|
24.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 339/56 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1706
tal-14 ta’ Lulju 2021
li jemenda u jikkoreġi r-Regolament Delegat (UE) 2020/688 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti fl-Unjoni ta’ annimali terrestri u bajd għat-tifqis
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 131(1), l-Artikolu 135, l-Artikolu 136(2), l-Artikolu 140, l-Artikolu 144(1), l-Artikolu 147 u l-Artikolu 156(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-annimali li hu trażmess lill-annimali jew lill-bnedmin. Il-Kapitoli 3, 4 u 5, it-Titolu I tal-Parti IV ta’ dak ir-Regolament jistabbilixxu r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għal movimenti fl-Unjoni ta’ annimali terrestri miżmuma u selvaġġi u l-prodotti ġerminali tagħhom. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/688 (2) jissupplimenta r-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-annimali trażmissibbli lill-annimali jew lill-bnedmin stabbiliti fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 fir-rigward tal-movimenti fl-Unjoni ta’ annimali terrestri miżmuma, ta’ annimali terrestri selvaġġi u ta’ bajd għat-tifqis. |
|
(3) |
It-Taqsima 1 tal-Kapitolu 3 tal-Parti II tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688 tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-movimenti ta’ pollam produttiv, inkluż il-perjodu ta’ residenza fl-istabbiliment tal-oriġini. B’mod partikolari, il-perjodi ta’ residenza speċifiċi huma stabbiliti għall-pollam produttiv għall-produzzjoni tal-laħam jew bajd għall-konsum u għall-pollam produttiv għar-ripopolazzjoni tal-provvisti ta’ għasafar tal-kaċċa, iżda mhux għall-pollam produttiv għall-produzzjoni ta’ prodotti oħrajn. Għalhekk jenħtieġ li jiġi stabbilit perjodu ta’ residenza speċifiku għal dik il-kategorija ta’ pollam produttiv. |
|
(4) |
L-Artikolu 36 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688 jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-moviment ta’ flieles ta’ ġurnata lejn Stat Membru ieħor u l-Artikolu 37 tiegħu jipprevedi deroga mir-rekwiżiti għall-movimenti tal-pollam fil-każ ta’ movimenti ta’ inqas minn 20 tajra, minbarra r-ratiti, inklużi l-flieles ta’ ġurnata, u jistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi għal dawn il-movimenti. L-Artikoli 112 sa 114 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (3) jistabbilixxu r-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali għall-moviment u t-tifqis ta’ pollam imfaqqas minn bajd għat-tifqis li daħal fl-Unjoni minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu. Sabiex ikun hemm konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti, l-Artikolu 36 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688 jipprevedi li, fil-każ ta’ flieles ta’ ġurnata mfaqqsa minn bajd għat-tifqis li jkun daħal fl-Unjoni minn pajjiż terz jew territorju jew żona tiegħu u li ċċaqalqu lejn Stat Membru ieħor, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni maħsuba. Madankollu, dan ir-rekwiżit mhuwiex inkluż fl-Artikolu 37 ta’ dak ir-Regolament għall-movimenti ta’ inqas minn 20 tajra minbarra r-ratiti meta l-moviment jinkludi l-flieles ta’ ġurnata. Għall-finijiet ta’ konsistenza, ir-rekwiżit ta’ informazzjoni fir-Regolament Delegat (UE) 2020/688 jenħtieġ għalhekk li japplika bl-istess mod għall-moviment bejn l-Istati Membri ta’ inqas minn 20 tajra minbarra r-ratiti. |
|
(5) |
Id-definizzjoni ta’ “operazzjoni tal-ġbir f’daqqa”, stabbilita fl-Artikolu 4(49) tar-Regolament (UE) 2016/429 tirreferi għal perjodu iqsar mill-perjodu ta’ residenza stabbilit għall-ispeċijiet ta’ annimali kkonċernati għall-għanijiet tal-ġbir f’daqqa ta’ annimali terrestri miżmuma minn aktar minn stabbiliment wieħed. Madankollu, ir-Regolament Delegat (UE) 2020/688 ma jistabbilixxix perjodu ta’ residenza speċifiku għall-ungulati miżmuma maħsuba għall-iskarnar, għajr l-annimali ovini u kaprini maħsuba għall-iskarnar li ma ġewx identifikati individwalment f’konformità mal-Artikolu 45 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2035 (4), li għalihom ġie stabbilit perjodu ta’ residenza fl-Artikolu 18 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688. Għaldaqstant, huwa xieraq li jiġi speċifikat il-perjodu ta’ residenza fir-rigward tad-definizzjoni tal-operazzjoni ta’ ġbir f’daqqa għal dawk l-ungulati miżmuma li huma maħsuba għall-iskarnar u li għalihom mhuwiex stabbilit perjodu ta’ residenza fir-Regolament Delegat (UE) 2020/688. Jenħtieġ li din tapplika biss wara li l-annimali jitilqu mill-istabbiliment ta’ oriġini. |
