Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni li tidentifika l-akrilamidu bħala sustanza ta’ tħassib serju ħafna allegatament adottata mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) fis-7 ta’ Diċembru 2009 skont l‑Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal‑Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l‑awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d‑Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, p. 1-850)
Dispożittiv
1) It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2) L-ispejjeż huma rriżervati.