|
11.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 419/24 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2020/2030
tal-10 ta' Diċembru 2020
li temenda r-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 240(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Meta att għandu jiġi adottat mill-Kunsill b’maġġoranza kwalifikata, għandu jiġi vverifikat li l-Istati Membri li jikkostitwixxu l-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentaw mill-inqas 65 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni. |
|
(2) |
Dik il-perċentwali tiġi kkalkolata skont iċ-ċifri tal-popolazzjoni stipulati fl-Anness III għar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (“ir-Regoli ta’ Proċedura”) (1). |
|
(3) |
L-Artikolu 11(6) tar-Regoli ta’ Proċedura jipprevedi li, b’effett mill-1 ta’ Jannar ta’ kull sena, il-Kunsill għandu jemenda ċ-ċifri stipulati f’dak l-Anness, f’konformità mad-data disponibbli għall-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea fit-30 ta’ Settembru tas-sena ta’ qabel. |
|
(4) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regoli ta' Proċedura jiġu emendati kif meħtieġ għas-sena 2021. |
|
(5) |
F'konformità mal-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-Artikolu 240 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea - japplika għall-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness III għar-Regoli ta’ Proċedura huwa sostitwit b’dan li ġej:
“ANNESS III
Ċifri li jirrigwardaw il-popolazzjoni tal-Unjoni u l-popolazzjoni ta' kull Stat Membru għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill
|
Stat Membru |
Popolazzjoni |
Perċentwali tal-popolazzjoni tal-Unjoni (%) |
|
Ġermanja |
83 100 961 |
18,54 |
|
Franza |
67 098 824 |
14,97 |
|
Italja |
60 897 891 |
13,58 |
|
Spanja |
47 329 981 |
10,56 |
|
Polonja |
37 958 138 |
8,47 |
|
Rumanija |
19 317 984 |
4,31 |
|
Netherlands |
17 549 457 |
3,91 |
|
Belġju |
11 549 888 |
2,58 |
|
Greċja |
10 709 739 |
2,39 |
|
Ċekja |
10 557 001 |
2,35 |
|
Żvezja |
10 330 000 |
2,30 |
|
Portugall |
10 295 909 |
2,30 |
|
Ungerija |
9 769 526 |
2,18 |
|
Awstrija |
8 897 000 |
1,98 |
|
Bulgarija |
6 951 482 |
1,55 |
|
Danimarka |
5 816 443 |
1,30 |
|
Finlandja |
5 521 292 |
1,23 |
|
Slovakkja |
5 457 873 |
1,22 |
|
Irlanda |
4 964 440 |
1,11 |
|
Kroazja |
4 058 165 |
0,91 |
|
Litwanja |
2 794 090 |
0,62 |
|
Slovenja |
2 095 861 |
0,47 |
|
Latvja |
1 907 675 |
0,43 |
|
Estonja |
1 328 976 |
0,30 |
|
Ċipru |
888 005 |
0,20 |
|
Lussemburgu |
623 962 |
0,14 |
|
Malta |
514 564 |
0,11 |
|
UE 27 |
448 285 127 |
|
|
Livell limitu (65 %) |
291 385 333 |
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2021.
Magħmul fi Brussell, id-10 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).