<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑341/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CJ0341</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2230">EU:C:2014:2230</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20140917">17.9.2014</DATE> — KAWŻA C‑341/13</P><P>CRUZ &amp; COMPANHIA</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20140917">17 ta’ Settembru 2014</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Portugiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3</KEYWORD><KEYWORD>Tkomplija ta’ irregolaritajiet</KEYWORD><KEYWORD>Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG)</KEYWORD><KEYWORD>Irkupru tal-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni indebitament irċevuti</KEYWORD><KEYWORD>Terminu ta’ preskrizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Applikazzjoni ta’ terminu ta’ preskrizzjoni nazzjonali itwal</KEYWORD><KEYWORD>Terminu ta’ preskrizzjoni ġenerali</KEYWORD><KEYWORD>Miżuri u sanzjonijiet amministrattivi</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑341/13,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall), permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20130417">17 ta’ April 2013</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl‑<DATE ISO="20130624">24 ta’ Ġunju 2013</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Cruz &amp; Companhia Lda</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas, IP (IFAP),</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn M. Ilešič, President ta’ Awla, C. G. Fernlund, A. Ó Caoimh, C. Toader (Relatur) u E. Jarašiūnas, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Cruz &amp; Companhia Lda, minn P. Sousa Machado u F. Duarte Geada, advogados,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes u M. Moreno, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn D. Triantafyllou u P. Guerra e Andrade, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 3 u 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat‑<DATE ISO="19951218">18 ta’ Diċembru 1995</DATE>, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ tilwima bejn Cruz &amp; Companhia Lda (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Cruz &amp; Companhia<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u l-Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas, IP (Istitut għall-finanzjament tal-agrikoltura u tas-sajd, iktar ’il quddiem l‑<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>IFAP<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), li kienet tikkonċerna eżekuzzjoni fiskali relatata mal-irkupru ta’ ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni ta’ nbid indebitament irċevuti minn Cruz &amp; Companhia matul is-sena ta’ negozju 1995.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Ir-Regolament Nru 2988/95</P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont it-tielet premessa tar-Regolament Nru 2988/95:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Billi regoli dettaljati li jirregolaw din l-amministrazzjoni deċentralizzata u l-osservazzjoni mill-qrib ta’ l-użu tagħhom huma s-suġġett ta’ dispożizzjonijiet dettaljati li jvarjaw skond il-politika Komunitarja involuta; billi atti li huma ta’ ħsara għall-interessi finanzjarji tal-[Unjoni] għandhom, madankollu, jiġu ribattuti fl-oqsma kollha;<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-ħames premessa ta’ dan ir-regolament tipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>[b]illi mġiba mhux regolari, u l-miżuri u penalitajiet relatati, hemm provdut dwarhom f’regoli settorjali skond dan ir-Regolament<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tal-imsemmi regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea, qegħdin hawnhekk jiġu adottati regoli ġenerali fir-rigward ta’ verifiki omoġenji u miżuri amministrattivi u penali li għandhom x’jaqsmu ma’ l-irregolaritajiet fir-rigward tal-liġi tal-[Unjoni].</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Irregolarità<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> għandha tfisser kull ksur ta’ dispożizzjoni tal-liġi tal-[Unjoni] li jirriżulta minn att jew nuqqas ta’ operatur ekonomiku, li għandu, jew li jista’ jkollu, l-effett li jippreġudika l-budget ġenerali tal-[Unjoni] jew il-budget mmexxi minnhom, jew billi jnaqqas jew jitlef id-dħul li jakkumula minn riżorsi tagħhom stess miġbura direttament għan-nom tal-[Unjoni], jew permezz ta’ nefqa mhux ġustifikata.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) u (3) tal-istess regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-perjodu tal-limitazzjoni għall-proċeduri għandu jkun ta’ erba’ snin minn meta l-irregolarità li ssir msemmija f’Artikolu 1(1) tkun ġiet kommessa. Madankollu, ir-regoli settorjali jistgħu jipprovdu għal perjodu iqsar li ma jistax ikun anqas minn tliet snin.</ALINEA><ALINEA>[...]</ALINEA><ALINEA>It-terminu tal-limitazjoni għandu jiġi interrott bi kwalsiasi att ta’ l-awtorità kompetenti, notifikat lill-persuna in kwestjoni, li jkollha x’taqsam ma’ l-investigazzjoni jew proċeduri legali dwar l-irregolarità. It-terminu għandu jibda jiddekorri mill-ġdid wara kull att li jinterrompih.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom iżommu l-possibilità li japplikaw perjodu li jkun itwal minn dak li hemm provdut fil-paragraf[u] 1 […]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 2988/95:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Bħala regola ġenerali, kull irregolarità għandha tinvolvi l-irtirar tal-vantaġġ miksub b’mod skorrett:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>permezz ta’ obbligu li min ikun iħallas jew iħallas lura l-ammonti dovuti jew aċċettati b’mod skorrett,</P></ITEM></LIST><P>[...]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun limitata għall-irtirar tal-vantaġġ miksub kif ukoll, fejn ikun hemm hekk provdut, l-imgħax li jista’ jiġi stabbilit abbażi ta’ rata fissa.</ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="004.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Il-miżuri kif hemm provdut f’dan l-Artikolu m’għandhomx jitqiesu bħala penali.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-irregolaritajiet intenzjonati jew dawk kawżati minn negliġenza jistgħu jwasslu għal dawn il-penali amministrattivi:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-ħlas ta’ multa amministrattiva;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-ħlas ta’ ammont akbar mill-ammonti aċċettati bla jedd jew skansati, u l-imgħax fejn ikun xieraq; [...];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>it-tneħħija totali jew parzjali ta’ vantaġġ mogħti mir-regoli tal-Komunità, anke jekk l-operatur ikun ibbenefika bla jedd minn parti biss minn dak il-vantaġġ;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>ġ)</NO.P><TXT>penali oħra ta’ tip purament ekonomiku, ekwivalenti fin-natura u l-qasam ta’ applikazzjoni, kif hemm provdut fir-regoli settorjali adottati mill-Kunsill fid-dawl tal-ħtiġiet speċifiċi ta’ l-oqsma involuti u b’konformità mal-poteri ta’ l-implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni mill-Kunsill.