|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/868 |
19.3.2024 |
REGOLAMENT (UE) 2024/868 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-13 ta’ Marzu 2024
li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/917/ĠAI fir-rigward tal-allinjament tagħha mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 16(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) tipprevedi regoli armonizzati għall-protezzjoni u għall-moviment liberu ta’ data personali pproċessata għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-investigazzjoni, tas-sejbien jew tal-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew tal-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, inkluża s-salvagwardja kontra theddid għas-sigurtà pubblika u l-prevenzjoni tiegħu. Dik id-Direttiva tirrikjedi li l-Kummissjoni tirrieżamina atti rilevanti oħra adottati mill-Unjoni sabiex tivvaluta l-ħtieġa li tallinjahom ma’ dik id-Direttiva, u meta jkun il-każ tagħmel il-proposti neċessarji biex temenda dawk l-atti biex tiżgura approċċ konsistenti għall-protezzjoni tad-data personali fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/917/ĠAI (3) tistabbilixxi s-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali (SID), li l-finijiet tagħha huma li tassisti fil-prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ ksur serju tal-liġijiet nazzjonali billi tipprovdi informazzjoni aktar malajr u b’hekk iżżid l-effettività tal-amministrazzjonijiet doganali tal-Istati Membri. Is-SID tikkonsisti f’bażi tad-data ċentrali li taħżen id-data personali, pereżempju l-ismijiet u l-kunjomijiet, l-indirizzi, in-numri tad-dokumenti ta’ identità, relatati ma’ komoditajiet, il-mezzi ta’ trasport, in-negozji jew il-persuni u oġġetti jew kontanti miżmuma, sekwestrati jew ikkonfiskati. Il-bażi tad-data ċentrali hija ġestita mill-Kummissjoni, li ma għandhiex aċċess għad-data personali maħżuna fiha. L-awtoritajiet nominati mill-Istati Membri għandhom id-dritt li jaċċedu għall-bażi tad-data ċentrali u jistgħu jdaħħlu u jikkonsultaw l-informazzjoni maħżuna fiha. L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) għandhom, fil-limiti tal-mandati rispettivi tagħhom u għal finijiet tat-twettiq tal-kompiti tagħhom, id-dritt li jaċċedu għad-data mdaħħla fil-bażi tad-data ċentrali mill-awtoritajiet nominati mill-Istati Membri u li jfittxu dik id-data. |
|
(3) |
Sabiex jiġi żgurat approċċ konsistenti għall-protezzjoni tad-data personali fl-Unjoni, id-Deċiżjoni 2009/917/ĠAI jenħtieġ li tiġi emendata sabiex tiġi allinjata mad-Direttiva (UE) 2016/680. B’mod partikolari, ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali stabbiliti f’din id-Deċiżjoni jenħtieġ li jirrispettaw il-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop, ikunu limitati għal kategoriji speċifikati ta’ suġġetti tad-data u kategoriji ta’ data personali, jirrispettaw ir-rekwiżiti tas-sigurtà tad-data, jinkludu protezzjoni addizzjonali għal kategoriji speċjali ta’ data personali u jirrispettaw il-kundizzjonijiet għall-ipproċessar sussegwenti. Barra minn hekk, jenħtieġ li tiġi prevista s-superviżjoni koordinata tal-funzjonament tas-SID min-naħa tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
|
(4) |
Sabiex jiġi żgurat approċċ ċar u konsistenti li jiżgura protezzjoni adegwata tad-data personali, it-terminu “ksur serju” użat fid-Deċiżjoni 2009/917/ĠAI jenħtieġ li jiġi sostitwit b’“reati kriminali” kif imsemmi fid-Direttiva (UE) 2016/680, filwaqt li wieħed iżomm f’moħħu li l-fatt li mġiba partikolari hija pprojbita skont il-liġi kriminali ta’ Stat Membru fih innifsu jimplika ċertu livell tas-serjetà tal-ksur. Barra minn hekk, il-fini tas-SID jenħtieġ li jibqa’ limitat għall-assistenza fil-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni tar-reati kriminali skont il-liġijiet nazzjonali kif definiti fid-Deċiżjoni 2009/917/ĠAI, jiġifieri, il-liġijiet nazzjonali li jaqgħu fil-kompetenza tal-amministrazzjonijiet doganali tal-Istati Membri u li għalhekk huma partikolarment rilevanti fil-kuntest tad-dwana. Għaldaqstant, filwaqt li l-kwalifika bħala reat kriminali hija rekwiżit meħtieġ, dan ma jfissirx li r-reati kriminali kollha skont il-liġijiet nazzjonali huma koperti mid-Deċiżjoni 2009/917/ĠAI. Pereżempju, ir-reati kriminali tat-traffikar illeċitu tad-drogi, it-traffikar illeċitu tal-armi u l-ħasil tal-flus huma koperti mid-Deċiżjoni 2009/917/ĠAI. Barra minn hekk, is-sostituzzjoni tat-terminu “ksur serju” bit-terminu “reati kriminali” jenħtieġ li ma tinftihemx li taffettwa r-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fid-Deċiżjoni 2009/917/ĠAI dwar l-istabbiliment u t-trażmissjoni min-naħa ta’ kull Stat Membru ta’ lista ta’ reati kriminali skont il-liġijiet nazzjonali tagħhom li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet għall-finijiet tal-bażi tad-data għall-identifikazzjoni ta’ fajls doganali. |
|
(5) |
