:

(a) 

Antenni;

(b) 

Pantografi jew trolley booms fil-pożizzjoni elevata tagħhom.

Fil-każ ta' vetturi b'apparat li jerfa' l-fus, l-effett ta' dan l-apparat għandu jiġi kkunsidrat.

2.3. 

“Massa massima teknikament permessibbli fuq il-fus (m)” tfisser il-massa korrispondenti għat-tagħbija vertikali statika massima permessibbli li tiġi eżerċitata mill-fus fuq is-superfiċe tat-triq, abbazi tal-kostruzzjoni tal-vettura u tal-fus u kif iddikjarata mill-manifattur tal-vettura.

2.4. 

“Massa massima teknikament permessibbli fuq grupp ta' fusien (μ)” tfisser il-massa korrispondenti għat-tagħbija vertikali statika massima permessibbli li tiġi eżerċitata mill-grupp ta' fusien fuq is-superfiċe tat-triq, abbażi tal-kostruzzjoni tal-vettura u kif iddikjarata mill-manifattur tal-vettura.

2.5. 

“Massa li tista' tiġi rmonkata” tfisser it-tagħbija totali li tiġi eżerċitata fuq is-superfiċe tat-triq mill-fus(ien) tal-vettura/i rmonkata/i.

2.6. 

“Massa massima teknikament permessibbli li tista' tiġi rmonkata (TM)” tfisser il-massa massima li tista' tiġi rmonkata kif iddikjarata mill-manifattur.

2.7. 

“Massa massima teknikament permissibbli fuq il-punt tal-agganċament ta' vettura” tfisser il-massa korrispondenti għat-tagħbija vertikali statika massima permissibbli fuq il-punt tal-agganċament abbażi tal-kostruzzjoni tal-vettura u/jew l-apparat tal-agganċament kif iddikjarata mill-manifattur. B'definizzjoni, din il-massa ma tinkludix il-massa tal-apparat tal-agganċament tal-vettura.

2.8. 

“Massa massima mgħobbija teknikament permissibbli tal-kombinazzjoni (MC)” tfisser il-massa totali ta' kombinazzjoni ta' vettura u trailer(s) kif iddikjarata mill-manifattur.

2.9. 

“Apparat li jgħolli l-fus” tfisser apparat li jkun installat permanentement fuq il-vettura bl-iskop li jnaqqas jew iżid it-tagħbija fuq il-fus(ien), skont il-kundizzjonijiet tat-tagħbija tal-vettura:

(a) 

Jew billi jaqta' r-roti mill-art/ibaxxihom sal-art;

(b) 

Jew mingħajr ma jaqta' r-roti mill-art, (eż fil-każ ta' sistemi ta' sospensjoni pnewmatika, jew sistemi oħra);

Sabiex it-tajers jittieklu inqas meta l-vettura ma tkunx mgħobbija għalkollox, u/jew sabiex l-istartjar (tluq) fuq art tiżloq ikun aktar faċli għal vetturi motorizzati jew kombinazzjonijiet ta' vetturi, billi jżid it-tagħbija fuq il-fus motorizzat.

3.

REKWIŻITI

3.1.   Il-kejl tal-massa tal-vettura f'kundizzjoni ta' sewqan u d-distribuzzjoni tagħha fuq il-fusien

Il-massa tal-vettura f'kundizzjoni ta' sewqan u d-distribuzzjoni tagħha fuq il-fusien jitkejlu fuq il-vettura/i ppreżentati għall-approvazzjoni skont il-paragrafu 3.4 ta' dan ir-Regolament f'pożizzjoni wieqfa bir-roti tagħhom iħarsu dritt 'il quddiem. Jekk il-mases imkejla jvarjaw b'mhux aktar minn 3 fil-mija mill-mases iddikjarati mill-manifattur għall-konfigurazzjonijiet tekniċi korrispondenti ta' dan it-tip, u b'mhux aktar minn 5 fil-mija jekk il-vettura tkun tal-kategorija M2 u mhux aktar minn 3 500  kg, il-mases f'kundizzjoni ta' sewqan u d-distribuzzjoni tagħhom fuq il-fusien kif iddikjarati mill-manifattur jintużaw għall-fini tar-rekwiżiti ta' hawn taħt. Inkella għandhom jintużaw il-mases imkejla u s-servizz tekniku jista' mbagħad, jekk ikun neċessarju, iwettaq kejl ieħor fuq vettura/i differenti minn dawk ippreżentati skont il-paragrafu 3.4 ta' dan ir-Regolament.

3.2.   Kalkoli tad-distribuzzjoni tal-massa

3.2.1.   Proċedura tal-kalkolu

3.2.1.1.

Għall-fini tal-kalkoli tad-distribuzzjoni tal-massa stipulati hawn taħt, il-manifattur għandu jagħti lis-servizz tekniku inkarigat mit-testijiet, l-informazzjoni (f'forma ta' tabella jew fi kwalunkwe forma oħra xierqa) meħtieġa biex jiġu identifikati għal kull konfigurazzjoni teknika ta' dan it-tip ta' vettura, il-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli tal-vettura, il-massa massima teknikament permissibbli fuq il-fusien u gruppi ta' fusien, il-massa massima teknikament permissibbli li tista' tiġi rmonkata, u l-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli tal-kombinazzjoni.

3.2.1.2

Għandhom jitwettqu kalkoli xierqa sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti li ġejjin ikunu ssodisfati għal kull konfigurazzjoni teknika ta' dan it-tip. Għal dan il-għan, il-kalkoli jistgħu jiġu limitati għall-agħar każijiet.

3.2.1.3.

Fir-rekwiżiti li ġejjin, is-simboli M, mi, μj TM, u MC rispettivament jirrappreżentaw il-parametri li ġejjin, li għalihom għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-paragrafu 3.2 ta' hawn fuq:

M

=

il-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli tal-vettura;

mi

=

il-massa massima teknikament permissibbli fuq il-fus imsemmi “i”, fejn “i” ivarja minn 1 san-numru totali ta' fusien tal-vettura;

μj

=

il-massa massima teknikament permissibbli fuq il-fus waħdu jew fuq il-grupp ta' fusien imsejħa “j”, fejn “j” ivarja minn 1 san-numru totali ta' fusien waħedhom jew ta' gruppi ta' fusien;

TM

=

il-massa massima teknikament permissibbli li tista' tiġi rmonkata, u

MC

=

il-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli tal-kombinazzjoni.

3.2.1.4.

Fil-każ ta' fus wieħed, imsejjaħ “i” bħala fus u “j” bħala grupp ta' fusien, b'definizzjoni, mi = μj.

3.2.1.5.

Fil-każ ta' vetturi mgħammra b'fusien li jistgħu jiġu mgħobbija, il-kalkoli meħtieġa mill-paragrafu 3.2.1.2 ta' hawn fuq għandhom jitwettqu bis-sospensjoni tal-fusien mgħobbija fil-konfigurazzjoni tas-sewqan normali. Fil-każ ta' vetturi mgħammra b'fusien li jistgħu jinġibdu lura, il-kalkoli meħtieġa mill-paragrafu 3.2.1.2 ta' hawn fuq għandhom jitwettqu bil-fusien imniżżla.

3.2.1.6.

Għall-gruppi ta' fusien, il-manifattur għandu jindika l-liġijiet tad-distribuzzjoni bejn il-fusien tal-massa totali applikata fuq il-grupp (pereżempju billi jiddikjara l-formoli ta' distribuzzjoni jew jipproduċi l-grafika tad-distribuzzjoni).

3.2.2.   Limitazzjonijiet tat-tagħbija

3.2.2.1.

It-total tal-mases mi ma għandux ikun inqas mill-massa M.

3.2.2.2.

Għal kull grupp ta' fusien imsejjaħ “j”, it-total tal-mases mi fuq il-fusien tiegħu ma għandux ikun inqas mill-massa μj. Barra minn hekk, kull waħda mill-mases mi ma għandhiex tkun inqas mill-parti ta' μj li tapplika fuq il-fus “i” kif stabbilit mil-liġijiet tad-distribuzzjoni tal-massa għal dak il-grupp ta' fusien.

3.2.2.3.

It-total tal-mases μj ma għandux ikun inqas mill-massa M.

3.2.2.4.

MC ma għandux ikun aktar minn M + TM.

3.2.3.   Kundizzjonijiet tat-tagħbija

3.2.3.1.

Il-massa tal-vettura f'kundizzjoni ta' sewqan, flimkien mal-massa Q immultiplikati bin-numru ta' passiġġieri bilqiegħda u bilwieqfa, flimkien mal-mases WP, B u BX kif definiti fil-paragrafu 3.2.3.2.1 ta' hawn taħt, flimkien mal-massa massima teknikament permessibbli fuq il-punt tal-agganċament, jekk il-manifattur ikun installa l-agganċament, ma għandhomx jeċċedu l-massa M.

3.2.3.2.

Meta l-vettura f'kundizzjoni ta' sewqan tkun mgħobbija kif deskritt fil-paragrafu 3.2.3.2.1 ta' hawn taħt, il-massa korrispondenti għat-tagħbija fuq kull fus ma għandhiex tkun aktar mill-massa mi fuq kull fus, u l-massa korrispondenti għat-tagħbija fuq kull fus waħdu jew grupp ta' fusien ma għandhiex tkun aktar mill-massa μj fuq dak il-grupp ta' fusien. Barra minn hekk, il-massa korrispondenti għat-tagħbija fuq il-fus motorizzat jew it-total tal-mases korrispondenti għat-tagħbijiet fuq il-fusien motorizzati għandha tkun tal-anqas 25 fil-mija ta' M.

