32000D0774



Official Journal L 308 , 08/12/2000 P. 0039 - 0044


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-30 ta’ Novembru 2000

li tapprova l-programmi għall-eradikazzjoni u l-immonitorjar ta’ mard ta’ l-annimali u għall-prevenzjoni taż-żonożi ppreżentata għas-sena 2001 mill-Istati Membri

(notifikata taħt dokument numru Ċ(2000) 3639)

(2000/774/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju [1], kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 1258/1999 [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 24, 29 u 32 tagħha,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni 90/424/KEE tipprovdi għall-possibiltà ta’ parteċipazzjoni finanzjarja mill-Komunità ta’ l-eradikazzjoni u s-sorveljanza ta’ mard ta’ l-annimali u għall-verifiki mmirati lejn il-prevenzjoni taż-żonożi.

(2) L-Istati Membri bagħtu programmi għall-eradikazzjoni ta’ mard ta’ l-annimali u għall-prevenzjoni taż-żonożi fil-pajjiżi tagħhom.

(3) Wara l-eżami tal-programmi nstab li kienu jikkonformaw mal-kriterji tal-Komunità li jirrelataw ma’ l-eradikazzjoni ta’ dan il-mard, b’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/638/KEE tas-27 ta Novembru 1990 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Komunità għall-eradikazzjoni u l-immonitorjar ta’ ċertu mard ta’ l-annimali [3] kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/65/KEE [4].

(4) Dawn il-programmi jidhru fil-lista ta’ prijorità ta’ programmi għall-eradikazzjoni u sorveljanza ta’ mard ta’ l-annimali u għall-verifiki mmirati lejn il-prevenzjoni taż-żonożi li jistgħu jibbenifikaw minn parteċipazzjoni finanzjarja tal-Komunità 2001 u li kienet stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/640/KE [5].

(5) Fid-dawl ta’ l-importanza tal-programmi mmirati biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa ta’ l-annimali u s-saħħa pubblika, jidher xieraq li tiġi ffissata l-parteċipazzjoni finanzjarja tal-Komunità sa 50 % tan-nefqiet magħmula mill-Istati Membri fuq il-miżuri speċifikati f’din id-Deċiżjoni sa ammont massimu għal kull programm.

(6) Skond l-Artikolu 3(2) tar-regolament (KE) Nru 1258/1999, il-miżuri veterinarji u s-saħħa tal-pjanti mwettqa skond ir-regoli tal-Komunità għandhom ikunu ffinanzjati taħt is-Sezzjoni tal-Garanzija tal-Fond Ewropew għall-Gwidi Agrikoli u Garanziji; għal skopijiet ta’ kontrolli finanzjarji, l-Artikoli 8 u 9 tar-regolament (KE) Nru 1258/1999 għandhom japplikaw.

(7) Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tingħata bil-kundizzjoni li l-azzjonijiet ippjanati jkunu mwettqa b’mod effiċjenti u li l-awtoritajiet jipprovdu it-tagħrif kollu meħtieġ fil-limiti ta’ żmien stipulat.

(8) L-approvazzjoni ta’ xi wħud minn dawn il-programmi m’għandhiex tippreġudika xi deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar ir-regoli għall-eradikazzjoni ta’ dak il-mard ibbażata fuq parir xjentifiku.

(9) Il-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Kontenut

Il-Kapitolu I | Rabies | L-Artikoli 1 sa 7 |

Il-Kapitolu II | Bruċellożi bovina | L-Artikoli 8 sa 14 |

Il-Kapitolu III | Tuberkulożi bovina | L-Artikoli 15 sa 20 |

Il-Kapitolu IV | Enzootic bovine leucosis | L-Artikoli 21 sa 22 |

Il-Kapitolu V | Pleuropneumonia bovina li tittieħed | Artikolu 23 |

Il-Kapitolu VI | Bruċellożi ovina u tal-mogħoż | L-Artikoli 24 sa 28 |

Il-Kapitolu VII | Scrapie | L-Artikoli 29 sa 37 |

Il-Kapitolu VIII | Salmonella fit-tjur | L-Artikoli 38 sa 40 |

Il-Kapitolu IX | ASF/CSF, SVD | L-Artikoli 41 sa 44 |

Il-Kapitolu X | Aujeszky's disease | Artikolu 45 |

Il-Kapitolu XI | Dispożizzjonijiet finali | L-Artikoli 46 sa 50 |

Il-KAPITOLU I

Rabies

Artikolu 1

1. Il-programm għall-eradikazzjoni tar-rabies ippreżentat mill-Awstrija huwa approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2001.

