|
10.8.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 281/22 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8990 — PIAG/MTIB/Abatec)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 281/08)
1.
Fl-1 ta Awwissu 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Pierer Industrie AG (“PIAG”, l-Awstrija), ikkontrollata minn Pierer Konzerngesellschaft mbH (“Pierer”, l-Awstrija) |
|
— |
Michael Tojner Industriebeteiligungs und -beratungs GmbH (“MTIB”, l-Awstrija), |
|
— |
Abatec group AG (“Abatec”, l-Awstrija). |
PIAG u MTIB jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Abatec kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma— PIAG u Pierer: produzzjoni ta’ muturi, forniment ta’ karozzi, metallurġija, head displays għall-elmijiet tal-muturi;
— MTIB: ħażna tal-enerġija, komponenti tal-ajruspazju, komponenti metalteckniċi u industrijal;
— Abatec: produzzjoni tal-elettronika, sistemi ta’ kejl tal-pożizzjoni lokali u karbonaturi ta’ prestazzjoni għolja
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu d-deċiżjoni finali dwar dan ilppunt hija riżervata.Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:
M.8990 — PIAG/MTIB/Abatec
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks: +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).