3.2.3.2.1.

Il-vettura f'kundizzjoni ta' sewqan tiġi mgħobbija bi: massa li tikkorrispondi għan-numru P tal-passiġġieri bilqiegħda, ta' massa Q; massa li tikkorispondi għan-numru SP tal-passiġġieri bilwieqfa, ta' massa Q distribwita b'mod uniformi fuq is-superfiċe disponibbli għall-passiġġieri bil-wieqfa S1; fejn ikun xieraq, massa WP distribwita b'mod uniformi fuq kull spazju ta' siġġu tar-roti; massa ugwali għal B (kg) distribwita b'mod uniformi fuq il-kompartimenti għall-bagalji; massa ugwali għal BX (kg) distribwita b'mod unformi fuq is-superfiċe tas-saqaf mgħammra għall-ġarr tal-bagalji, fejn:

P huwa n-numru tal-postijiet bilqiegħda.
S1 hija l-erja għall-passiġġieri bilwieqfa. Fil-każ tal-vetturi tal-klassjiet III jew B, S1 = 0.
SP, iddikjarat mill-manifattur, ma għandux ikun aktar minn S1/SSp, fejn SSp huwa l-ispazju konvenzjonali pprovdut għal passiġġier wieħed bilwieqfa speċifikat fit-tabella ta' hawn taħt.
WP (kg), huwa n-numru tal-ispazji għas-siġġijiet tar-roti mmultiplikat b'250kg li jirrappreżenta l-massa tas-siġġu tar-roti u l-utent.
B (kg), iddikjarat mill-manifattur, għandu jkollu valur numeriku ta' mhux inqas minn 100 × V.
V huwa l-volum totali tal-kompartimenti tal-bagalji f'm3, inkluż stivi, ski-boxes u kompartimenti għall-bagalji li huma installati fuq in-naħa ta' barra tal-vettura.
BX, iddikjarat mill-manifattur, għandu jkollu valur numeriku ta' mhux inqas minn 75 kg/m2.

Il-vetturi b'żewġ pjani ma għandhomx ikunu mgħammra biex iġorru bagalji fuq is-saqaf u għalhekk il-valur ta' BX għall-vetturi b'żewġ pjani għandu jkun żero.

Q u SSp għandhom il-valuri stipulati fit-tabella li ġejja:



Klassi tal-vettura

Q (kg), massa ta' passiġġier wieħed

Ssp (m2/passiġġier), spazju konvenzjonali għal passiġġier wieħed bilwieqfa

Klassijiet I u A

68

0,125

Klassi II

71 (*1)

0,15

Klassijiet III u B

71 (*1)

Xejn

(*1)   

Inkluż 3 kg għall-bagalji li jinġarru fl-idejn.

3.2.3.2.2.

Fil-każ ta' vettura mgħammra b'kapaċità ta' postijiet bilqiegħda varjabbli, żona disponibbli għall-passiġġieri bilwieqfa (S1) u/jew mgħammra għall-ġarr ta' siġġijiet tar-roti, ir-rekwiżiti tal-paragrafi 3.2.3.1 u 3.2.3.2 ta' hawn fuq għandhom jiġu stabbiliti għal kull waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin kif applikabbli:

3.2.3.2.2.1. 

Bis-sits possibbli kollha okkupati segwiti mill-bqija tal-żona għall-passiġġieri bilwieqfa (sal-limitu tal-kapaċità ta' persuni bilwieqfa ddikjarat mill-manifattur, jekk jintlaħaq, esklużi ż-żoni maħsuba għall-użu esklussiv minn utenti ta' siġġu tar-roti) u, jekk jibqa' l-ispazju, kwalunkwe spazju għas-siġġijiet tar-roti okkupat;

3.2.3.2.2.2. 

Bl-ispazji bilwieqfa possibbli kollha okkupati (sal-limitu tal-kapaċità ta' passiġġieri bilwieqfa ddikjarat mill-manifattur, esklużi ż-żoni maħsuba għall-użu esklussiv minn utenti ta' siġġu tar-roti), segwiti mill-bqija tas-sits disponibbli għall-passiġġieri bilqiegħda u, jekk jibqa' l-ispazju, kwalunkwe spazju għas-siġġijiet tar-roti okkupat.

3.2.3.2.2.3. 

Bl-ispazji għas-siġġijiet tar-roti kollha possibbli okkupati segwiti mill-ispazju li jifdal għall-passiġġieri bilwieqfa (sal-limitu tal-kapaċità ta' passiġġieri bilwieqfa ddikjarat mill-manifattur, jekk jintlaħaq) u mbagħad il-bqija tal-postjiet bilqiegħda disponibbli għall-użu, okkupati.

3.2.3.3.

Meta l-vettura tkun f'kundizzjoni ta' sewqan jew mgħobbija kif speċifikat fil-paragrafu 3.2.3.2.1 ta' hawn fuq, il-massa korrispondenti għat-tagħbija fuq il-fus jew il-grupp ta' fusien ta' quddiem ma għandhiex tkun inqas mill-perċentwali tal-massa tal-vettura f'kundizzjoni ta' sewqan jew tal-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli “M” stabbilita f'din it-tabella:



Klassijiet I u A

Klassi II

Klassijiet III u B

Riġida

Artikolata

Riġida

Artikolata

Riġida

Artikolata

20

20

25 (1)

20

25 (1)

20

(1)   

Din il-figura titnaqqas għal 20 fil-mija għal vetturi bi 3 fusien tal-Klassijiet II u III li jkollhom żewġ fusien manuvrabbli.

3.2.3.4.

Meta vettura tkun trid tiġi approvata għal aktar minn klassi waħda, il-paragrafi 3.2.3.1 u 3.2.3.2 ta' hawn fuq għandhom ikunu applikabbli għal kull klassi.

3.3.   L-immarkar tal-vetturi

3.3.1.

Il-vettura għandha tkun immarkata b'mod ċar fuq in-naħa ta' ġewwa f'pożizzjoni li tkun viżibbli għas-sewwieq mill-pożizzjoni tiegħu bilqiegħda:

3.3.1.1. 

B'ittri jew pittogrammi li jkollhom għoli ta' mhux inqas minn 10 mm u numri b'għoli ta' mhux inqas minn 12 mm, bi:

3.3.1.1.1. 

In-numru massimu ta' postijiet bilqiegħda li l-vettura hija ddisinjata biex iġġorr;

3.3.1.1.2. 

In-numru massimu ta' postijiet bilwieqfa, jekk ikun hemm, li l-vettura hija ddisinjata biex iġġorr.

3.3.1.1.3. 

In-numru massimu ta' siġġijiet tar-roti li l-vettura hija ddisinjata biex iġġorr, jekk ikun hemm.

3.3.1.2. 

B'ittri jew pittogrammi li jkollhom għoli ta' mhux inqas minn 10 mm u numri b'għoli ta' mhux inqas minn 12 mm, bi:

3.3.1.2.1. 

Il-massa tal-bagalji li tista' tinġarr meta l-vettura tkun mgħobbija għalkollox skont il-paragrafu 3.2.3 ta' dan l-anness.

3.3.1.2.2. 

Kif xieraq, dan għandu jinkludi l-massa tal-bagalji:

3.3.1.2.2.1. 

Fil-kompartimenti għall-bagalji (massa B, paragrafu 3.2.3.2.1 ta' hawn fuq);

3.3.1.2.2.2. 

Fuq is-saqaf jekk ikun mgħammar għall-ġarr tal-bagalji (massa BX, paragrafu 3.2.3.2.1 ta' hawn fuq).

3.3.2.

Għandu jiġi pprovdut spazju maġenb il-marki msemmija hawn fuq li jippermetti li l-vettura tiġi mmarkata, b'ittri jew pittogrammi li jkollhom għoli ta' mhux inqas minn 10 mm u numri b'għoli ta' mhux inqas minn 12 mm, bil-massa tal-bagalji B u BX li tista' tinġarr meta l-vettura tkun mgħobbija bl-akbar numru ta' passiġġieri u ekwipaġġ u l-vettura ma jkollhiex massa akbar mill-massa massima mgħobbija, jew il-massa massima ta' kwalunkwe fus jew grupp ta' fusien li biha il-vettura tista' tibda tintuża fil-Parti Kontraenti fejn trid tiġi rreġistrata. Il-Partijiet Kontraenti li jeħtieġu l-immarkar ta' din il-massa għandhom, bi ftehim mal-manifattur, jistabbilixxu l-massa tal-bagalji li għandha tiġi mmarkata u jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-vetturi jkunu mmarkati b'dan il-mod qabel ir-reġistrazzjoni tagħhom.

3.4.   Manovrabbiltà

3.4.1.

Kwalunkwe vettura għandha tkun tista' tiġi mmanuvrata fuq kull naħa biex tagħmel dawra tonda kompluta ta' 360° fi spazju definit minn żewġ ċirki konċentriċi, fejn iċ-ċirku ta' barra jkollu raġġ ta' 12,50 m u ċ-ċirku ta' ġewwa jkollu raġġ ta' 5,30 m, mingħajr ebda mill-punti ta' barra nett tal-vettura (ħlief għall-partijiet li jisporġu esklużi mill-kejl tal-wisa' tal-vettura) li jisporġu 'l barra miċ-ċirkonferenzi taċ-ċirki. Għall-vetturi b'apparat li jgħolli l-fus, dan ir-rekwiżit japplika wkoll bil-fus(ien) li jistgħu jinġibdu lura fil-pożizzjoni mgħollija jew bil-fus(ien) li jistgħu jiġu mgħobbija fil-kundizzjoni mhux mgħobbija.

