8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 173/97


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-5 ta’ Lulju 2010

il-valutazzjoni tar-riskju tan-nuqqasijiet li jinstabu waqt spezzjonijiet tekniċi (ta’ vetturi kummerċjali) fit-triq skont id-Direttiva 2000/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(2010/379/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-interess tas-sikurezza fuq it-toroq, il-ħarsien ambjentali u l-kompetizzjoni ġusta huwa importanti li jiġi żgurat li l-vetturi kummerċjali li jintużaw jinżammu u jiġu spezzjonati kif xieraq, sabiex meta jkunu qed jiċċirkulaw fl-Unjoni Ewropea l-prestazzjoni tagħhom fit-traffiku tibqa’ sikura.

(2)

Barra mill-istandards u l-metodi msemmija fid-Direttiva 2000/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2000 dwar l-ispezzjoni teknika tal-ġenb tat-triq biex jiġi stabbilit jekk il-vetturi kummerċjali li jiċċirkulaw fil-Komunità humiex tajba għat-triq (1), għandhom jiddaħħlu linji gwida għall-valutazzjoni tan-nuqqasijiet elenkati fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva ħalli s-sistema tiġi armonizzata aktar u jiġi evitat trattament differenti waqt l-ispezzjonijiet tekniċi fit-triq.

(3)

Għandhom jiddaħħlu tliet kategoriji li jirriflettu s-serjetà tan-nuqqasijiet.

(4)

Kull kategorija ta’ nuqqas għandha tiddeskrivi l-konsegwenzi tal-użu tal-vettura f’dik il-kundizzjoni,

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

L-Istati Membri għandhom jivvalutaw in-nuqqasijiet misjuba waqt l-ispezzjonijiet fit-triq ta’ kemm vettura hija tajba għat-triq skont il-linji gwida stipulati fl-Anness għal din ir-Rakkomandazzjoni

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kummissjoni

Siim KALLAS

Viċi President


(1)   ĠU L 203, 10.8.2000, p. 1.


ANNESS

Linjigwida għall-valutazzjoni tad-difetti u n-nuqqasijiet

Fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/30/KE, dan id-dokument jelenka linjigwida li l-Istati Membri huma rrakkomandati japplikaw għall-valutazzjoni tad-difetti (definiti bħala kemm difetti tekniċi u dawk ta’ nuqqas ta’ konformità) li jinsabu waqt spezzjonijiet tekniċi ta’ mat-triq ta’ vetturi.

Id-difetti huma kklassifikati kif ġej:

 

DIFETTI MINURI (MiD)

 

DIFETTI MAĠĠURI (MaD)

 

DIFETTI PERIKULUŻI (DD)

Kull kategorija ta’ difetti għandha tiġi ddefinita b’referenza għall-kundizzjonijiet tal-vettura kif ġej:

DIFETTI MINURI

Difetti tekniċi li ma għandhom ebda effett sinifikanti fuq is-sikurezza tal-vettura u dawk minuri ta’ nuqqas ta’ konformità. Il-vettura ma teħtieġx terġa’ tiġi eżaminata billi huwa mistenni b’mod raġonevoli li d-difetti misjuba jitranġaw bla dewmien.

DIFETTI MAĠĠURI

Difetti li jistgħu jipperikolaw is-sikurezza tal-vettura u/jew ipoġġu utenti oħrajn tat-triq f’riskju u nuqqasijiet oħrajn ta’ konformità aktar sinifikanti. Il-vettura teħtieġ tissewwa kemm jista’ jkun malajr u l-użu aħħari jista’ jkun soġġett għal restrizzjonijiet u kundizzjonijiet, pereżempju l-vettura jrid isirilha spezzjoni oħra jekk hix tajba għat-triq.

DIFETTI PERIKULUŻI

Difetti li jikkostitwixxu riskju dirett u immedjat għas-sikurezza tat-triq. Użu aħħari tal-vettura fit-triq mhux permess, għalkemm xi drabi jista’ jkun permess li tinsaq taħt kundizzjonijiet speċifikati direttament għal lokalità speċifika, pereżempju għal tiswija immedjata jew sekwestru tal-vettura.