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stipulati fir-regoli settorjali eżistenti fil-ħin tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, irregolaritajiet oħra jistgħu jagħtu lok biss għal dawk il-penali li m’humiex ekwivalenti għal penali kriminali li hemm provdut dwarhom fil-paragrafu 1, sakemm dawk il-penali jkunu essenzjali biex jiżguraw l-applikazzjoni tajba tar-regoli.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 2988/95, dan daħal fis-seħħ fis‑<DATE ISO="19951226">26 ta’ Diċembru 1995</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Ir-Regolament (KEE) Nru 729/70</P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70, tal‑<DATE ISO="19700421">21 ta’ April 1970</DATE>, dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="094" PAGE.FIRST="13" DATE.PUB="1970">ĠU L 94, p. 13</REF.DOC.OJ>), kif emendata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1287/95, tat‑<DATE ISO="19950522">22 ta’ Mejju 1995</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="125" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1995">ĠU L 125, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Regolament Nru 729/70<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>), kien jipprovdi, li l-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), huwa parti<?PAGE NO="4"?> mill-baġit tal-Unjoni li jinkludi żewġ taqsimiet, jiġifieri t-taqsima <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>garanzija<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> u t-taqsima <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>gwida<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>. Skont il-paragrafu 2 tal-imsemmi artikolu, it-taqsima <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>garanzija<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> tiffinanzja, fost oħrajn, il-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Il-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, mogħtija skont ir-regoli [tad-dritt tal-Unjoni] fil-kuntest tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli, għandhom jiġu ffinanzjati skont l-Artikolu 1(2)(a).</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-imsemmi regolament kien jgħid kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>id-dettalji dwar id-dipartimenti u l-korpi akkreditati biex iħallsu l-infiq imsemmi fl-Artikoli 2 u 3, iktar ’il quddiem imsejħa <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>il-korpi li jħallsu<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="004.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni [ċerta] informazzjoni [...] dwar il-korpi li jħallsu, [li tikkonċerna] l-isem tagħhom u l-istatus tagħhom, il-kundizzjonijiet amministrattivi, kontabbli u ta’ verifika interna li fihom isiru l-ħlasijiet relatati mal-eżekuzzjoni tar-regoli [tad-dritt tal-Unjoni] fil-kuntest tal-Politika Agrikola Komuni, [kif ukoll] l-att ta’ akkreditazzjoni.</ALINEA><ALINEA>Il-Kummissjoni għandha tiġi mgħarrfa minnufih dwar kull emenda li ssir.</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 729/70 kien jirregola l-metodi skont liema l-finanzjamenti magħmula mid-dipartimenti u mill-korpi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 4 ta’ dan l-istess regolament huma approvati mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċedura ta’ verifika tal-kontijiet FAEGG u kien jipprovdi, f’dan ir-rigward, b’mod partikolari li d-deċiżjoni ta’ verifika tal-kontijiet tikkonċerna n-natura integra, eżatti u veritiera tal-kontijiet trażmessi.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(2)(ċ) ta’ dan ir-regolament kien jipprovdi iktar preċiżament li l-Kummissjoni:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>għandha tiddeċiedi fuq l-infiq għandu jiġi eskluż mill-finanzjament [tal-Unjoni] msemmi fl-Artikoli 2 u 3, meta hija tikkonstata li ma jkunx sar konformement mar-regoli [tad-dritt tal-Unjoni].</ALINEA><ALINEA>Qabel ma tittieħed kull deċiżjoni ta’ rifjut ta’ finanzjament, ir-riżultati tal-verifiki tal-Kummissjoni kif ukoll ir-risposti tal-Istat Membru kkonċernat huma suġġetti għal komunikazzjonijiet bil-miktub, u wara dan, iż-żewġ partijiet għandhom jipprovaw jilħqu ftehim dwar l-azzjoni li trid tittieħed.</ALINEA><ALINEA>Fil-każ ta’ assenza ta’ ftehim, l-Istat Membru jista’ jitlob li tinfetaħ proċedura bil-għan ta’ medjazzjoni bejn il-pożizzjonijiet rispettivi f’terminu ta’ erba’ xhur, li r-riżultati tagħha għandhom jiġu ddikjarati f’rapport ikkomunikat lill-Kummissjoni u eżaminat minnha, qabel ma tittieħed deċiżjoni ta’ rifjut ta’ finanzjament.</ALINEA><ALINEA>Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-ammonti li jridu jiġu esklużi b’mod partikolari fid-dawl tal-importanza tan-nuqqas ta’ konformità kkonstatata. Il-Kummissjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni, f’dan is-sens, in-natura u l-gravità tal-ksur, kif ukoll tad-dannu finanzjarju kkawżat lill‑[Unjoni].</ALINEA><?PAGE NO="5"?><ALINEA><P>Rifjut ta’ finanzjament ma jistax jikkonċerna l-infiq magħmul qabel l-erbgħa u għoxrin xahar li ppreċedew il-komunikazzjoni bil-miktub mill-Kummissjoni lill-Istat Membru kkonċernat tar-riżultati ta’ dawn il-verifiki. Madankollu, din id‑dispożizzjoni ma tapplikax għall‑konsegwenzi finanzjarji li għandhom jinsiltu:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>mill-każijiet ta’ irregolaritajiet fis-sens tal-Artikolu 8(2),</P></ITEM><ITEM><P>wara għajnuniet nazzjonali, jew wara ksur li għalihom inbdew il-proċeduri msemmija fl-Artikoli 93 u 169 tat-Trattat [KE].<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>L‑Artikolu 8(1) tal-imsemmi regolament kien jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jadottaw, konformement mal-liġijiet, mar-regolamenti u mad-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali, il-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw ruħhom dwar ir-realtà u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet iffinanzjati mill-FAEGG, sabiex jipprevjenu l-irregolaritajiet u jieħdu passi fil-konfront tagħhom, kif ukoll sabiex jirkupraw l-ammonti mitlufa bħala riżultat ta’ irregolaritajiet jew ta’ negliġenza.