3.4.1.1.

Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 3.4.1 ta' hawn fuq għandhom jiġu vverifikati bil-punt ta' quddiem ta' barra nett tal-vettura ggwidat tul il-profil taċ-ċirku ta' barra (ara l-Figura A).

3.4.2.

Bil-vettura wieqfa, pjan vertikali tanġenzjali mal-ġenb tal-vettura u jħares 'il barra miċ-ċirku għandu jkun stabbilit billi tiġi mmarkat linja fuq l-art. Fil-każ ta' vettura artikolata, iż-żewġ sezzjonijiet riġidi għandhom ikunu f'linja mal-pjan. Meta vettura timxi minn approċċ ta' linja dritta għal ġewwa l-ispazju tond deskritt fil-paragrafu 3.4.1 ta' hawn fuq, l-ebda parti minnha ma għandha toħroġ 'il barra minn dak il-pjan vertikali b'aktar minn 0,60 m (ara l-Figuri B u C).

Figura A

image

Figura B



image

R = 12,5 m

r = 5,3 m

U = massimu 0,6 m

Figura C



image

R = 12,5 m

r = 5,3 m

U = massimu 0,6 m

3.4.3.

Ir-rekwiżiti tal-paragrafi 3.4.1 sa 3.4.2 ta' hawn fuq jistgħu jiġu vverifikati wkoll, fuq talba tal-manifattur, permezz ta' kalkolu ekwivalenti addattat jew bi prova ġeometrika.

3.4.4.

Fil-każ ta' vetturi mhux kompleti, il-manifattur għandu jiddikjara d-dimensjonijiet massimi permissibli li għalihom il-vettura għandha tiġi kkontrollata fir-rigward tar-rekwiżiti tal-paragrafi 3.4.1 u 3.4.2 ta' hawn fuq.




ANNESS 12

Dispożizzjonijiet addizzjonali ta' sikurezza għat-trolleybuses

1.   DEFINIZZJONIJIET

1.1.

“Vultaġġ tal-linja” tfisser il-vultaġġ ipprovdut lit-trolleybus mill-provvista tal-elettriku esterna.

It-trolleybuses għandhom ikunu ddisinjati biex jaħdmu b'vultaġġ tal-linja nominali ta':

(a) 

600 V (medda ta' tħaddim ta' 400 sa 720 V, u 800 V DC għal 5 minuti); jew

(b) 

750 V (medda ta' tħaddim ta' 500 sa 900 V, u 1 000  V DC għal 5 minuti); u

(c) 

Ikunu jifilħu għal vultaġġi għoljin ħafna ta' 1 270  V għal 20 ms.

1.2.

Iċ-ċirkwiti elettriċi tat-trolleybus huma kklassifikati skont il-vultaġġ nominali tagħhom f'dawn il-klassijiet:

1.2.1. 

“Klassi ta' Vultaġġ A” tfisser:

Vultaġġ nominali ≤ 30 V AC; u
Vultaġġ nominali ≤ 60 V DC.
1.2.2. 

“Vultaġġ nominali” tfisser:

30 V AC < vultaġġ nominali ≤ 1 000 V AC; u
60 V DC < vultaġġ nominali ≤ 1 500 V DC.

1.3.

Kundizzjonijiet klimatiċi nominali

1.3.1.

It-trolleybuses għandhom ikunu ddisinjati biex jaħdmu b'mod affidabbli f'dawn il-kundizzjonijiet ambjentali:

1.3.1.1. 

Medda ta' temperaturi minn - 25 °С sa + 40 °С;

1.3.1.2. 

Umdità relattiva ta' 98 fil-mija f'temperaturi sa 25 °С;

1.3.1.3. 

Medda ta' pressjoni atmosferika minn 86,6 kPa sa 106,6 kPa;

1.3.1.4. 

Medda ta' altitudni mil-livell tal-baħar sa massimu ta' 1 400  m 'il fuq mil-livell tal-baħar.

1.3.2.

Kundizzjonijiet ambjentali speċjali, aktar estremi mill-kundizzjonijiet klimatiċi nominali speċifikati fil-paragrafu 1.3.1 ta' hawn fuq, għandhom jiġu indikati fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip (Anness 1, Parti 1, Appendiċi 1 sa 3) u fil-formola ta' komunikazzjoni (Anness 1, Parti 2, Appendiċi 1 sa 3).

1.4.

“Materjal li jintefa waħdu” tfisser materjal li ma jkomplix jaqbad meta jitneħħa s-sors tat-tqabbid tan-nar.

1.5.

“Iżolament” jeżistu tipi differenti ta' iżolament:

1.5.1.

Iżolament funzjonali : jiżgura l-funzjonalità tat-tagħmir;

1.5.2.

Iżolament bażiku : jipproteġi lin-nies minn perikli tal-elettriku f'sistemi li jkollhom bonding protettiv;

1.5.3.

Iżolament supplimentari : jipproteġi lin-nies minn perikli tal-elettriku f'sistemi li ma jkollhomx bonding protettiv;

1.5.4.

Iżolament doppju : kombinazzjoni ta' iżolament bażiku u iżolament supplimentari, fejn kull wieħed jista' jiġi ttestjat individwalment bl-użu ta' saff intermedju metallizzat.

1.6.

“Vultaġġ nominali tal-iżolament”

1.6.1.

Għal ċirkwiti konnessi mal-vultaġġ tal-linja, il-vultaġġ nominali tal-iżolament (UNm) għal kull parti tal-iżolament doppju huwa l-vultaġġ tal-linja massimu skont il-paragrafu 1.1 ta' hawn fuq; u

1.6.2.

Għal ċirkwiti iżolati mill-vultaġġ tal-linja, il-vultaġġ nominali tal-iżolament (UNm) huwa l-vultaġġ permanenti massimu li jseħħ fiċ-ċirkwit.

2.   KSIB TAL-KURRENT

2.1.

Il-kurrent għandu jinkiseb mill-wajers ta' kuntatt permezz ta' apparat ta' konnessjoni wieħed jew aktar, li normalment ikun magħmul minn żewġ kolletturi tal-kurrent. (F'applikazzjonijiet iggwidati jista' jintuża kollettur tal-kurrent jew pantografu wieħed). Il-kollettur tal-kurrent għandu jkun magħmul minn immuntar fuq is-saqaf (bażi tat-trolley), arblu tat-trolley, ras tal-kollettur tal-kurrent u inserzjoni ta' kuntatt sostitwibbli. Il-kolletturi tal-kurrent għandhom jiġu mmuntati b'mod li jkunu jistgħu jduru fiż-żewġ direzzjonijiet, kemm orizzontali kif ukoll vertikali.

Il-kollettur tal-kurrent għandu jikseb, bħala minimu, rotazzjoni ta' ± 55° madwar l-assi vertikali tal-punt fejn jaqbad mat-trolleybus u rotazzjoni ta' ± 20° madwar l-assi orizzontali tal-punt fejn jaqbad mat-trolleybus.

2.2.

L-arbli tat-trolley għandhom ikunu magħmula minn materjal li jipprovdi iżolament jew minn materjal miksi b'materjal ta' iżolament li jipprovdi l-iżolament funzjonali meħtieġ biex ma jseħħx xi xort fiċ-ċirkwit bejn il-linji sovraposti f'każ li dawn jinqalgħu minn posthom (jinqala' mill-wajer) u għandhom ikunu reżistenti għax-xokkijiet mekkaniċi.

2.3.

Il-kolletturi tal-kurrent għandhom ikunu ddisinjati biex iżommu kuntatt pożittiv adegwat mal-wajers ta' kuntatt meta l-wajers ikunu mill-anqas bejn 4 u 6 metri 'l fuq mill-art u biex jippermettu li l-assi lonġitudinali tat-trolleybus jiddevja mill-anqas 4,0 metri minn kull naħa tal-assi medju tal-wajers ta' kuntatt.

2.4.

Kull arblu tat-trolley għandu jkun mgħammar b'apparat li jiġbed lura l-arblu awtomatikament f'każ li l-kollettur tal-kurrent jinqala' aċċidentalment mill-wajer ta' kuntatt (jinqala' mill-wajer).

2.5.

Fil-każ li jinqala' mill-wajer, għandu jiġi evitat li jseħħ kuntatt bejn l-arbli rtirati u s-saqaf.

2.6.

Ir-ras tal-kollettur tal-kurrent, jekk tiġi skonnettjata mill-pożizzjoni normali tagħha fuq l-arblu tat-trolley, għandha tibqa' mqabbda mal-arblu tat-trolley.

2.7.

Il-kolletturi tal-kurrent jistgħu jkunu mgħammra b'kontroll mill-bogħod mill-kompartiment tas-sewwieq, għallinqas għall-irtirar tagħhom.

2.8.

Għandu jkun hemm mod possibli li s-sewwieq jissostitwixxi, jekk ikun meħtieġ, l-inserzjonijiet ta' kuntatt waqt li l-vettura tkun miexja fit-triq.

3.   TAGĦMIR TAT-TRAZZJONI U AWŻILJARI

3.1.

Il-komponenti elettriċi installati fuq it-trolleybus għandhom ikunu protetti minn vultaġġ għoli ħafna u minn kurrent ta' ċirkwit kort. Il-protezzjoni għandha preferibbilment tkun assigurata permezz ta' interrutturi taċ-ċirkwit li jerġgħu jiġu ssettjati awtomatikament, mill-bogħod jew manwalment.

