<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑446/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CJ0446</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2252">EU:C:2014:2252</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20141002">2.10.2014</DATE> — KAWŻA C‑446/13</P><P>FONDERIE 2A</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20141002">2 ta’ Ottubru 2014</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Sitt Direttiva tal-VAT</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 8(1)(a)</KEYWORD><KEYWORD>Determinazzjoni tal-post ta’ kunsinna ta’ oġġetti</KEYWORD><KEYWORD>Fornitur stabbilit fi Stat Membru li ma huwiex dak fejn huwa stabbilit ix-xerrej</KEYWORD><KEYWORD>Ipproċessar tal-oġġett fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit ix-xerrej</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑446/13,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Conseil d’État (Franza), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20130725">25 ta’ Lulju 2013</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑<DATE ISO="20130807">7 ta’ Awwissu 2013</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Fonderie 2A</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ministre de l’Économie et des Finances,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta, President tal-Awla, K. Lenaerts (Relatur), Viċi-President tal-Qorti tal-Ġustizzja, J. L. da Cruz Vilaça, J.‑C. Bonichot u A. Arabadjiev, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: V. Tourrès, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas‑<DATE ISO="20140507">7 ta’ Mejju 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Fonderie 2A, minn D. Le Prado, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn D. Colas u J.‑S. Pilczer, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Elleniku, minn I. Bakopoulos u M. Skorila, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Lozano Palacios u C. Soulay, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat‑<DATE ISO="20140703">3 ta’ Lulju 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tikkonċerna l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tas‑Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas‑<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23), kif emendat bid-Direttiva tal-Kunsill 95/7/KE, tal‑<DATE ISO="19950410">10 ta’ April 1995</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 274, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Sitt Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ tilwima bejn Fonderie 2A, kumpannija li s-sede tagħha tinsab fl-Italja u l-ministre de l’Économie et des Finances fir-rigward tar-rifjut li jiġi rrimborsat lil din il-kumpannija t-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>VAT<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) li hija ħallset fi Franza fl‑2001 għal xogħlijiet li twettqu f’dan l-Istat Membru.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Is-Sitt Direttiva</P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Is-Sitt Direttiva tħassret u ġiet issostitwita, b’effett mill‑<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE>, bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>). Madankollu, fid-dawl tal-fatt li l-VAT inkwistjoni fil-kawża prinċipali tħallas fl‑2001, id-dispożizzjonijiet rilevanti huma dawk tas-Sitt Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tas-Sitt Direttiva jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Dawn li ġejjin għandhom ikunu soġġetti [għall-VAT]:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>il-provvista ta’ oġġetti u servizzi magħmula bi ħlas fit-territorju tal-pajjiż minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(1) tal-imsemmija direttiva jiddefinixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>provvista ta’ oġġetti<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Provvista ta’ oġġetti<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> tfisser it-trasferiment tad-dritt ta’ sid li jiddisponi minn proprjetà korporali.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tas-Sitt Direttiva, li bis-saħħa tiegħu huwa ddeterminat il-post tat-tranżazzjonijiet taxxabbli, jipprovdi, fil-paragrafu 1(a) tiegħu, li, fil-każ fejn l-oġġett huwa spedit jew ittrasportat jew mill-fornitur, jew mix-xerrej, jew minn terza persuna, il-post ta’ kunsinna tal-oġġetti jitqies li huwa l-post fejn jinsab l-oġġett fil-mument tat-tluq tal-ispedizzjoni jew tat-trasport destinat lix-xerrej.