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 8(2) tal-istess regolament kien jipprovdi li, fin-nuqqas ta’ rkupru totali, il-konsegwenzi finanzjarji tal-irregolaritajiet jew tan-negliġenza għandhom jiġu sostnuti mill-Unjoni, bl-eċċezzjoni tal-konsegwenzi li jirriżultaw minn irregolaritajiet jew negliġenza attribwibbli lill-awtoritajiet amministrattivi jew lill-korpi oħra fl-Istati Membri. Skont l-aħħar subparagrafu ta’ din id-dispożizzjoni, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>l-ammonti rkuprati għandhom jitħallsu lill-korpi li jħallsu akkreditati u huma għandhom inaqqsuhom mill-infiq iffinanzjat mill-[FAEGG]. L-interessi fuq l-ammonti rkuprati jew imħallsa tardivament għandhom jitħallsu fil-[FAEGG]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>. [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Portugiż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Mill-proċess sottomess lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li d-dritt Portugiż ma jipprovdix terminu ta’ preskrizzjoni speċifika għall-irkupru, favur il-baġit tal-Unjoni, tal-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni indebitament irċevuti f’dan l-Istat Membru. L-Artikolu 309 tal-kodiċi ċivili jipprovdi terminu ta’ preskrizzjoni ġenerali ta’ għoxrin sena, filwaqt li l-Artikolu 304(1) ta’ dan il-kodiċi jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>[m]eta t-terminu ta’ preskrizzjoni jkun iddekorra, il-benefiċjarju għandu l-possibbiltà li jirrifjuta li jwettaq is-servizz jew li jikkontesta, b’kull mod, l-eżerċizzju tad-dritt preskritt.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Id-Digriet-Liġi Nru 155/92, tat‑<DATE ISO="19920628">28 ta’ Ġunju 1992</DATE>, jistabbilixxi s-sistema ta’ amministrazzjoni finanzjarja tal-Istat. L-Artikolu 36 tiegħu jipprovdi b’mod partikolari l-metodi ta’ rkupru ta’ fondi pubbliċi intiżi li jitħallsu fit-Teżor pubbliku.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>L-Artikolu 40 ta’ dan id-Digriet-Liġi jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="040.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>1 –</NO.PARAG><ALINEA>In-natura obbligatorja tal-ħlas lura tal-ammonti rċevuti hija preskritta ħames snin wara li dawn ikunu ġew irċevuti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="040.002"><NO.PARAG>2 –</NO.PARAG><ALINEA>It-terminu msemmi iktar ’il fuq huwa interrott jew sospiż jekk tiġi sodisfatta waħda mill-kawżi ġenerali ta’ interruzzjoni jew ta’ sospensjoni tal-preskrizzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Mill-proċess sottomess lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li Cruz &amp; Companhia hija kumpannija li l-għan tagħha jikkonsisti fil-kummerċ ta’ nbejjed, eaux de vie u d-derivati tagħhom. Fil-kuntest tal-attività tagħha, din il-kumpannija wettqet numru ta’ esportazzjonijiet ta’ nbid lejn l-Angola, matul is-sena ta’ negozju 1995, bi prezz inferjuri għal dak li hija kienet tikseb li kieku hija kienet biegħet l-inbid fis-suq<?PAGE NO="6"?> tal-Unjoni. Cruz &amp; Companhia talbet lill-Instituto Nacional de Garantia Agrária (Istitut nazzjonali ta’ granzija agrikola, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>INGA<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>) il-ħlasijiet fuq l-esportazzjoni u f’dan ir-rigward ippreżentat id-dikjarazzjonijiet ta’ aċċettazzjoni fuq l-esportazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Matul is-sena 2004, l‑INGA talab lil Cruz &amp; Companhia r-rimbors tal-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni indebitament irċevuti li jammontaw għal EUR 634 995.78.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Matul is-sena 2005, l-INGA ressaq proċedura ta’ rkupru ġudizzjarju ta’ dan id-dejn kontra Cruz &amp; Companhia.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20111228">28 ta’ Diċembru 2011</DATE>, it-Tribunal Administrativo e Fiscal de Viseu (tribunal amministrattiv u fiskali ta’ Viseu, il-Portugall) ċaħad ir-rikors ta’ Cruz &amp; Companhia kontra l-proċedura ta’ rkupru, billi qies li din ma kinitx preskritta fir-rigward tat-terminu ta’ għoxrin sena previst fl-Artikolu 309 tal-kodiċi ċivili.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Cruz &amp; Companhia ppreżentat appell kontra din id-deċiżjoni quddiem is-Supremo Tribunal Administrativo (Qorti amministrattiva suprema). Hija ssostni, essenzjalment, li l-applikazzjoni tat-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ġenerali ta’ għoxrin sena għall-irkupru, mill-awtorità nazzjonali kompetenti, ta’ ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni ta’ nbid mogħtija matul is-sena ta’ negozju 1995 tikser id-dritt tal-Unjoni direttament applikabbli fl-ordinament ġuridiku Portugiż, kif ukoll il-prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ nondiskriminazzjoni tat-tilwim Komunitarju fil-konfront tat-tilwim nazzjonali u ta’ proporzjonalità. F’dan ir-rigward, Cruz &amp; Companhia ssostni li, fil-kawża li tikkonċernaha, it-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ erba’ snin previst fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95 kellu jiġi applikat, ġaladarba l-leġiżlazzjoni Portugiża ma kinitx tipprovdi terminu speċifiku itwal, fis-sens tal-paragrafu 3 ta’ dan l-artikolu. Insostenn tal-argumenti tagħha, hija tinvoka b’mod partikolari r-raġunament li nsilet mis-sentenza Ze Fu Fleischhandel u Vion Trading (C‑201/10 u C‑202/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:282">EU:C:2011:282</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Barra minn hekk, li kieku kellu jitqies li, fil-kawża li biha hija adita l-qorti tar-rinviju, jista’ jiġi applikat terminu nazzjonali ta’ preskrizzjoni itwal skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament Nru 2988/95, Cruz &amp; Companhia tqis li dan għandu jkun it-terminu ta’ ħames snin previst fl-Artikolu 40 tad-Digriet‑Liġi Nru 155/92, tat‑<DATE ISO="19920628">28 ta’ Ġunju 1992</DATE>, dwar l-azzjoni kontra irregolaritajiet li jippreġudikaw l-interessi nazzjonali tar-Repubblika Portugiża, ġaladarba l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni jipprekludi li l-azzjoni kontra irregolaritajiet li jippreġudikaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni tiġi rregolata minn regola ta’ preskrizzjoni erba’ darbiet itwal minn dik applikabbli għas-sitwazzjonijiet analogi nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Min-naħa tagħha l-IFAP essenzjalment issostni li t-terminu ta’ preskrizzjoni previst fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 2988/95 ma kienx japplika għall-azzjonijiet kontra irregolaritajiet eżerċitati taħt il-forma ta’ miżuri amministrattivi, fis-sens tal-Artikolu 4 ta’ dan ir-regolament. Fil-fatt, ir-regoli fil-qasam tal-preskrizzjoni li jinsabu fl-Artikolu 3 jikkonċernaw biss azzjonijiet intiżi bil-għan li jiġu imposti sanzjonijiet amministrattivi, fis-sens tal-Artikolu 5 tal-imsemmi regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju kkonstatat li d-deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20111228">28 ta’ Diċembru 2011</DATE> tat-Tribunal Administrativo e Fiscal de Viseu hija konformi mal-ġurisprudenza stabbilita li tgħid li t-terminu ta’ preskrizzjoni tar-rimbors ta’ ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni ma kienx dak stabbilit fl-Artikolu 40 tad-Digriet‑Liġi Nru 155/92, iżda kienet it-terminu ġenerali ta’ għoxrin sena stabbilit fl-Artikolu 309 tal-kodiċi ċivili.