3.2.

Il-komponenti elettriċi għandhom ikunu protetti milli jiġi kkawżat vultaġġ għoli ħafna minħabba l-kommutazzjoni jew il-kundizzjonijiet atmosferiċi.

3.3.

L-interrutturi taċ-ċirkwit għandhom jipprovdu l-interruzzjoni ta' ċirkwiti partikolari li jkunu bil-ħsara.

3.4.

Jekk xi ċirkwit ikun fih interruttur taċ-ċirkwit unipolari, dan għandu jiġi installat fil-wajer pożittiv taċ-ċirkwit.

3.5.

Iċ-ċirkwiti elettriċi kollha u l-fergħat taċ-ċirkwiti tal-klassi ta' vultaġġ B għandhom jkunu b'żewġ wajers. Il-karozzerija tat-trolleybus tista' tintuża bħala konduttur (conductor) għall-bonding protettiv ta' ċirkwiti, b'iżolament doppju mil-linja tal-vultaġġ, tal-klassi ta' vultaġġ B tista' tintuża wkoll għar-ritorn tal-kurrent għal ċirkwiti tal-klassi ta' vultaġġ A.

3.6.

Il-kaxxi, l-għotjien u t-trays tal-batteriji għandhom ikunu magħmula minn materjal li ma jiħux in-nar jew li jintefa waħdu.

3.7.

Il-komponenti elettriċi konnessi bil-vultaġġ tal-linja għandu jkollhom, apparti l-iżolament bażiku tagħhom, iżolament supplimentari mill-karozzerija tat-trolleybus, il-provvista tal-elettriku abbord u l-interfaċċi ta' senjalazzjoni.

Għall-protezzjoni ta' partijiet konduttivi u ta' saffi intermedji metallizzati li jkunu fil-kompartiment tal-passiġġieri jew fil-kompartiment għall-bagalji, għandu jiġi pprovdut il-grad ta' protezzjoni IPXXD (skont l-istandard ISO 20653:2013).

Għall-protezzjoni ta' partijiet konduttivi u ta' saffi intermedji metallizzati li ma jkunux fil-kompartiment tal-passiġġieri jew fil-kompartiment għall-bagalji, u mhux fuq is-saqaf, għandu jiġi pprovdut il-grad ta' protezzjoni IPXXB (skont l-istandard ISO 20653:2013).

Għall-protezzjoni ta' partijiet konduttivi u ta' saffi intermedji metallizzati li jkunu fuq is-saqaf bi protezzjoni mill-bogħod, ma huwa meħtieġ ebda grad ta' protezzjoni.

3.7.1.

L-iżolamenti esterni, eż fuq is-saqaf u fil-mutur tat-trazzjoni li jkollhom konduttività okkażjonali u tindif regolari, għandu jkollhom spazju liberu minimu ta' 10 mm.

Dawn għandhom jiġu mgħammra bi protezzjoni mit-temp jew ikunu ddisinjati bħala iżolaturi umbrella jew iżolaturi bi truf li minnhom jiskula l-ilma jew b'xi metodu ieħor li jkollu effetti ekwivalenti. L-użu tas-siliċju bħala materjal jew kisi huwa rakkomandat. F'dan il-każ, id-distanza ta' iżolament minima għandha tkun 20 mm.

B'materjali jew disinji jew immuntar oħra, jew f'kundizzjonijiet ta' tħaddim estremi, għandha tiġi magħżula distanza ta' iżolament minima akbar. Id-dokumentazzjoni tat-tqassim hija parti mill-approvazzjoni (ara l-punt 6.2.11 tal-Anness 1, Parti 1, Appendiċi 1, 2 u 3).

3.7.2.

It-tagħmir tal-klassi ta' vultaġġ B għandu jiġi mmarkat bis-simbolu ta' sajjetta. L-isfond tas-simbolu għandu jkun isfar, u l-bordura u l-vleġġa għandhom ikunu suwed.

image

Is-simbolu għandu jkun viżibbli fuq għeluq u l-ostakoli li meta jitneħħew jikxfu partijiet konduttivi ta' ċirkwiti tal-klassi ta' vultaġġ B. Meta tiġi evalwata l-ħtieġa ta' dan is-simbolu, għandhom jitqiesu l-aċċessibilità u l-faċilità ta' tneħħija tal-ostakoli/għeluq.

3.8.

Il-partijiet konduttivi tal-komponenti elettriċi, għajr il-kolletturi tal-kurrent, il-limitaturi ta' żieda qawwija f'daqqa fil-kurrent u r-reżisters ta' trazzjoni, għandhom ikunu protetti mill-umdità u t-trab.

3.9.

Għandu jkun hemm mezzi li permezz tagħhom jitwettaq test tar-reżistenza perjodiku fuq kull iżolament bażiku u supplimentari ta' komponenti b'iżolament doppju. Għal trolleybus ġdid u xott, ir-reżistenza tal-iżolament taċ-ċirkwiti elettriċi b'vultaġġ tat-test ta' 1 000  V DC, ma għandhiex tkun inqas minn:

3.9.1.

Għal kull iżolament bażiku: 10 MΩ;

3.9.2.

Għal kull iżolament supplimentari: 10 MΩ;

3.9.3.

Għall-iżolament doppju globali: 10 MΩ.

3.10.

Wajers u apparat

3.10.1.

Għaċ-ċirkwiti kollha għandhom jintużaw wajers flessibbli. Il-vultaġġ nominali tal-iżolament tal-wajers għall-ert għandu jkun tal-anqas il-vultaġġ nominali tal-iżolament skont il-paragrafu 1.6.

3.10.2.

Il-wajers immuntati ma għandhomx ikunu suġġetti għal forzi mekkaniċi.

3.10.3.

L-iżolament tal-wajers ma għandux jippropaga n-nar.

3.10.4.

Il-wajers ta' klassijiet ta' vultaġġ differenti għandhom jiġu mmuntati separatament.

3.10.5.

Il-kondjuwits tal-wajers għandhom ikunu magħmula minn materjal li ma jiħux in-nar jew li jintefa waħdu. Il-kondjuwits fil-kompartiment tal-passiġġieri tal-klassi ta' vultaġġ B għandhom ikunu magħluqa u magħmula mill-metall. Il-kondjuwits metalliċi għandhom ikunu konnessi max-xażì tal-vettura.

3.10.6.

[Riżervat]

3.10.7.

Il-wajers li jkunu taħt l-art tat-trolleybus għandhom ikunu kontenuti f'kondjuwit li jipproteġihom mid-dħul u l-propagazzjoni tal-ilma u t-trab.

3.10.8.

L-irbit u l-arranġament tal-wajers u l-kejbils għandu jkun iddisinjat b'mod li ma jħallix li ssir ħsara bil-brix (għerik) tal-iżolament. Għandhom ikunu pprovduti anelli ta' materjal elastomeriku fil-punti fejn il-wajers jippenetraw l-istruttura tal-metall. Ir-raġġ tal-liwi ta' kondjuwits li jkun fihom il-wajers għandu jkun mill-anqas ħames darbiet id-dijametru estern tal-kondjuwit.

3.10.9.

Il-pożizzjoni tal-wajers fil-viċinanza tal-interrutturi taċ-ċirkwit għandha tkun iddisinjata bil-ħsieb li timpedixxi l-arkjar bejn il-wajers.

3.10.10.

Għandhom jittieħdu prekawzjonijiet sabiex tiġi evitata ħsara fil-wajers minn reżisters u komponenti elettriċi oħra li jkunu saħnu. F'żoni kritiċi għandhom jintużaw wajers li jifilħu għas-sħana.

3.10.11.

Il-ħolders, il-konnetturi u apparati oħra għall-immuntar tal-wajers għandhom ikunu magħmula minn materjal li ma jiħux in-nar jew minn materjal li jintefa waħdu. Il-komponenti elettriċi tal-materjali li jintfew waħidhom għandhom ikunu installati biss barra l-kompartiment tal-passiġġieri.

3.10.12.

Kull wieħed mill-iżolamenti ta' tagħmir tal-klassi ta' vultaġġ B abbord it-trolleybus għandu jiġi ttestjat bi provvista tal-enerġija AC bi frekwenza tat-test ta' 50 - 60 Hz għal minuta waħda.

Il-vultaġġ tat-test (UTest) għall-wajers u l-komponenti tat-trolleybus għandu jkun:

Iżolament bażiku

:

UTest = 2 × UNm + 1 500 V

Iżolament supplimentari

:

UTest = 1,6 × UNm + 500 V

Għal ċirkwiti b'iżolament doppju mill-vultaġġ tal-linja sovraposta, il-vultaġġ tat-test (UTest) għandu jkun mill-inqas 1 500  V, jew:

Iżolament bażiku

:

UTest = 2 × UNm + 1 000 V

Il-vultaġġ tat-test DC ekwivalenti huwa √2 multiplikat bil-valur AC.

L-iżolament rinfurzat tat-trolleybuses mhux permess għal ċirkwiti b'konnessjoni diretta mal-linja sovraposta.

4.   SIKUREZZA ELETTRIKA TAL-PASSIĠĠIERI U TAL-EKWIPAĠĠ

4.1.

Fit-trolleybus, kull ċirkwit li jieħu l-enerġija minn vultaġġ tal-linja sovraposta għandu jkollu iżolament doppju tax-xażì tal-vettura.