2. Il-parteċipazzjoni tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tan-nefqa fix-xiri u t-tqassim tal-vaċċin miżjuda b’baits mill-Awstrija sa massimu ta’ EUR 200000.

Artikolu 2

1. Il-programm għall-eradikazzjoni tar-rabies ippreżentat mill-Belġju huwa approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2001.

2. Il-parteċipazzjoni tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tan-nefqa fix-xiri u t-tqassim tal-vaċċin miżjuda b’baits mill-Belġju sa massimu ta’ EUR 160000.

Artikolu 3

1. Il-programm għall-eradikazzjoni tar-rabies ippreżentat mill-Fillandja huwa approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2001.

2. Il-parteċipazzjonital-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tan-nefqa fix-xiri u t-tqassim tal-vaċċin miżjuda b’baits mill-Fillandja sa massimu ta’ EUR 100000.

Artikolu 4

1. Il-programm għall-eradikazzjoni tar-rabies ippreżentat mill-Franza huwa approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2001.

2. Il-parteċipazzjoni tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tan-nefqa fix-xiri u t-tqassim tal-vaċċin miżjuda b’baits minn-Franza sa massimu ta’ EUR 200000.

Artikolu 5

1. Il-programm għall-eradikazzjoni tar-rabies ippreżentat mill-Ġermanja huwa approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2001.

2. Il-parteċipazzjoni tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tan-nefqa fix-xiri u t-tqassim tal-vaċċin miżjuda b’baits mill-Ġermanja sa massimu ta’ EUR 1800000.

Artikolu 6

1. Il-programm għall-eradikazzjoni tar-rabies ippreżentat mill-Italja huwa approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2001.

2. Il-parteċipazzjoni tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tan-nefqa fix-xiri u t-tqassim tal-vaċċin miżjuda b’baits mill-Italja sa massimu ta’ EUR 15000.

Artikolu 7

1. Il-programm għall-eradikazzjoni tar-rabies ippreżentat mil-Lussemburgu huwa approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2001.

2. Il-parteċipazzjoni tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tan-nefqa fix-xiri u t-tqassim tal-vaċċin miżjuda b’baits mil-Lussemburgu sa massimu ta’ EUR 70000.

Il-KAPITOLU II

Bruċellożi bovina

Artikolu 8

1. Il-programm għall-eradikazzjoni tal-bruċellożi bovina ppreżentat minn Franza huwa approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2001.

2. Il-parteċipazzjoni tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tan-nefqa magħmula minn Franza permezz ta’ kumpens lis-sidien għall-qtil ta’ l-annimali sa massimu ta’ EUR 500000.

Artikolu 9

1. Il-programm għall-eradikazzjoni tal-bruċellożi bovina ppreżentat mill-Greċja huwa approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2001.

2. Il-parteċipazzjoni tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tan-nefqa magħmula minn Franza permezz ta’ kumpens lis-sidien għall-qtil ta’ l-annimali sa massimu ta’ EUR 500000.

Artikolu 10

1. Il-programm għall-eradikazzjoni tal-bruċellożi bovina ppreżentat mill-Irlanda huwa approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2001.

2. Il-parteċipazzjoni tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tan-nefqa magħmula mill-Irlanda permezz ta’ kumpens lis-sidien għall-qtil ta’ l-annimali sa massimu ta’ EUR 5000000.

Artikolu 11

1. Il-programm għall-eradikazzjoni tal-bruċellożi bovina ppreżentat mill-Italja huwa approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2001.