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju tesprimi dubji fir-rigward tal-applikabbiltà fil-kawża li biha hija adita tat-terminu ta’ preskrizzjoni previst fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95. B’mod partikolari, hija tistaqsi dwar il-punt jekk din id-dispożizzjoni tapplikax biss għar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u l-korp nazzjonali ta’ ħlas tal-għajnuna agrikola, jew ukoll għar-relazzjonijiet bejn dan il-korp ta’ ħlas u l-benefiċjarju tal-għajnuna meqjusa li ġiet irċevuta b’mod indebitu. Din il-qorti tistaqsi wkoll jekk dan<?PAGE NO="7"?> it-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ erba’ snin japplikax biss għas-sanzjonijiet amministrattivi msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 2988/95, jew jekk japplikax ukoll għall-miżuri amministrattivi msemmija fl-Artikolu 4 ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li s-Supremo Tribunal Administrativo ddeċieda li jissospendi l-proċeduri quddiemu u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>1)</NO.P><TXT>It-terminu ta’ preskrizzjoni tal-proċedura prevista fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament [Nru 2988/95], japplika biss għar-relazzjoni bejn [l-Unjoni] Ewropea u l-[korp] ta’ ħlas ta’ għajnuna [tal-Unjoni], jew ukoll għar-relazzjoni bejn il-[korp nazzjonali] ta’ ħlas ta’ għajnuna [tal-Unjoni] u [...] [l-]benefiċjarja ta’ għajnuna meqjusa li ngħatat indebitament?</TXT></NP></ITEM></LIST><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jekk tingħata risposta fis-sens li t-terminu previst fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament [Nru 2988/95] huwa applikabbli wkoll għar-relazzjoni bejn [il-korp nazzjonali] ta’ ħlas tal-għajnuna u l-benefiċjarja tal-għajnuna meqjusa li ngħatat indebitament, dan it-terminu għandu jinftiehem li huwa applikabbli biss meta jkun hemm sanzjonijiet amministrattivi mqiegħda inkwistjoni, skont l-Artikolu 5 tar-Regolament [Nru 2988/95] jew anki meta inkwistjoni jkun hemm <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>proċedura amministrattiva<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="2019" ID="QE0023"/>, skont l-Artikolu 4(1) tal-istess regolament, b’mod partikolari dik li jiġu rrimborsati l-ammonti rċevuti indebitament?<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-rilevanza tar-risposti għall-finijiet tas-soluzzjoni tal-kawża prinċipali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet tiegħu, il-Gvern Portugiż sostna li l-kawża prinċipali ma tistax tiġi interpretata fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 2988/95, sa fejn jidher li ma huwiex inkwistjoni t-terminu ta’ preskrizzjoni tal-azzjonijiet amministrattivi, iżda l-proċeduri ta’ eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ rimbors tal-għajnuna indebitament mogħtija lil Cruz &amp; Companhia, jiġifieri proċedura għal irkupru ta’ dejn. B’hekk, is-sistema ta’ preskrizzjoni tal-azzjonijiet prevista fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament, ma jistax iżjed jiġi invokat fl-istadju tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ġudizzjarja li saret <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> li tobbliga l-irkupru tal-għajnuna. Konsegwentement, ir-risposti għad-domandi magħmula ma humiex rilevanti biex tiġi deċiża l-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Ċertament, hekk kif jenfasizza dan il-gvern, ir-Regolament Nru 2988/95 ma jipprovdix terminu ta’ eżekuzzjoni għal deċiżjoni nazzjonali li tiddeċiedi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>miżura amministrattiva<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> fis-sens ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-domandi dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni magħmula mill-qorti nazzjonali fil-kuntest leġiżlattiv u fattwali ddefinit minnha u taħt ir-responsabbiltà tagħha, kuntest li ma huwiex il-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja li tevalwa l-eżattezza tiegħu, jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Ir-rifjut tal-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti risposta għal domanda magħmula minn qorti nazzjonali huwa possibbli biss jekk ikun jidher b’mod evidenti li l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt tal-Unjoni ma għandha ebda relazzjoni mar-realtà u mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex il-punti ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha (sentenzi Pfleger <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑390/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:429">EU:C:2014:429</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 26, kif ukoll Melki u Abdeli, C‑188/10 u C‑189/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:363">EU:C:2010:363</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 27 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Issa, f’din il-kawża, mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta espressament mid-deċiżjoni tar-rinviju li l-qorti tar-rinviju ddeċidiet li tagħti deċiżjoni billi tikkunsidra li Cruz &amp; Companhia ma kinitx invokat direttament fir-rikors tagħha l-preskrizzjoni tad-dejn li għandu jiġi eżegwit, iżda l-preskrizzjoni tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>obbligu li trodd lura s-somom irċevuti<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> li jirriżultaw mill-azzjonijiet dovuti għall-irregolaritajiet<?PAGE NO="8"?> ikkonstatati. B’hekk il-qorti tar-rinviju tagħmel id-domandi tagħha bil-għan li tiddetermina, essenzjalment, sa fejn ir-Regolament Nru 2988/95 jinkludi, mill-perspettiva temporali, l-azzjoni ta’ awtorità amministrattiva intiża li tadotta miżura amministrattiva ta’ rkupru ta’ dejn indebitament irċevut mill-baġit tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, jeħtieġ li tingħata risposta għad-domandi preliminari magħmula mis-Supremo Tribunal Administrativo.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel domanda</P></TI></TITLE><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 2988/95 għandux jiġi interpretat fis-sens li japplika għall-azzjonijiet imressqa mill-awtoritajiet nazzjonali kontra l-benefiċjarji ta’ għajnuna tal-Unjoni wara l-konstatazzjoni ta’ irregolaritajiet mill-korp nazzjonali inkarigat mill-għoti tal-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni fil-kuntest tal-FAEGG.