Vettura li għandha difetti li jaqgħu taħt aktar minn grupp wieħed ta’ difetti għandha tiġi kklassifikata skont id-difett l-aktar serju. Vettura li għandha ħafna difetti tal-istess grupp tista’ tiġi kklassifikata fil-grupp l-iktar serju ta’ wara jekk l-effetti kkumbinati tagħhom jirriżultaw f’vettura aktar perikuluża.

Għal difetti li jistgħu jiġu kklassifikati f’aktar minn kategorija waħda, għandha tkun ir-responsabbiltà tal-ispettur li jwettaq l-eżami li jikkategorizza d-difetti skont is-serjetà tagħhom skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip fil-waqt tal-ewwel reġistrazzjoni jew meta tintuża l-ewwel darba għandhom jitqiesu matul il-valutazzjoni tad-difetti. Minkejja dan, xi difetti jitranġaw permezz ta’ twaħħil ta’ tagħmir aktar żviluppat minn tal-vettura oriġinali.

Rekwiżiti għal valutazzjoni

In-nuqqasijiet huma eżempji ta’ difetti tekniċi jew nuqqasijiet oħra ta’ konformità li jistgħu jinstabu.

Oġġett

Nuqqasijiet

Linjigwida għal valutazzjoni ta’ difetti

 

MiD

MaD

DD

1.   TAGĦMIR TAL-BREJKIJIET

1.1.

Il-kundizzjoni mekkanika u t-tħaddim

1.1.1.

Il-pern tal-liver manwali/pedala tas-service brake

(a)

Il-pern issikkat wisq.

 

X

 

(b)

Ittiekel jew laxk wisq.

 

X

 

1.1.2.

Il-kundizzjoni tal-pedala/liver manwali, u l-muviment komplet tal-istrument li jopera l-brejkijiet

(a)

Muviment żejjed jew riżerva insuffiċjenti ta’ muviment.

 

X

 

(b)

Il-kontroll tal-brejkijiet ma jirrillaxxax kif suppost.

X

X

 

(c)

Id-dispożizzjoni kontra ż-żliq ta’ fuq il-pedala tal-brejkijiet mhix hemm, laxka, jew ittieklet bl-użu.

X

 

 

1.1.3.

Il-pompa tal-vakwu jew il-kumpressur u l-akkumulaturi

(a)

Il-pressjoni tal-arja/vakwu hija insuffiċjenti biex tassisti għal mill-inqas żewġ applikazzjonijiet tal-brejkijiet wara li l-mezz ta’ twissija jkun iffunzjona (jew il-gauge juri qari perikuluż).

 

X

X

(b)

Il-ħin meħtieġ biex il-pressjoni tal-arja/vakwu tilħaq il-livell sikur ta’ tħaddim ma jissodisfax ir-rekwiżiti (1).

 

X

 

(c)

Il-valv ta’ protezzjoni ta’ sistema multi-circuit jew il-valv għar-rilaxx tal-pressjoni ma jaħdimx.

 

X

 

(d)

Tnixxija tal-arja li tikkawża waqgħa notevoli fil-pressjoni jew tnixxijiet tal-arja li jinstemgħu.

 

X

 

(e)

Ħsara esterna li x’aktarx taffettwa t-tħaddim tas-sistema tal-brejkijiet.

 

X

X

1.1.4.

Gauge jew indikatur li juri twissija ta’ pressjoni baxx

Il-gauge jew l-indikatur difettuż jew jaħdem ħażin.

X

X

 

1.1.5.

Il-valv manwali ta’ kontroll tal-brejkijiet

(a)

Il-kontroll imxaqqaq, bil-ħsara jew mittiekel wisq.

 

X

 

(b)

Il-kontroll mhux imwaħħal sew mal-valv jew il-valv mhux imwaħħal sod.

