|
1.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 239/4 |
Komunikazzjoni tal-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi
(2016/C 239/03)
SEJĦA PUBBLIKA GĦALL-OFFERTI GĦAL KONĊESSJONI GĦALL-IPPROSPETTAR U L-ESPLORAZZJONI TAD-DEPOŻITI TA’ GASS NATURALI U L-ESTRAZZJONI TAL-GASS NATURALI FIŻ-ŻONA TA’ “BYTÓW”
TAQSIMA I: BAŻI ĠURIDIKA
|
1. |
L-Artikolu 49h(2) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni (Il-Ġurnal tal-Liġijiet (Dziennik Ustaw) 2015, l-entrata 196, kif emendat) |
|
2. |
Ir-Regolament tal-Kabinett tat-28 ta’ Lulju 2015 dwar l-offerti għall-konċessjonijiet għall-ipprospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi, u l-konċessjonijiet għall-estrazzjoni tal-idrokarburi (Il-Ġurnal tal-Liġijiet 2015, l-entrata 1171) |
|
3. |
Id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3; Edizzjoni speċjali bil-Pollakk: Kapitolu 6, Volum 2, p. 262) |
TAQSIMA II: L-ENTITÀ LI QED TISTIEDEN L-OFFERTI
|
Isem: Il-Ministeru għall-Ambjent |
|
Indirizz tal-posta: ul. Wawelska 52/54, 00-922 Varsavja, il-Polonja |
|
Numru tat-telefown: +48 223692449, +48 223692447; Numru tal-faks: +48 223692460 |
|
Sit web: www.mos.gov.pl |
TAQSIMA III: SUĠĠETT TAL-PROĊEDURA
(1) It-tip ta’ attivitajiet li għalihom se tingħata l-konċessjoni:
Konċessjoni għall-ipprospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti tal-gass naturali u għall-estrazzjoni tal-gass naturali fiż-żona ta’ “Bytów” għall-blokok tal-konċessjoni 47, 48, 67 u 68.
(2) Iż-żona li fiha għandhom jitwettqu l-attivitajiet:
Il-konfini taż-żona koperti minn din il-proċedura ta’ sejħa għall-offerti huma ddefiniti minn linji li jgħaqqdu l-punti li għandhom il-koordinati li ġejjin fis-sistema tal-koordinati PL-1992:
|
Numru tal-punt |
X [PL-1992] |
Y [PL-1992] |
|
1 |
717 727,830 |
420 880,037 |
|
2 |
710 216,130 |
420 752,340 |
|
3 |
709 994,910 |
434 842,340 |
|
4 |
698 409,340 |
434 721,120 |
|
5 |
682 184,522 |
434 676,546 |
|
6 |
682 361,035 |
425 652,512 |
|
7 |
715 272,850 |
395 605,440 |
|
8 |
716 494,070 |
396 555,860 |
|
9 |
715 724,310 |
399 111,560 |
|
10 |
718 080,130 |
401 575,960 |
|
11 |
718 106,130 |
402 821,010 |
|
12 |
715 616,010 |
404 551,170 |
|
13 |
715 760,230 |
406 358,870 |
|
14 |
719 743,146 |
407 446,849 |
|
15 |
719 941,330 |
411 157,160 |
|
16 |
717 910,170 |
410 935,090 |
Is-superfiċje tal-projezzjoni vertikali taż-żona koperta minn din il-proċedura ta’ sejħa għall-offerti hija ta’ 779,97 km2.
Iż-żona koperta mill-proċedura ta’ sejħa għall-offerti tinsab fid-distretti u l-muniċipalitajiet li ġejjin fil-Provinċja ta’ Pomorskie:
|
|
fid-Distrett ta’ Słupsk: il-muniċipalità ta’ Dębnica Kaszubska (0,46 % taż-żona); |
|
|
fid-Distrett ta’ Bytów: il-muniċipalitajiet ta’ Czarna Dąbrówka (13,34 %), Bytów (5,61 %), Parchowo (16,81 %) u Studzienice (2,75 %); |
|
|
fid-Distrett ta’ Kościerzyna: il-muniċipalitajiet ta’ Dziemiany (3,44 %), Lipusz (10,37 %) u Kościerzyna (24,33 %), il-belt ta’ Kościerzyna (1,54 %) u l-muniċipalità ta’ Stara Kiszewa (0,03 %); |
|
|
fid-Distrett ta’ Kartuzy: il-muniċipalitajiet ta’ Stężyca (7,73 %), Sulęczyno (12,21 %), Sierakowice (1,37 %) u Chmielno (0,011 %). |
L-għan tax-xogħlijiet li għandhom isiru fil-formazzjonijiet Paleożojċi huwa li jiġu ddokumentati u estratti d-depożiti tal-gass naturali li jinsabu fiż-żona deskritta hawn fuq.