Huma u jipproċessaw id-data personali fil-qafas tad-Deċiżjoni 2009/917/ĠAI, mingħajr preġudizzju għar-regoli speċifiċi li jinsabu f’dik id-Deċiżjoni, l-Istati Membri huma soġġetti għad-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom adottati skont id-Direttiva (UE) 2016/680, il-Kummissjoni hija soġġetta għar-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/1725, l-Europol hija soġġetta għar-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u l-Eurojust hija soġġetta għar-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Dawk l-atti jirregolaw, fost l-oħrajn, l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-kontrolluri, tal-kontrolluri konġunti u tal-proċessuri, u r-relazzjoni bejniethom f’dak li għandu x’jaqsam mal-protezzjoni tad-data personali. L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali responsabbli li jiżguraw il-monitoraġġ u l-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/680 f’kull Stat Membru jenħtieġ li jkunu kompetenti għall-monitoraġġ u għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati mal-protezzjoni tad-data personali stabbiliti fid-Deċiżjoni 2009/917/ĠAI min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jenħtieġ li jkun responsabbli li jiżgura l-monitoraġġ u l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati mal-protezzjoni tad-data personali stabbiliti fid-Deċiżjoni 2009/917/ĠAI min-naħa tal-Kummissjoni, tal-Europol u tal-Eurojust. |
|
(6) |
Bil-għan li tiġi żgurata l-aħjar preservazzjoni tad-data fis-SID, filwaqt li jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-awtoritajiet kompetenti, u bi qbil mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 (7), il-proċedura li tirregola ż-żamma tad-data personali fis-SID jenħtieġ li tiġi ssimplifikata billi jitneħħa l-obbligu li kull sena tiġi rieżaminata l-ħtieġa għaż-żamma ta’ data personali u billi jiġi stabbilit perjodu massimu ta’ żamma ta’ ħames snin li jista’ jiżdied b’perjodu addizzjonali ta’ sentejn dment li tali żieda tkun ġustifikata. Dak il-perjodu ta’ żamma huwa meħtieġ u proporzjonat fid-dawl tat-tul tipiku tal-proċedimenti kriminali u n-neċessità tad-data biex isiru operazzjonijiet doganali konġunti u investigazzjonijiet. |
|
(7) |
L-ipproċessar ta’ data personali skont id-Deċiżjoni 2009/917/ĠAI jinvolvi l-ipproċessar, l-iskambju u l-użu sussegwenti ta’ informazzjoni rilevanti għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 87 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Għall-finijiet tal-konsistenza u tal-protezzjoni effettiva tad-data personali, l-ipproċessar tad-data personali skont id-Deċiżjoni 2009/917/ĠAI jenħtieġ li jkun konformi mal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, inklużi s-salvagwardji kontra theddid għas-sigurtà pubblika u l-prevenzjoni tiegħu. |
|
(8) |
F’konformità mal-Artikolu 6a tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward taż-żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u mat-TFUE, l-Irlanda hija marbuta bid-Deċiżjoni 2009/917/ĠAI u għalhekk qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
|
(9) |
F’konformità mal-Artikoli 1, 2 u 2a tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-TUE u mat-TFUE, id-Danimarka hija marbuta bid-Deċiżjoni 2009/917/ĠAI u għaldaqstant qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
|
(10) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta l-opinjoni tiegħu fl-4 ta’ Lulju 2023. |
|
(11) |
Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 2009/917/ĠAI jenħtieġ li tiġi emendata skont dan, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2009/917/ĠAI hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Il-fini tas-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali, f’konformità ma’ din id-Deċiżjoni, għandu jkun li tassisti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali skont il-liġijiet nazzjonali, billi tipprovdi informazzjoni aktar malajr, u b’hekk isaħħaħ l-effettività tal-proċeduri ta’ kooperazzjoni u ta’ kontroll tal-amministrazzjonijiet doganali tal-Istati Membri.” |
|
(2) |
l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
fl-Artikolu 3(1), il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej: “Is-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali għandha tikkonsisti f’bażi ta’ data ċentrali aċċessibbli permezz ta’ terminals f’kull Stat Membru. Din għandha tinkludi esklussivament data meħtieġa biex tikseb l-finijiet tagħha kif iddikjarat fl-Artikolu 1(2), inkluża data personali, fil-kategoriji li ġejjin:”; |
|
(4) |
l-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
fl-Artikolu 5, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Għall-fini tal-azzjonijiet msemmijin fil-paragrafu 1, id-data personali li taqa’ fi kwalunkwe waħda mill-kategoriji msemmijin fl-Artikolu 3(1) tista’ tiddaħħal fis-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali biss jekk ikun hemm bażi raġonevoli, b’mod partikolari abbażi ta’ attivitajiet illegali preċedenti, li jissuġġerixxu li l-persuna kkonċernata wettqet, qiegħda twettaq jew se twettaq reat kriminali skont il-liġijiet nazzjonali.” |
|
(6) |
l-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
|
|
(7) |