4.2.

L-influwenza tal-kurrenti taċ-ċarġ dinamiku, ikkawżati mill-akkoppjar kapaċitattiv bejn tagħmir tal-klassi ta' vultaġġ B u x-xażì elettriku, għandha titnaqqas permezz tar-reżistenza protettiva tal-materjali ta' iżolament użati fiż-żoni tad-dħul. Il-bsaten u l-poġġamani fil-bibien, il-pannelli u l-pumi tal-bibien, ir-rampi ta' assistenza għall-mobilità u l-ewwel tarġiet għandhom ikunu magħmula minn materjal ta' iżolament jew miksija b'iżolament mekkanikament reżistenti jew iżolati mill-karozzerija tat-trolleybus.

4.3.

It-trolleybus għandu jkun mgħammar b'apparat abbord għall-monitoraġġ permanenti kurrent jew vultaġġ tal-leakage bejn ix-xażì u s-superfiċe tat-triq. L-apparat għandu jiskonnettja awtomatikament iċ-ċirkwiti b'vultaġġ għoli mis-sistema ta' kuntatt (meta t-trolleybus tkun wieqfa) jekk il-kurrent tal-leakage ikun ogħla minn 3 mA jew jekk il-vultaġġ tal-leakage ikun ogħla minn 60 V DC (skont l-istandard EN 50122-1 jew IEC 62128-1).

5.   IL-KOMPARTIMENT TAS-SEWWIEQ

5.1.

Fil-kompartiment tas-sewwieq, ma għandu jkun hemm l-ebda tagħmir ta' vultaġġ għoli li jista' jintlaħaq mis-sewwieq.

5.2.

Bħala minimu, il-pannell tal-istrumenti għandu jinkludi:

5.2.1. 

Indikatur tal-vultaġġ fis-sistema ta' kuntatt;

5.2.2. 

Indikatur ta' vultaġġ żero fis-sistema ta' kuntatt;

5.2.3. 

Indikatur tal-istat tal-interruttur taċ-ċirkwit awtomatiku prinċipali tal-vultaġġ tal-linja;

5.2.4. 

indikatur taċ-ċarġ/disċarġ tal-batteriji;

5.2.5. 

Indikatur tal-vultaġġ tal-karozzerija jew tal-kurrent tal-leakage ogħla mil-limiti speċifikati fil-paragrafu 4.2 ta' hawn fuq.




ANNESS 13

PARTI 1

Sistema ta' trażżin tan-nar approvata bħala komponent

1.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET

1.1.

Is-sistemi ta' trażżin tan-nar għandhom jiġu ttestjati għal nar b'qawwa għolja, nar b'qawwa baxxa, nar b'qawwa għolja b'fann u għat-tqabbid mill-ġdid.

1.2.

L-apparat tat-test, in-nirien tat-test u l-kundizzjonijiet ġenerali tat-test huma deskritti fl-Appendiċi 1 ta' dan l-anness.

1.3.

Nar b'qawwa għolja

1.3.1.

It-test għandu jitwettaq skont l-Appendiċi 2 ta' dan l-anness.

1.3.2.

It-test għandu jitwettaq bl-aġent għat-tifi tan-nar u l-kontenitur tal-gass propellant jew il-ġeneratur tal-aġent għat-trażżin tan-nar imkessħin sat-temperatura tat-tħaddim minima għas-sistema ta' trażżin tan-nar, kif iddikjarata mill-manifattur.

1.3.3.

In-nirien għandhom jiġu mitfijin għalkollox, sa mhux aktar tard minn minuta wara l-attivazzjoni jew qabel ma jinħela l-aġent għat-tifi tan-nar, skont liema jseħħ l-ewwel.

1.3.4.

It-test jitqies li rnexxa jekk il-prova tirnexxi mal-ewwel tentattiv inkella mat-tieni tentattiv minn tlieta f'każ fejn l-ewwel tentattiv ma jirnexxix.

1.4.

Nar b'qawwa baxxa

1.4.1.

It-test għandu jitwettaq skont l-Appendiċi 3 ta' dan l-anness.

1.4.2.

In-nirien għandhom jiġu mitfijin għalkollox, sa mhux aktar tard minn minuta wara l-attivazzjoni jew qabel ma jinħela l-aġent għat-tifi tan-nar, skont liema jseħħ l-ewwel.

1.4.3.

It-test jitqies li rnexxa jekk il-prova tirnexxi mal-ewwel tentattiv inkella mat-tieni tentattiv minn tlieta f'każ fejn l-ewwel tentattiv ma jirnexxix.

1.5.

Nar b'qawwa għolja b'fann

1.5.1.

It-test għandu jitwettaq skont l-Appendiċi 4 ta' dan l-anness.

1.5.2.

In-nirien għandhom jiġu mitfijin għalkollox jew sa mhux aktar tard minn minuta wara l-attivazzjoni jew malli jintemm id-disċarġ tas-sistema ta' trażżin tan-nar.

1.5.3.

It-test jitqies li rnexxa jekk il-prova tirnexxi mal-ewwel tentattiv inkella mat-tieni tentattiv minn tlieta f'każ fejn l-ewwel tentattiv ma jirnexxix.

1.6.

Test tat-tqabbid mill-ġdid

1.6.1.

It-test għandu jitwettaq skont l-Appendiċi 5 ta' dan l-anness.

1.6.2.

It-tqabbid mill-ġdid ma għandux iseħħ qabel 45 sekonda minn meta n-nar ikun ġie mitfi għalkollox.

1.6.3.

It-test jitqies li rnexxa jekk il-prova tirnexxi mal-ewwel tentattiv inkella mat-tieni tentattiv minn tlieta f'każ fejn l-ewwel tentattiv ma jirnexxix.li

PARTI 2

Sistema ta' trażżin tan-nar installata f'kompartiment tal-magna speċifiku

1.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET

1.1.

Kompartiment tal-magna speċifiku tfisser kompartimenti tal-magna li ma jvarjawx f'dawn l-aspetti essenzjali li ġejjin:

(a) 

Il-pożizzjoni tal-kompartiment tal-magna;

(b) 

Il-volum gross massimu;

(c) 

It-tqassim ġenerali tal-komponenti fil-kompartiment (jiġifieri l-pożizzjoni tal-perikli ta' nar identifikati).

Għal kompartimenti li jkun fihom ħiter tal-kombustjoni, il-punti (b) u (c) biss huma applikabbli.

1.2.

Is-sistemi ta' trażżin tan-nar għandhom jiġu ttestjati għal nar b'qawwa għolja, nar b'qawwa baxxa, nar b'qawwa għolja b'fann (applikabbli f'każ li jkun hemm fann installat fil-kompartiment tal-magna u/jew fil-kompartiment tal-ħiter tal-kombustjoni) u għat-tqabbid mill-ġdid.

1.3.

L-apparat tat-test, in-nirien tat-test u l-kundizzjonijiet ġenerali tat-test huma deskritti fl-Appendiċi 1 ta' dan l-anness.

Jistgħu jintużaw appoġġi addizzjonali sabiex jiġi ffaċilitat il-pożizzjonament tal-fire trays fil-kompartimenti tal-magna u tal-ħiter tal-kombustjoni, u l-għoli tan-nar tat-test preskritt jista' jitnaqqas għal minimu ta' 40mm.

Il-kundizzjonijiet tat-test indikati fl-Appendiċi 2 sa 5 jistgħu jiġu adattati għall-kompartiment tal-magna speċifiku u għall-kompartiment tal-ħiter tal-kombustjoni. Dan l-adattament għandu jkun ibbażat fuq id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Anness 3, paragrafi 7.5.1.5.4.2 u 7.5.1.5.4.3, li jidentifikaw il-perikli ta' nar fil-kompartiment u l-iskala tas-sistema ta' trażżin tan-nar. L-addatament għandu jipprovdi livell ta' sikurezza ekwivalenti. Il-prinċipji għall-adattament għandhom jiġu vverifikati mis-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet. Il-prinċipju tal-adattament għandu jiġi ddokumentat u miżjud mar-rapport tat-test.

1.4.

Nar b'qawwa għolja

1.4.1.

It-test għandu jitwettaq skont l-Appendiċi 2 ta' dan l-anness.

1.4.2.

It-test għandu jitwettaq bl-aġent għat-tifi tan-nar u l-kontenitur tal-gass propellant jew il-ġeneratur tal-aġent għat-trażżin tan-nar imkessħin sat-temperatura tat-tħaddim minima għas-sistema ta' trażżin tan-nar, kif iddikjarata mill-manifattur.

1.4.3.

In-nirien għandhom jiġu mitfijin għalkollox jew sa mhux aktar tard minn minuta wara l-attivazzjoni jew malli jintemm id-disċarġ tas-sistema ta' trażżin tan-nar.

1.4.4.

It-test jitqies li rnexxa jekk il-prova tirnexxi mal-ewwel tentattiv inkella mat-tieni tentattiv minn tlieta f'każ fejn l-ewwel tentattiv ma jirnexxix.

1.5.

Nar b'qawwa baxxa

1.5.1.

It-test għandu jitwettaq skont l-Appendiċi 3 ta' dan l-anness.

1.5.2.

In-nirien għandhom jiġu mitfijin għalkollox jew sa mhux aktar tard minn minuta wara l-attivazzjoni jew malli jintemm id-disċarġ tas-sistema ta' trażżin tan-nar.

1.5.3.

