|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/4983 |
25.9.2026 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12602 — AP / GERRESHEIMER PRIMARY PACKAGING PLASTICS BUSINESS)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/4983)
1.
Fil-15 ta’ Settembru 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Apax Partners LLP (“AP”, ir-Renju Unit), |
|
— |
In-negozju tal-imballaġġ tal-plastik primarju (“PPP”) ta’ Gerresheimer AG (il-Ġermanja) (il-“Mira”). |
AP se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku tal-Mira.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
AP hija soċjetà b’responsabbiltà limitata u l-kumpanija omm ta’ għadd ta’ entitajiet, li tipprovdi servizzi ta’ konsulenza dwar l-investiment lil fondi ta’ ekwità privata li jinvestu f’firxa ta’ setturi tal-industrija, |
|
— |
Il-Mira hija n-negozju primarju tal-imballaġġ tal-plastik ta’ Gerresheimer AG, iffukat fuq is-sistemi ta’ konteniment u għeluq tal-plastik għall-applikazzjonijiet farmaċewtiċi u tal-kura personali/kożmetiċi, kif ukoll għall-vitamini, il-minerali u s-soluzzjonijiet supplimentari. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) jenħtieġ jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12602 — AP / GERRESHEIMER (PRIMARY PACKAGING PLASTICS BUSINESS)
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/4983/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)