2. Il-parteċipazzjoni tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tan-nefqa magħmula mill-Italja permezz ta’ kumpens lis-sidien għall-qtil ta’ l-annimali sa massimu ta’ EUR 1500000.

Artikolu 12

1. Il-programm għall-eradikazzjoni tal-bruċellożi bovina ppreżentat mill-Portugall huwa approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2001.

2. Il-parteċipazzjoni tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tan-nefqa magħmula mill-Portugall permezz ta’ kumpens lis-sidien għall-qtil ta’ l-annimali sa massimu ta’ EUR 2200000.

Artikolu 13

1. Il-programm għall-eradikazzjoni tal-bruċellożi bovina ppreżentat minn Spanja huwa approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2001.

2. Il-parteċipazzjoni tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tan-nefqa magħmula minn Spanja permezz ta’ kumpens lis-sidien għall-qtil ta’ l-annimali sa massimu ta’ EUR 2900000.

Artikolu 14

1. Il-programm għall-eradikazzjoni tal-bruċellożi bovina ppreżentat mir-Renju Unit/Irlanda ta’ Fuq huwa approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2001.

2. Il-parteċipazzjoni tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tan-nefqa magħmula mir-Renju Unit/Irlanda ta’ Fuq permezz ta’ kumpens lis-sidien għall-qtil ta’ l-annimali sa massimu ta’ EUR 700000.

Il-KAPITOLU III

Tuberkulożi bovina

Artikolu 15

1. Il-programm għall-eradikazzjoni tal-tuberkulożi bovina ppreżentat mill-Greċja huwa approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2001.

2. Il-parteċipazzjoni tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tan-nefqa magħmula mill-Greċja permezz ta’ kumpens lis-sidien għall-qtil ta’ l-annimali sa massimu ta’ EUR 100000.

Artikolu 16

1. Il-programm għall-eradikazzjoni tat-tuberkulożi bovina ppreżentat mill-Irlanda huwa approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2001.

2. Il-parteċipazzjoni tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tan-nefqa magħmula mill-Irlanda għax-xiri ta’ tuberkulin sa massimu ta’ EUR 770000.

Artikolu 17

1. Il-programm għall-eradikazzjoni tat-tuberkulożi bovina ppreżentat mill-Italja huwa approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2001.

2. Il-parteċipazzjoni tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tan-nefqa magħmula mill-Italja permezz ta’ kumpens lis-sidien għall-qtil ta’ l-annimali sa massimu ta’ EUR 700000.

Artikolu 18

1. Il-programm għall-eradikazzjoni tat-tuberkulożi bovina ppreżentat mill-Portugall huwa approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2001.

2. Il-parteċipazzjoni tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tan-nefqa magħmula mill-Portugall permezz ta’ kumpens lis-sidien għall-qtil ta’ l-annimali sa massimu ta’ EUR 100000.

Artikolu 19

1. Il-programm għall-eradikazzjoni tat-tuberkulożi bovina ppreżentat minn Spanja huwa approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2001.

2. Il-parteċipazzjoni tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tan-nefqa magħmula minn Spanja permezz ta’ kumpens lis-sidien għall-qtil ta’ l-annimali sa massimu ta’ EUR 5800000.

Artikolu 20

1. Il-programm għall-eradikazzjoni tat-tuberkulożi bovina preżentat mir-Renju Unit/Irlanda ta’ Fuq huwa approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2001.

2. Il-parteċipazzjoni tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tan-nefqa magħmula mir-Renju Unit/Irlanda ta’ Fuq għax-xiri ta’ tuberkulin sa massimu ta’ EUR 65000.

Il-KAPITOLU IV

Enzootic bovine leucosis

Artikolu 21

1. Il-programm għall-eradikazzjoni ta’ enzootic bovine leucosis ippreżentat mill-Italja huwa approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2001.

2. Il-parteċipazzjoni tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tan-nefqa magħmula mill-Italja permezz ta’ kumpens lis-sidien għall-qtil ta’ l-annimali sa massimu ta’ EUR 200000.

