12004V002

Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI I - TITOLU I - TIFSIR U GĦANIJIET TA' L-UNJONI - Artikolu I-2

Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0011 - 0011


Artikolu I-2

Il-Valuri ta' l-Unjoni

L-Unjoni hija mibnija fuq il-valuri ta' rispett għad-dinjità tal-bniedem, ta' libertà, ta' demokrazija, ta' ugwaljanza, ta' l-istat tad-dritt u tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi. Dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f'soċjetà karatterizzata mill-pluraliżmu, in-non-diskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel.

--------------------------------------------------