|
6.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 118/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/693
tas-7 ta' Frar 2019
li jemenda r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 481/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli speċifiċi dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa għall-programmi ta' kooperazzjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 18(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 481/2014 (2) jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar l-eliġibbiltà tal-kostijiet marbuta mal-persunal għall-programmi ta' kooperazzjoni. Dik id-dispożizzjoni tirreferi għall-Artikoli 67 u 68 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) dwar l-eliġibbiltà u l-għażliet tal-ispejjeż issimplifikati. Dawn l-Artikoli, kif emendati bir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), kif ukoll l-Artikolu 68a tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, kif introdott bir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, ġew ristrutturati. Jenħtieġ għalhekk li r-referenzi għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u għall-istruttura tal-Artikolu 3(3) sal-Artikolu 5 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 481/2014 jiġu emendati skont dan. |
|
(2) |
L-implimentazzjoni tal-punt (i) tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 481/2014 dwar wieħed miż-żewġ metodi għall-kalkolu ta' rata fis-siegħa fir-rigward tal-karigi part-time tal-persunal b'għadd flessibbli ta' sigħat maħduma għal kull xahar, kienet diffiċli li tiġi applikata fil-prattika, b'mod partikolari fil-każijiet li fihom id-dokument tal-impjieg ma jistipulax il-ħin tax-xogħol ta' kull xahar, iżda l-ħin tax-xogħol ta' kull ġimgħa. Jenħtieġ għalhekk li l-punt (i) tal-Artikolu 3(6) ta' dak ir-Regolament jiġi emendat sabiex tiġi kkalkulata rata unika fis-siegħa abbażi tal-għadd ta' sigħat maħduma għal kull xahar. Jenħtieġ li dan il-metodu jqis ukoll id-differenzi bejn l-Istati Membri u l-kuntratti ta' impjieg fir-rigward tal-liv annwali u l-festi pubbliċi, kif speċifikat fid-dokument tal-impjieg individwali, skont il-liġi jew ftehimiet konklużi mis-sħab soċjali (impjegaturi u impjegati) fil-livell tal-impjegatur ta' membru speċifiku tal-persunal jew fil-livell tas-settur rilevanti jew fil-livell nazzjonali. Din il-kjarifika jenħtieġ li tapplika għall-perjodu ta' programmazzjoni kollu kemm hu sabiex jiġi żgurat sett koerenti ta' regoli, jiġifieri mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 481/2014. |
|
(3) |
B'konformità mal-Artikolu 149(3a) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament kienu soġġetti għal konsultazzjoni mal-esperti deżinjati minn kull Stat Membru b'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (5). |
|
(4) |
Sabiex tkun żgurata ċ-ċertezza ġuridika u biex id-diskrepanzi bejn id-dispożizzjonijiet emendati tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 li japplikaw mit-2 ta' Awwissu 2018 jew qabel f'konformità mal-Artikolu 282 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jinżammu kemm jista' jkun baxxi, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(5) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 481/2014 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 481/2014 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej: “3. Il-kostijiet marbuta mal-persunal jistgħu jiġu rimborżati:
|
|
(2) |
il-punt (a) tal-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
|
(3) |
jitħassar il-paragrafu 5; |
|
(4) |
il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej: “6. Fir-rigward tal-karigi part-time msemmija taħt il-punt (b) tal-paragrafu 4, ir-rimborż tal-kostijiet marbuta mal-persunal għandu jiġi kkalkulat fuq bażi ta' rata unika fis-siegħa ddeterminata billi:
Ir-rata fis-siegħa għandha tiġi mmultiplikata bl-għadd ta' sigħat li jkunu effettivament inħadmu waqt l-operazzjoni.”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punt 4 tal-Artikolu 1 għandu japplika mill-14 ta' Mejju 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Frar 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 259.
(2) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 481/2014 tal-4 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli speċifiċi dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa għall-programmi ta' kooperazzjoni (ĠU L 138, 13.5.2014, p. 45).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).
(4) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(5) Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).