European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/7050

20.11.2024

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11701 — SANTANDER / PEMBERTON / EMERALD JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/7050)

1.   

Fit-12 ta’ Novembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Banco Santander S.A. (“Banco Santander”, Spanja),

—

Pemberton Asset Management Holdings Limited (“Pemberton”, Jersey),

—

Emerald TradeCo UK Limited (“l-Impriża Konġunta”, ir-Renju Unit).

Banco Santander u Pemberton se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-Impriża Konġunta.

Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża bi sħab.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

Banco Santander huwa istituzzjoni finanzjarja b’attivitajiet maqsuma f’ħames negozji globali: Servizzi Bankarji Kummerċjali u għall-Konsumatur, Bank tal-Konsumatur Diġitali, Servizzi Bankarji ta’ Investiment u Korporattivi, Ġestjoni tal-Ġid u Assigurazzjoni, u Pagamenti. Hija attiva fl-Ewropa, fl-Istati Uniti, fl-Amerika Latina u fl-Asja,

—

Pemberton hija maniġer tal-kreditu alternattiv privat li tipprovdi servizzi ta’ ġestjoni tal-assi lill-investituri istituzzjonali. L-operazzjonijiet ta’ Pemberton huma ffukati fuq id-dejn privat u s-self dirett lill-kumpaniji Ewropej ta’ nofs is-suq.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-Impriża Konġunta se jkunu dawn:

—

l-Impriża Konġunta se tipprovdi lil korporattivi kbar u ta’ daqs medju b’soluzzjonijiet tal-katina tal-provvista. Se tkun attiva f’għadd ta’ pajjiżi fl-Ewropa, fl-Amerika u fl-Asja.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11701 — SANTANDER / PEMBERTON / EMERALD JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz tal-posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7050/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)