Artikolu 22

1. Il-programm għall-eradikazzjoni ta’ l-enzootic bovine leucosis ippreżentat mill-Portugall huwa approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2001.

2. Il-parteċipazzjoni tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tan-nefqa magħmula mill-Portugall permezz ta’ kumpens lis-sidien għall-qtil ta’ l-annimali sa massimu ta’ EUR 2000000.

Il-KAPITOLU V

Pleuropneumonia bovina li tittieħed

Artikolu 23

1. Il-programm għall-eradikazzjoni tal-pleuropneumonia bovina li tittieħed ippreżentat mill-Portugall huwa approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2001.

2. Il-parteċipazzjoni tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tan-nefqa magħmula mill-Portugall permezz ta’ kumpens lis-sidien għall-qtil ta’ l-annimali sa massimu ta’ EUR 110000.

Il-KAPITOLU VI

Bruċellożi ovina u tal-mogħoż

Artikolu 24

1. Il-programm għall-eradikazzjoni tal-bruċellożi ovina u tal-mogħoż ippreżentat minn Franza huwa approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2001.

2. Il-parteċipazzjoni tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tan-nefqa magħmula minn Franza għall-analiżi fil-laboratorju u dik permezz ta’ kumpens lis-sidien għall-qtil ta’ l-annimali sa massimu ta’ EUR 350000.

Artikolu 25

1. Il-programm għall-eradikazzjoni tal-bruċellożi ovina u tal-mogħoż ippreżentat mill-Greċja huwa approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2001.

2. Il-parteċipazzjoni tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tan-nefqa magħmula mill-Greċja sa massimu ta’ EUR 900000 għal:

- xiri ta’ vaċċin,

- analiżi fil-laboratorju,

- salarji tal-veterinarji fuq kuntratt speċjalment dawk ingaġġati għall-programm,

- kumpens lis-sidien għall-qtil ta’ l-annimali.

Artikolu 26

1. Il-programm għall-eradikazzjoni tal-bruċellożi ovina u tal-mogħoż ippreżentat mill-Italja huwa approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2001.

2. Il-parteċipazzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tan-nefqa magħmula mill-Italja għax-xiri ta’ vaċċin biex jintuża fi Sqallija u għan-nefqa ta’ l-analiżi fil-laboratorju permezz ta’ kumpens lis-sidien għall-qtil ta’ l-annimali fit-territorju kollu ta’ l-Italja sa massimu ta’ EUR 2500000.

Artikolu 27

1. Il-programm għall-eradikazzjoni tal-bruċellożi ovina u tal-mogħoż ippreżentat mill-Portugall huwa approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2001.

2. Il-parteċipazzjoni tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tan-nefqa magħmula mill-Portugall għall-analiżi fil-laboratorju permezz ta’ kumpens lis-sidien għall-qtil ta’ l-annimali sa massimu ta’ EUR 2000000.

Artikolu 28

1. Il-programm għall-eradikazzjoni tal-bruċellożi ovina u tal-mogħoż ippreżentat minn Spanja huwa approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2001.

2. Il-parteċipazzjoni tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tan-nefqa magħmula minn Spanja permezz ta’ kumpens lis-sidien għall-qtil ta’ l-annimali sa massimu ta’ EUR 5700000.

Artikolu 28a

Għall-programm li hemm riferenza ghalih fl-Artikoli 24 sa 28 in-nefqa ta’ l-analiżi fil-laboratorju hija mħallsa lura sa EUR 0,3 kull rose bengal test, EUR 0,6 kull complement fixation test, EUR 0,1 kull doża ta’ vaċċin.

Il-KAPITOLU VII

Scrapie

Artikolu 29

1. Il-programm għall-eradikazzjoni ta’ l-iscrapie ippreżentat mill-Awstrija huwa approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2001.

2. Il-parteċipazzjoni tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tan-nefqa magħmula mill-Awstrija sa massimu ta’ EUR 5000.