(3) Il-limitu taż-żmien għall-preżentazzjoni tal-offerti, li ma jkunx inqas minn 90 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-notifika, u l-post fejn dawn għandhom jiġu ppreżentati:
L-offerti għandhom jiġu ppreżentati lill-kwartieri ġenerali tal-Ministeru għall-Ambjent sa mhux aktar tard mill-16.00 (CET/CEST) fl-aħħar jum tal-perjodu ta’ 91 jum li jibda mill-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tan-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(4) L-ispeċifikazzjonijiet iddettaljati tal-offerti, inklużi l-kriterji tal-evalwazzjoni tal-offerti u l-ispeċifikazzjoni tal-piż tagħhom, li jiżguraw li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 49k tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni tad-9 ta’ Ġunju 2011:
L-offerti jistgħu jiġu ppreżentati mill-entitajiet li fir-rigward tagħhom tkun inħarġet deċiżjoni li tikkonferma r-riżultat pożittiv tal-proċedura ta’ kwalifika, kif previst fl-Artikolu 49a(16)(1) u (2) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni, indipendentement, jew bħala l-operatur jekk bosta entitajiet ikunu qed japplikaw b’mod konġunt għall-konċessjoni.
L-offerti li jaslu se jiġu evalwati mill-kumitat għall-evalwazzjoni tal-offerti abbażi tal-kriterji li ġejjin:
|
30 % |
: |
il-kapaċitajiet finanzjarji li joffru garanzija adegwata li l-attivitajiet relatati mal-ipprospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi u mal-estrazzjoni tal-idrokarburi, rispettivament, se jitwettqu, u b’mod partikulari s-sorsi u l-metodi ta’ finanzjament tal-attivitajiet maħsuba, inkluż is-sehem tal-fondi proprji u tal-finanzjament estern; |
|
25 % |
: |
il-kapaċitajiet tekniċi għall-ipprospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi, rispettivament, u b’mod partikulari d-disponibilità tal-potenzjal tekniku, organizzattiv, loġistiku u tar-riżorsi umani x-xieraq; |
|
20 % |
: |
l-ambitu u l-iskedar tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi jew l-operazzjonijiet ta’ estrazzjoni proposti; |
|
10 % |
: |
l-esperjenza fl-ipprospettar u fl-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi jew fl-estrazzjoni tal-idrokarburi, l-iżgurar ta’ operazzjoni sikura, il-protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-bnedmin u tal-annimali, u l-ħarsien tal-ambjent; |
|
10 % |
: |
it-teknoloġija proposta għat-twettiq tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi jew l-operazzjonijiet ta’ estrazzjoni, bl-użu ta’ elementi innovattivi żviluppati għal dan il-proġett; |
|
5 % |
: |
l-ambitu u l-iskedar tal-ġbir obbligatorju tal-kampjuni miksuba matul l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, inklużi l-mases ċilindriċi. |
Jekk, wara l-evalwazzjoni tal-offerti abbażi tal-kriterji msemmija hawn fuq, żewġ offerti jew aktar jiksbu l-istess riżultat, l-ammont tar-rimunerazzjoni dovut għall-istabbiliment tad-drittijiet tal-użufrutt tal-estrazzjoni matul il-fażi tal-ipprospettar u tal-esplorazzjoni se jintuża bħala kriterju addizzjonali li jippermetti li ssir għażla finali bejn l-offerti kkonċernati.