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, fil-kuntest tal-Politika Agrikola Komuni, bis-saħħa tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 729/70, il-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi mogħtija skont ir-regoli tad-dritt tal-Unjoni fil-kuntest tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli huma ffinanzjati taħt l-Artikolu 1(2)(a) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Bis-saħħa tal-Artikolu 4 tal-imsemmi regolament, l-Istati Membri għandhom jakkreditaw id-dipartimenti u l-korpi inkarigati milli jħallsu l-infiq imsemmi fl-Artikoli 2 u 3 tiegħu. Huma għandhom, b’mod partikolari, jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-kundizzjonijiet amministrattivi u kontabbli skont liema jsiru l-ħlasijiet relatati mal-eżekuzzjoni tar-regoli tad-dritt tal-Unjoni fil-kuntest tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli. Min-naħa tiegħu, l-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament jirregola l-metodi skont liema l-finanzjamenti ttrasferiti minn dawn id-dipartimenti u korpi nazzjonali huma approvati mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċedura ta’ verifika tal-kontijiet FAEGG.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Bis-saħħa tal-Artikolu 8 tal-imsemmi regolament, l-Istati Membri għandhom jadottaw, konformement mal-liġijiet, mar-regolamenti u mad-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali, il-miżuri neċessarji sabiex jiġi żgurat jekk l-operazzjonijiet iffinanzjati mill-FAEGG humiex reali u regolari, sabiex ikun hemm prevenzjoni u azzjonijiet kontra l-irregolaritajiet kif ukoll sabiex jiġu rkuprati l-ammonti ta’ flus mitlufa minħabba irregolaritajiet jew negliġenzi. Fin-nuqqas ta’ rkupru totali, l-Unjoni għandha tbati l-konsegwenzi finanzjarji tal-irregolaritajiet jew tan-negliġenzi, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li jirriżultaw minn irregolaritajiet jew negliġenzi attribwibbli lill-awtoritajiet amministrattivi jew lill-korpi tal-Istati Membri. L-ammonti hekk irkuprati għandhom jitħallsu lid-dipartimenti jew lill-korpi ta’ ħlas u għandhom jitnaqqsu mill-ispejjeż iffinanzjati mill-FAEGG.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Minn dawn id-dispożizzjonijiet jirriżulta li l-Istati Membri jibqgħu bħala prinċipju inkarigati mill-azzjonijiet u mill-premuri għall-bżonnijiet tas-sistemi ta’ ġbir u ta’ restituzzjonijiet (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Mertens <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, 178/73 sa 180/73, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1974:36">EU:C:1974:36</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 16) u li, fl-eżerċizzju ta’ dawn il-prerogattivi, il-kliem innifsu tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 729/70, dwar l-irkupru, mill-Istati Membri, tal-ammonti mitlufa wara li jkunu seħħew irregolaritajiet, jobbligaw espressament lill-amministrazzjonijiet nazzjonali inkarigati mill-ġestjoni tal-mekkaniżmi Komunitarji ta’ intervent agrikolu li jirkupraw l-ammonti indebitament jew irregolarment imħallsa mingħajr ma dawn l-amministrazzjonijiet, li jaġixxu f’isem l-Unjoni, jistgħu, f’din l-okkażżjoni, jeżerċitaw setgħa diskrezzjonali fuq l-opportunità jekk għandux jiġi rikjest jew le l-ħlas lura tal-fondi tal-Unjoni indebitament jew irregolarment mogħtija (ara, f’dan is-sens, is-sentenza BayWa <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, 146/81, 192/81 u 193/81, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1982:146">EU:C:1982:146</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 30).</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, billi rrikjedew ir-rimbors ta’ ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni rċevuti indebitament mill-baġit tal-Unjoni mingħand operatur, bħal Cruz &amp; Companhia fil-kawża prinċipali, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jaġixxu f’isem il-baġit tal-Unjoni u qed jieħdu azzjoni kontra irregolarità, fis-sens tal-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 2988/95, b’tali mod li huma jaġixxu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-argumenti preċedenti, jeħtieġ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun li l-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 2988/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għal azzjonijiet imressqa mill-awtoritajiet nazzjonali kontra benefiċjarji ta’ għajnuna tal-Unjoni wara li jkunu ġew ikkonstatati irregolaritajiet mill-korp nazzjonali inkarigat mill-għoti tal-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni fil-kuntest tal-FAEGG.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq it-tieni domanda</P></TI></TITLE><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk it-terminu ta’ preskrizzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95 huwiex applikabbli mhux biss għal azzjonijiet kontra irregolaritajiet li jagħtu lok għall-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi fis-sens tal-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament, iżda wkoll għall-azzjoniijet li jagħtu lok għall-adozzjoni ta’ miżuri amministrattivi fis-sens tal-Artikolu 4 tal-imsemmi regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 2988/95 jintroduċi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>regoli ġenerali fir-rigward ta’ verifiki omoġenji u miżuri amministrattivi u penali li għandhom x’jaqsmu ma’ l-irregolaritajiet fir-rigward tal-liġi tal-[Unjoni]<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> u li, hekk kif jirriżulta mit-tielet premessa ta’ dan regolament, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>[s]abiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-[Unjoni]<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> (sentenzi Handlbauer, C‑278/02, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:388">EU:C:2004:388</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 31, kif ukoll Josef Vosding Schlacht-, Kühl- und Zerlegebetrieb <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑278/07 sa C‑280/07, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:38">EU:C:2009:38</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 20).