8.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 298/23


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1110/2013

tal-5 ta’ Novembru 2013

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Queso Los Beyos (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1151/2012, it-talba minn Spanja biex id-denominazzjoni “Queso Los Beyos” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Queso Los Beyos” għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 14.12 2012, p. 1.

(2)   ĠU C 60, 1.3.2013, p. 11.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.3.   Ġobnijiet

SPANJA

Queso Los Beyos (IĠP)