Artikolu 30

1. Il-programm għall-eradikazzjoni ta’ l-iscrapie ppreżentat mill-Belġju huwa approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2001.

2. Il-parteċipazzjoni tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tan-nefqa magħmula mill-Belġju għall-analiżi fil-laboratorju permezz ta’ kumpens lis-sidien għall-qtil ta’ l-annimali sa massimu ta’ EUR 50000.

Artikolu 31

1. Il-programm għall-eradikazzjoni ta’ l-iscrapie ppreżentat minn Franza huwa approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2001.

2. Il-parteċipazzjoni tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tan-nefqa magħmula minn Franza għall-analiżi fil-laboratorju u dik permezz ta’ kumpens lis-sidien għall-qtil ta’ l-annimali sa massimu ta’ EUR 200000.

Artikolu 32

1. Il-programm għall-eradikazzjoni ta’ l-iscrapie ppreżentat mill-Greċja huwa approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2001.

2. Il-parteċipazzjoni tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tan-nefqa magħmula mill-Greċja għall-analiżi fil-laboratorju permezz ta’ kumpens lis-sidien għall-qtil ta’ l-annimali sa massimu ta’ EUR 100000.

Artikolu 33

1. Il-programm għall-eradikazzjoni ta’ l-iscrapie ppreżentat mill-Irlanda huwa approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2001.

2. Il-parteċipazzjoni tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tan-nefqa magħmula mill-Irlanda għall-analiżi ta’ kampjuni li jittieħdu saltwarjament minn nagħaġ ixjeħ waqt il-qatla, sa massimu ta’ EUR 200000.

Artikolu 34

1. Il-programm għall-eradikazzjoni ta’ l-iscrapie ppreżentat mill-Italja huwa approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2001.

2. Il-parteċipazzjoni tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tan-nefqa magħmula mill-Italja permezz ta’ kumpens lis-sidien għall-qtil ta’ l-annimali sa massimu ta’ EUR 100000.

Artikolu 35

1. Il-programm għall-eradikazzjoni ta’ l-iscrapie ppreżentat mill-Olanda huwa approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2001.

2. Il-parteċipazzjoni tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tan-nefqa magħmula mill-Olanda għall-analiżi ta’ kampjuni għall-genotyping ta’ bdabad sa massimu ta’ EUR 100000.

Artikolu 36

1. Il-programm għall-eradikazzjoni ta’ l-iscrapie ppreżentat minn Spanja huwa approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2001.

2. Il-parteċipazzjoni tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tan-nefqa magħmula minn Spanja għall-analiżi sa massimu ta’ EUR 25000.

Artikolu 37

Għall-programmi li hemm riferenza għalihom fl-Artikoli 29 sa 33 in-nefqa ta’ l-analiżi fil-laboratorju hija mħallsa lura sa EUR 10 kull genotyping test, EUR 15 kull histopathology test, EUR 15 kull immuno-histochemistry test u EUR 15 kull test ELIZA. Kampjuni analizzati fil-qafas ta’ l-Artikolu 6(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/68/EEC [6] m’għandhomx jitħallsu lura.

Il-KAPITOLU VIII

Salmonella fit-tjur

Artikolu 38

1. Il-programm għall-immonitorjar u l-kontroll tas-salmonella fit-tjur tat-tgħammir ippreżentat mill-Awstrija huwa approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2001.

2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità hija ffissata bħala 50 % tan-nefqa mill-Awstrija għall-implimentazzjoni tal-programm sa massimu ta’ EUR 100000, għal

- skond kif tkun is-sitwazzjoni, il-qerda ta’ tjur għat-tgħammir jew id-differenza bejn il-valur stmat tat-tjur tat-tgħammir u d-dħul mill-bejgħ ta’ laħam ittrattat bis-sħana miksub minn dawn it-tjur,

- il-qerda ta’ bajd tat-tfaqqis inkubat,

- skond kif tkun is-sitwazzjoni, il-qerda ta’ bajd għat-tfaqqis mhux inkubat jew id-differenza bejn il-valur stmat tal-bajd tat-tfaqqis mhux inkubat u d-dħul mill-bejgħ ta’ prodotti tal-bajd ittrattati bis-sħana miksuba mill-bajd,

Artikolu 39

1. Il-programm għall-immonitorjar u kontroll tas-salmonella fit-tjur tat-tgħammir ippreżentat mid-Danimarka huwa approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2001.