l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:
|
|
(8) |
fl-Artikolu 13, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej: “5. Soġġett għal din id-Deċiżjoni, meta, fi kwalunkwe Stat Membru, qorti jew awtorità kompetenti oħra f’dak l-Istat Membru, tieħu deċiżjoni definittiva dwar l-immodifikar, is-supplimentar, ir-rettifikar jew it-tħassir ta’ data fis-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali, l-Istati Membri jimpenjaw lilhom infushom reċiprokament biex jinfurzaw din id-deċiżjoni. F’każ ta’ kunflitt bejn dawn id-deċiżjonijiet ta’ qrati jew ta’ awtoritajiet kompetenti oħrajn fi Stati Membri differenti, inklużi tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, dwar ir-rettifikar jew it-tħassir, l-Istat Membru li jkun daħħal id-data inkwistjoni għandu jħassarha minn dik is-sistema.” |
|
(9) |
l-Artikolu 14 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 14 “Id-data personali mdaħħla fis-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali għandha tinżamm biss għaż-żmien meħtieġ biex jintlaħaq il-fini msemmi fl-Artikolu 1(2) u ma tistax tinżamm għal aktar minn ħames snin. Madankollu, b’mod eċċezzjonali, dik id-data tista’ tinżamm għal perjodu addizzjonali ta’ massimu ta’ sentejn, meta u sa fejn dan ikun meħtieġ biex jintlaħaq dak il-fini hija stabbilita f’każ individwali.” |
|
(10) |
l-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:
|
|
(11) |
l-Artikolu 20 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 20 Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’din id-Deċiżjoni:
(*2) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39)." (*3) Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53)." (*4) Ir-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 138).”;" |
|
(12) |
l-Artikoli 22, 23, 24 u 25 huma mħassra; |
|
(13) |
l-Artikolu 26 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 26 1. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jkun responsabbli li jiżgura l-monitoraġġ tal-ipproċessar ta’ data personali min-naħa tal-Kummissjoni skont din id-Deċiżjoni u t-twettiq tiegħu f’konformità ma’ din id-Deċiżjoni. Konsegwentement, għandhom japplikaw il-kompiti u s-setgħat imsemmija fl-Artikoli 57 u 58 tar-Regolament (UE) 2018/1725. 2. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jwettaq awditjar tal-ipproċessar ta’ data personali min-naħa tal-Kummissjoni skont din id-Deċiżjoni f’konformità mal-istandards internazzjonali tal-awditjar mill-inqas kull ħames snin. Għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali rapport ta’ dak l-awditjar. 3. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, li jaġixxu fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, għandhom jikkooperaw b’mod attiv fil-qafas tar-responsabbiltajiet tagħhom biex jiżguraw superviżjoni koordinata tal-funzjonament tas-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali f’konformità mal-Artikolu 62 tar-Regolament (UE) 2018/1725.” |
|
(14) |
fl-Artikolu 27, il-paragrafu 2, il-punt (a), huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(15) |
l-Artikolu 28 huwa emendat kif ġej:
|
|
(16) |
l-Artikolu 29 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 29 L-amministrazzjoni doganali kompetenti msemmija fl-Artikolu 10(1) għandha tkun responsabbli għall-miżuri ta’ sigurtà mniżżlin fl-Artikolu 28, rigward it-terminals allokati fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, il-funzjonijiet ta’ reviżjoni mniżżlin fl-Artikoli 14 u 19, kif ukoll, barra minn hekk, għall-applikazzjoni korretta ta’ din id-Deċżjoni safejn huwa meħtieġ skont il-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri ta’ dak l-Istat Membru.” |
|
(17) |
fl-Artikolu 30, il-paragrafu 1 huwa mħassar. |
Artikolu 2
Sad-9 ta’ Ottubru 2025, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, id-data personali mdaħħla fis-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali qabel it-8 ta’ April 2024 għandha tiġi rieżaminata mill-Istati Membri li jkunu daħħlu dik id-data, jekk neċessarju, aġġornata jew imħassra biex jiġi żgurat li l-ipproċessar tagħha tkun konformi mad-Deċiżjoni 2009/917/ĠAI kif emendata minn dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Strasburgu, it-13 ta’ Marzu 2024.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
H. LAHBIB
(1) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Frar 2024 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2024.
(2) Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/917/ĠAI tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar l-użu tat-teknoloġija tal-informatika għall-finijiet doganali (ĠU L 323, 10.12.2009, p. 20).
(4) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(5) Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).
(6) Ir-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 138).
(7) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta’ Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli (ĠU L 82, 22.3.1997, p. 1).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/868/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)