</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Issa, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95 jistabbilixxi, fir-rigward tal-azzjonijiet, terminu ta’ preskrizzjoni li jiddekorri minn meta titwettaq l-irregolarità, li, skont l-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-regolament, isemmi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>kull ksur ta’ dispożizzjoni tal-liġi tal-[Unjoni] li jirriżulta minn att jew nuqqas ta’ operatur ekonomiku, li għandu, jew li jista’ jkollu, l-effett li jippreġudika l-budget ġenerali tal-[Unjoni]<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> (sentenzi Handlbauer, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:388">EU:C:2004:388</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 32, kif ukoll Josef Vosding Schlacht-, Kühl- und Zerlegebetrieb <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:38">EU:C:2009:38</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 21).</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95 huwa applikabbli kemm għall-irregolaritajiet li jwasslu għall-impożizzjoni ta’ sanzjoni amministrattiva, fis-sens tal-Artikolu 5 tiegħu, kif ukoll għal dawk li huma s-suġġett ta’ miżura amministrattiva, fis-sens tal-Artikolu 4 tal-imsemmi regolament, liema miżura jkollha bħala għan l-irtirar tal-vantaġġ indebitament miksub mingħajr madankollu ma jkollu n-natura ta’ sanzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Handlbauer, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:388">EU:C:2004:388</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 33 u 34, kif ukoll Josef Vosding Schlacht-, Kühl- und Zerlegebetrieb <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:38">EU:C:2009:38</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 22).</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Madankollu, fejn jikkonċerna l-kawża prinċipali, għandu jiġi eżaminat, fl-ewwel lok, jekk ir-Regolament Nru 2988/95 japplikax <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>, sa fejn il-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni indebitament irċevuti minn Cruz &amp; Companhia tħallsu għal tranżazzjonijiet li seħħew qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Qabel l-adozzjoni tar-Regolament Nru 2988/95, il-leġiżlatur tal-Unjoni ma kien ippreveda ebda regola ta’ preskrizzjoni applikabbli għall-irkupru tal-vantaġġi indebitament irċevuti mill-operaturi ekonomiċi wara att jew ommissjoni min-naħa tagħhom li kellhom jew jidhru li kellhom bħala effett li jippreġudikaw il-baġit ġenerali tal-Unjoni jew baġits amministrati minnha (sentenza Josef Vosding Schlacht-, Kühl- und Zerlegebetrieb <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:38">EU:C:2009:38</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 25).</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Għalhekk, qabel l-adozzjoni ta’ dan ir-regolament, it-tilwim relatat mal-irkupru ta’ ammonti indebitament imħallsa skont id-dritt tal-Unjoni għandhom, fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet ta’ dan id-dritt, ikunu deċiżi mill-qrati nazzjonali bl-applikazzjoni tad-dritt nazzjonali tagħhom, madankollu bil-kundizzjoni ta’ limiti imposti mid-dritt tal-Unjoni, fis-sens li l-metodi previsti mid-dritt nazzjonali ma jistgħux iwasslu sabiex ikun prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-irkupru tal-għajnuna indebita u li l-applikazzjoni ta’ din għandha ssir b’mod mhux diskriminatorju meta mqabbel mal-proċeduri intiżi sabiex tittieħed deċiżjoni ta’ kawżi nazzjonali tal-istess tip (ara s-sentenza Josef Vosding Schlacht-, Kühl- und Zerlegebetrieb <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:38">EU:C:2009:38</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 26).</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Billi adotta r-Regolament Nru 2988/95, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tiegħu, il-leġiżlatur tal-Unjoni ried li jistabbilixxi regola ġenerali ta’ preskrizzjoni applikabbli f’dan il-qasam u li permezz tagħha kellu l-intenzjoni, minn naħa, li jiddefinixxi terminu minimu applikabbli fl-Istati Membri kollha u, min-naħa l-oħra, li jirrinunzja għall-possibbiltà li jiġu rkuprati ammonti tal-baġit tal-Unjoni indebitament imħallsa wara li jkun skada l-perijodu ta’ erba’ snin wara t-twettiq tal-irregolarità li affettwat il-ħlasijiet kontenzjużi (sentenza Josef Vosding Schlacht‑, Kühl‑ und Zerlegebetrieb <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:38">EU:C:2009:38</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 27).</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>B’hekk, permezz tal-adozzjoni tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95 u bla ħsara għall-paragrafu 3 ta’ dan l-artikolu, il-leġiżlatur tal-Unjoni ddefinixxa b’dan il-mod regola ta’ preskrizzjoni ġenerali li permezz tagħha huwa naqqas volontarjament b’erba’ snin il-perijodu li matulu l-awtoritajiet tal-Istati Membri, meta jaġixxu f’isem il-baġit tal-Unjoni, għandhom jew misshom irkupraw tali vantaġġi rċevuti b’mod indebitu (sentenza Josef Vosding Schlacht-, Kühl- und Zerlegebetrieb <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:38">EU:C:2009:38</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 29), madankollu bl-eċċezzjoni ta’ azzjonijiet kontra żbalji jew irregolaritajiet imwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali nfushom (ara, f’dan is-sens, Bayerische Hypotheken- und Vereinsbank, C‑281/07, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:6">EU:C:2009:6</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 22).</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-dejn li rriżulta taħt regola nazzjonali ta’ preskrizzjoni, li jkun għadu ma ġiex preskritt taħt din ir-regola, id-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 2988/95 għandu bħala konsegwenza li, bis-saħħa tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tiegħu, tali dejn għandu bħala prinċipju jkun preskritt f’terminu ta’ erba’ snin li jiddekorru mid-data li fiha seħħew l-irregolaritajiet (ara s-sentenza Josef Vosding Schlacht-, Kühl- und Zerlegebetrieb <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:38">EU:C:2009:38</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 31).</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>F’tali ċirkustanzi, skont l-imsemmija dispożizzjoni, kull ammont li operatur jirċievi indebitament minħabba irregolarità preċedenti għad-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 2988/95 għandu, bħala prinċipju, jitqies li huwa preskritt fl-assenza ta’ kull att ta’ interruzzjoni adottat fl-erba’ snin wara li tkun saret irregolarità, att ta’ interruzzjoni li, skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1) ta’ dan l-istess regolament, għandu jitqies li huwa att li jkun innotifikat lill-persuna inkwistjoni, li jkun provenjenti mill-awtorità kompetenti u intiż għall-investigazzjoni ta’ jew għat-tressiq ta’ azzjoni kontra din l-irregolarità (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Josef Vosding Schlacht-, Kühl- und Zerlegebetrieb <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:38">EU:C:2009:38</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 32).