It-test jitqies li rnexxa jekk il-prova tirnexxi mal-ewwel tentattiv inkella mat-tieni tentattiv minn tlieta f'każ fejn l-ewwel tentattiv ma jirnexxix.

1.6.

nar b'qawwa għolja b'fann (f'każ li jkun hemm fann installat fil-kompartiment tal-magna u/jew fil-kompartiment tal-ħiter tal-kombustjoni)

1.6.1.

It-test għandu jitwettaq skont l-Appendiċi 4 ta' dan l-anness.

1.6.2.

In-nirien għandhom jiġu mitfijin għalkollox jew sa mhux aktar tard minn minuta wara l-attivazzjoni jew malli jintemm id-disċarġ tas-sistema ta' trażżin tan-nar.

1.6.3.

It-test jitqies li rnexxa jekk il-prova tirnexxi mal-ewwel tentattiv inkella mat-tieni tentattiv minn tlieta f'każ fejn l-ewwel tentattiv ma jirnexxix.

1.7.

Test tat-tqabbid mill-ġdid

1.7.1.

It-test tat-tqabbid mill-ġdid għandu jitwettaq skont l-Appendiċi 5 ta' dan l-anness.

1.7.2.

It-tqabbid mill-ġdid ma għandux iseħħ qabel 45 sekonda minn meta n-nar ikun ġie mitfi għalkollox.

1.7.3.

It-test jitqies li rnexxa jekk il-prova tirnexxi mal-ewwel tentattiv inkella mat-tieni tentattiv minn tlieta f'każ fejn l-ewwel tentattiv ma jirnexxix.




Appendiċi 1

L-apparat tat-test, in-nirien tat-test u l-ispeċifikazzjonijiet ġenerali tat-test

1.   L-APPARAT TAT-TEST

1.1.

L-apparat tat-test għandu jkun magħmul mill-pjanċa tal-azzar Il-ħxuna tal-pjanċa tal-azzar għandha tkun skont it-Tabella 1. Il-Figura 1 turi l-apparat tat-test min-naħa ta' quddiem, il-Figura 2 min-naħa ta' wara u l-Figura 3 minn fuq. In-naħa ta' quddiem tal-apparat tat-test hija simulazzjoni tan-naħa ta' wara tal-kompartament reali tal-magna.

Figura 1

Sistema ta' koordinati għall-pożizzjonament ta' oġġetti fl-apparat tat-test (dehra min-naħa ta' quddiem)

image

Figura 2

L-apparat tat-test, kif jidher minn wara

image

Figura 3

L-apparat tat-test, kif jidher minn fuq

image



Tabella 1

Oġġetti fl-apparat tat-test

(mm)

Oġġetti

Ħxuna tal-pjanċa

Ċilindru tal-fann

1,5 – 2

Ostruzzjonijiet

1,5 – 2

Mudell tal-manifold tal-egżost

8 mm

Mudell tal-magna

2 – 3

Mudell tas-sajlenser

2 – 3

Pajp tal-egżost

2 – 3

Pajp ta' konnessjoni

2 – 3

Ħitan, saqaf u art

1,5 – 3

1.2.

Pożizzjonament tal-oġġetti

1.2.1.

L-oġġetti kollha fl-apparat tat-test jiġu ppożizzjonati skont il-koordinati (x, y, z) kif indikat fit-Tabella 2. Il-punt ta' oriġini huwa l-pożizzjoni mmarkata (O) fil-Figura 1. Il-valur tal-koordinati huwa d-distanza f'metri mill-punt ta' oriġini (ara l-Figura 1), jiġifieri r-rokna ta' isfel fuq ix-xellug tan-naħa ta' quddiem.



Tabella 2

Koordinati tal-oġġetti

Oġġetti

Koordinati [x; y; z]

Ċilindru tal-fann

[– 0,60; 0,40; 0,10]

Ostruzzjoni 1

[0,0; 0,26; 0,0]

Ostruzzjoni 2

[0,26; 0,05; 0,02]

Mudell tal-manifold tal-egżost

[0,76; 0,05; 0,47]

Mudell tal-magna

[0,87; 0,05; 0,04]

Ostruzzjoni 3

[1,44; 0,05; 0,02]

Ostruzzjoni 4

[0,82; 1,2; 0,0]

Mudell tas-sajlenser

[2,0; 0,28; 0,23]

1.3.

Qafas

1.3.1.

Il-qafas tal-apparat tat-test għandu jkun magħmul skont il-Figura 4. Id-dimensjonijiet tat-travi huma 50 mm × 50 mm u 100 mm × 50 mm rispettivament Il-qafas għandu jkun 300 mm 'il fuq mill-art.

Figura 4

Il-qafas tal-apparat tat-test

image

1.4.

Aperturi

1.4.1.

Minbarra l-fetħa għall-fann, l-apparat tat-test jinkludi sitt aperturi. Id-dimensjonijiet u l-pożizzjonament tal-aperturi huma skont il-koordinati indikati fit-Tabella 3. Il-pożizzjonijiet huma indikati b'referenza ma' żewġ irkejjen dijagonalment opposti (l-apertura kollha għandhom forma rettangolari). L-aperturi huma indikati fil-Figura 4.



Tabella 3

Koordinati tal-aperturi fit-test tal-apparat

Apertura

Koordinati [x; y; z] – [x; y; z]

Erja tal-apertura (m2)

A1

[0,03; 0,00; 1,08] – [1,18; 0,00; 1,13]

0,06

A2

[1,22; 0,00; 1,08] – [2,37; 0,00; 1,13]

0,06

B

[2,40; 0,50; 0,70] – [2,40; 1,30; 0,90]

0,16

C

[0,85; 1,50; 0,03] – [1,24; 1,50; 0,36]

0,13

D1

[2,00; 0,05; 0,00] – [2,35; 0,73; 0,00]

0,27

D2

[2,00; 0,78; 0,00] – [2,35; 1,20; 0,00]

0,26

 

Erja totali tal-aperturi:

0,94

1.5.

Fann

1.5.1.

Għandu jiġi installat fann assjali b'dijametru ta' 710 mm fuq in-naħa tax-xellug taċ-ċilindru tal-fann. Id-dijametru taċ-ċilindru għandu jkun daqs id-dijametru tal-fann. Il-fann għandu jiġġenera rata ta' fluss ta' arja fiċ-ċilindru li tkun skont ix-xenarji tat-test speċifikati fl-Appendiċi 2 sa 5. Jista' jintuża konvertitur tal-frekwenza għall-aġġustament tal-veloċità tal-fann.

1.6.

Komponenti tal-mudell

1.6.1.

Id-dimensjonijiet tal-mudell tal-magna huma 1 000  mm × 650 mm × 500 mm. Id-dimensjonijiet tal-mudell tas-sajlenser huma 400 mm × 800 mm. Id-dimensjonijiet interni tal-mudell tal-manifold tal-egżost huma 80 mm × 900 mm. Il-komponenti tal-mudelli għandhom ikunu vojta minn ġewwa. Il-mudell tal-manifold tal-egżost għandu jkun konness mal-mudell tas-sajlenser permezz ta' pajp b'dijametru ta' 76 mm. Għandu jintuża wkoll pajp mill-mudell tas-sajlenser li jgħaddi l-gassijiet tal-egżost mis-sistema ta' tisħin minn qabel 'il barra mill-apparat tat-test.

1.7.

Termokoppji

1.7.1.

Għandhom jiġu installati seba' termokoppji (Tc) fuq il-mudell tal-manifold tal-egżost, li jiddaħħlu 2 mm fit-tubu minn barra. It-termokoppji Tc1 sa Tc4 għandhom jiġu ppożizzjonati madwar il-mudell fid-distanzi mid-dħul tal-mudell indikati fit-Tabella 4. It-termokoppji Tc5 sa Tc7 għandhom jiġu ppożizzjonati madwar il-mudell fl-istess distanza mid-dħul tal-mudell bħal Tc2. Il-pożizzjoni tat-termokoppji hija indikata fil-Figuri 5 u 6.



Tabella 4

Distanza bejn id-dħul tal-mudell tal-manifold tal-egżost u t-termokoppja

Termokoppja

Distanza mid-dħul tal-mudell (mm)

Tc1

250

Tc2

300

Tc3

350

Tc4

600

Tc5

300

Tc6

300

Tc7

300

Figura 5

Termokoppji fuq il-mudell tal-manifold tal-egżost

image

Figura 6

Termokoppji fuq il-mudell tal-manifold tal-egżost (id-dħul tal-mudell huwa fuq in-naħa tax-xellug)

image

1.8.

Burner tal-propan

1.8.1.

Il-burner tal-propan li jintuża għat-tisħin minn qabel tas-sistema tal-egżost għandu jintgħażel biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta' lħiq ta' temperaturi speċifikati fil-paragrafu 3.4.6.

1.9.

Ostruzzjonijiet

1.9.1.

L-ostruzzjoni 1 għandha dimensjonijiet ta' 900 mm × 840 mm × 230 mm, kif indikat fil-Figura 7. L-ostruzzjonijiet 2 u 3 huma magħmulin minn tubi orizzontali u vertikali kif indikat fil-Figura 8. It-tubi ta' ostruzzjoni orizzontali huma magħluqin u vojta, b'dijametru ta' 80 mm u tul ta' 480 mm. It-tubi vertikali huma vojta u miftuħin mit-tarf ta' taħt, b'dijametru ta' 80 mm u tul ta' 230 mm. Id-distanza ta' vojt bejn kull tubu hija 20 mm. L-ostruzzjoni 4 hija kaxxa b'dimensjonijiet ta'1 250  mm × 300 mm × 390 mm kif indikat fil-Figura 9.

