1993D0052 — MT — 13.10.2016 — 023.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tal-21 Diċembru 1992, li tieħu nota tal-konformità ta’ ċerti Stati Membri jew reġjuni mal-kundizzjonijiet li jirrigwardaw il-bruċellosi (B.melitensis) u li tagħtihom l-istatus ta’ Stat Membru jew reġjun uffiċjalment ħieles mill-marda (ĠU L 013 21.1.1993, p. 14) |
Emendat bi:
Emendat bi:
|
C 241 |
21 |
29.8.1994 |
Ikkoreġut b'
|
(*) |
Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti. |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-21 Diċembru 1992,
li tieħu nota tal-konformità ta’ ċerti Stati Membri jew reġjuni mal-kundizzjonijiet li jirrigwardaw il-bruċellosi (B.melitensis) u li tagħtihom l-istatus ta’ Stat Membru jew reġjun uffiċjalment ħieles mill-marda
(93/52/KE)
L- Artikolu 1
L-Istati Membri u reġjuni msemmija rispettivament fl-Annessi I u II jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 91/68/KEE, l-Anness A, il-Kapitlu 1.II(1)(b).
L- Artikolu 2
L-Istati Membri u reġjuni msemmija rispettivament fl-Annessi I u II huma rikonoxxuti bħala li huma uffiċjalment ħielsa mill-marda tal-bruċellosi (B. melitensis).
L-Artikolu 2a
Għall-Awstrija, għall-Finlandja u għall-Isvezja il-Kummissjoni għandha tissuplimenta jekk meħtieġ l-Annessi I u II. Id-deċiżjonijiet xierqa għandhom ikunu adottati qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ l-Adeżjoni.
L- Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
Stati Membri uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis)
|
Kodiċi ISO |
Stat Membru |
|
BE |
Il-Belġju |
|
CZ |
Ir-Repubblika Ċeka |
|
DK |
Id-Danimarka |
|
DE |
Il-Ġermanja |
|
EE |
L-Estonja |
|
IE |
L-Irlanda |
|
CY |
Ċipru |
|
LV |
Il-Latvja |
|
LT |
Il-Litwanja |
|
LU |
Il-Lussemburgu |
|
HU |
L-Ungerija |
|
NL |
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
|
AT |
L-Awstrija |
|
PL |
Il-Polonja |
|
RO |
Ir-Rumanija |
|
SI |
Is-Slovenja |
|
SK |
Is-Slovakkja |
|
FI |
Il-Finlandja |
|
SE |
L-Isvezja |
|
UK |
Ir-Renju Unit |
ANNESS II
Reġjuni ta’ Stati Membri uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi (B. melitensis )
Fi Franza:
“Dipartimenti”:
Ain, Aisne, Allier, Alpes de Haute-Provence, Hautes-Alpes, Alpes-Maritimes, Ardèche, Ardennes, Ariège, Aube, Aude, Aveyron, Bouches-du-Rhône, Calvados, Cantal, Charente, Charente-Maritime, Cher, Corrèze, Corse-du-Sud, Haute-Corse, Côte-d'Or, Côtes-d'Armor, Creuse, Dordogne, Doubs, Drôme, Eure, Eure-et-Loir, Finistère, Gard, Haute-Garonne, Gers, Gironde, Hérault, Ille-et-Vilaine, Indre, Indre-et-Loire, Isère, Jura, Landes, Loir-et-Cher, Loire, Haute-Loire, Loire-Atlantique, Loiret, Lot, Lot-et-Garonne, Lozère, Maine-et-Loire, Manche, Marne, Haute-Marne, Mayenne, Meurthe-et-Moselle, Meuse, Morbihan, Moselle, Nièvre, Nord, Oise, Orne, Pas-de-Calais, Puy-de-Dôme, Hautes-Pyrénées, Pyrénées-Orientales, Bas-Rhin, Haut-Rhin, Rhône, Haute-Saône, Saône-et-Loire, Sarthe, Savoie, Haute-Savoie, Ville de Paris, Seine-Maritime, Seine-et-Marne, Yvelines, Deux-Sèvres, Somme, Tarn, Tarn-et-Garonne, Var, Vaucluse, Vendée, Vienne, Haute-Vienne, Vosges, Yonne, Territoire de Belfort, Essonne, Hauts-de-Seine, Seine-Saint-Denis, Val-de-Marne, Val-d'Oise.
Fl-Italja:
— Ir-Reġjun tal-Abruzzo: Il-Provinċja ta' Pescara,
— Il-Provinċja ta' Bolzano,
— Ir-Reġjun tal-Emilja-Romanja,
— Ir-Reġjun tal-Friuli-Venezia Giulia,
— Ir-Reġjun tal-Lazjo,
— Ir-Reġjun tal-Liguria,
— Ir-Reġjun tal-Lombardija,
— Ir-Reġjun tal-Marche,
— Ir-Reġjun tal-Moliże,
— Ir-Reġjun tal-Pjemonte,
— Ir-Regjun tal-Pulja: Il-Provinċja ta' Brindisi,
— Ir-Reġjun ta' Sardenja,
— Ir-Reġjun tat-Toskana,
— Il-Provinċja ta' Trento,
— Ir-Reġjun tal-Umbrija,
— Ir-Reġjun tal-Valle d'Aosta,
— Ir-Reġjun tal-Veneto.
Fil-Portugal:
Ir-Reġjun Awtonomu ta' l-Azores.
Fi Spanja:
— Il-Komunità Awtonoma tal-Asturji,
— Il-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Baleariċi,
— Il-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Kanarji: Il-Provinċji ta’ Santa Cruz de Tenerife, Las Palmas,
— Il-Komunità Awtonoma tal-Kantabrija,
— Il-Komunità Awtonoma ta’ Kastilja u León,
— Il-Komunità Awtonoma tal-Galizja,
— Il-Komunità Awtonoma ta’ Navarra,
— Il-Komunità Awtonoma tal-Pajjiż Bask.