|
2.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 128/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/689
tal-14 ta’ Marzu 2022
li taħtar membru u żewġ membri supplenti, proposti mir-Repubblika tal-Estonja, fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Estonjan,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta. |
|
(2) |
Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025. Fil-25 ta’ Settembru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/1384 (3) li taħtar membru supplenti, propost mir-Repubblika tal-Estonja, fil-Kumitat tar-Reġjuni. Fil-25 ta’ Jannar 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2021/84 (4) li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Repubblika tal-Estonja, fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
|
(3) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġie propost għall-ħatra s-Sur Andres JAADLA sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
|
(4) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġew proposti għall-ħatra s-Sa Piret RAMMUL u s-Sa Marika SAAR saru vakanti s-siġġijiet ta’ żewġ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
|
(5) |
Il-Gvern Estonjan ippropona lis-Sur Andres JAADLA, rappreżentant ta’ korp lokali li għandu mandat elettorali ta’ awtorità lokali, Rakvere Linnavolikogu liige (Membru tal-Kunsill tal-Belt ta’ Rakvere) bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025. |
|
(6) |
Il-Gvern Estonjan ippropona r-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi lokali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità lokali bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025: Is-Sa Piret RAMMUL, Kanepi Vallavolikogu liige (Membru tal-Kunsill Muniċipali Rurali ta’ Kanepi) u s-Sa Marika SAAR, Elva Vallavolikogu liige (Membru tal-Kunsill Muniċipali Rurali ta’ Elva), |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi lokali li għandhom mandat elettorali huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025:
|
(a) |
bħala membru:
|
u
|
(b) |
bħala membri supplenti:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
É. BORNE
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta’ Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1384 tal-25 ta’ Settembru 2020 li taħtar membru supplenti, propost mir-Repubblika tal-Estonja, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 320, 2.10.2020, p. 8).
(4) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/84 tal-25 ta’ Jannar 2021 li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Repubblika tal-Estonja, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 29, 28.1.2021, p. 25).