8.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/18


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10103 — Towerbrook/Consolis Rail Division)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 6/14)

1.   

Fit-23 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

TowerBrook Capital Partners L.P. (“Towerbrook”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Erbatax-il kumpanija (“Consolis Rail Division”) li jappartjenu għal Consolis Group SAS (“Consolis”, Franza).

Sitt fondi ta’ investiment ġestiti minn Towerbrook se jakkwistaw indirettament, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv tad-Diviżjoni Ferrovjarja ta’ Consolis kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Towerbrook: ditta tal-investiment attiva fis-swieq Ewropej kbar u medji u tal-Amerka ta’ Fuq b’portafoll wiesa’ ta’ kumpaniji fost is-setturi industrijali, tal-kura tas-saħħa, finanzjarji, tal-prodotti għall-konsumatur, tat-telekomunikazzjonijiet, tal-media u tas-servizzi tal-għarfien,

—

Consolis Rail Division: kumpaniji attivi fid-disinn, il-manifattura u d-distribuzzjoni ta’ prodotti tal-konkrit precast u f’materjali oħra tal-konkrit precast meħtieġa għall-kostruzzjoni ta’ networks ferrovjarji.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10103 — Towerbrook/Consolis Rail Division

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.