26.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 421/70


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/2074

tal-25 ta’ Novembru 2021

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2370 li tappoġġa l-Kodiċi ta’ Kondotta tal-Aja u n-nonproliferazzjoni tal-missili ballistiċi fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta’ Qerda Massiva

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta’ Diċembru 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2370 (1), li tinkariga l-implimentazzjoni teknika ta’ ċerti proġetti lill-Fondation pour la recherche stratégique (Fondazzjoni għar-riċerka strateġika) (FRS).

(2)

Skont l-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2370, ftehim ta’ għotja mal-FRS ġie ffirmat fil-21 ta’ Diċembru 2017. Il-ftehim ta’ għotja kellu jiskadi fil-21 ta’ Diċembru 2020.

(3)

Fis-26 ta’ Mejju 2020, l-FRS talbet estensjoni tal-perijodu ta’ implimentazzjoni għad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2370 sal-20 ta’ Diċembru 2021. L-estensjoni intalbet minħabba l-pandemija tal-COVID-19, u b’mod partikolari minħabba l-posponiment ta’ għadd mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ dik id-Deċiżjoni u r-riluttanza tal-amministrazzjonijiet nazzjonali fil-pajjiżi fil-mira li jiddiskutu l-organizzazzjoni ta’ tali attivitajiet fid-dawl tal-klima ta’ inċertezza minħabba dik il-pandemija.

(4)

Fl-20 ta’ Lulju 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1066 (2), li emendat id-Deċiżjoni (PESK) 2017/2370, li estendiet id-data tal-iskadenza tagħha sal-20 ta’ Diċembru 2021.

(5)

Fis-27 ta’ Settembru 2021, l-FRS talbet estensjoni addizzjonali tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2370 fid-dawl tal-impatt kontinwu tas-sitwazzjoni tal-pandemija tal-COVID-19 u r-restrizzjonijiet relatati fuq l-ivvjaġġar fuq l-attivitajiet ippjanati tagħha, fejn talbet estensjoni addizzjonali ta’ 13-il xahar sal-21 ta’ Jannar 2023.

(6)

It-tkomplija tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2370 ma għandha l-ebda implikazzjoni fir-rigward tar-riżorsi finanzjarji sal-21 ta’ Jannar 2023.

(7)

Għaldaqstant jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2370 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2370, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fil-21 ta’ Jannar 2023.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

Z. POČIVALŠEK


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2370 tat-18 ta’ Diċembru 2017 li tappoġġa l-Kodiċi ta’ Kondotta tal-Aja u n-nonproliferazzjoni tal-missili ballistiċi fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta’ Qerda Massiva (ĠU L 337, 19.12.2017, p. 28).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1066 tal-20 ta’ Lulju 2020 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2370 li tappoġġa l-Kodiċi ta’ Kondotta tal-Aja u n-nonproliferazzjoni tal-missili ballistiċi fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta’ Qerda Massiva (ĠU L 234I, 21.7.2020, p. 1).