 

X

 

(c)

Konnessjonijiet laxki jew tnixxijiet fis-sistema.

 

X

 

(d)

Tħaddim mhux sodisfaċenti.

 

X

 

1.1.6.

Il-mezz li jattiva l-brejk tal-ipparkjar, il-kontroll tal-liver, ir-ratchet tal-brejk tal-ipparkjar, il-brejk elettroniku tal-ipparkjar

(a)

Ir-ratchet mhux jorbot sew.

 

X

 

(b)

Il-pern tal-liver jew il-mekkaniżmu tar-ratchet ittiekel wisq.

X

X

 

(c)

Muviment eċċessiv tal-liver li jindika aġġustament mhux korett.

 

X

 

(d)

L-attivatur nieqes, bil-ħsara jew ma jaħdimx.

 

X

 

(e)

Tħaddim ħażin, l-indikatur ta’ twissija jaħdem ħażin.

 

X

 

1.1.7.

Valvi tal-brejkijiet (foot valves, un-loaders, governors)

(a)

Il-valv bil-ħsara jew tnixxija eċċessiva tal-arja.

 

X

X

(b)

Skarika eċċessiva ta’ żejt mill-kumpressur

X

 

 

(c)

Valv jiċċaqlaq jew imwaħħal ħażin.

 

X

 

(d)

Skarika jew tnixxija ta’ fluwidu idrawliku.

 

X

X

1.1.8.

Couplings għall-brejkijiet tat-trejlers (pnewmatiċi u tal-elettriku

(a)

Vit jew self-sealing valve difettuż.

X

X

 

(b)

Vit jew valv jiċċaqlaq jew imwaħħal ħażin.

X

X

 

(c)

Tnixxijiet eċċessivi.

 

X

X

(d)

Ma jaħdmux sew.

 

X

X

1.1.9.

Tank tal-pressjoni fejn takkumula l-enerġija

(a)

It-tank bil-ħsara, imsaddad jew joqtor.

X

X

 

(b)

L-apparat tat-tbattil ma jaħdimx.

X

X

 

(c)

It-tank jiċċaqlaq jew imwaħħal ħażin.

 

X

 

1.1.10.

Is-servo unit difettuż jew mhux effettiv.

(a)

Is-servo unit difettuż jew mhux effettiv.

 

X

 

(b)

Il-mastruċilindru difettuż jew joqtor.

 

X

X

(c)

Il-mastruċilindru mhux imwaħħal sod.

 

X

X

(d)

Il-fluwidu tal-brejkijiet huwa insuffiċjenti.

X

X

 

(e)

It-tapp tat-tank tal-mastruċilindru nieqes.

X

 

 

(f)

il-bozza tat-twissija tal-fluwidu tal-brejkijiet mixgħula jew difettuża.

X

 

 

(g)

Il-mezz li jwissi li l-livell tal-fluwidu tal-brejkijiet huwa ħażin ma jaħdimx sew.

X

 

 

1.1.11.

Pajpijiet riġidi tal-brejkijiet

(a)

Riskju imminenti li jċedu jew jinqasmu.

 

X

X

(b)

Pajpijiet jew konnessjonijiet li joqtru.

 

X

X

(c)

Pajpijiet bil-ħsara jew imsadda eċċessivament.

 

X

X

(d)

Pajpijiet mhux f’posthom

X

X

 

1.1.12.

Manek flessibbli tal-brejkijiet

(a)

Riskju imminenti li jċedu jew jinqasmu.

 

X

X

(b)

Manek bil-ħsara, mittiekla, mibrumin jew qosra wisq.

X

X

 

(c)

Manek jew konnessjonijiet li joqtru.

 

X

X

(d)

Manek minfuħin bil-pressjoni.

 

X

X

(e)

Manek porużi.

 

X

 

1.1.13.

Kisi u pads ta’ brejkijiet

(a)

Il-kisi jew il-pad mittiekla wisq.