</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, meta tkun twettqet irregolarità, bħal fil-każ tal-kawża prinċipali, matul is-sena 1995 tali irregolarità hija suġġetta għar-regola ġenerali ta’ preskrizzjoni ta’ erba’ snin u tkun, għalhekk, preskritta matul is-sena 1999 skont id-data preċiża ta’ meta twettqet din l-irregolarità li tmur lura għas-sena 1995, madankollu bla ħsara għall-possibbiltà li għandhom l-Istati Membri, skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament Nru 2988/95, li jipprovdu għal termini ta’ preskrizzjoni itwal (ara, b’analoġija, is-sentenza Josef Vosding Schlacht-, Kühl- und Zerlegebetrieb <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:38">EU:C:2009:38</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 33).</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jitqies ukoll il-fatt li l-leġiżlatur tal-Unjoni pprovda espressament, fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament Nru 2988/95, li l-Istati Membri jistgħu japplikaw termini ta’ preskrizzjoni itwal mit-terminu minimu ta’ erba’ snin previst fil-paragrafu 1 tal-imsemmi Artikolu 3. Fil-fatt, l-imsemmi leġiżlatur ma kellux l-intenzjoni li joħloq uniformità tat-termini applikabbli fil-qasam u, konsegwentement, id-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 2988/95 ma jistax kellu bħala konsegwenza li<?PAGE NO="11"?> jġiegħel lill-Istati Membri jċaqilqu għal erba’ snin it-termini ta’ preskrizzjoni tagħhom, fl-assenza ta’ regoli tad-dritt tal-Unjoni eżistenti preċedentement f’dan ir-rigward, applikati fl-imgħoddi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Ze Fu Fleischhandel u Vion Trading, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:282">EU:C:2011:282</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 25).</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>B’hekk, fil-kuntest tal-possibbiltà prevista fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament Nru 2988/95, l-Istati Membri għandhom setgħa diskrezzjonali wiesgħa fir-rigward tal-iffissar tat-termini ta’ preskrizzjoni itwal li huma jkollhom l-intenzjoni li japplikaw f’każ ta’ irregolarità li tippreġudika l-interessi finanzjarji tal-Unjoni (sentenzi Corman, C‑131/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:825">EU:C:2010:825</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 54, kif ukoll Ze Fu Fleischhandel u Vion Trading, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:282">EU:C:2011:282</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 26).</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-itwal termini ta’ preskrizzjoni li l-Istati Membri jżommu l-fakultà li japplikaw skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament Nru 2988/95 jistgħu jirriżultaw minn dispożizzjonijiet ġenerali li jippreċedu d-data tal-adozzjoni ta’ dan ir-regolament, b’tali mod li l-imsemmija Stati jistgħu japplikaw tali termini itwal permezz ta’ applikazzjoni, deċiża permezz ta’ ġurisprudenza, ta’ dispożizzjoni ta’ applikazzjoni ġenerali li tipprovdi terminu ta’ preskrizzjoni ogħla minn erba’ snin fil-qasam tal-irkupru tal-vantaġġi rċevuti b’mod indebitu (sentenza Ze Fu Fleischhandel et Vion Trading, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:282">EU:C:2011:282</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 29).</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Ċertament, huwa iktar komdu għal operatur li jiddetermina t-terminu ta’ preskrizzjoni applikabbli meta tali terminu jkun definit mil-leġiżlatur nazzjonali f’dispożizzjoni speċifikament applikabbli għall-qasam ikkonċernat. Madankollu, fl-assenza ta’ tali dispożizzjoni speċifika applikabbli għal qasam bħal dak tar-rimbors tal-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni rċevuti b’mod indebitu għad-detriment tal-baġit tal-Unjoni, il-prinċipju ta’ ċertezza legali ma jipprekludix, fih innifsu, l-applikazzjoni ta’ terminu ta’ preskrizzjoni ta’ natura ġenerali previst f’dispożizzjoni li taqa’ taħt id-dritt ċivili u li jirriżulta li huwa ogħla mit-terminu ta’ erba’ snin previst fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Ze Fu Fleischhandel u Vion Trading, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:282">EU:C:2011:282</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 33).</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Madankollu, tali applikazzjoni tosserva l-prinċipju ta’ ċertezza legali biss li kieku kellha tkun prevedibbli biżżejjed. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex obbligu li tikkonstata, fil-kuntest ta’ talba għal deċiżjoni preliminari, l-eżistenza jew le ta’ tali prassi ġurisprudenzjali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Ze Fu Fleischhandel u Vion Trading, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:282">EU:C:2011:282</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 34).</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-applikazzjoni ta’ terminu ta’ preskrizzjoni nazzjonali itwal, bħal kif imsemmi fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament Nru 2988/95, bil-għan li titressaq azzjoni kontra irregolaritajiet fis-sens ta’ dan ir-regolament, ma għandhiex tmur manifestament lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex jinkiseb l-għan ta’ protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi AJD Tuna, C‑221/09, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:153">EU:C:2011:153</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 79, kif ukoll Ze Fu Fleischhandel u Vion Trading, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:282">EU:C:2011:282</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 38).</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Ċertament, minn naħa, ma huwiex eskluż li regola ta’ preskrizzjoni ta’ għoxrin sena li tirriżulta mid-dritt ċivili tista’ tidher li hi neċessarja u proporzjonata, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ tilwim bejn persuni privati, fir-rigward tal-għan imfittex mill-imsemmija regola u ddefinita mil-leġiżlatur nazzjonali (ara, b’analoġija, is-sentenza Ze Fu Fleischhandel u Vion Trading, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:282">EU:C:2011:282</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 41). Min-naħa l-oħra, fid-dawl tal-għan ta’ protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, l-applikazzjoni ta’ terminu ta’ preskrizzjoni ta’ għaxar snin li jirriżulta minn dispożizzjoni tad-dritt ċivili tal-Istat Membru inkwistjoni ma huwiex kuntrarju għall-prinċipju ta’ proporzjonalità (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Corman, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:825">EU:C:2010:825</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 24, 31 u 49).