(5) L-ambitu minimu tal-informazzjoni ġeoloġika:
|
Dejta dwar il-konċessjoni |
Isem taż-żona: Bytów Post: fuq l-art; il-blokok tal-konċessjoni 47, 48, 67 u 68; |
||||||
|
Tip ta’ depożitu |
Depożiti tal-gass naturali konvenzjonali u mhux |
||||||
|
Livelli strutturali |
Ċenożojku Meżożojku Permjan Paleożojku ta’ Isfel Prekambrijan |
||||||
|
Sistemi ta’ żejt mhux maħdum |
|
||||||
|
Ġebel tas-sors |
|
||||||
|
Blat ġibjun |
|
||||||
|
Ġebel ta’ siġill |
|
||||||
|
Ħxuna tal-qoxra |
|
||||||
|
Tip ta’ nassa |
|
||||||
|
Depożiti identifikati fil-viċinanza (GN — gass naturali; Ż — żejt) |
Żarnowiec W (Ż) — skopert fl-1990; produzzjoni kumulattiva: 4 160 tunnellata; produzzjoni fl-2014: 50 tunnellata; riżervi u riżorsi: 17 840 tunnellata (industrijali: 3 880 tunnellata) Dębki-Żarnowiec (Ż, żewġ depożiti separati sa mill-1995, li għalihom qed tingħata dejta aggregata hawnhekk) — skoperti fl-1977; produzzjoni kumulattiva: 39 120 tunnellata; produzzjoni fl-2014:810 tunnellati; riżervi u riżorsi: 51 680 tunnellata (industrijali: 7 590 tunnellata) Białogóra E (Ż) — skopert fl-1995; produzzjoni kumulattiva fuq 11-il sena: 1 410 tunnellati; produzzjoni fl-2014: 0; riżervi u riżorsi: 0 (industrijali: 380 tunnellata) |
||||||
|
Stħarriġ sismiku mwettaq (mis-sid) |
Fl-2012: seba’ studji tal-profili 2D (Indiana Investments Sp. z o. o.) |
||||||
|
Bjar ta’ referenza u bjar ta’ kumpens (TVD) |
Bjar ta’ referenza: Bytów IG-1 (2 569,70 m), Gapowo B-1/1 A (4 299,79 m) Bjar ta’ kumpens: Kościerzyna IG-1 (5 202,0 m), Lębork IG-1 (3 310,0 m) |
(6) Data tal-bidu tal-attivitajiet:
L-attivitajiet koperti mill-konċessjoni se jibdew fi żmien 14-il jum mid-data li fiha d-deċiżjoni dwar l-għoti tal-konċessjoni ssir finali.
(7) Kundizzjonijiet għall-għoti tal-konċessjoni, b’mod partikulari dwar l-ammont, l-ambitu u l-mod ta’ kif tingħata l-garanzija msemmija fl-Artikolu 49x(1) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni u, meta jkun iġġustifikat, l-ammont, l-ambitu u l-mod ta’ kif tingħata l-garanzija msemmija fl-Artikolu 49x(2) ta’ dak l-Att:
L-offerent rebbieħ huwa meħtieġ jipprovdi garanzija li tkopri n-nuqqas ta’ konformità jew il-konformità mhux adegwata mal-kundizzjonijiet stipulati fil-konċessjoni u biex jiġi ffinanzjat l-għeluq tax-xogħol tal-estrazzjoni jekk il-konċessjoni tiskadi, tiġi rtirata jew ma tibqax valida. Il-garanzija għandha tingħata għall-perjodu mid-data li fiha tingħata l-konċessjoni sa tmiem il-fażi tal-ipprospettar u l-esplorazzjoni. L-ammont tal-garanzija huwa ta’ PLN 100 000. Il-forma u d-data tal-ħlas tagħha huma rregolati mill-Artikolu 49x(4) u (5) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni.
(8) L-ambitu minimu tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi jew l-operazzjonijiet ta’ estrazzjoni:
Il-programm minimu ta’ xogħlijiet ġeoloġiċi proposti għall-fażi tal-ipprospettar u tal-esplorazzjoni jinkludi l-affarijiet li ġejjin:
Tul tal-fażi I: 12-il xahar
Ambitu ta’ din il-fażi: l-interpretazzjoni u l-analiżi tad-dejta ġeoloġika fl-arkivji
Tul tal-fażi II: 12-il xahar
Ambitu ta’ din il-fażi: l-eżekuzzjoni ta’ stħarriġ sismiku 2D (100 km) jew it-tħaffir ta’ toqba għat-tiftix taż-żejt ta’ fond massimu ta’ 5 000 m, bi tħaffir obbligatorju ta’ intervalli prospettivi
Tul tal-fażi III: 24 xahar
Ambitu ta’ din il-fażi: it-tħaffir ta’ toqba għat-tiftix taż-żejt ta’ fond massimu ta’ 5 000 m, bi tħaffir obbligatorju ta’ intervalli prospettivi
Tul tal-fażi IV: 12-il xahar
Ambitu ta’ din il-fażi: l-analiżi tad-dejta miksuba
(9) Perjodu li għalih se tingħata l-konċessjoni:
Il-perjodu tal-konċessjoni huwa ta’ għaxar snin, u jinkludi:
|
— |
fażi tal-ipprospettar u tal-esplorazzjoni twila ħames snin, li tibda mid-data li fiha tingħata l-konċessjoni, |
|
— |
fażi ta’ estrazzjoni, li tibda mid-data li fiha tinkiseb deċiżjoni dwar l-investiment. |
(10) Il-kundizzjonijiet speċifiċi għat-twettiq tal-attivitajiet u għall-iżgurar tas-sikurezza pubblika, tas-saħħa pubblika, tal-ħarsien tal-ambjent u tal-ġestjoni razzjonali tad-depożiti:
L-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma tal-konċessjoni m’għandhiex tikser id-drittijiet tas-sidien tal-art u ma tneħħix il-bżonn li jkun hemm konformità ma’ rekwiżiti oħrajn stipulati fil-leġiżlazzjoni, b’mod partikulari fl-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni, u mar-rekwiżiti dwar l-użu tal-art, il-ħarsien tal-ambjent, l-art agrikola u l-foresti, in-natura, l-ilmijiet u l-iskart.
