|
13.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 449/37 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9206 — Equistone Partners Europe/Courir)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 449/10)
1.
Fl-4 ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Equistone Partners Europe S.A.S (“EPE SAS”, Franza), |
|
— |
Courir France S.A.S (“Courir”, Franza). |
EPE SAS takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ Courir kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
EPE SAS hija ditta tal-investiment stabbilita fil-forma ta’ kumpanija ta’ ishma ssiplifikata b’investimenti f’kumpaniji b’valuri ta’ intrapriża ta’ bejn EUR 50 miljun u EUR 500 miljun, |
|
— |
Courir hija attiva fil-bejgħ bl-imnut ta’ xedd tas-saqajn u f’livell inqas ta’ ħwejjeġ tal-isports u aċċessorji minn ħwienet speċjalizzati. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:
M.9206 — Equistone Partners Europe/Courir
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).