 

X

X

(b)

Il-kisi jew il-pad ikkontaminata (żejt, grease, eċċ).

 

X

X

(c)

Il-kisi jew il-pad nieqsa

 

 

X

1.1.14.

Drums tal-brejkijiet, diski tal-brejkijiet

(a)

Id-drum jew id-disk mittiekla wisq, imsadda jew fiha taħfir jew qsim, mhux imwaħħla sod jew maqsuma.

 

X

X

(b)

Id-drum jew id-disk ikkontaminata (żejt, grease, eċċ).

 

X

X

(c)

Drum jew disk nieqsa.

 

 

X

(d)

Il-back plate mhux imwaħħal sod.

 

X

 

1.1.15.

Kejbils, vireg, livers u linkages tal-brejkijiet

(a)

Kejbils bil-ħsara jew mgħaqqda.

 

X

X

(b)

Komponent mittiekel wisq jew imsaddad.

 

X

X

(c)

Kejbil, virga jew joint mhux imwaħħla sod.

 

X

 

(d)

Gwida tal-kejbils difettużai.

 

X

 

(e)

Restrizzjoni għall-muviment ħieles tas-sistema tal-brejkijiet.

 

X

 

(f)

Ċaqliq mhux normali tal-livers/linkage li jindika twaħħil ħażin jew tekil eċċessiv.

 

X

 

1.1.16.

Actuators tal-brejkijiet (inkluż brejkijiet bil-molla jew ċilindri idrawlċi)

(a)

Actuator maqsum jew bil-ħsara.

 

X

X

(b)

Actuator joqtor.

 

X

X

(c)

Actuator jiċċaqlaq jew imwaħħal ħażin.

 

X

X

(d)

Actuator imsaddad wisq.

 

X

X

(e)

Muviment nieqes jew eċċessiv tal-pistuni jew tal-mekkaniżmu tad-diaframma.

 

X

X

(f)

L-għatu ta’ protezzjoni mit-trab għandu ħsara kbira jew mhux hemm.

X

X

 

1.1.17.

Valv li jħoss it-tagħbija

(a)

Linkage difettuż.

 

X

 

(b)

Linkage mqiegħed ħażin.

 

X

 

(c)

Valv iġġammjat jew ma jaħdimx.

 

X

X

(d)

Ma hemmx valv.

 

 

X

(e)

Ma hemmx pjanċa tad-dejta.

X

 

 

(f)

Id-dejta ma tinqarax jew mhix skont ir-rekwiżiti (1).

X

 

 

1.1.18.

Indikaturi u mezzi għall-aġġustament tal-laxkezza

(a)

Il-mezz għall-aġġustament tal-laxkezza bil-ħsara, iġġammjat jew jiċċaqlaq b’mod anormali, tekil eċċessiv jew aġġustament mhux korrett.

 

X

 

(b)

Il-mezz għall-aġġustament tal-laxkezza difettuż.

 

X

 

(c)

Mhux installat jew mibdul tajjeb.

 

X

 

1.1.19.

Sistema EBS (Endurance Breaking System) (meta mgħammra jew meħtieġa)

(a)

Konnetturi jew mountings mhux imwaħħlin sew.

X

X

 

(b)

Is-sistema għandha difetti ċari jew ma hemmx sistema

 

X

 

1.1.20.

Tħaddim awtomatiku tal-brejkijiet tat-trejlers

Il-brejk tat-trejler ma jidħolx awtomatikament xħin il-coupling jiġi skonnettjat

 

 

X

1.1.21.

Sistema kompleta ta’ brejkijiet

(a)

Mezzi oħra tas-sistema (eż. il-pompa tal-anti-freeze, id-dryer tal-arja, eċċ) bi ħsara esterna jew imsaddin wisq tant li jaffettwaw ħażin lis-sistema tal-brejkijiet.

 

X

X

(b)

Tnixxija tal-arja jew tal-anti-freeze.

