|
16.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 359/90 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1331/2014
tal-15 ta' Diċembru 2014
li jissottometti l-importazzjonijiet ta' prodotti ta' stainless steel irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mit-Tajwan għal reġistrazzjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku dwar l-antidumping”) u b'mod partikolari l-Artikolu 14(5) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (2) (“ir-Regolament bażiku antisussidji”) u b'mod partikolari l-Artikolu 24(5) tiegħu,
Wara li infurmat lill-Istati Membri,
Billi:
|
(1) |
Fis-26 ta' Ġunju 2014, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) ħabbret, permezz ta' avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3), it-tnedija ta' proċediment antidumping rigward l-importazzjonijiet ta' prodotti ta' stainless steel irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“iċ-Ċina”) u mit-Tajwan, wara li tressaq ilment fit-13 ta' Mejju 2014 minn EUROFER (“l-ilmentatur”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' prodotti ta' stainless steel irrumblati ċatti fil-kiesaħ. |
|
(2) |
Fl-14 ta' Awwissu 2014, il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta' avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4), it-tnedija tal-proċediment antisussidji rigward l-importazzjonijiet ta' prodotti ta' stainless steel irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw miċ-Ċina wara li tressaq ilment fl-1 ta' Lulju 2014 minn EUROFER f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' prodotti ċatti tal-azzar inossidabbli llaminati bil-kesħa. |
A. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT
|
(3) |
Il-prodott soġġett għal din ir-reġistrazzjoni huwa prodotti ta' stainless steel irrumblati ċatti, mhux maħdumin aktar ħlief irrumblati fil-kiesaħ (imnaqqsin bla sħana), li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7219 31 00 , 7219 32 10 , 7219 32 90 , 7219 33 10 , 7219 33 90 , 7219 34 10 , 7219 34 90 , 7219 35 10 , 7219 35 90 , 7220 20 21 , 7220 20 29 , 7220 20 41 , 7220 20 49 , 7220 20 81 u 7220 20 89 , u li joriġinaw miċ-Ċina u t-Tajwan (“il-prodott ikkonċernat”). |
B. TALBA
|
(4) |
It-talbiet ta' reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku dwar l-antidumping u l-Artikolu 24(5) tar-Regolament bażiku antisussidji saru mill-ilmentatur fil-25 u d-29 ta' Settembru 2014 rispettivament. L-ilmentatur talab li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat isiru soġġetti għar-reġistrazzjoni sabiex sussegwentament ikunu jistgħu jiġu applikati miżuri kontra dawk l-importazzjonijiet mid-data ta' tali reġistrazzjoni. |
C. IR-RAĠUNIJIET GĦAR-REĠISTRAZZJONI
|
(5) |
Skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku dwar l-antidumping u l-Artikolu 24(5) tar-Regolament bażiku antisussidji, il-Kummissjoni tista' tagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet tad-dwana jieħdu l-passi meħtieġa għar-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet, sabiex il-miżuri jkunu jistgħu jiġu applikati sussegwentement fuq dawk l-importazzjonijiet. L-importazzjonijiet jistgħu jsiru soġġetti għar-reġistrazzjoni wara talba mill-industrija tal-Unjoni li jkun fiha biżżejjed evidenza biex tiġġustifika din l-azzjoni. |
|
(6) |
L-ilmentatur iddikjara li r-reġistrazzjoni hija ġustifikata billi l-prodott ikkonċernat kien qed ikun l-oġġett ta' dumping u ssussidjat. L-importazzjonijiet bi prezz baxx kienu qed jikkawżaw dannu sinifikanti lill-industrija tal-Unjoni, li huwa diffiċli li jissewwa. |
|
(7) |
Fir-rigward tad-dumping, il-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha biżżejjed evidenza prima facie li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat qed ikunu l-oġġett ta' dumping. Għaċ-Ċina, l-ilmentatur ipprovda evidenza dwar il-valur normali bbażat fuq il-kost totali tal-produzzjoni flimkien ma' ammont raġonevoli għall-bejgħ, l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi u għall-profitti, abbażi tal-għażla tal-Istati Uniti tal-Amerka bħala pajjiż analogu. Għat-Tajwan, l-ilmentatur ipprovda evidenza dwar il-valur normali bbażat fuq il-valur normali maħdum (il-kostijiet ta' manifattura, il-bejgħ, il-kostijiet ġenerali u amministrattivi — SG&A — u l-profitt). |
|
(8) |
L-evidenza dwar id-dumping hija bbażata fuq tqabbil tal-valuri normali b'dan stabbiliti mal-prezz tal-esportazzjoni (fuq livell ex-works) tal-prodott ikkonċernat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. B'mod ġenerali, u meta titqies il-firxa tal-marġinijiet tad-dumping allegati, din l-evidenza tipprovdi biżżejjed sostenn f'dan l-istadju li l-esportaturi kemm fiċ-Ċina kif ukoll fit-Tajwan jeżerċitaw id-dumping. |