2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità hija ffissata għal 50 % tan-nefqa mid-Danimarka għall-implimentazzjoni tal-programm sa massimu ta’ EUR 200000, għal

- skond kif tkun is-sitwazzjoni, il-qerda ta’ tjur għat-tgħammir jew id-differenza bejn il-valur stmat tat-tjur tat-tgħammir u d-dħul mill-bejgħ ta’ laħam ittrattat bis-sħana miksub minn dawn it-tjur,

- il-qerda ta’ bajd tat-tfaqqis inkubat,

- skond kif tkun is-sitwazzjoni, il-qerda ta’ bajd għat-tfaqqis mhux inkubat jew id-differenza bejn il-valur stmat tal-bajd tat-tfaqqis mhux inkubat u d-dħul mill-bejgħ ta’ prodotti tal-bajd ittrattati bis-sħana miksuba mill-bajd,

Artikolu 40

1. Il-programm għall-immonitorjar u l-kontroll tas-salmonella fit-tjur tat-tgħammir ippreżentat minn Franza huwa approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2001.

2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità hija ffissata għal 50 % tan-nefqa minn Franza għall-implimentazzjoni tal-programm sa massimu ta’ EUR 3000000, għal

- skond kif tkun is-sitwazzjoni, il-qerda ta’ tjur għat-tgħammir jew id-differenza bejn il-valur stmat tat-tjur tat-tgħammir u d-dħul mill-bejgħ ta’ laħam ittrattat bis-sħana miksub minn dawn it-tjur,

- il-qerda ta’ bajd tat-tfaqqis inkubat,

- skond is-sitwazzjoni, il-qerda ta’ bajd għat-tfaqqis mhux inkubat jew id-differenza bejn il-valur stmat tal-bajd tat-tfaqqis mhux inkubat u d-dħul mill-bejgħ ta’ prodotti tal-bajd ittrattati bis-sħana miksuba mill-bajd,

Il-KAPITOLU IX

African/classical swine fever, swine vesicular disease L-African/classical swine fever, swine vesicular disease

Artikolu 41

1. Il-programm għall-eradikazzjoni ta’ l-classical swine fever ippreżentat mill-Ġermanja huwa approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2001.

2. Il-parteċipazzjoni tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tan-nefqa għall-analiżi tal-laboratorju viroloġika u seroloġika ta’ ħnieżer domestiċi u għall-kontroll tal-popolazzjoni taċ- ċingjali magħmula mill-Ġermanja sa massimu ta’ EUR 2000000.

Artikolu 42

1. Il-programm għall-eradikazzjoni ta’ l-African/classical swine fever ippreżentat mill-Italja/Sardinja huwa approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2001.

2. Il-parteċipazzjoni tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tan-nefqa ta’ l-analiżi tal-laboratorju viroloġika u seroloġika u dik magħmula mill-Italja permezz ta’ kumpens lis-sidien għall-qtil ta’ l-annimali sa massimu ta’ EUR 350000.

Artikolu 43

1. Il-programm għall-eradikazzjoni tal-iSwine vesicular disease and classical swine fever ippreżentat mill-Italja huwa approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2001.

2. Il-parteċipazzjoni tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tan-nefqa ta’ l-analiżi tal-laboratorju viroloġika u seroloġika u dik magħmula mill-Italja permezz ta’ kumpens lis-sidien għall-qtil ta’ l-annimali seropożittivi sa massimu ta’ EUR 300000.

Artikolu 44

1. Il-programm għall-eradikazzjoni tal-classical swine fever ippreżentat mil-Lussemburgu huwa approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2001.