X

X

 

(c)

Kwalunkwe komponent li mhux imwaħħlal sod jew imwaħħal ħażin.

 

X

 

(d)

Tiswija jew modifika ħażina ta’ kwalunkwe komponent (1).

 

X

X

1.1.22.

Konnessjonijiet li jintużaw għall-eżaminar (meta mgħammra jew meħtieġa)

(a)

Ma hemmx.

 

X

 

(b)

Bil-ħsara, ma jistgħux jintużaw jew joqtru.

X

X

 

1.2.

Prestazzjoni u effiċjenza tas-service brake

1.2.1.

Prestazzjoni

(E)  (2)

(a)

Saħħa ta’ bbrejkjar inadekwata fuq rota waħda jew iżjed.

 

X

X

(b)

Is-saħħa ta’ bbrejkjar minn kwalunkwe rota hija anqas minn 70 % tal-ogħla saħħa ta’ bbrejkjar irreġistrata mir-rota l-oħra ta’ fuq l-istess fus. Jew fil-każ ta’ eżaminar fit-triq, id-devjazzjoni minn linja dritta ta’ vettura hija eċċessiva.

 

X

X

(c)

L-ebda varjazzjoni gradwali tas-saħħa tal-ibbrekjar (qbid).

 

X

 

(d)

Dewmien anormali fil-funzjonament tal-brejkijiet ta’ kwalunkwe rota.

 

X

 

(e)

Is-saħħa tal-brejkijiet tvarja wisq f’kull-perjodu li fih ir-rota ddur dawra sħiħa.

 

X

 

1.2.2.

Effiċjenza

(E)  (2)

Mhiex talanqas iċ-ċifra minima ta’ hawn taħt:

 

Kategorija N1: 45 %

 

Kategoriji M1, M2 u M3: 50 % (2)

 

Kategoriji N2 u N3: 43 % (3)

 

Kategoriji O2,O3 u O4: 40 % (4)

 

X

X

1.3.

Il-prestazzjoni u l-effiċjenza tal-brejkijiet sekondarji (ta’ emerġenza) (jekk milħuqa permezz ta’ sistema separata)

1.3.1.

Prestazzjoni

(E)  (2)

(a)

Saħħa ta’ bbrejkjar inadekwata fuq rota waħda jew iżjed

 

X

X

(b)

Is-saħħa ta’ bbrejkjar minn kwalunkwe rota hija anqas minn 70 % tal-ogħla saħħa ta’ bbrejkjar irreġistrata minn rota oħra li tkun fuq l-istess fus speċifikat. Jew fil-każ ta’ eżaminar fit-triq, id-devjazzjoni minn linja dritta ta’ vettura hija eċċessiva.

 

X

X

(c)

L-ebda varjazzjoni gradwali tas-saħħa tal-ibbrekjar (qbid).

 

X

X

1.3.2.

Effiċjenz

Saħħa ta’ bbrejkjar inqas minn 50 % (5) tal-prestazzjoni tas-service brake definita fit-taqsima 1.2.2. fir-rigward tal-massa massima awtorizzata jew, fil-każ ta’ semitrejlers, is-somma tat-tagħbijiet awtorizzati fuq il-fus. (għajr L1e u L3e).

 

X

X

1.4.

Prestazzjoni u effiċjenza tal-brejk tal-ipparkjar

1.4.1.

Prestazzjoni

(E)  (2)

Il-brejk ma jaħdimx fuq naħa waħda, jew fil-każ ta’ eżaminar fit-triq, id-devjazzjoni minn linja dritta ta’ vettura hija eċċessiva.

 

X

X

1.4.2.

Effiċjenza

(E)  (2)

Għall-kategoriji kollha tal-vetturi, ma tagħtix lanqas 16 % bħala proporzjon tal-brejkijiet fir-rigward tal-massa massima awtorizzata, jew, għal vetturi bil-mutur, 12 % fir-rigward tal-massa kkumbinata massima awtorizzata tal-vettura, skont liema tkun l-ikbar.

