Official Journal L 368 , 31/12/1980 P. 0060 - 0062
Greek special edition: Chapter 02 Volume 12 P. 0226
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3512/80 tat-23 ta' Diċembru 1980 li jidderoga dwar il-pajjiżi tas-suq komuni tal-Amerika Ċentrali minn Artikoli 1, 6 u 12 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3510/80 tat-23 ta' Diċembru 1980 dwar id-definizzjoni tal-kunċett tal-prodotti ta' oriġini għall-iskopijiet tal-applikazzjoni tal-preferenzi tat-tariffa mogħtija mill-Komunità Ekonomika Ewropea dwar ċerti prodotti mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Billi, għall-iskopijiet tal-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet tal-preferenzi tat-tariffa mogħtija mill-Komunità għal ċerti prodotti li joriġinaw f'pajjiżi li qed jiżviluppaw, r-regoli ta' oriġini huma bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3510/80 [1], minn issa 'l quddiem imsejjaħ ir-"Regolament Bażiku", stipulati dwar il-kondizzjonijiet li bihom il-prodotti jakkwistaw l-istat ta' prodotti ta' oriġini u l-mezz ta' evidenza u l-verifika tal-istat tagħhom; Billi s-suq komuni tal-Amerika Ċentrali stabbilixxa ko-operazzjoni ekonomika mill-viċin bejn il-Kosta Rika, El Salvador, il-Gwatemala, il-Ħonduras u n-Nikaragwa (minn issa 'l quddiem riferuti bħala l-pajjiżi tas-CACM ); billi d-disposizzjonijiet relattivi għall-akkwist tal-istat tal-prodotti ta' oriġini stipulati f'Artikolu 1 tar-Regolament Bażiku jistgħu, bl-addattamenti li hemm bżonn, jgħinu jiffaċilitaw din il-ko-operazzjoni u jinkoraġġixxu l-użu f'pajjiż wieħed tas-CACM tal-prodotti li joriġinaw f'pajjiż ieħor tas-CACM ; billi l-imsemmija disposizzjonijiet għandhom b'hekk ikunu emendati u regoli speċjali dwar il-mezz ta' evidenza u verifika tal-istat tal-prodotti ta' oriġini għandhom jiġu stipulati; billi għal dan l-għan hemm bżonn ikun provdut għat-talbiet għal verifika li jkunu ċentraliżżati ma' korp amministrattiv magħqud tas-suq komuni msemmi qabel; Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma b'mod konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Oriġini, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Minkejja d-disposizzjonijiet ta' Artikolu 1 tar-Regolament Bażiku, għandhom ukoll ikunu kunsidrati bħala prodotti li joriġinaw f'Kosta Rika, El Salvador, il-Gwatemala, il-Ħonduras jew in-Nikaragwa (minn issa 'l quddiem riferuti bħala l-pajjiżi tas-CACM ) dawk il-prodotti li skond dawk id-disposizzjonijiet akkwistaw f'wieħed minn dawk il-pajjiżi l-istat ta' prodotti ta' oriġini u li wara li kienu esportati minn dak il-pajjiż m'għaddewx minn xi ħidma jew proċessar f'xi pajjiż ieħor tas-CACM jew m'għaddewx minn ħidma jew proċessar biżżejjed f'xi tali pajjiż ieħor li jingħatalhom bis-saħħa tat-tali disposizzjonijiet l-istat tal-prodotti li joriġinaw f'dak il-pajjiż l-ieħor, sakemm: (a) il-prodotti biss li joriġinaw f'pajjiż tas-CACM intużaw matul it-tali ħidma jew proċessar; (b) fejn regola ta' perċentwali tillimita, fil-listi A u B riferuti f'Artikolu 3 tar-Regolament riferut hawn fuq, il-proporzjon fil-valur tal-prodotti mhux ta' oriġini li jistgħu jkunu inkorporati f'ċerti ċirkostanzi, il-valur miżjud kien akkwistat f'kull wieħed mill-pajjiżi skond it-tali regola tal-perċentwali u bir-regoli l-oħra li hemm fl-imsemmija listi mingħajr possibiltà ta' ġbir minn pajjiż wieħed għall-ieħor. 2. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1 (a), il-fatt li prodotti għajr dawk riferuti fih intużaw fil-proporzjoni li ma jaqbiżx il-valur totali 5 % tal-valur tal-prodotti miksuba u importati fil-Komunità m'għandhomx jaffettwaw id-determinazzjoni tal-oriġini tal-prodotti tal-aħħar, sakemm il-prodotti li ntużaw hekk ma jikkawżawx li t-tali prodotti tal-aħħar m jitilfux l-istat tal-prodotti li joriġinaw f'pajjiż tas-CACM li minnu kienu esportati l-ewwel darba, kieku l-prodotti li ntużaw kienu nkorporati f'dak l-ewwel pajjiż. 3. Fil-każijiet riferuti fil-paragrafu 1 (b) l-ebda prodott mhux ta' oriġini ma jista' jkun inkorporat jekk jgħaddi biss minn ħidma jew ipproċessar kif speċifikat f'Artikolu 3(2) tar-Regolament Bażiku. 4. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 u sakemm il-kondizzjonijiet kollha stipulati f'dak il-paragrafu huma xorta waħda mħarsa, il-prodotti miksuba ma jkomplux ikunu meqjusa bħala prodotti li joriġinaw fl-ewwel pajjiż tas-CACM tal-esportazzjoni jekk il-valur tal-prodotti maħduma jew ipproċessati f'dak il-pajjiż ma jirrappreżentax l-ogħla perċentwali tal-valur tal-prodotti miksuba. Jekk dan ma jkunx hekk, il-prodotti tal-aħħar jitqiesu bħala li oriġinaw fil-pajjiż tas-CACM fejn il-valur miżjud miksub jirrapreżenta l-ogħla perċentwali tal-valur tagħhom. Artikolu 2 1. Għall-iskopijiet tal-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet tal-Artikolu 1, id-disposizzjonijiet ta' Artikolu 4 tar-Regolament Bażiku għandhom jgħoddu. 2. F'Artikolu 1(1)(b) u (4), "il-valur miżjud" ifisser id-differenza bejn il-prezz tax-xogħlijiet ta' qabel tal-oġġetti miksuba, imnaqqas bit-taxxi interni li ngħataw lura jew huma dovuti lura ma' l-esportazzjoni mill-pajjiż konċernat, u il-valur tad-dwana tal-prodotti kollha importati u maħduma jew proċessati f'dak il-pajjiż. Artikolu 3 1. Għall-iskopijiet ta' Artikolu 1, evidenza tal-istat bħala prodotti ta' oriġini fis-sens ta' Artikolu 1 tar-Regolament Bażiku, fil-każ tal-prodotti miksuba f'pajjiż wieħed tas-CACM u esportat lejn pajjiż ieħor tas-CACM. tkun stabbilità bil-produzzjoni ta' ċertifikat ta' oriġini forma A, li kampjun tiegħu jingħata fl-Anness tar-Regolament Bażiku. Dan iċ-ċertifikat jinħareġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-gvern tal-pajjiż tal-esportazzjoni biex joħorġu ċertifikati ta' oriġini għall-iskopijiet tar-Regolament Bażiku. 2. Għall-iskopijiet ta' Artikolu 1, evidenza tal-istat bħala prodotti ta' oriġini fis-sens ta' dak l-Artikolu, fil-każ tal-prodotti li kemm baqgħu f'wieħed mill-pajjiżi tas-CACM jew għaddew mill-ebda proċessar barra dak speċifikat f'dak l-Artikolu jew kienu esportati minn dak il-pajjiż lejn pajjiż ieħor tas-CACM. tkun stabbilità bil-produzzjoni ta' ċertifikat kif riferut fil-paragrafu 1 maħruġ kif provdut f'dak il-paragrafu fuq il-bażi taċ-ċertifikati ta' oriġini forma A li nħareġ qabel. Artikolu 4 Minkejja d-disposizzjonijiet tal-Artikolu 6 tar-Regolament Bażiku, il-prodotti msemmija f'Artikolu 1 ma' l-importazzjoni fil-Komunità għandhom jibbenefikaw mid-disposizzjonijiet tal-preferenzi tat-tariffa riferuti f'dak l-Artikolu mal-produzzjoni ta' ċertifikat ta' oriġini forma A maħruġ, fuq il-bażi taċ-ċertifikati ta' oriġini forma A maħruġ qabel, mill-awtorità tal-pajjiż tas-CACM minn fejn il-prodotti huma esportati lejn il-Komunità. Artikolu 5 Iċ-ċertifikati riferuti f'Artikoli 3 u 4 irid ikun fihom: - fil-kaxxa 4 "għall-użu uffiċjal" l-isem tal-pajjiż tas- CACM minn fejn joriġinaw l-oġġetti flimkien ma' waħda minn dawn il-frażi li ġejjin: "CUMUL MCAC" "KUMULAZZJONI CACM" - fil-kaxxa 12 "dikjarazzjoni mill-esportatur" dikjarazzjoni dwar il-fatt li l-prodotti jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta' oriġini meħtieġa mis-sistema ġeneraliżżata tal-preferenzi sabiex ikunu esportati lejn il-Komunità Ekonomika Ewropea. Artikolu 6 1. Id-diposizzjonijiet ta' Artikolu 1 sa 5 hawn fuq jgħoddu biss sakemm ir-regoli li jirregolaw il-kummerċ fil-kuntest ta' dan ir-Regolament bejn kull wieħed mill-pajjiżi speċifikati hawnhekk qabel huma identiċi għad-disposizzjonijiet imniżżla fir-Regolament Bażiku u f'dan ir-Regolament. 2. Barra minn hekk, kull pajjiż tas-CACM jintrabat mal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej li, permezz tas-segretarjat permanenti tas-suq komuni tal-Amerika Ċentrali (minn issa 'l quddiem riferut bħala SIECA), li jħares jew jiżgura l-konformità mar-regoli li jikkonċernaw il-preparazzjoni u l-ħruġ taċ-ċertifikati ta' oriġini forma A u ma' dawk relattivi għall-ko-operazzjoni amministrattiva li jinsabu f'Artikoli 7 u 8 t'hawn taħt. Artikolu 7 1. Verifiki retrospettivi taċ-ċertifikati forma A msemmija f'Artikolu 3 isiru għall-għarrieda jew kull meta l-awtoritajiet kif riferuti f'dak l-Artikolu ta' kull pajjiż tas-CACM fejn il-prodotti jew baqgħu hemm qabel kienu esportati mill-ġdid fl-istess stat jew għaddew minn ħidma jew ipproċessar kif speċifikat fl-Artikolu 1 għandhom dubju raġonevoli dwar l-awtentiċità tad-dokument jew dwar kemm hija preċiża l-informazzjoni dwar l-oriġini vera tal-prodotti in kwestjoni. 2. Għall-iskopijiet tal-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet imsemmija f'dak il-paragrafu għandhom jibagħtu ċ-ċertifikat tal-oriġini forma A lis-SIECA, u jindikaw meta jkun il-każ ir-raġunijiet tal-forma jew s-sostanza għal inkjesta. Għandhom jgħaddu kull informazzjoni disponibbli li għandha x-xejra li turi li l-partikolaritajiet tal-imsemmi ċertifikat mhumiex preċiżi. Artikolu 8 1. Verifika rettrospettiva taċ-ċertifkati forma A msemmija f'Artikolu 4 għandha titwettaq fiċ-ċirkostanzi speċifikati f'Artikolu 12 tar-Regolament Bażiku. Madankollu, b'mod ta' deroga mid-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta' dak l-Artikolu, l-awtoritajiet rilevanti tad-dwana fil-Komunità għandhom jibagħtu lura ċ-ċertifikat tal-oriġini forma A lis-SIECA. 2. Il-pajjiżi tas-CACM għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-indirizz tas-SIECA. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika din l-informazzjoni lill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri. Artikolu 9 In-nota ta' spjegazzjoni annessa ma' dan ir-Regolament tifforma parti integrali minnu. Artikolu 10 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu jibda jgħodd mill-1 ta' Jannar 1981. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-23 ta' Diċembru 1980. Għall-Kummissjoni Étienne Davignon Membru tal-Kummissjoni [1] Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali. -------------------------------------------------- ANNESS Nota ta' spjegazzjoni ta' Artikolu 1 Għall-iskopijiet ta' Artikolu 1(1) (B), ir-regola tal-perċentwali trid titħares billi ssir riferenza rigward il-valur miżjud miksub għad-disposizzjonijiet li jinsabu fil-Listi A u B riferuti f'Artikolu 3 tar-Regolament Bażiku. Meta l-prodotti miksuba jidhru fil-Lista A, ir-regola tal-perċentwali għalhekk tikkostitwixxi kriterju addizzjonali ma' dak tal-bidla tal-intestatura tat-tariffa għal kull prodott użat mhux ta' oriġini. --------------------------------------------------