</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li, fir-rigward tal-imsemmi għan, li fir-rigward tiegħu l-leġiżlatur tal-Unjoni kkunsidra li terminu ta’ preskrizzjoni ta’ erba’ snin, jew anki ta’ tliet snin, kien diġà fih innifsu terminu suffiċjenti sabiex jippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali jipproċedu fir-rigward ta’ irregolarità li tippreġudika dawn l-interessi finanzjarji u li jista’ jwassal għall-adozzjoni<?PAGE NO="12"?> ta’ miżura bħall-irkupru ta’ vantaġġ miksub b’mod indebitu, il-fatt li l-awtoritajiet jingħataw terminu ta’ tletin sena jmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju għal amministrazzjoni diliġenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Ze Fu Fleischhandel u Vion Trading, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:282">EU:C:2011:282</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 43).</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat li din l-amministrazzjoni għandha obbligu ġenerali ta’ diliġenza fil-verifika tar-regolarità tal-ħlasijiet imwettqa minnha stess u li jaqgħu taħt il-baġit tal-Unjoni, ġaladarba l-Istati Membri għandhom josservaw l-obbligu ta’ diliġenza ġenerali tal-Artikolu 4(3) UE li jimplika li huma għandhom jadottaw il-miżuri intiżi sabiex jirrimedjaw għall-irregolaritajiet bi prontezza. B’hekk, li tiġi aċċettata l-possibbiltà għall-Istati Membri li jagħtu lill-imsemmija amministrazzjoni perijodu itwal sabiex tressaq azzjoni minn dak previst l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95, jista’, b’ċertu mod, jinkoraġġixxi inerzja min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali sabiex iressqu azzjoni kontra <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>irregolaritajiet<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> fis-sens tal-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 2988/95, filwaqt li jesponu lill-operaturi, minn naħa, għal perijodu twil ta’ inċertezza legali u, min-naħa l-oħra, għar-riskju li ma jkunux iżjed f’pożizzjoni li jipproduċu l-prova tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet inkwistjoni fi tmiem tali perijodu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Ze Fu Fleischhandel u Vion Trading, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:282">EU:C:2011:282</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 44 u 45).</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Tali kunsiderazzjonijiet huma validi wkoll fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ terminu ta’ preskrizzjoni ta’ għoxrin sena li jirriżulta minn dispożizzjoni tal-kodiċi ċivili bil-għan li titressaq azzjoni kontra irregolarità, fis-sens tal-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 2988/95. Fil-fatt, fi kwalunkwe każ, għalkemm li terminu ta’ preskrizzjoni ta’ erba’ snin seta’ deher qasir wisq biex jippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali jressqu azzjoni kontra irregolaritajiet li jkollhom ċerta kumplessità, xorta jibqa’ possibbli għal-leġiżlatur nazzjonali konformement mal-paragrafu 3 tal-imsemmi artikolu li jadotta terminu ta’ preskrizzjoni itwal bħall-Artikolu 40 tad-Digriet-Liġi Nru 155/92 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Ze Fu Fleischhandel u Vion Trading, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:282">EU:C:2011:282</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 46).</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Madankollu għandu jiġi enfasizzat li, fl-assenza ta’ tali regola, irregolaritajiet bħal dawk li kienu s-suġġett tal-kawża prinċipali għandhom, konformement mal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 53 ta’ din is-sentenza, jitqiesu li huma preskritti f’terminu ta’ erba’ snin li jibda jiddekorri mid-data li fiha huma twettqu, billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-atti li jinterrompu l-preskrizzjoni previsti fit-tielet subparagrafu tal‑Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95 u b’osservanza tal-limitu massimu stabbilit permezz tar-raba’ subparagrafu tal-imsemmi Artikolu 3(1).</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-argumenti preċedenti, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li t-terminu ta’ preskrizzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95 ma huwiex applikabbli biss għat-tressiq ta’ azzjoni kontra irregolaritajiet li jagħtu lok għall-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi, fis-sens tal-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament, iżda wkoll għall-azzjonijiet li jagħtu lok għall-adozzjoni ta’ miżuri amministrattivi, fis-sens tal-Artikolu 4 tal-imsemmi regolament. Għalkemm l-Artikolu 3(3) tal-istess regolament jippermetti lill-Istati Membri japplikaw termini ta’ preskrizzjoni itwal minn dawk ta’ erba’ jew tliet snin previsti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1), li jirriżultaw minn dispożizzjonijiet ġenerali li jippreċedu d-data ta’ adozzjoni tal-imsemmi regolament, l-applikazzjoni ta’ terminu ta’ preskrizzjoni ta’ għoxrin sena jmur lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex jinkiseb l-għan ta’ protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="13"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat‑<DATE ISO="19951218">18 ta’ Diċembru 1995</DATE>, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għal azzjonijiet imressqa mill-awtoritajiet nazzjonali kontra benefiċjarji ta’ għajnuna tal-Unjoni wara li jkunu ġew ikkonstatati irregolaritajiet mill-korp nazzjonali inkarigat mill-għoti tal-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG).</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">It-terminu ta’ preskrizzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95 ma huwiex applikabbli biss għat-tressiq ta’ azzjoni kontra irregolaritajiet li jagħtu lok għall-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi, fis-sens tal-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament, iżda wkoll għall-azzjonijiet li jagħtu lok għall-adozzjoni ta’ miżuri amministrattivi, fis-sens tal-Artikolu 4 tal-imsemmi regolament. Għalkemm l-Artikolu 3(3) tal-istess regolament jippermetti lill-Istati Membri japplikaw termini ta’ preskrizzjoni itwal minn dawk ta’ erba’ jew tliet snin previsti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1), li jirriżultaw minn dispożizzjonijiet ġenerali li jippreċedu d-data ta’ adozzjoni tal-imsemmi regolament, l-applikazzjoni ta’ terminu ta’ preskrizzjoni ta’ għoxrin sena jmur lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex jinkiseb l-għan ta’ protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>