2012D0478 — MT — 17.08.2012 — 000.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2012/478/PESK

tas-16 ta’ Awwissu 2012

li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

(ĠU L 219, 17.8.2012, p.21)


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 227, 23.8.2012, p. 15  (478/2012)




▼B

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2012/478/PESK

tas-16 ta’ Awwissu 2012

li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja



IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2011/782/PESK ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(1) tagħha,

Billi:

(1)

Fl-1 ta’ Diċembru 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK.

(2)

Għandha tiġi inkluża entità addizzjonali fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2011/782/PESK,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:



Artikolu 1

L-entità elenkata fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni hija b’dan miżjuda fil-lista li tinsab fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2011/782/PESK.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.




ANNESS

ENTITÀ MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1



Entità

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Drex Technologies Holding S.A.

Irreġistrata fil-Lussemburgu taħt in-numru B77616, preċedentement stabbilita fl-indirizz li ġej: 17, rue Beaumont L-1219 Lussemburgu.

Is-sid benefiċjarju ta' Drex Technologies Holding S.A. huwa Rami Makhlouf, li huwa elenkat taħt is- sanzjonijiet tal-UE talli pprovda appoġġ finanzjarju lir-reġim Sirjan.

►C1  17.8.2012 ◄



( 1 ) ĠU L 319, 2.12.2011, p. 56.