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 28a tas-Sitt Direttiva, li jiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni tal-arranġamenti transizzjonali għat-tassazzjoni tan-negozju bejn Stati Membri, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="028A.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Li ġej għandu jkun suġġett ukoll għall-[VAT]:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>akkwisizzjonijiet intra-komunitarji ta’ merkanzija għall‑konsiderazzjoni, minn persuna taxxabbli, fit-territorju ta’ pajjiż, li tkun qed taġixxi b’dan il-mod jew minn persuna legali mhux taxxabbli [meta l‑bejjiegħ ikun persuna taxxabbli li taġixxi inkwantu tali] […]</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="028A.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Akkwisizzjoni intra-komunitarja ta’ merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> tfisser l-akkwisizzjoni tad-dritt bħala sid ta’ propjeta mhux fissa u tanġibbli mibgħuta jew ittrasportata sa għand il-persuna li qed takkwista l-merkanzija jew għan-nom tal-bejjiegħ jew il-persuna li qed takkwista l-merkanzija għal Stat Membru li mhux l-istess li minnu ntbagħtet jew kienet ittrasportata l-merkanzija.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="028A.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA><P>Is-segwenti għandu jiġi ttrattat bħala provvisti ta’ l-oġġetti effetwati għal konsiderazzjoni:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>It-trasferiment ta’ merkanzija li tkun saret minn persuna taxxabbli għal Stat Membru ieħor.</TXT><P>Li ġejjin jistgħu jitqiesu daqs li kieku kienu ttrasferiti għal Stat Membru ieħor: kull propjeta tanġibbli mibgħuta jew ittrasportata minn jew għan-nom tal-persuna taxxabbli barra mit-territorju iddefinit fl-Artikolu 3 imma fil-Komunità għall-iskop tax-xogħol tiegħu, ħlief għall-iskop ta’ waħda mit-transazzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>il-provvista ta’ servizz imwettaq għall-persuna taxxabli u tinvolvi xogħol fuq l-oġġetti involuti mwettqa fiżikament fl-Istat Membru li fih il-kunsinja jew it-trasport ta’ l-oġġetti jispiċċa, basta illi l-oġġetti, wara li jkunu maħduma, jerġgħu jkunu kkonsenjati lil dik il-persuna taxxabli fl-Istat Membru minn fejn kienu inizjalment ikkonsenjati jew ittrasportati.</P></ITEM></LIST></P><P>[…]</P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="028A.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>L-akkwisizzjoni intra-Komunitarja ta’ merkanzija għall-konsiderazzjoni tinkludi li persuna taxxabbli jkun jista’ juża, għall-impriża tiegħu, il-merkanzija mibgħuta jew ittrasportata minn jew għan-nom ta’ dik il-persuna taxxabbli minn Stat Membru ieħor fit-territorju fejn il-merkanzija saret, inħarġet, kienet ipproċessata, inxtrat, kienet akkwistata kif iddefinit fil-paragrafu 1 jew importata mill-persuna taxxabbli fil-qafas ta’ l-intrapriż tiegħu għal ġo dak l-Istat Membru.</ALINEA></PARAG><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 28f ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Id-dritt tat-tnaqqis<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="028F.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1)</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Artikolu 17(2), (3) u (4) jinbidel b’li ġej:</P><PARAG IDENTIFIER="017.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Sakemm il-merkanzija u s-servizi jintużaw għall-iskop tat transazzjonijiet taxxabbli tagħha, il-persuna taxxabbli tkun intitolata li tnaqqas mit-taxxa li għandu jħallas:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>[VAT] dovuta jew mħallsa ġewwa t-territorju tal-pajjiż rigward l-oġġetti jew servizzi pprovduti jew li għad għandhom jiġu forniti lilu minn persuna taxxabbli oħra;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="017.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Stati Membri jagħtu lil kull persuna taxxabbli d-dritt għat-tnaqqis jew rimborsament tat-taxxa fuq il-valur miżjud imsemmi fil-paragrafu 2 sakemm il-merkanzija u s-servizzi jintużaw għall:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>transazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-attivitajiet msemmijin fl-Artikolu 4(2), li jkunu sara f’pajjiż ieħor, li jkunu jistgħu jitnaqqsu kieku saru fit-territorju tal-pajjiż;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="017.