12.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/9


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10119 — Deme Concessions/CDC/Région Occitanie/Port-La Nouvelle)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 83/07)

1.   

Fil-5 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Deme Concessions NV (“Deme Concessions”, il-Belġju),

—

Caisse des dépôts et consignations (“CDC”, Franza),

—

Région Occitanie/Pyrénées-Méditerranée (“Région Occitanie”, Franza),

—

Port-La Nouvelle (“Port-La Nouvelle”, Franza), port kummerċjali li huwa proprjetà tar-Reġjun ta’ Occitanie.

Deme Concessions permezz tal-kumpanija ta’ investiment Nou Vela, CDC u Région Occitanie jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-operat tal-port tal-kummerċ ta’ Port-La Nouvelle permezz ta’ kumpanija waħda b’ekonomija mħallta.

Il-konċentrazzjoni hija implimentata permezz ta’ kuntratt ta’ konċessjoni ta’ servizz pubbliku.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Deme Concessions: il-ġestjoni tal-konċessjonijiet, b’mod partikolari fil-qasam tal-infrastruttura marittima,

—

CDC: self u investimenti pubbliċi, kif ukoll il-ġestjoni ta’ fondi privati li għalihom l-awtoritajiet pubbliċi jixtiequ jipprovdu protezzjoni speċjali,

—

Région Occitanie: l-awtorità lokali Franċiża li għandha l-port tal-kummerċ ta’ Port-La Nouvelle,

—

Port-La Nouvelle: port kummerċjali li huwa proprjetà tar-Reġjun ta’ Occitanie u li bħalissa huwa ġestit mill-Kamra tal-Kummerċ u l-Industrija ta’ Aude.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Dawn il-kummenti jeħtieġ li jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara id-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li dejjem tiġi speċifikata din ir-referenza:

M.10119 — Deme Concessions/CDC/Région Occitanie/Port-La Nouvelle

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

Commission européenne

Direction générale de la concurrence

Greffe des concentrations

1049 Bruxelles

BELGIQUE


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.