Figura 7

Ostruzzjoni 1

image

Figura 8

Ostruzzjonijiet 2 u 3

image

Figura 9

Ostruzzjoni 4

image

1.10.

Pool fire trays

1.10.1.

Deskrizzjonijiet dettaljati ta' dawn it-trays jinsabu fit-Tabella 5 Fit-Tabella 6 hemm indikati tlett tipi differenti ta' pool fire trays: Kwadri, rettangolari u tondi.



Tabella 5

Speċifikazzjoni tal-pool fire trays

Dimensjonijiet

Għoli tat-tarf (mm)

Ħxuna nominali (mm)

Użati għan-nar tat-test Nru

300 mm × 300 mm

70

1,5

1, 2

200 mm × 300 mm

70

2

3

Dijametru, 150 mm

100

1,5

4

1.10.2.

Il-pożizzjoni tal-pool fire trays kwadri bil-fajberbords u tal-pool fire trays rettangolari għandha tkun orjentata skont ix-xenarji tat-test deskritti fl-Appendiċi 2 sa 4. Il-Figura 10 turi d-dimensjonijiet għan-nar tat-test Nru 2. In-nar tat-test għandu jkun perpendikolari mat-tarf it-twil tal-apparat tat-test.

Figura 10

Distanzi għan-nar tat-test Nru 2

image

2.   NIRIEN TAT-TEST

2.1.

In-nirien tat-test indikati fit-Tabella 6 għandhom jitwettqu kif deskritt fl-Appendiċi 2 sa 5. Bħala fjuwils tat-test għandhom jintużaw żejt diżil (żejt tal-fjuwil kummerċjali jew żejt diżil ħafif), eptan (C7H16) u żejt tal-magna 15W-40 b'punt ta' fjammabilità COC ta' 230 °C u viskożità ta' 107 mm2/s f'temperatura ta' 40 °C.



Tabella 6

Nirien tat-test

Nar tat-test Nru

Deskrizzjoni

Fjuwil

Ir-Rata ta' Rilaxx tas-Sħana massima approssimattiva 60 sekonda wara t-tqabbid (Kw)

1

Pool fire 300 mm × 300 mm

Żejt diżil u eptan

60

2

Pool fire 300 mm × 300 mm u 2 fajberbords

Żejt diżil u eptan

110

3

Pool fire 200 mm × 300 mm

Żejt diżil u eptan

40

4

Dijametru tal-pool fire, 150 mm

Żejt diżil u eptan

7

5

Nar minn spray (450 kPa, 0,73 kg/min ± 10 %)

Żejt diżil

520

6

Nar minn spray (450 kPa, 0,19 kg/min ± 10 %)

Żejt diżil

140

7

Nar provokat minn tqattir taż-żejt (40 droplets/min ± 10)

Żejt tal-magna

5

2.2.

L-ammonti ta' ilma, żejt u eptan użati fit-testijiet għandhom ikunu kif indikat fit-Tabella 7.



Tabella 7

Ammont ta' fjuwil użat fil-pool fire trays

Dimensjonijiet

Ilma (l)

Diżil (l)

Eptan (l)

Użati għan-nar tat-test

300 mm × 300 mm

1,0 l

0,5 l

0,2 l

1, 2

200 mm × 300 mm

0,5 l

0,5 l

0,2 l

3

Dijametru, 150 mm

0,2 l

0,2 l

0,1 l

4

2.3.

It-test tan-nar Nru 2 huwa magħmul minn pool tal-eptan u żewġ fajberbords imxarrba bid-diżil, b'densità xotta ta' 3,5 kg/m3. Id-dimensjonijiet tal-fajberbords għandhom ikunu 12 mm × 295 mm × 190 mm. Il-fajberbords għandhom ikunu magħmula minn tal-anqas 90 fil-mija materja prima tal-injam. Il-kontenut ta' ndewwa fil-bords qabel ma jiġu mgħaddsa fiż-żejt diżil ma għandux ikun aktar minn 7 fil-mija. Qabel it-test, il-fajberbords għandhom jiġu mgħaddsa kompletament fiż-żejt diżil għal mill-inqas 10 minuti u mmuntati vertikalment fil-pool fire tray mhux aktar minn 10 minuti qabel jinbeda t-test.

2.4.

In-Nirien tat-test Nri 5 u 6 huma magħmula minn nirien ta' spray tad-diżil filwaqt li n-Nar tat-test Nru 7 huwa magħmul minn nar provokat minn tqattir taż-żejt (permezz ta' tqabbid provokat minn superfiċe taħraq).

Iż-żennuna tan-nar tat-test Nru 5 għandha tkun tat-tip Lechler 460.368.30 jew ekwivalenti. Iż-żennuna tan-nar tat-test Nru 6 għandha tkun tat-tip Lechler 212.245.11 jew ekwivalenti. Iż-żennuna tan-nar tat-test Nru 7 għandha tkun tat-tip Danfoss 0.60X80H jew ekwivalenti.

3.   INSTALLAZZJONI TAS-SISTEMA TA' TRAŻŻIN TAN-NAR

3.1.

Sabiex tiġi ssodisfata d-dispożizzjoni tar-rata ta' disċarġ minima, is-sistema tat-tifi tan-nar għandha tiġi installata bil-kapaċità dimensjonali massima tagħha fir-rigward tan-numru ta' fittings u d-daqs u t-tul tal-pajp, jekk ikun rilevanti. Iċ-ċilindru għandu jintuża bil-kapaċità normali tiegħu u ċ-ċilindru jew l-iskartoċċ tal-gass jiġu mimlija bil-gass propellant taħt pressjoni ta' mhux aktar mill-pressjoni normali ta' tħaddim, jekk rilevanti.

3.2.

Is-sistema ta' trażżin tan-nar għandha tiġi installata mill-manifattur jew mill-fornitur tas-sistema. Il-Figura 11 turi ż-żoni fejn jistgħu jiġu ppożizzjonati l-punti ta' disċarġ tal-aġent għat-tifi tan-nar, bħal żennuni, ġeneraturi tal-aġent għat-tifi tan-nar jew tubi tad-disċarġ tal-aġent għat-tifi tan-nar. Il-punti ta' disċarġ għandhom ikunu fin-naħa ta' ġewwa tal-apparat tat-test, f'żewġ żoni differenti:

(a) 

Fis-saqaf u fil-ħajt ta' wara. Il-punti ta' disċarġ fis-saqaf għandhom ikunu tal-anqas 750 mm 'il fuq mil-livell tal-art (z ≥ 0,75) u 'l barra mill-Ostruzzjoni 1. Iż-żennuni fil-ħajt ta' wara għandhom ikunu mhux aktar minn 350 mm mill-ħajt ta' wara (y ≥ 1,15) u mhux inqas minn 450 mm mil-livell tal-art (z ≥ 0,45). Il-Figuri 17 u 18 juru ż-żona fejn iż-żennuni jistgħu jiġu ppożizzjonati.

(b) 

Fil-kaxxa ż-żgħira (meqjusa bħala l-Ostruzzjoni 4) fin-naħa ta' wara tal-apparat tat-test. Iż-żennuni għandhom ikunu fis-saqaf tal-kaxxa u mhux inqas minn 290 mm mill-art (z ≥ 0,29).

Figura 11

Il-pożizzjonament taż-żennuni kif jidher min-naħa ta' wara tal-apparat tat-test

image

3.3.

L-assemblaġġ u l-konfigurazzjoni tas-sistema għandhom jiġu osservati u ddokumentati qabel it-test (eż. l-ammont ta' aġent ta' trażżin tan-nar u ta' gass propellanti, il-pressjoni tas-sistema, in-numru, it-tip u l-pożizzjoni tal-punti ta' disċarġ, it-tul tal-pajpijiet u n-numru ta' fittings).

It-temperatura għandha titkejjel waqt it-testijiet tat-tqabbid mill-ġdid fil-pożizzjonijiet speċifikati fl-Appendiċi 1.

3.4.

Metodu tat-test

3.4.1.

Il-pool fire trays għandhom jiġu mimlija bid-diżil u l-eptan miżjuda mal-ilma skont it-Tabella 7. Meta l-fajberbords ikunu meħtieġa biex jintużaw bħala sors tan-nar, dawn għandhom jiġu mgħaddsa fiż-żejt diżil, qabel it-test, skont l-istruzzjonijiet indikati fil-paragrafu 2.3 ta' hawn fuq.

3.4.2.

Ikun meħtieġ ħin ta' qabel il-ħruq, abbażi tal-informazzjoni stipulata fl-Appendiċi 2 sa 5. Il-ħin ta' qabel il-ħruq jitkejjel mill-ħin li fih jitqabbad l-ewwel nar. Il-pool fires fix-xenarji tat-test kollha għandhom jitqabbdu fil-ħin permess għat-tqabbid, skont l-Appendiċi 2 sa 5, fejn jintuża sors tat-tqabbid xieraq. It-testijiet tan-nar b'qawwa baxxa indikati fit-Tabella 1 tal-Appendiċi 3 jistgħu jitwettqu jew individwalment jew fl-istess ħin.

3.4.3.

F'xi wħud mix-xenarji tat-test jintuża fann sabiex tinkiseb rata ta' fluss ta' arja speċifika għal ġewwa l-apparat tat-test. Il-fann jibda jitħaddem 30 sekonda qabel ma tiġi attivata s-sistema ta' trażżin tan-nar. Il-fann għandu jibqa' jaħdem sakemm jiġi ddeterminat ir-riżultat tat-test.