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA><P>Ir-rimborsament tat-taxxa fuq il-valur miżjud imsemmi fil-paragrafu 3 isir:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>lil persuni taxxabbli li mhux stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż imma li huma stabbiliti fi Stat Membru ieħor skond ir-regoli ta’ implimentazzjoni iddettaljati stabbiliti fi[t-Tmien Direttiva tal-Kunsill] 79/1072/KEE[, tas‑<DATE ISO="19791206">6 ta’ Diċembru 1979</DATE>, dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward it-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Arranġamenti għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud lill-persuni taxxabbli li m’humiex stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 79, iktar ’il quddiem it‑<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Tmien Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>)],</P></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/></P></ALINEA></PARAG></ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>It-Tmien Direttiva</P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tat-Tmien Direttiva jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>persuna taxxabbli mhux stabbilita fit-territorju tal-pajjiż<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/>għandha tfisser persuna kif hemm referenza għaliha fl-Artikolu 4(1) ta’ Direttiva 77/388/KEE li, matul il-perjodu li hemm referenza għalih fl-ewwel u t-tieni sentenzi ta’ l-ewwel sotto-paragrafu ta’ l-Artikolu 7(1), li la kellha l-post ta’ l-attività ekonomika f’dak il-pajjiż, u lanqas kellha stabbiliment li minnu jkunu magħmula transazzjonijiet tan-negozju, lanqas, jekk ma jkunx jeżisti tali post jew stabbiliment fiss, id-dar tagħha jew il-post normali ta’ residenza, u li, matul l-istess perjodu, ma tkunx issuplixxiet la merkanzija u lanqas servizzi meqjusa li kienu ġew ipprovduti f’dak il-pajjiż [...]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Kull Stat Membru għandu jirrifondi lil kull persuna taxxabbli li ma tkunx stabbilita fit-territorju ta’ dak il-pajjiż iżda li tkun stabbilita fi Stati Membru ieħor, soġġetta għall-kondizzjoniiet preskritti taħt, kull taxxa fuq il-valur miżjud mitluba fir-rigward ta’ servizzi jew proprjetà li tista’ tiċċaqlaq ipprovduta lilha minn persuni oħra taxxabbli fit-territorju tal-pajjiż jew mitluba fir-rigward ta’ l-importazzjoni ta’ merkanzija fil-pajjiż, sakemm tali merkanzija u servizzi jintużaw għall-għanijiet tat-transazzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 17(3)(a) u (b) ta’ Direttiva 77/388/KEE u tad-disposizzjoni ta’ servizzi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(b).<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Franċiż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 256 tal-code général des impôts (Kodiċi ġenerali tat-taxxi), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem is‑<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>CGI<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>I.</NO.P><TXT>Il-provvista ta’ oġġetti u servizzi bi ħlas b’titolu oneruż minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali hija suġġetta għall-[VAT].</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>II.</NO.P><TXT>1° <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Provvista ta’ oġġetti<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="2019" ID="QE0018"/> tfisser it-trasferiment tad-dritt ta’ persuna li tiddisponi minn oġġett mobbli korporali bħala proprjetarju.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 258 tas-CGI huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>I.</NO.P><TXT>Il-post tal-kunsinna ta’ oġġett mobbli korporali jitqies li jinsab fi Franza meta l-oġġett jinsab fi Franza:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Fil-mument tal-ispedizzjoni jew tat-trasport mill-bejjiegħ, mix-xerrej, jew minn persuna f’isimhom, lejn id-destinazzjoni tax-xerrej;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Meta jsir l-immuntar jew l-installazzjoni mill-bejjiegħ jew minn persuna f’ismu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>Meta x-xerrej jitqiegħed għad-dispożizzjoni, fl-assenza ta’ spedizzjoni jew ta’ trasport;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikoli 271 tas-CGI u 242‑0 M tal‑Anness II tas‑CGI jimplementaw l-Artikoli 1 u 2 tat-Tmien Direttiva.