 

X

X

1.5.

Prestazzjoni tal-EBS

(a)

L-effiċjenza ma tvarjax b’mod gradwali (mhux applikabbli għal sistemi tal-ibbrejkjar bl-egżost).

 

X

 

(b)

Is-sistema ma taħdimx.

 

X

 

1.6.

Sistema ta’ brejkijiet anti-lock (ABS)

(a)

Il-mezz ta’ twissija mhux jaħdem sew.

 

X

 

(b)

Il-mezz ta’ twissija jindika li s-sistema mhix taħdem sew.

 

X

 

(c)

Is-sensuri tal-veloċità tar-roti mhumiex hemm jew bil-ħsara.

 

X

 

(d)

Il-wirings bil-ħsara.

 

X

 

(e)

Komponenti oħra mhumiex hemm jew bil-ħsara.

 

X

 

1.7.

Sistema elettronika ta’ brejkijiet (EBS)

(a)

Il-mezz ta’ twissija mhux jaħdem sew.

 

X

 

(b)

Il-mezz ta’ twissija jindika li s-sistema mhix taħdem sew.

 

X

 

8.   EFFETTI NEGATTIVI

8.1.

L-Istorbju

8.1.1.

Sistema li trażżan l-istorbju

(a)

Il-livelli tal-istorbju huwa ogħla minn dawk permessi bir-rekwiżiti (1).

 

X

 

(b)

Kwalunkwe parti mis-sistema li trażżan l-istorbju hija laxka, tista’ taqa’, bil-ħsara, imwaħħla ħażin, mhiex hemm jew modifikata b’mod ċar li se taffettwa ħażin il-livelli tal-istorbju.

 

X

X

8.2.

L-emissjonijiet tal-egżost

8.2.1.

L-emissjonijiet minn magna tal-petrol

8.2.1.1.

Tagħmir li jikkontrolla l-emissjonijiet tal-egżost

(a)

It-tagħmir li jikkontrolla l-emissjonijiet mgħammar mill-manifattur mhux hemm, modifikat jew jidher ċar li huwa difettuż.

X

X

 

(b)

Tnixxijiet li jaffettwaw il-kejl tal-emissjonijiet.

 

X

 

8.2.1.2.

Emissjonijiet tal-gass

(E)  (2)

(a)

Jew, l-emissjonijiet tal-gass huma ogħla mil-livelli speċifiċi indikati mill-manifattur.

 

X

 

(b)

Jew, f’każ li din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli, l-emissjonijiet ta’ CO huma ogħla minn,

(i)

għal vetturi li mhumiex ikkontrollati permezz ta’ sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet avvanzata,

—

4,5 %, jew

—

3,5 %

skont id-data tal-ewwel reġistrazzjoni jew użu speċifikata fir-rekwiżiti (1);

(ii)

għal vetturi li huma kkontrollati permezz ta’ sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet avvanzata,

—

bil-magna f’veloċità minima: 0,5 %

—

bil-magna f’veloċità minima għolja: 0,3 %

jew

—

jew bil-magna f’veloċità minima: 0,3 % (6)

—

bil-magna f’veloċità minima għolja: 0,2 %

skont id-data tal-ewwel reġistrazzjoni jew użu speċifikata fir-rekwiżit (1).

 

X

 

(c)

Il-valur Lambda huwa barra mill-medda 1 ± 0,03 jew ma jaqbilx mal-ispeċifikazzjoni tal-mamifattur

 

X

 

(d)

Il-valur moqri mill-OBD jindika funzjonament ħażin ħafna.

 

X

 

(e)

Il-kejl permezz ta’ sensur mill-bogħod jindika nuqqas ta’ konformità kbir.

 

X

 

8.2.2.

L-emissjonijiet minn magna tad-diżil

8.2.2.1.