|
(6) |
“Ċentru ta’ ġbir f’daqqa ta’ klieb, qtates u inmsa” hija ddefinita fil-punt 7 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035 u r-rekwiżiti għall-għoti tal-approvazzjoni huma stabbiliti fl-Artikolu 10 ta’ dak ir-Regolament. Madankollu, ir-Regolament Delegat (UE) 2020/688 ma jipprevedix movimenti ta’ klieb, qtates u inmsa lejn Stat Membru ieħor minn dawn iċ-ċentri ta’ ġbir f’daqqa. Sabiex iċ-ċentru ta’ ġbir f’daqqa ta’ klieb, qtates u inmsa jkun funzjonali, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti għall-moviment ta’ klieb, qtates u inmsa lejn Stati Membri oħrajn meta annimali minn iktar minn stabbiliment wieħed jiġu miġbura f’daqqa wara li jitilqu mill-istabbiliment ta’ oriġini. |
|
(7) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/688 jipprevedi li l-ħamiem tat-tiġrija li jiċċaqalqu għal avvenimenti sportivi fi Stat Membru ieħor jridu jkunu konformi mar-rekwiżiti għall-moviment tal-għasafar miżmuma, inkluż il-perjodu ta’ residenza, u jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali. Madankollu, dawn l-obbligi jillimitaw il-possibilità għal dawk l-annimali li jitħarrġu għall-avvenimenti sportivi u jipparteċipaw fihom. Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2020/688 jiġi emendat sabiex jeskludi l-ħamiem tat-tiġrija li jiċċaqalqu għall-avvenimenti sportivi fi Stat Membru ieħor mir-rekwiżiti għall-konformità ma’ perjodu ta’ residenza u li jridu jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali. |
|
(8) |
L-Artikolu 101 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688 jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-movimenti ta’ annimali terrestri selvaġġi mill-ħabitat tagħhom għal ħabitat jew għal stabbiliment fi Stat Membru ieħor. Ir-regoli f’dak l-Artikolu japplikaw għall-ispeċijiet kollha tal-annimali terrestri. Madankollu, ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali stabbiliti fil-punt (c) tal-Artikolu 101(4), u fl-Artikolu 101(5) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688 huma iżjed speċifiċi u huma rilevanti biss għall-annimali ta’ ċerti speċijiet u għalhekk jenħtieġ li japplikaw għalihom biss. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2020/688 jiġi emendat u jiġi ċċarat li fil-punt (c) tal-Artikolu 101(4), u l-Artikolu 101(5) ta’ dak ir-Regolament Delegat japplikaw biss għall-annimali selvaġġi tal-ispeċijiet li huma elenkati għal kull marda speċifika f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (5). |
|
(9) |
L-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688 jistabbilixxi r-rekwiżiti minimi qabel il-moviment fir-rigward ta’ infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae u M. tuberculosis) f’annimali kaprini, kamelidi u ċervidi. Madankollu, ir-reġim tal-ittestjar stabbilit fil-każ ta’ annimali kaprini u kamelidi miżmuma fi stabbilimenti fejn il-marda ġiet irrappurtata, huwa aktar restrittiv minn dak għall-annimali ċervidi. Din id-differenza hija bla bżonn u mhux ġustifikata, u r-reġimi tal-ittestjar għall-annimali kaprini u kamelidi fl-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688 jenħtieġ għalhekk li jiġu kkoreġuti biex jipprevedu l-istess possibilità għat-testijiet li jitwettqu fil-każ tal-annimali ċervidi għal dik il-marda partikolari. |
|
(10) |
Barra minn hekk, il-punt 2 tal-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688 jipprevedi deroga mir-rekwiżit għall-ittestjar annwali għall-annimali kaprini miżmuma kollha fi stabbiliment għall-skopijiet ta’ tnissil, f’kundizzjonijiet speċifiċi. Huwa meħtieġ li l-punt 2(a) tal-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688 jiġi emendat biex jiċċara liema mid-dispożizzjonijiet tal-punt 1 tal-Parti 1 ta’ dak l-Anness jenħtieġ li tiġi ssodisfata f’każ ta’ deroga bħal din. |
|