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Fl‑2001, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali mmanifatturat partijiet tal-metall fl-Italja li biegħet lil Atral, kumpannija li s-sede tagħha tinsab fi Franza.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Qabel il-kunsinna tagħhom lil Atral, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali bagħtet dawn il-partijiet, f’isimha, lil kumpannija Franċiża oħra, Saunier‑Plumaz, sabiex din tal-aħħar twettaq xogħlijiet ta’ finitura fuqhom, jiġifieri xogħol ta’ żebgħa, sabiex imbagħad tibgħathom direttament lix-xerrej finali.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-prezz tal-bejgħ tal-imsemmija partijiet, iffatturat lil Atral minn Fonderie 2A, kien jinkludi xogħlijiet ta’ finitura. Dawn l-istess xogħlijiet ta’ finitura ġew iffatturati lil Fonderie 2A mill-fornitur ta’ servizz, jiġifieri Saunier-Plumaz, għal ammont li kien jinkludi wkoll il-VAT fuq dawn ix-xogħlijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Fonderie 2A talbet lill-amministrazzjoni fiskali Franċiża, abbażi tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplementaw it-Tmien Direttiva, ir-rimbors tal-VAT imħallas f’isimha.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet miċħuda minħabba l-fatt li, konformement mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplementaw is-Sitt Direttiva, il-post tal-kunsinna tal-oġġetti kien jinsab fi Franza.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Għalhekk Fonderie 2A ppreżentat rikors kontra din iċ-ċaħda quddiem it-tribunal administratif de Paris, li ġie miċħud permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20080703">3 ta’ Lulju 2008</DATE>. Peress li l-appel li ġie ppreżentat ġie wkoll miċħud mill-cour administrative d’appel de Paris f’sentenza tal‑<DATE ISO="20101021">21 ta’ Ottubru 2010</DATE>, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ressqet rikors ta’ kassazzjoni quddiem il-Conseil d’État.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ dan l-appell, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ssostni li d-dispożizzjonijiet tas-CGI adottati sabiex tiġi żgurata t-traspożizzjoni fid-dritt Franċiż tas-Sitt Direttiva ġew miksura mill-cour administrative d’appel de Paris. Hija tqis li hija kienet wettqet kunsinna intra‑Komunitarja mill-Italja u li hija ma kinitx wettqet tranżazzjoni taxxabbli fi Franza. Għaldaqstant, għandu jkun ix-xerrej li għandu jħallas il-VAT fuq l-akkwist intra‑Komunitarju.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Conseil d’État iddeċieda li jissospendi l-proċeduri quddiemu u li jressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Id-dispożizzjonijiet tas-Sitt Direttiva li jippermettu li jiġi ddefinit il-post ta’ kunsinna intra-Komunitarja għandhom iwasslu għall-kunsiderazzjoni li l-kunsinna ta’ oġġett lil klijent f’pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea, wara l-ipproċessar tal-oġġett, f’isem il-bejjiegħ, li sar fl-istabbiliment ta’<?PAGE NO="6"?> kumpannija oħra li tinsab fil-pajjiż tal-klijent, hija kunsinna bejn il-pajjiż tal-bejjiegħ u l-pajjiż tad-destinatarju finali jew kunsinna fil-pajjiż ta’ dan tal-aħħar, mill-istabbiliment fejn sar l-ipproċessar?<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Minn qari flimkien tal-Artikoli 1 u 2 tat-Tmien Direttiva jirriżulta li fornitur ta’ oġġett, fis-sitwazzjoni tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, għandu dritt għar-rimbors tal-VAT fuq dan l-oġġett, li huwa ħallas lil fornitur ta’ servizz stabbilit fi Stat Membru ieħor, biss jekk dan il-fornitur ma jkun wettaq ebda kunsinna ta’ oġġetti jew provvista ta’ servizzi meqjusa li tkun saret f’dan l-aħħar Stat Membru. Fil-fatt, għalkemm fornitur, fis-sitwazzjoni tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, ikun wettaq kunsinna ta’ oġġetti f’dan l-istess Stat Membru, il-prinċipju tan-newtralità tal-VAT ma jirrikjedix ir-rimbors tal-VAT imħallsa lill-fornitur ta’ servizz, ġaladarba l-imsemmi fornitur tal-oġġetti, sa fejn is-servizzi pprovduti mill-imsemmi fornitur ta’ servizzi jintużaw għall-bżonnijiet tat-tranżazzjonijiet intaxxati minn dan il-fornitur tal-oġġetti, għandu dritt għat-tnaqqis tal-VAT, konformement mal-Artikolu 17(2)(a) tas-Sitt Direttiva fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mill-punt 1 tal-Artikolu 28f tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>B’hekk il-qorti tar-rinviju tixtieq tiddetermina jekk il-kunsinna ta’ oġġetti magħmula minn fornitur, fis-sitwazzjoni tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, lil xerrej stabbilit fi Stat Membru ieħor titqiesx li tinsab f’dan l-aħħar Stat Membru meta l-imsemmi fornitur jgħaddi xogħlijiet ta’ finitura lil fornitur ta’ servizzi stabbilit f’dan l-istess Stat Membru qabel ma jieħu ħsieb it-trasport tal-imsemmija oġġetti lejn id-destinazzjoni tal-imsemmi xerrej.