Matul il-valutazzjoni tal-abbozz tad-deċiżjoni u tal-pakkett tad-dejta ġeoloġika, tqajmet oġġezzjoni mill-muniċipalità ta’ Parchowo dwar fejn se jsiru x-xogħlijiet tal-ipprospettar u tal-esplorazzjoni għall-konċessjoni ppjanata fil-konfini tagħha.
(11) Mudell tal-ftehim dwar l-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni:
Il-mudell tal-ftehim huwa mehmuż bħala anness ma’ dan id-dokument.
(12) Informazzjoni dwar l-ammont ta’ rimunerazzjoni għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni:
L-ammont minimu tar-rimunerazzjoni għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni għaż-żona ta’ “Bytów” matul il-perjodu bażi ta’ ħames snin huwa ta’ PLN 165 759,22 (fi kliem, mija u ħamsa u sittin elf seba’ mija u disgħa u ħamsin zloty u tnejn u għoxrin grosz) fis-sena. Ir-rimunerazzjoni annwali għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni għall-iskopijiet tal-ipprospettar u tal-esplorazzjoni tal-minerali hija marbuta mal-indiċijiet tal-prezzijiet annwali medji tal-konsumatur stabbiliti b’mod kumulattiv għall-perjodu mill-konklużjoni tal-ftehim sas-sena ta’ qabel id-data għall-ħlas tar-rimunerazzjoni, kif imħabbar mill-President tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika fil-Monitor Polski (Il-Gazzetta Uffiċjali) (l-Artikolu 49h(3)(12) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni).
(13) Informazzjoni dwar ir-rekwiżiti li l-offerti għandhom jissodisfaw u dwar id-dokumenti meħtieġa mingħand l-offerenti:
|
1. |
L-offerti għandhom jispeċifikaw:
|
|
2. |
L-offerti ppreżentati fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti u l-kundizzjonjiet stipulati fin-notifika li tniedi dik il-proċedura ta’ sejħa għall-offerti. |
|
3. |
Id-dokumenti li ġejjin għandhom jintbagħtu mal-offerti:
|
|
4. |
L-offerenti jistgħu, fuq inizjattiva tagħhom stess, jipprovdu informazzjoni addizzjonali fl-offerti tagħhom jew jehmżu dokumenti addizzjonali magħhom. |
|
5. |
Id-dokumenti ppreżentati mill-offerenti għandhom ikunu dokumenti oriġinali jew kopji reali ċċertifikati tad-dokumenti oriġinali kif previst fil-Kodiċi tal-Proċedura Amministrattiva. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għall-kopji tad-dokumenti li għandhom jinhemżu mal-offerti u li nħolqu mill-awtorità tal-konċessjoni. |
|
6. |
Id-dokumenti mfassla f’lingwa barranija għandhom jiġu ppreżentati flimkien ma’ traduzzjoni għall-Pollakk magħmula minn traduttur ġuramentat. |
|
7. |
L-offerti għandhom jiġu ppreżentati f’envelopp issiġillat jew f’pakkett issiġillat li jkollu l-isem (l-isem kummerċjali) tal-offerent u li jindika s-suġġett tal-proċedura ta’ sejħa għall-offerti. |
|
8. |
L-offerti ppreżentati wara li jiskadi l-limitu taż-żmien għall-preżentazzjoni tal-offerti għandhom jintbagħtu lura lill-offerenti mingħajr ma jinfetħu. |
(14) Informazzjoni dwar il-mod kif jitħalla depożitu, l-ammont tad-depożitu u d-data tal-ħlas:
L-offerenti huma mitluba jħallu depożitu ta’ PLN 1 000 (fi kliem, elf zloty) qabel ma jiskadi l-limitu taż-żmien għall-preżentazzjoni tal-offerti.
