20.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 372/14


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1835

tas-6 ta’ Ottubru 2021

li taħtar żewġ membri supplenti, proposti mir-Renju ta’ Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Filwaqt li kkunsidra l-proposti mill-Gvern Spanjol,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta,

(2)

Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025,

(3)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali saru vakanti żewġ siġġijiet ta’ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni u abbażi ta’ dan ġie propost għall-ħatra s-Sur Ignacio Jesús AGUADO CRESPO u r-riżenja tas-Sur Mikel IRUJO AMEZAGA,

(4)

Il-Gvern Spanjol ippropona lir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali li huma politikament responsabbli quddiem assemblea eletta bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025: Is-Sur José Francisco HERRERA ANTONAYA, Director General de Cooperación con el Estado y la Unión Europea, Comunidad de Madrid (Direttur Ġenerali għall-Kooperazzjoni mal-Istat u l-Unjoni Ewropea, Komunità ta’ Madrid) u s-Sur Sergio PÉREZ GARCÍA, Director General de Acción Exterior, Gobierno de Navarra (Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Barranin, Gvern ta’ Navarra),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali li huma politikament responsabbli quddiem assemblea eletta huma b’dan maħtura bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025:

—

Is-Sur José Francisco HERRERA ANTONAYA, Director General de Cooperación con el Estado y la Unión Europea, Comunidad de Madrid (Direttur Ġenerali għall-Kooperazzjoni mal-Istat u l-Unjoni Ewropea, Komunità ta’ Madrid);

—

Is-Sur Sergio PÉREZ GARCÍA, Director General de Acción Exterior, Gobierno de Navarra (Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Barranin, Gvern ta’ Navarra).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-6 ta’ Ottubru 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

A. VIZJAK


(1)   ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta’ Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78).