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Anki jekk id-domanda magħmula tirreferi, b’mod ġenerali, għad-dispożizzjonijiet tas-Sitt Direttiva li jippermettu li jiġi ddefinit il-post ta’ kunsinna intra‑Komunitarja, għandu jiġi kkunsidrat li din tikkonċerna l-interpretazzjoni tal-Artikolu 8(1)(a) ta’ din id-direttiva. Fil-fatt, mill-ġurisprudenza jirriżulta li din id-dispożizzjoni, li tippermetti li jiġi ddeterminat il-post ta’ kunsinna ta’ oġġetti, ma tagħmel ebda distinzjoni bejn kunsinni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>intra‑Komunitarji<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> u kunsinni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>interni<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> (ara s-sentenza EMAG Handel Eder, C‑245/04, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:232">EU:C:2006:232</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 46).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Konsegwentement, hekk kif tosserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 52 tal-konklużjonijiet tagħha, il-post tal-kunsinna tal-oġġetti li jikkonsistu fil-bejgħ ta’ partijiet tal-metall inkwistjoni fil-kawża prinċipali minn Fonderie 2A lil Atral għandu jiġi ddeterminat fir-rigward tal-imsemmi Artikolu 8(1)(a), u t-twettiq ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>trasferiment<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> jew ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>użu<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, fis-sens tal-Artikolu 28a(5)(b) u (6), tas-Sitt Direttiva huwa mingħajr rilevanza f’dan ir-rigward, b’tali mod li ma huwiex neċessarju li dawn l-aħħar dispożizzjonijiet jiġu interpretati biex tingħata risposta għad-domanda magħmula.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkunsidrat li, permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 8(1)(a) tas-Sitt Direttiva għandux jiġi interpretat fis-sens li l-post ta’ kunsinna ta’ oġġett, mibjugħ minn kumpannija stabbilita fi Stat Membru lil xerrej stabbilit fi Stat Membru ieħor, u li fuqu l-bejjiegħ wettaq xogħlijiet ta’ finitura permezz ta’ fornitur ta’ servizz stabbilit f’dan l-Istat Membru l-ieħor qabel ma bagħat dan l-oġġett permezz tal-imsemmi fornitur ta’ servizz lix-xerrej għandux jitqies li jinsab fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit il-fornitur jew, għall-kuntrarju, fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit ix-xerrej.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fl-ewwel lok jeħtieġ li wieħed jirreferi għall-kliem tal-Artikolu 8(1)(a) tad-Sitt Direttiva, skont liema l-post ta’ kunsinna ta’ oġġetti jitqies li jinsab fil-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>post fejn ikunu jinsabu l-oġġetti fil-ħin meta jintbagħtu jew jibda t-trasport għall-akkwirent<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>. Issa, interpretazzjoni litterali ta’<?PAGE NO="7"?> din id-dispożizzjoni ma tippermettix li jiġi kkunsidrat li l-post ta’ kunsinna, bħal dik li saret bejn ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali u x-xerrej, jinsab fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit il-fornitur. Fil-fatt, l-oġġetti kkonċernati qabel kollox intbagħtu lill-fornitur tas-servizz li kien stabbilit fi Stat Membru ieħor u dan tal-aħħar sussegwentement bagħathom mill-ġdid, wara li wettaq xogħlijiet ta’ finitura, lix-xerrej, stabbilit f’dan l-aħħar Stat Membru. L-uniċi oġġetti li kienu suġġetti għall-kuntratt konkluż bejn il-fornitur u x-xerrej, jiġifieri l-oġġetti wara li kien sar ix-xogħol ta’ finitura, kienu għalhekk diġà fis-sitwazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>meta jintbagħtu jew jibda t-trasport għall-akkwirent<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, fis-sens tal-Artikolu 8(1)(a) tas-Sitt Direttiva, fl-Istat Membru fejn dan tal-aħħar huwa stabbilit.