TAQSIMA IV: INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA
IV.1) Kumitat għall-evalwazzjoni tal-offerti
L-awtorità tal-konċessjoni se taħtar kumitat għall-evalwazzjoni tal-offerti bil-għan li dan iwettaq il-proċedura ta’ sejħa għall-offerti u jagħżel l-iktar offerta vantaġġuża. Il-kompożizzjoni u r-regoli ta’ proċedura tal-kumitat huma speċifikati fir-Regolament tal-Kabinett tat-28 ta’ Lulju 2015 dwar il-proċeduri ta’ sejħa għall-offerti għall-konċessjonijiet għall-ipprospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi, u għall-konċessjonijiet għall-estrazzjoni tal-idrokarburi (Il-Ġurnal tal-Liġijiet 2015, l-entrata 1171). Il-kumitat għall-evalwazzjoni tal-offerti jippreżenta rapport dwar il-proċedura ta’ sejħa għall-offerti lill-awtorità tal-konċessjoni għall-approvazzjoni tagħha. Flimkien mal-offerti u mad-dokumenti kollha relatati mal-proċedura ta’ sejħa għall-offerti, ir-rapport huwa miftuħ għal entitajiet oħrajn li jippreżentaw l-offerti.
IV.2) Spjegazzjonijiet addizzjonali
Fi żmien sebat ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni tan-notifika, entità interessata tista’ titlob lill-awtorità tal-konċessjoni tipprovdi spjegazzjonijiet dwar l-ispeċifikazzjonijiet iddettaljati tal-offerti. Fi żmien sebat ijiem minn meta tirċievi t-talba, l-awtorità tal-konċessjoni se tippubblika l-ispjegazzjonijiet fil-paġna tal-uffiċċju amministrattiv li jaqa’ taħt l-awtorità fil-Biuletyn Informacji Publicznej (il-Bullettin tal-Informazzjoni Pubblika).
IV.3) Informazzjoni addizzjonali
Is-Servizz Ġeoloġiku Pollakk ġabar l-informazzjoni kollha dwar iż-żona koperta mill-proċedura ta’ sejħa għall-offerti fil-Pakiet danych geologicznych (il-Pakkett ta’ Dejta Ġeoloġika), li huwa disponibbli fuq is-sit web tal-Ministeru għall-Ambjent (www.mos.gov.pl) u mill-indirizz li ġej:
|
Departament Geologii i Koncesji Geologicznych (Id-Dipartiment tal-Ġeoloġija u tal-Konċessjonijiet Ġeoloġiċi) |
|
Il-Ministeru għall-Ambjent |
|
ul. Wawelska 52/54 |
|
00-922 Varsavja, il-Polonja |
|
Tel. +48 223692449; Faks +48 223692460 |
ANNESS
FTEHIM
li jistabbilixxi d-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni għall-ipprospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti tal-gass naturali u għall-estrazzjoni tal-gass naturali fiż-żona ta’ “Bytów”
konkluż f’Varsavja nhar il-…2016 bejn:
it-Teżorerija tal-Istat, irrappreżentata mill-Ministru għall-Ambjent, li għaliha u f’isimha qed jaġixxi, skont il-prokura Nru 5 tas-27 ta’ Jannar 2016, is-Sur Mariusz Orion Jędrysek, Segretarju tal-Istat fil-Ministeru għall-Ambjent u l-Kap Ġeologu tal-Polonja, minn hawn ‘il quddiem imsejħa “it-Teżorerija tal-Istat”
u
XXX, bl-uffiċċju rreġistrat fi: …(l-indirizz sħiħ) …
minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni”,
ifformulat kif ġej:
Taqsima 1
|
1. |
It-Teżorerija tal-Istat, bħala sid esklużiv tas-sottostrati tal-qoxra tad-Dinja li jkopru ż-żona fil-muniċipalitajiet ta’ Dębnica Kaszubska, Czarna Dąbrówka, Parchowo, Studzienice, Dziemiany, Lipusz, Kościerzyna, Stara Kiszewa, Stężyca, Sulęczyno, Sierakowice u Chmielno, il-belt u l-muniċipalità ta’ Bytów, u l-belt ta’ Kościerzyna fil-Provinċja ta’ Pomorskie, li l-konfini tagħha huma ddefiniti minn linji li jgħaqqdu l-punti (1 sa 16) li għandhom il-koordinati li ġejjin fis-sistema tal-koordinati PL-1992:
b’dan tistabbilixxi d-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni għad-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni fiż-żona deskritta hawn fuq, limitata minn naħa ta’ fuq mill-iktar konfini baxx tal-karatteristiċi tas-superfiċje tal-art u minn taħt mill-art ta’ formazzjonijiet Paleożojċi, sakemm id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jikseb konċessjoni għall-ipprospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti tal-gass naturali u għall-estrazzjoni tal-gass naturali fiż-żona ta’ “Bytów” fi żmien sena mid-data tal-ftehim li jistabbilixxi d-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2. |
