22004D0039

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 39/2004 tat-23 ta' April 2004 li temenda l-Anness XI (Servizzi tat-telekomunikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE - Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/548/KE (sett minimu ta' linji mikrija)

Official Journal L 277 , 26/08/2004 P. 0008 - 0008


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE

Nru 39/2004

tat-23 ta' April 2004

li temenda l-Anness XI (Servizzi ta' telekomunikazzjoni) li jinsab mal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabblixxi ż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XI li jinsab mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni Nru 11/2004 tas-6 ta' Frar 2004 [1].

(2) D-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/548/KE tal-24 ta' Lulju 2003 dwar is-sett minimu ta' linji mikrija bil-karatteristiċi armonizzati u l-istandardsassoċjati msemmija fl-Artikolu 18 tad-Direttiva dwar Servizz Universali [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiżdied wara l-punt 5cm (Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XI li jinsab mal-Ftehim:

"5.cn 32003 D 0548: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/548/KE tal-24 ta' Lulju 2003 dwar is-sett minimu ta' linji mikrija bil-karatteristiċi armonizzati u l-istandardsassoċjati msemmija fl-Artikolu 18 tad-Direttiva dwar Servizz Universali (ĠU L 186, tal-25.7.2003, p. 43)."

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2003/548/KE fil-lingwa Islandiż u dik norveġija, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġunrnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta' April 2004, kemm-il darba li n-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fit-Taqsima ŻEE tal-, u fis-Suppliment ŻEE tal-, Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussel, fit-23 ta' April 2004.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 116, tat-22.04.2004, p. 60.

[2] ĠU L 186, tal-25.07.2003, p. 43.

[3] Ma huma indikati ebda ħtiġiet kostituzzjonali.

--------------------------------------------------