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, din l-interpretazzjoni litterali hija kkorroborata bl-istruttura ġenerali tal-imsemmija dispożizzjoni. Fil-fatt, il-post ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>provvista [kunsinna] ta’ oġġetti<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, fis-sens tal-Artikolu 5(1) tas-Sitt Direttiva, jiġifieri l-post ta’ trasferiment tad-dritt ta’ persuna li tiddisponi minn oġġett korporali bħala proprjetarju, għandu jiġi ddeterminat skont ir-regoli magħmula mill-Artikolu 8(1) tas-Sitt Direttiva. Issa, meta fornitur ta’ oġġetti, fis-sitwazzjoni tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, jibgħat dawn l-oġġetti lil fornitur ta’ servizz inkarigat minn xogħlijiet ta’ finitura, huwa ma jittrasferixxix lix-xerrej id-dritt li jiddisponi mill-oġġetti kkonċernati bħala proprjetarju. Tali spedizzjoni hija intiża biss sabiex l-oġġetti kkonċernati jsiru konformi mal-obbligi kuntrattwali tal-fornitur ta’ oġġetti sabiex tkun tista’ ssir kunsinna ulterjuri lix-xerrej.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar ulterjorment li l-Artikolu 8(1)(a) tas-Sitt Direttiva jimplika l-eżistenza ta’ rabta <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> u <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> suffiċjenti bejn il-kunsinna tal-beni inkwistjoni u l-ispedizzjoni tagħhom kif ukoll kontinwità fl-iżvolġiment tat‑tranżazzjoni (ara s-sentenza X, C‑84/09, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:693">EU:C:2010:693</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 33).</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Issa, tali rabta u tali kontinwità ma jirriżultawx jekk l-ispedizzjoni tal-oġġetti mill-fornitur tal-oġġetti jew mill-fornitur tas-servizz tkun intiża sabiex tipproċessahom qabel il-kunsinna tagħhom lix-xerrej, sabiex dawn isiru konformi mal-impenji kuntrattwali bejn il-fornitur tal-oġġett u x-xerrej. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-post tal-kunsinna, fis-sens tal-Artikolu 8(1)(a) tas-Sitt Direttiva, jitqies li huwa l-post fejn jinsabu l-oġġetti li saru konformi mal-impenji kuntrattwali bejn dawn iż-żewġ partijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, interpretazzjoni tali hija konformi mal-għan tad-dispożizzjonijiet tas-Sitt Direttiva dwar id-determinazzjoni tal-post tat-tranżazzjonijiet taxxabbli, li huma intiżi sabiex tiġi evitata t-taxxa doppja kif ukoll in-nuqqas ta’ tassazzjoni tal-imsemmija tranżazzjonijiet (ara, f’dan is-sens, fir-rigward tal-Artikolu 9 tas-Sitt Direttiva, is-sentenza ADV Allround, C‑218/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:35">EU:C:2012:35</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 27 u l-ġurisprudenza ċċitata). Fil-fatt, hija tippermetti, hekk kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 42 tal-konklużjonijiet tagħha, li jiġi ddeterminat b’mod ċar il-post ta’ kunsinna ta’ oġġett, li jindika huwa nnifsu l-Istat Membru li lilu għandu jitħallas il-VAT relatat ma’ din it-tranżazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 8(1)(a) tas-Sitt Direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li l-post ta’ kunsinna ta’ oġġett, mibjugħ minn kumpannija stabbilita fi Stat Membru lil xerrej stabbilit fi Stat Membru ieħor, u li fuqu l-bejjiegħ wettaq permezz ta’ fornitur ta’ servizzi stabbilit f’dan l-Istat Membru l-ieħor, xogħlijiet ta’ finitura intiżi sabiex dan l-oġġett ikun jista’ jiġi kkunsinnat, qabel ma jintbagħat mill-imsemmi fornitur ta’ servizz lejn id-destinazzjoni tax-xerrej, għandu jitqies li jinsab fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit dan tal-aħħar.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 8(1)(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas‑<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 95/7/KE, tal‑<DATE ISO="19950410">10 ta’ April 1995</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-post ta’ kunsinna ta’ oġġett, mibjugħ minn kumpannija stabbilita fi Stat Membru lil xerrej stabbilit fi Stat Membru ieħor, u li fuqu l-bejjiegħ wettaq permezz ta’ fornitur ta’ servizzi stabbilit f’dan l-Istat Membru l-ieħor, xogħlijiet ta’ finitura intiżi sabiex dan l-oġġett ikun jista’ jiġi kkunsinnat, qabel ma jintbagħat mill-imsemmi fornitur ta’ servizz lejn id-destinazzjoni tax-xerrej, għandu jitqies li jinsab fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit dan tal-aħħar.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>