Jekk il-kundizzjoni li tinkiseb il-konċessjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tiġix issodisfata, l-obbligi li joħorġu mill-ftehim għandhom jiskadu. |
|
3. |
Fiż-żona tal-massa tal-ġebel speċifikata fil-paragrafu 1, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jista’:
|
|
4. |
Is-superfiċje tal-projezzjoni vertikali taż-żona deskritta hawn fuq hija ta’ 779,97 km2. |
Taqsima 2
|
1. |
Il-ftehim li jistabbilixxi d-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha tinkiseb il-konċessjoni. |
|
2. |
Id-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni għandhom jiġu stabbiliti għal perjodu ta’ għaxar snin, li jinkludi ħames snin għall-fażi ta’ pprospettar u esplorazzjoni u ħames snin għall-fażi ta’ estrazzjoni, suġġetti għad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 9. |
|
3. |
Id-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni għandhom jiskadu fid-data li fiha tintemm il-konċessjoni. |
Taqsima 3
|
1. |
Id-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni jintitolaw lid-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni juża ż-żona speċifikata fit-Taqsima 1 fuq bażi esklużiva għall-ipprospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti tal-gass naturali u għall-estrazzjoni tal-gass naturali fiż-żona ta’ “Bytów”, kif ukoll għat-twettiq tal-operazzjonijiet u tal-attivitajiet kollha meħtieġa għal dan il-għan f’dik iż-żona f’konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ, b’mod partikulari mal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni tad-9 ta’ Ġunju 2011 (Il-Ġurnal tal-Liġijiet (Dziennik Ustaw) 2015, l-entrata 196, kif emendat), minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “l-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni”, u mad-deċiżjonijiet maħruġa abbażi tiegħu. Matul il-fażi tal-ipprospettar u tal-esplorazzjoni, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jista’ jiżviluppa l-minerali li qed jiġu esplorati biss sal-punt meħtieġ biex titfassal id-dokumentazzjoni ġeoloġika u ta’ investiment. |
|
2. |
Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jimpenja ruħu li jinnotifika lit-Teżorerija tal-Istat, bil-miktub, dwar kwalunkwe bidla li twassal għal bidla fl-isem jew fil-forma organizzattiva, għal bidla fir-reġistrazzjoni u fin-numri ta’ identifikazzjoni jew għal żidiet jew tnaqqis fil-kapital azzjonarju, dwar it-trasferiment tal-konċessjoni lil entità oħra b’mod leġittimu, dwar is-sottomissjoni ta’ petizzjoni ta’ falliment, dwar id-dikjarazzjoni ta’ falliment jew dwar l-għoti ta’ bidu għall-proċedimenti ta’ ftehim jew għall-proċedimenti ta’ likwidazzjoni. It-Teżorerija tal-Istat tista’ tirrikjedi li fit-tali każijiet jingħataw l-ispjegazzjonijiet meħtieġa. In-notifika għandha ssir fi żmien 30 jum mid-data meta jkunu seħħew iċ-ċirkustanzi msemmija hawn fuq. |
Taqsima 4
Il-ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ partijiet terzi, b’mod partikulari tas-sidien tal-art, u d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni m’għandux ikun eżentat mill-ħtieġa li jikkonforma mar-rekwiżiti previsti mil-liġi, b’mod partikulari dawk relatati mal-ipprospettar u l-esplorazzjoni tal-minerali u mal-ħarsien u l-użu tar-riżorsi ambjentali.
Taqsima 5
It-Teżorerija tal-Istat tirriżerva d-dritt li tistabbilixxi, fiż-żona msemmija fit-Taqsima 1(1), drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni sabiex jitwettqu attivitajiet oħrajn minbarra dawk speċifikati fil-ftehim, b’mod li ma jiksirx id-drittijiet tad-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni.