|
(9) |
Fir-rigward tas-sussidjar, il-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha biżżejjed evidenza prima facie li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat miċ-Ċina qed ikunu ssussidjati. Is-sussidji allegati jikkonsistu, fost l-oħrajn, fi:
|
|
(10) |
Huwa allegat li l-iskemi ta' hawn fuq huma sussidji peress li jinvolvu kontribuzzjoni finanzjarja mill-gvern taċ-Ċina jew minn gvernijiet reġjonali oħra (inklużi korpi pubbliċi) u jikkonferixxu benefiċċju lir-riċevituri. Huwa allegat li dawn huma kontinġenti fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u/jew fuq l-użu ta' prodotti domestiċi minflok ta' dawk importati u/jew huma limitati għal ċerti setturi u/jew għal ċerti tipi ta' intrapriżi u/jew postijiet, u għalhekk huma speċifiċi u kumpensatorji. |
|
(11) |
Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, f'dan l-istadju l-evidenza tipprovdi prova suffiċjenti li l-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat qed jibbenefikaw minn sussidji kumpensatorji. |
|
(12) |
Fir-rigward tad-dannu, it-talba tipprovdi biżżejjed evidenza ta' ċirkostanzi kritiċi, fejn għall-prodott ikkonċernat, qed jiġi kkawżat dannu li diffiċli li jissewwa minħabba importazzjonijiet massivi ta' prodotti li jibbenefikaw minn sussidji kumpensatorji f'perjodu relattivament qasir. Evidenza ta' dawn iċ-ċirkustanzi tinkludi ż-żieda sinifikanti ta' importazzjonijiet f'perjodu qasir (Jannar-Lulju 2014) li tammonta għal madwar 90 % għaż-żewġ pajjiżi flimkien. |
|
(13) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha biżżejjed evidenza prima facie li l-prattiki ta' dumping u sussidju tal-esportaturi qed jikkawżaw dannu materjali għall-industrija tal-Unjoni. Fl-ilmenti u l-preżentazzjonijiet sussegwenti relatati mat-talbiet għar-reġistrazzjoni, l-evidenza rigward il-prezz u l-volum tal-importazzjonijiet turi żieda sostanzjali ta' importazzjonijiet f'termini assoluti u f'termini tas-sehem mis-suq fil-perjodu bejn l-2010 u l-2013, u żieda addizzjonali ta' madwar 115 % għaċ-Ċina u ta' 66 % għat-Tajwan fl-2014. Il-volum u l-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat kellhom impatt negattiv fuq il-kwantitajiet mibjugħa u fuq il-livell tal-prezzijiet mitluba fis-suq tal-Unjoni u s-sehem mis-suq li kellha l-industrija tal-Unjoni. Dan qed jirriżulta f'effetti negattivi sostanzjali fuq il-prestazzjoni ġenerali u l-qagħda finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni. L-evidenza dwar il-fatturi ta' dannu stabbiliti fl-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku dwar l-antidumping u l-Artikolu 8(4) tar-Regolament bażiku antisussidji tikkonsisti f'dejta li tinsab fl-ilmenti u l-preżentazzjonijiet sussegwenti rigward ir-reġistrazzjoni, appoġġata minn dejta disponibbli pubblikament mill-Eurostat. |
|
(14) |
Il-Kummissjoni għandha wkoll għad-dispożizzjoni tagħha biżżejjed evidenza prima facie, fl-ilment antidumping u l-korrispondenza sussegwenti, li l-importaturi kienu jafu, jew misshom kienu jafu, li l-prattiki ta' dumping tal-esportaturi kienu dannużi jew li x'aktarx ikunu dannużi għall-industrija tal-Unjoni. L-importaturi Ċiniżi u Tajwaniżi kienu diġà soġġetti għal investigazzjoni ta' antidumping fl-Unjoni fl-2008 — 2009. Fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ttemm l-investigazzjoni (5), ġie stabbilit li l-prezzijiet Ċiniżi u Tajwaniżi kienu aktar baxxi mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, u li l-apparenza ta' dumping dannuż ma setgħetx tiġi eskluża. Barra minn hekk, l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodott ikkonċernat saru soġġetti għal monitoraġġ, fost l-oħrajn għall-iskop li jingħata bidu għal proċedura ġdida. Barra minn hekk, il-Brażil, it-Tajwan, it-Tajlandja u l-Vjetnam sussegwentement imponew dazji ta' antidumping kontra l-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-prodott investigat. Fl-aħħar nett, meta titqies il-firxa tad-dumping li jista' jkun qed isseħħ, ikun raġjonevoli li wieħed jassumi li l-importaturi jkunu jafu, jew imisshom ikunu jafu, bis-sitwazzjoni. |
|
(15) |
Fir-rigward tad-dumping il-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha biżżejjed evidenza prima facie li dan id-dannu qed jiġi kkawżat jew jista' jiġi kkawżat minn żieda sostanzjali addizzjonali f'dawn l-importazzjonijiet. Fid-dawl taż-żmien, il-volum tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping u ċirkostanzi oħrajn (bħal-livell dejjem akbar ta' stokkijiet jew użu tal-kapaċità ridott) x'aktarx li jimmina serjament l-effett ta' rimedju ta' kull dazju definittiv, sakemm dawn id-dazji ma jiġux applikati b'mod retroattiv. Barra minn hekk, fid-dawl tat-tnedija tal-proċedimenti attwali, huwa raġonevoli li wieħed jassumi li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat jistgħu jiżdiedu ulterjorment qabel l-adozzjoni ta' miżuri provviżorji, jekk ikun hemm minnhom, u li l-inventarji jistgħu jinbnew b'mod rapidu mill-importaturi. |
D. PROĊEDURA
|
(16) |
Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-ilmentatur ipprovda biżżejjed evidenza prima facie sabiex tiġġustifika li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat ikunu soġġetti għar-reġistrazzjoni, b'konformità mal-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku dwar l-antidumping u l-Artikolu 24(5) tar-Regolament bażiku antisussidji. |
|
(17) |
Il-partijiet kollha interessati huma mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u jipprovdu evidenza ta' sostenn. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' lill-partijiet interessati, sakemm jagħmlu talba bil-miktub u juru li hemm raġunijiet partikolari għalfejn dawn għandhom jinstemgħu. |
E. REĠISTRAZZJONI
|
(18) |
Skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku dwar l-antidumping u l-Artikolu 24(5) tar-Regolament bażiku antisussidji, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat għandhom isiru soġġetti għar-reġistrazzjoni bl-iskop li jiżguraw li, jekk l-investigazzjonijiet jirriżultaw f'konklużjonijiet li jwasslu għall-impożizzjoni ta' dazji antidumping u/jew dazji kumpensatorji, dawk id-dazji jistgħu, jekk il-kundizzjonijiet neċessarji jiġu ssodisfati, jiġu imposti b'mod retroattiv fuq l-importazzjonijiet irreġistrati f'konformità mal-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku dwar l-antidumping u l-Artikolu 16(4) tar-Regolament bażiku antisussidji. |
|
(19) |
L-ammont ta' kwalunkwe obbligazzjoni futura jiġi mis-sejbiet konġunti tal-investigazzjonijiet antidumping u antisussidji rispettivament. |
|
(20) |
L-ilmentatur li qed jirrekjedi li tinbeda investigazzjoni antidumping jikkalkula marġini tad-dumping medju ta' madwar 10 % - 25 % għaċ-Ċina u t-Tajwan u marġinijiet ta' bejgħ bi prezz imwaqqa' ta' 40 % - 50 % għaċ-Ċina u 20 % - 40 % għat-Tajwan għall-prodott ikkonċernat. L-ammont stmat ta' obbligazzjoni possibbli fil-futur huwa stabbilit fil-livell ta' dumping stmat abbażi tal-ilment antidumping, jiġifieri 10 % - 25 % ad valorem fuq il-valur ta' importazzjoni CIF tal-prodott ikkonċernat. |
|
(21) |
L-ilmentatur li qed jirrekjedi li tinbeda investigazzjoni antisussidji jikkalkula l-livell ta' sussidjar bħala sinifikanti mingħajr ma jipprovdi kwantifikazzjoni preċiża tal-marġini tas-sussidju. Huwa jikkalkula marġni medju ta' bejgħ bi prezz imwaqqa' ta' 40 % - 50 % għall-prodott ikkonċernat għaċ-Ċina. L-ammont stmat ta' obbligazzjoni possibbli fil-futur huwa stabbilit fil-livell ta' sussidjar stmat abbażi tal-ilment antisussidji, jiġifieri 40 % - 50 % ad valorem fuq il-valur ta' importazzjoni CIF tal-prodott ikkonċernat. |
F. PROĊESSAR TA' DEJTA PERSONALI
|
(22) |
Kwalunkwe dejta personali miġbura fil-kuntest ta' din ir-reġistrazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (6). |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-Awtoritajiet Doganali huma b'dan mogħtija l-istruzzjonijiet, skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u l-Artikolu 24(5) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009, sabiex jieħdu l-miżuri xierqa bil-għan li jirreġistraw l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' prodotti ta' stainless steel irrumblati ċatti, mhux maħdumin aktar ħlief irrumblati fil-kiesaħ (imnaqqsin bla sħana), li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7219 31 00 , 7219 32 10 , 7219 32 90 , 7219 33 10 , 7219 33 90 , 7219 34 10 , 7219 34 90 , 7219 35 10 , 7219 35 90 , 7220 20 21 , 7220 20 29 , 7220 20 41 , 7220 20 49 , 7220 20 81 u 7220 20 89 , u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mit-Tajwan.
Ir-reġistrazzjoni tiskadi disa' xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
2. Il-partijiet interessati kollha huma mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub, jipprovdu evidenza ta' sostenn jew jitolbu li jinstemgħu fi żmien 20 jum mid-data ta' pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Diċembru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.
(3) ĠU C 196, 26.6.2014, p. 9.
(4) ĠU C 267, 14.8.2014, p. 17.
(5) ĠU L 98, 17.4.2009, p. 42, premessa (18).