3.4.4.

F'xi wħud mix-xenarji tat-test jintuża spray tad-diżil. Is-spray tad-diżil għandu jiġi attivat 10 sekondi qabel l-attivazzjoni tas-sistema ta' trażżin tan-nar. Is-spray tad-diżil għandu jibqa' attiv sakemm jiġi ddeterminat ir-riżultat tat-test.

3.4.5.

Wara li jgħaddi l-ħin ta' qabel il-ħruq stipulat, is-sistema ta' trażżin tan-nar għandha tiġi attivata manwalment jew awtomatikament.

3.4.6.

Għat-test tat-tqabbid mill-ġdid, it-tubu tal-mudell tal-manifold tal-egżost jiġi msaħħan minn qabel permezz ta' burner, qabel it-twettiq tat-test. Għal kombustjoni aħjar, mal-fjamma tista' tiġi miżjuda arja taħt pressjoni. It-tubu għandu jiġi msaħħan min-naħa ta' ġewwa sakemm it-temperatura ta' Tc2 tkun ogħla minn 600 °C u ta' Tc1 tkun ogħla minn 570 °C u t-temperaturi ta' Tc5, Tc6 u Tc7 ma jkunux inqas minn 520 °C. Il-proċedura tat-tisħin minn qabel tieqaf hekk kif jintlaħqu t-temperaturi predefiniti. Wara 30 sekonda, iż-żejt tal-magna għandu jibda jitqattar u s-sistema ta' trażżin tan-nar tiġi attivata 15-il sekonda wara. Iż-żejt tal-magna għandu jaqbad qabel l-attivazzjoni tas-sistema ta' trażżin tan-nar. Iż-żejt għandu jkompli jqattar fuq it-tubu sakemm jiġi ddeterminat ir-riżultat tat-test.

4.   TOLLERANZI

4.1.

Għandha tiġi applikata tolleranza ta' ± 5 fil-mija tal-valuri stipulati (għal valuri tal-ħin: ± 5 sekondi).




Appendiċi 2

Nar b'qawwa għolja



Tabella 1

Nirien tat-test

Nar tat-test Nru

(ara t-Tabella 6 fl-Appendiċi 1)

Deskrizzjoni

Koordinati [x; y; z]

(Ara l-Figura 1 fl-Appendiċi 1)

6

Nar minn spray (0,45 MPa, 0,19 kg/min)

[1,47; 0,73; 0,46]

3

Pool fire 200 mm × 300 mm

[0,97; 0,85; 0,70]

4

Dijametru tal-pool fire, 150 mm

[0,97; 1,28; 0,00]

3

Pool fire 200 mm × 300 mm

[1,54; 0,57; 0,36]

2

Pool fire 300 mm × 300 mm u 2 fajberbords

[1,54; 0,77; 0,36]

3

Pool fire 200 mm × 300 mm

[1,54; 0,13; 0,00]

Nota: Il-fann ma jintużax



Tabella 2

Il-proċedura tat-test

Ħin

Azzjoni

00:00

Ibda kejjel il-ħin

01:20

Qabbad il-pool fires (f'mhux aktar minn 20 sekonda)

01:50

Ibda s-spray tad-diżil

02:00

Attiva s-sistema ta' trażżin tan-nar

Figura 1

Pożizzjonament tan-nar tat-test, dehra min-naħa ta' quddiem

image

Figura 2

Pożizzjonament tan-nar tat-test, dehra min-naħa ta' wara

image




Appendiċi 3

Nar b'qawwa baxxa



Tabella 1

Nirien tat-test

Nar tat-test Nru

(ara t-Tabella 6 fl-Appendiċi 1)

Deskrizzjoni

Koordinati [x; y; z]

(Ara l-Figura 1 fl-Appendiċi 1)

4

Dijametru tal-pool fire, 150 mm

[0,02; 0,08; 0,00]

3

Pool fire 200 mm × 300 mm

[0,37; 0,57; 0,00]

4

Dijametru tal-pool fire, 150 mm

[0,45; 1,20; 0,00]

4

Dijametru tal-pool fire, 150 mm

[0,97; 1,28; 0,00]

4

Dijametru tal-pool fire, 150 mm

[1,54; 0,57; 0,00]

Nota: Il-fann huwa meħtieġ jiġġenera fluss ta' arja ta' 1,5 m3/s.



Tabella 2

Il-proċedura tat-test

Ħin

Azzjoni

00:00

Ibda kejjel il-ħin

01:00

Qabbad il-pool fires (f'mhux aktar minn 30 sekonda)

01:30

Ħaddem il-fann

02:00

Attiva s-sistema ta' trażżin tan-nar

Figura 1

Pożizzjonament tan-nar tat-test, dehra min-naħa ta' quddiem

image

Figura 2

Pożizzjonament tan-nar tat-test, dehra min-naħa ta' wara

image




Appendiċi 4

Nar b'qawwa għolja b'fann



Tabella 1

Nirien tat-test

Nar tat-test Nru

(ara t-Tabella 6 fl-Appendiċi 1)

Deskrizzjoni

Koordinati [x; y; z]

(Ara l-Figura 1 fl-Appendiċi 1)

5

Nar minn spray (0,45 MPa, 0,73 kg/min)

[0,37; 0,70; 0,46]

1

Pool fire 300 mm × 300 mm

[0,37; 0,47; 0,36]

2

Pool fire 300 mm × 300 mm u 2 fajberbords

[0,37; 0,77; 0,36]

1

Pool fire 300 mm × 300 mm

[0,37; 0,13; 0,00]

1

Pool fire 300 mm × 300 mm

[1,54; 0,13; 0,00]

Nota: Il-fann huwa meħtieġ jiġġenera fluss ta' arja ta' 1,5 m3/s.



Tabella 2

Il-proċedura tat-test

Ħin

Azzjoni

00:00

Ibda kejjel il-ħin

01:00

Qabbad il-pool fires (f'mhux aktar minn 20 sekonda)

01:30

Ħaddem il-fann

01:50

Ibda s-spray tad-diżil

02:00

Attiva s-sistema ta' trażżin tan-nar

Figura 1

Pożizzjonament tan-nar tat-test, dehra min-naħa ta' quddiem

image




Appendiċi 5

Test tat-tqabbid mill-ġdid



Tabella 1

Nirien tat-test

Nar tat-test Nru

(ara t-Tabella 6 fl-Appendiċi 1)

Deskrizzjoni

Koordinati [x; y; z]

(Ara l-Figura 1 fl-Appendiċi 1)

7

Nar provokat minn tqattir taż-żejt (0,2 MPa, 0,01 kg/min)

[0,82; 0,28; 1,22]



Tabella 2

Il-proċedura tat-test

Ħin

Azzjoni

Qabel it-test

Saħħan it-tubu minn qabel

00:00

Jintlaħqu t-temperaturi predefiniti

00:30

Ibda t-tqattir taż-żejt

00:45

Attiva s-sistema ta' trażżin tan-nar (iż-żejt għandu jaqbad qabel l-attivazzjoni)

Figura 1

Pożizzjonament tan-nar tat-test, dehra min-naħa ta' quddiem

image



( 1 ) Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.3, para. 2 - www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html

( 2 ) L-użu ta' dawn il-vetturi jista' jkun suġġett għal regoli stabbiliti mill-Amministrazzjonijiet Nazzjonali.

( 3 ) In-numri li jiddistingwu l-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 huma riprodotti fl-Anness 3 għar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.3, Anness 3 — www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html

( 4 ) Ħassar fejn mhux applikabbli (hemm każijiet fejn ma għandu jitħassar xejn meta tkun applikabbli aktar minn entrata waħda).

( 5 ) Nota ta' spjegazzjoni: Meta jkun applikabbli, id-dokumentazzjoni meħtieġa skont l-Anness 13, Parti 2, paragrafu 1.3 għandha tiġi miżjuda wkoll.

( 6 ) Fil-każ ta' vettura artikolata, speċifika n-numru ta' sits f'kull sezzjoni riġida.

( 7 ) Jekk il-vettura hija mgħammra biex iġġorr siġġijiet tar-roti, indika hawnhekk in-numru massimu li jista' jinġarr. Jekk il-kapaċità ta' passiġġieri tiddependi fuq in-numru ta' siġġijiet tar-roti li jistgħu jinġarru, indika l-kombinazzjonijiet permissibbli ta' passiġġieri bilqiegħda, bilwieqfa u fuq siġġu tar-roti.

( 8 ) Ħassar fejn mhux applikabbli (hemm każijiet fejn ma għandu jitħassar xejn meta tkun applikabbli aktar minn entrata waħda).

( 9 ) Fil-każ ta' vettura artikolata, speċifika n-numru ta' sits f'kull sezzjoni riġida.

( 10 ) Jekk il-vettura hija mgħammra biex iġġorr siġġijiet tar-roti, indika hawnhekk in-numru massimu li jista' jinġarr. Jekk il-kapaċità ta' passiġġieri tiddependi fuq in-numru ta' siġġijiet tar-roti li jistgħu jinġarru, indika l-kombinazzjonijiet permissibbli ta' passiġġieri bilqiegħda, bilwieqfa u fuq siġġu tar-roti.

( 11 ) Ħassar fejn mhux applikabbli (hemm każijiet fejn ma għandu jitħassar xejn meta tkun applikabbli aktar minn entrata waħda).

( *1 ) Dan in-numru huwa mogħti biss bħala eżempju.