Taqsima 6
|
1. |
Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni għandu jħallas lit-Teżorerija tal-Istat it-tariffa li ġejja għad-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni fiż-żona speċifikata fit-Taqsima 1(1) matul il-fażi ta’ ħames snin tal-ipprospettar u tal-esplorazzjoni, għal kull sena ta’ użufrutt tal-estrazzjoni (li tingħadd bħala 12-il xahar konsekuttiv):
– suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2. |
|
2. |
Jekk id-data għall-ħlas tat-tariffa dovuta għal sena partikulari ta’ użufrutt tal-estrazzjoni tkun bejn l-1 ta’ Jannar u l-1 ta’ Marzu, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni għandu jħallas it-tariffa sal-1 ta’ Marzu. Madankollu, jekk it-tariffa tkun suġġetta għall-indiċjar skont il-paragrafi 3 sa 5, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni għandu jħallasha mhux aktar kmieni mid-data li fiha jitħabbar l-indiċi msemmi fil-paragrafu 3, wara li jitqies dak l-indiċi. |
|
3. |
It-tariffa speċifikata fil-paragrafu 1 għandha tiġi indiċjata mal-indiċijiet tal-prezzijiet annwali medji tal-konsumatur stabbiliti għall-perjodu mill-konklużjoni ta’ dan il-ftehim sas-sena ta’ qabel id-data għall-ħlas tat-tariffa, kif imħabbar mill-President tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika fil-Monitor Polski (Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Polonja). |
|
4. |
Jekk id-data għall-ħlas tat-tariffa tkun taqa’ fl-istess sena kalendarja bħal dik li fiha ġie konkluż il-ftehim, it-tariffa m’għandhiex tiġi indiċjata. |
|
5. |
Jekk il-ftehim ikun ġie konkluż u jkun daħal fis-seħħ fis-sena ta’ qabel dik li fiha tkun taqa’ d-data għall-ħlas tat-tariffa, it-tariffa m’għanhiex tiġi indiċjata jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jħallasha sa tmiem is-sena kalendarja li fiha jiġi konkluż u jidħol fis-seħħ il-ftehim. |
|
6. |
Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jitlef id-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni stabbiliti skont il-ftehim qabel ma jiskadi l-limitu taż-żmien speċifikat fit-Taqsima 2(1) u (2), id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni għandu jintalab iħallas it-tariffa għas-sena sħiħa ta’ użufrutt li fiha ntilfu dawn id-drittijiet. Jekk, madankollu, id-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni jintilfu minħabba li l-konċessjoni tiġi rtirata jew minħabba r-raġunijiet speċifikati fit-Taqsima 9(1), (3) jew (4), id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni għandu jħallas it-tariffa għall-perjodu kollu tal-użufrutt speċifikat fit-Taqsima 2(1) u (2), filwaqt li jitqies l-indiċjar għas-sena ta’ qabel it-terminazzjoni tal-ftehim. It-tariffa għandha titħallas fi żmien 30 jum mid-data meta jkunu ntilfu d-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni. It-telf tad-drittijiet ta’ użufrutt ma jirrilaxxax lid-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni mill-obbligi ambjentali relatati mas-suġġett tad-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni, b’mod partikulari l-obbligi relatati mal-ħarsien tad-depożiti. |
|
7. |
Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni għandu jħallas it-tariffa għad-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni fil-kont bankarju tal-Ministeru għall-Ambjent fil-Fergħa ta’ Varsavja tal-Bank Nazzjonali tal-Polonja bin-numru 07 1010 1010 0006 3522 3100 0000, għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni b’rabta ma’ konċessjoni għall-ipprospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti tal-gass naturali u għall-estrazzjoni tal-gass naturali fiż-żona ta’ “Bytów”. Id-data tal-ħlas għandha tkun id-data li fiha l-fondi jiġu kkreditati lill-kont tat-Teżorerija tal-Istat. |
|
8. |
It-tariffa speċifikata fil-paragrafu 1 m’għandhiex tkun suġġetta għal taxxa fuq l-oġġetti u s-servizzi (il-VAT). Jekk il-leġiżlazzjoni tiġi emendata b’tali mod li l-attivitajiet li huma s-suġġett ta’ dan il-ftehim ikunu suġġetti għat-tassazzjoni, l-ammont tat-tariffa għandu jiżdied bl-ammont tat-taxxa dovuta. |
|
9. |
It-Teżorerija tal-Istat għandha tinnotifika lid-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni bil-miktub dwar xi tibdil fin-numru tal-kont imsemmi fil-paragrafu 7. |
|
10. |
Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni għandu jibgħat kopji tal-evidenza tal-ħlas tat-tariffa msemmija fil-paragrafu 1 lit-Teżorerija tal-Istat fi żmien sebat ijiem mid-data tal-ħlas tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni. |
Taqsima 7
Wara li d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jikseb deċiżjoni ta’ investiment li tispeċifika l-kundizzjonijiet għall-estrazzjoni tal-gass naturali, fi żmien 30 jum mid-data ta’ dik id-deċiżjoni, il-partijiet għandhom jiffirmaw anness għal dan il-ftehim li jispeċifika l-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-ftehim matul il-fażi tal-estrazzjoni.
Taqsima 8
Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jista’ jeżerċita d-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni stabbiliti fit-Taqsima 1(1) biss wara li jkun kiseb kunsens bil-miktub dwar dan mingħand it-Teżorerija tal-Istat.
