|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/5284 |
26.8.2024 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11516 – FERTINAGRO / AMEROPA / AMEROPA BIOTECH)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/5284)
1.
Fid-19 ta’ Awwissu 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Fertinagro Biotech International, S.L.U. (“Fertinagro”, Spanja), |
|
— |
Ameropa DG Holding A.G. (“Ameropa Holding”, l-Iżvizzera), |
|
— |
Ameropa Biotech S.R.L. (“Ameropa Biotech”, ir-Rumanija). |
Ameropa Holding u Fertinagro se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Ameropa Biotech.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Fertinagro: produttur u negozjant ta’ diversi kategoriji ta’ fertilizzanti — fertilizzanti kimiċi kumplessi, fertilizzanti likwidi, fertilizzanti li jinħallu fl-ilma, bijostimulanti u (mikro)nutrijenti oħra, fertilizzanti organiċi, |
|
— |
Ameropa Holding: negozju agrikolu li jkopri fertilizzanti kimiċi, ħbub u petrokimiċi, b’attivitajiet li jkopru l-katina sħiħa tal-provvista, li jvarjaw mill-produzzjoni, għal-loġistika u l-merchandising, sad-distribuzzjoni; attività importanti hija l-merchandising fiżiku globali u d-distribuzzjoni ta’ fertilizzanti, prodotti tal-ikel u tal-għalf, li huma appoġġati u possibbli b’assi komplementari, bħal silos, imħażen u faċilitajiet tal-port, kif ukoll assi upstream bħal impjanti tal-produzzjoni tal-fertilizzanti. |
3.
Ameropa Biotech hija bejjiegħ bl-ingrossa ta’ fertilizzant u bħalissa hija kkontrollata minn Ameropa Holding.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2), għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha tiġi speċifikata dejjem:
M.11516 – FERTINAGRO / AMEROPA / AMEROPA BIOTECH
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5284/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)