2. Il-parteċipazzjoni tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tan-nefqa għall-analiżi tal-laboratorju viroloġika u seroloġika ta’ ħnieżer domestiċi u għall-kontroll tal-popolazzjoni taċ- ċingjali magħmula mil-Lussemburgu sa massimu ta’ EUR 30000.

Il-KAPITOLU X

Aujeszky’s disease

Artikolu 45

1. Il-programm għall-eradikazzjoni tal- Aujeszky disease ppreżentat mill-Belġju huwa approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2001.

2. Il-parteċipazzjoni tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tan-nefqa ta’ l-ittestjar magħmula mill-Belġju sa EUR 1,25 kull test sa massimu ta’ EUR 950000.

Il-KAPITOLU XI

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 46

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-kumpens għall-qtil ta’ l-annimali għandha tkun limitata:

(a) fir-rigward tal-kumpens medju mħallas għall-annimali kollha ta’ dak l-ispeċi kkalkolat fuq il-bażi ta’ l-annimali maqtula fl-Istat Membru, sa massimu ta’ EUR 300 għal annimali bovini u EUR 40 għan-nagħaġ u l-mogħoż,

(b) Fir-rigward ta’ l-ammont massimu ta’ kumpens imħallas għal kull annimal, sa EUR 1000 kull annimal bovin u sa EUR 100 kull nagħġa jew mogħża.

Artikolu 47

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-programmi illi hemm riferenza għalihom fl-Artikoli 1 sa 7 għandha tingħata bla ħsara għal:

(a) li jinġiebu fis-seħħ sa l-1 ta’ Jannar 2001 il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi mill-Istati Membri konċernati għall-implimentazzjoni tal-programm,

(b) li jintbagħat rapport lill-Kummissjoni kull sitt xhur dwar il-progress tal-programm u n-nefqiet magħmula l-aktar tard sa erba’ ġimgħat wara t-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar,

(ċ) li jintbagħat rapport finali sa l-1 ta’ Ġunju 2002 l-aktar tard dwar l-eżekuzzjoni teknika tal-programm akkumpanjat b’xhieda li tiġġustifika n-nefqiet magħmula u r-riżultati miksuba matul il-perjodu l-1 ta’ Jannar sal 31 Diċembru 2001,

(d) l-implimentazzjoni tal-programm b’mod effiċjenti,

u sakemm il-leġislazzjoni veterinarja tal-Komunità tkun ġiet rispettata.

Artikolu 48

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-programmi li hemm riferenza għalihom fl-Artikoli 8 sa 39 għandha tingħata bla ħsara għal:

(a) li jinġiebu fis-seħħ sa l-1 ta’ Jannar 2001 il-liġijiet, regolamenti u diżpożizzjonijiet amministrattivi mill-Istati Membri konċernati għall-implimentazzjoni tal-programm,

(b) li jintbagħat rapport lill-Kummissjoni kull erba’ xhur dwar il-progress tal-programm u n-nefqiet magħmula l-aktar tard sa erba’ ġimgħat wara t-tmiem ta’ kull perjodu ta’ rapportar,

(ċ) li jintbagħat rapport finali sa l-1 ta’ Ġunju 2002 l-aktar tard dwar l-eżekuzzjoni teknika tal-programm akkumpanjat b’xhieda li tiġġustifika n-nefqiet magħmula u r-riżultati miksuba matul il-perjodu l-1 ta’ Jannar sal 31 Diċembru 2001,

(d) l-implimentazzjoni tal-programm b’mod effiċjenti,

u sakemm il-leġislazzjoni veterinarja tal-Komunità tkun ġiet rispettata.

Artikolu 49

Id-Deċiżjoni preżenti tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2001.

Artikolu 50

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, 30 ta’ Novembru 2000.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.9.1990, p. 19.

[2] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 103.

[3] ĠU L 347, tat-12.12.1990, p. 27.

[4] ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, p. 54.

[5] ĠU L 269, tal-21.10.2000, p. 56.

[6] ĠU L 46, tad-19.2.1991, p. 19.

--------------------------------------------------