Taqsima 9
|
1. |
Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jikser l-obbligi stipulati fil-ftehim, suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3 u 4, it-Teżorerija tal-Istat tista’ ttemm il-ftehim b’effett immedjat, mingħajr ma d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jkun intitolat jagħmel xi talba fuq il-proprjetà. Madankollu, il-ftehim m’għandux jinġieb fi tmiemu jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jkun kiser l-obbligi li joħorġu minnu minħabba forza maġġuri. |
|
2. |
Jekk il-ftehim jinġieb fi tmiemu għar-raġunijiet speċifikati fil-paragrafu 1, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni għandu jħallas lit-Teżorerija tal-Istat piena kuntrattwali ta’ 25 % tat-tariffa għall-perjodu kollu tal-użufrutt speċifikat fit-Taqsima 2(1) u (2), suġġetta għall-indiċjar għas-sena ta’ qabel dik li fiha jkun inġieb fi tmiemu l-ftehim. |
|
3. |
Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jdum ma jħallas it-tariffa għal iktar minn sebat ijiem wara l-iskadenzi speċifikati fit-Taqsima 6(1) jew (2), it-Teżorerija tal-Istat għandha titlob lid-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jħallas it-tariffa pendenti fi żmien sebat ijiem minn meta tkun waslet it-talba, u jekk ma jagħmilx dan, il-ftehim jinġieb fi tmiemu b’effett immedjat. |
|
4. |
It-Teżorerija tal-Istat tista’ ttemm il-ftehim kollu jew parti minnu billi tagħti avviż ta’ 30 jum lid-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni, li jibdew minn tmiem ix-xahar tal-kalendarju, jekk dan ma jinfurmahiex biċ-ċirkustanzi msemmija fit-Taqsima 3(2) fi żmien 30 jum minn meta jseħħu. |
|
5. |
Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni għandu jintrabat bil-ftehim sad-data meta tinġieb fi tmiemha l-konċessjoni u ma jistax itemm il-ftehim. |
|
6. |
Il-ftehim għandu jintemm bil-miktub, u jekk dan ma jseħħx it-terminazzjoni ma tkunx valida. |
|
7. |
Il-partijiet jaqblu li jekk it-Teżorerija tal-Istat ittemm il-ftehim, it-tariffa mħallsa għad-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni msemmija fit-Taqsima 6(1) m’għandhiex tiġi rimborżata. |
|
8. |
It-Teżorerija tal-Istat tirriżerva d-dritt li titlob kumpens li jkun jaqbeż l-ammont tal-pieni kuntrattwali f’termini ġenerali jekk l-ammont ta’ ħsara li hija tkun ġarrbet ikun jaqbeż il-pieni kuntrattwali. |
Taqsima 10
Fil-każ ta’ forza maġġuri, il-partijiet għandhom immedjatament jagħmlu kull sforz biex jiftiehmu dwar kors ta’ azzjoni. “Forza maġġuri” għandha tiftiehem bħala avveniment mhux mistenni li jaffettwa b’mod dirett lid-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni, li jfixkel il-prestazzjoni tal-attivitajiet li magħhom huwa relatat il-ftehim u li ma jistax jiġi previst jew evitat.
Taqsima 11
Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jista’ japplika għal estensjoni tal-ftehim kollu jew ta’ parti minnu, u għandu jagħmel dan bil-miktub, u jekk ma jagħmilx hekk, l-applikazzjoni ma tkunx valida.
Taqsima 12
Jekk il-ftehim jinġieb fi tmiemu, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni m’għandux ikun intitolat jitlob lit-Teżorerija tal-Istat għal żieda fil-valur tas-suġġett tad-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni.
Taqsima 13
Kull tilwima li toħroġ mill-ftehim għandha tiġi solvuta mill-qorti ordinarja li fil-ġuriżdizzjoni tagħha tkun taqa’ s-sede tat-Teżorerija tal-Istat.
Taqsima 14
Fi kwistjonijiet mhux irregolati mill-ftehim, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni u tal-Kodiċi Ċivili, b’mod partikulari dawk relatati mal-kiri.
Taqsima 15
Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni għandu jġarrab l-ispejjeż tal-konklużjoni tal-ftehim.
Taqsima 16
L-emendi għall-ftehim għandhom isiru bil-miktub, u jekk ma jsirx hekk ma jkunux validi.
Taqsima 17
Dan il-ftehim tfassal fi tliet kopji identiċi (kopja għad-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni u żewġ kopji għall-Ministru għall-Ambjent).
It-Teżorerija tal-Istat
Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni