<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-328/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CO0328</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:1068">EU:C:2020:1068</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>3</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>3</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Digriet tat-<DATE ISO="20201218">18.12.2020</DATE> – Kawża C‑328/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Il-Kummissjoni vs l-Awstrija</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P><P><DATE ISO="20201218">18 ta’ Diċembru 2020</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu</KEYWORD><KEYWORD>Talba għal intervent</KEYWORD><KEYWORD>Stat terz, li huwa parti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA</KEYWORD><KEYWORD>Ammissjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża C‑328/20,</P><P>li għandu bħala suġġett rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 258 TFUE, ippreżentat fit‑<DATE ISO="20200722">22 ta’ Lulju 2020</DATE>,</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn D. Martin u B.–R. Killmann, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika tal-Awstrija</HT>, irrappreżentata minn A. Posch, M. Klamert, J. Schmoll u C. Pesendorfer, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-PRESIDENT TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proposta ta’ F. Biltgen, Imħallef Relatur,</VISA><VISA>wara li semgħet lill-Avukat Ġenerali, J. Richard de la Tour,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20200722">22 ta’ Lulju 2020</DATE>, il-Kummissjoni Ewropea titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li, billi addattat l-ammont tal-benefiċċji tal-familja kif ukoll tal-vantaġġi soċjali u fiskali favur ulied persuni li għandhom dritt għal tali benefiċċji fl-Awstrija għall-għoli tal-ħajja tal-Istat Membru ta’ residenza tal-wild, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt, minn naħa, l-Artikoli 4, 7 u 67 tar-Regolament (KE) Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72) u, min-naħa l-oħra, tal-Artikolu 7 tar-Regolament 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20110405">5 ta’ April 2011</DATE> dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="141" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 141, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Permezz ta’ atti ppreżentati fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20201028">28 ta’ Ottubru 2020</DATE> abbażi tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 40 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 130 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA u r-Renju tan-Norveġja talbu li jitħallew jintervjenu f’din il-kawża insostenn tat-talbiet, rispettivament, tal-Kummissjoni u tar-Repubblika tal-Awstrija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Mistiedna, skont l-Artikolu 131(1) tar-Regoli tal-Proċedura, sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet eventwali tagħhom dwar dawn it-talbiet għal intervent, ir-Repubblika tal-Awstrija ma ppreżentat ebda waħda, filwaqt li l-Kummissjoni, waqt li ppreċiżat li, fil-mertu, hija ma għandha ebda oġġezzjoni sabiex jintlaqgħu l-imsemmija talbiet għal intervent, tistaqsi dwar l-ammissibbiltà tagħhom, sa fejn dawn huma intiżi li jintervjenu fi proċedura bejn istituzzjoni tal-Unjoni u Stat Membru, fis-sens tal-aħħar sentenza tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 40 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq it-talbiet għal intervent</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar, qabel kollox, li l-Artikolu 40 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jipprevedi, fl-ewwel tliet paragrafi tiegħu, tliet kategoriji distinti ta’ intervenjenti li huma suġġetti, kull waħda minnhom, għal sistema partikolari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 40 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jistgħu jintervjenu, mingħajr restrizzjonijiet, fil-kawżi mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>It-tieni paragrafu tal-Artikolu 40 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jipprevedi li l-istess dritt jappartjeni lill-korpi u lill-organi tal-Unjoni, kif ukoll lil kwalunkwe persuna oħra, fiżika jew ġuridika, jekk jistgħu juru interess fis-soluzzjoni tal-kawża mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, filwaqt li jiġi ppreċiżat, madankollu, li l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi ma jistgħux jintervjenu fil-kawżi bejn Stati Membri, bejn istituzzjonijiet tal-Unjoni jew bejn Stati Membri, minn naħa, u istituzzjonijiet tal-Unjoni, min-naħa l-oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, it-tielet paragrafu tal-Artikolu 40 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jagħti attenzjoni partikolari lill-Istati li huma partijiet għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea tat-<DATE ISO="19920502">2 ta’ Mejju 1992</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 52, p. 3) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Ftehim ŻEE<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), minbarra l-Istati Membri, kif ukoll lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA msemmija fl-imsemmi ftehim filwaqt li jippreċiża li jistgħu jintervjenu fil-kawżi mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja meta dawn jikkonċernaw wieħed mill-oqsma ta’ applikazzjoni ta’ dan il-ftehim.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Minn din l-aħħar dispożizzjoni jirriżulta li l-ammissibbiltà ta’ talba għal intervent ta’ Stat terz, li huwa parti għall-Ftehim ŻEE, jew tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ma tista’ tiġi suġġetta għal ebda kundizzjoni oħra ħlief dik li s-suġġett tal-kawża li hija s-suġġett ta’ din it-talba għal intervent għandu jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-ftehim. B’hekk, l-Istati u l-Awtorità msemmija iktar ’il fuq għandhom jitħallew jintervjenu fil-kawżi mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, mingħajr ma jkollhom għalfejn jiġġustifikaw interess partikolari, meta dawn il-kawżi jikkonċernaw wieħed mill-oqsma ta’ applikazzjoni tal-Ftehim ŻEE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Issa, ma huwiex ikkontestat li l-imsemmija kundizzjoni hija ssodisfatta f’din il-kawża. Ir-rikors ippreżentat kontra l-konvenuta fil-fatt jirrigwarda allegat nuqqas min-naħa ta’ din tal-aħħar li twettaq l-obbligi tagħha taħt ir-Regolamenti Nri 883/2004 u 492/2011, li ġew inkorporati fil-Ftehim ŻEE, rispettivament, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 76/2011 tal‑<DATE ISO="20110701">1 ta’ Lulju 2011</DATE> li temenda l-Anness VI (Sigurtà Soċjali) u l-Protokoll 37 għall-Ftehim ŻEE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="262" PAGE.FIRST="33" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 262, p. 33</REF.DOC.OJ>), u permezz tad-Deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20120330">30 ta’ Marzu 2012</DATE> li temenda l-Anness V (Moviment liberu tal-ħaddiema) tal-Ftehim ŻEE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="207" PAGE.FIRST="32" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 207, p. 32</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, hemm lok li t-talbiet għal intervent tal-Awtorità ta’ Sorveljanza EFTA u tar-Renju tan-Norveġja jiġu ammessi insostenn tat-talbiet tal-Kummissjoni u tar-Repubblika tal-Awstrija, rispettivament.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l‑Artikolu 137 tar‑Regoli tal‑Proċedura, deċiżjoni dwar l‑ispejjeż għandha tingħata fis‑sentenza jew fid‑digriet li jagħlaq il‑kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>F’dan il-każ, peress li t-talbiet għal intervent tal-Awtorità ta’ Sorveljanza EFTA u tar-Renju tan-Norveġja ntlaqgħu, hemm lok li l-ispejjeż marbuta mal-intervent tagħhom jiġu rriżervati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja jordna:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA u r-Renju tan-Norveġja jingħataw permess biex jintervjenu fil-Kawża C‑328/20 insostenn tal-konklużjonijiet, rispettivament, tal-Kummissjoni Ewropea u tar-Repubblika tal-Awstrija.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Kopja tal-atti proċedurali kollha għandha tiġi notifikata lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA u lir-Renju tan-Norveġja mir-Reġistratur.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Għandu jiġi stabbilit terminu għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA u r-Renju tan-Norveġja sabiex jippreżentaw nota ta’ intervent.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-ispejjeż relatati mal-intervent tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA u tar-Renju tan-Norveġja huma rriżervati.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></ORDER>