Tagħmir li jikkontrolla l-emissjonijiet tal-egżost

(a)

It-tagħmir li jikkontrolla l-emissjonijiet mgħammar mill-manifattur mhux hemm jew jidher ċar li huwa difettuż

X

X

 

(b)

Tnixxijiet li jaffettwaw il-kejl tal-emissjonijiet

 

X

 

8.2.2.2.

Opaċità

(E)  (2)

Vetturi reġistrati jew li ntużaw għall-ewwel darba qabel l-1 ta’ Jannar 1980 huma eżentati minn dan ir-rekwiżit

(a)

Għal vetturi reġistrati jew użati għall-ewwel darba wara d-data speċifikata fir-rekwiżiti(a) (1),

l-opaċità tkun aktar mil-livell reġistrat fuq il-pjanċa li l-manifattur iwaħħal mal-vettura;

 

X

 

(b)

Meta din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli jew ir-rekwiżit (1) ma jippermettux l-użu ta’ valuri ta’ referenza,

għal magni li jiddependu mill-pressjoni atmosferika biex jiġbdu l-arja għall-kompressjoni (naturally aspirated engines): 2.5 m-1,

għal magni turbo-charged: 3.0 m-1,

jew, għal vetturi identifikati fir-rekwiżiti (1) or first registered or put into service for the first time after the date specified in requirements (1), jew reġistrati użati għall-ewwel darba wara d-data speċifikata fir-rekwiżiti

1.5 m-1  (7).

 

X

 

(c)

Il-kejl permezz ta’ sensur mill-bogħod jindika nuqqas ta’ konformità kbir

 

X

 

8.4.

Elementi oħra relatati mal-ambjent

8.4.1.

Tnixxija ta’ likwidi

Kwalunke tnixxija eċċessiva ta’ likwidu li aktarx tħammeġ l-ambjent jew tkun riskju għas-sikurezza ta’ utenti oħra tat-triq

 

X

X

Noti:


(1)  Tiswija jew modifika inadekwata tfisser tiswija jew modifika li taffettwa ħażin is-sikurezza tat-triq tal-vettura jew li għandha effett negattiv fuq l-ambjent.

(2)  48 % għal vetturi li mhumiex mgħammrin b’sistema ABS jew li jkunu ġew approvati għat-tip qabel l-1 ta’ Ottubru 1991.

(3)  45 % għal vetturi reġistrati wara l-1988 jew id-data speċifikata fir-rekwiżiti, skont liema tkun l-aktar data reċenti.

(4)  43 % għal semitrejlers u trejlers draw-bar reġistrati wara l-1988 jew id-data fir-rekwiżiti, skont liema waħda hija l-iktar riċenti.

(5)  2,2 m/s2 għal vetturi N1, N2 u N3.

(6)  Bit-tip approvat skont il-limiti indikati fir-ringiela A jew B tat-Taqsima 5.3.1.4. tal-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE (ĠU L 76, 6.4.1970, p. 1) jew aktar tard, jew skont id-data tal-ewwel reġistrazzjoni jew użu wara l-1 ta’ Lulju 2002.

(7)  Bit-tip approvat skont il-limiti indikati fir-ringiela B tat-Taqsima 5.3.1.4. tal-Anness I għad-Direttiva 70/220/KEE jew aktar tard; ir-ringiela B1, B2 jew C tat-Taqsima 6.2.1 tal-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 88/77/KEE (ĠU L 36, 9.2.1988, p. 33) jew aktar tard, jew skont id-data tal-ewwel reġistrazzjoni/użu wara l-1 ta’ Lulju 2008.

(1)   “rekwiżiti” jiġu stipulati permezz ta’ rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip fid-data meta ssir l-approvazzjoni, l-ewwel reġistrazzjoni jew meta jintużaw għall-ewwel darba, kif ukoll ta’ obbligi ta’ installazzjoni ta’ tagħmir modern jew tal-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-pajjiż ta’ reġistrazzjoni.

(2)  (E) Għall-eżaminar ta’ dan l-oġġett huwa meħtieġ tagħmir.