(11) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/688 fih ċerti referenzi għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 (6) li mhumiex preċiżi u għaldaqstant jenħtieġ li jiġu kkoreġuti. |
|
(12) |
Fl-interessi tas-sempliċità u tat-trasparenza, kif ukoll sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tar-regoli u tiġi evitata kwalunkwe duplikazzjoni, jenħtieġ li dawn ir-regoli jiġu stabbiliti f’att wieħed minflok f’għadd ta’ atti separati b’kontroreferenza. Dan l-approċċ huwa wkoll konformi mal-approċċ adottat fir-Regolament (UE) 2016/429, li jiffavorixxi s-simplifikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tagħhom u jonqos il-piż amministrattiv, kif ukoll fir-Regolament Delegat (UE) 2020/688, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/688 huwa emendat kif ġej:
|
1. |
fl-Artikolu 34, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
2. |
L-Artikolu 37 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 37 Deroga għall-movimenti ta’ inqas minn 20 tajra minbarra r-ratiti 1. B’deroga mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 34, 35 u 36, l-operaturi jistgħu jċaqilqu inqas minn 20 tajra, minbarra r-ratiti, għal Stat Membru ieħor meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:
2. Fil-każ ta’ flieles ta’ ġurnata mfaqqsa minn bajd għat-tifqis li daħal fl-Unjoni minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini ta’ dawk il-flieles ta’ ġurnata għandhom jinfurmaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni maħsuba li l-bajd għat-tifqis daħal fl-Unjoni minn pajjiż terz.”; |
|
3. |
fl-Artikolu 43, jiżdied il-paragrafu (4) li ġej: “4. Fil-każ ta’ ungulati miżmuma maħsuba għall-iskarnar, għajr l-annimali ovini u kaprini li ma ġewx identifikati individwalment f’konformità mal-Artikolu 45 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035, il-ġbir f’daqqa ta’ annimali minn iktar minn stabbiliment wieħed għal perjodu ta’ inqas minn 20 ġurnata, wara li jitilqu mill-istabbiliment tal-oriġini, għandu jiġi kkunsidrat bħala operazzjoni ta’ ġbir f’daqqa.”; |
|
4. |
fl-Artikolu 53, jiżdied il-punt li ġej:
|
|
5. |
L-Artikolu 68 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 68 Rekwiżiti speċifiċi għall-movimenti ta’ ħamiem tat-tiġrija lejn avvenimenti sportivi fi Stat Membru ieħor L-operaturi għandhom iċaqalqu ħamiem tat-tiġrija lejn avvenimenti sportivi fi Stat Membru ieħor biss meta dawk l-annimali jissodisfaw il-kundizzjonijiet fl-Artikolu 59, bl-eċċezzjoni tal-perjodu ta’ residenza stabbilit fl-Artikolu 59(1), il-punt (a).”; |
|
6. |
fl-Artikolu 71, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. L-operaturi għandhom iċaqilqu biss għasafar miżmuma għajr il-ħamiem tat-tiġrija lejn avvenimenti sportivi, naħal tal-għasel, naħal bagħli, għajr naħal bagħli minn stabbilimenti tal-produzzjoni ambjentalment iżolati approvati, primati, klieb, qtates, inmsa jew karnivori oħrajn lejn Stat Membru ieħor jekk ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini.”; |
|
7. |
L-Artikolu 81 huwa emendat kif ġej:
|
|
8. |
L-Artikolu 101 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
L-Anness II għar-Regolament Delegat (UE) 2020/688 huwa kkoreġut f’konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Lulju 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/688 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti fl-Unjoni ta’ annimali terrestri u bajd għat-tifqis (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 140).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2035 tat-28 ta’ Ġunju 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-regoli għall-istabbilimenti li jżommu l-annimali terrestri u l-imfaqas, u t-traċċabbiltà ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma u tal-bajd għat-tifqis (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 115).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21).
(6) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 211).
ANNESS
L-Anness II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/688 hu kkoreġut kif ġej:
|
1. |
Il-Parti 1 hija kkoreġuta kif ġej:
|
|
2. |
fil-Parti 2, il-punt 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|