|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2023/2640 |
23.11.2023 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/2640
tal-20 ta' Novembru 2023
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, dwar l-emendar tal-Anness IV (Enerġija) għall-Ftehim ŻEE (EPBD: qafas ta’ metodoloġija komparattiva)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 194(2), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1994. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista’ jiddeċiedi li jemenda, fost l-oħrajn, l-Anness IV (Enerġija) għall-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 244/2012 (3) jenħtieġ li jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness IV (Enerġija) għall-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
Għalhekk, il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta tal-Anness IV (Enerġija) għall-Ftehim ŻEE, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Novembru 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
H. CREVITS
(1) ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.
(3) Ir-Regolament ta' delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 244/2012 tas-16 ta' Jannar 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija billi jistabbilixxi qafas ta' metodoloġija komparattiva għall-kalkolu tal-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku tal-bini u tal-elementi tal-bini (ĠU L 81, 21.3.2012, p. 18).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru ...
ta’ ...
li temenda l-Anness IV (Enerġija) għall-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 244/2012 tas-16 ta' Jannar 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija billi jistabbilixxi qafas ta' metodoloġija komparattiva għall-kalkolu tal-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku tal-bini u tal-elementi tal-bini (1) ser jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Minħabba l-ispeċifiċitajiet tal-istokk tal-bini relattivament reċenti u uniformi tal-Iżlanda, intlaħaq qbil dwar eżenzjoni temporanja u kondizzjonali mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2010/31/UE dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, skont id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 135/2022 tad-29 ta’ April 2022 li temenda l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim ŻEE. Din l-eżenzjoni tapplika għad-Direttiva 2010/31/UE kif kienet fis-seħħ qabel l-emenda bid-Direttiva (UE) 2018/844 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) Nru 244/2012 ma japplikax għall-Iżlanda. L-eżenzjoni hija strettament limitata fiż-żmien u jenħtieġ li tapplika biss sakemm isir qbil dwar l-inkorporazzjoni tad-Direttiva 2010/31/UE kif emendata bid-Direttiva (UE) 2018/844 fil-Ftehim ŻEE. Ftehim jenħtieġ li jitqies li ntlaħaq ladarba d-Direttiva 2010/31/UE kif emendata bid-Direttiva (UE) 2018/844 tkun ġiet inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness IV għall-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 17 (id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness IV għall-Ftehim ŻEE:
|
“17 a. |
32012 R 0244: Ir-Regolament ta' delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 244/2012 tas-16 ta' Jannar 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija billi jistabbilixxi qafas ta' metodoloġija komparattiva għall-kalkolu tal-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku tal-bini u tal-elementi tal-bini (ĠU L 81, 21.3.2012, p. 18). Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jinqraw bl-adattament li ġej: Ir-Regolament ma għandux japplika għall-Iżlanda.”. |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 244/2012 bl-Iżlandiż u n-Norveġiż, li ser jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi …, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 135/2022 tad-29 ta’ April 2022 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, ....
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Is-Segretarji
Tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
(1) ĠU L 81, 21.3.2012, p. 18.
(*1) [Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.] [Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2640/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)