Official Journal L 280 , 23/11/1995 P. 0015 - 0016
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2695/95 tal-21 ta' Novembru 1995 li jibdel il-kodiċijiet stabbiliti fuq il-bażi tan-nomenklatura tat-Tariffa Komuni Doganali fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 1987 ma’ dawk stabbiliti fuq il-bażi tan-nomenklatura maqgħuda f'ċerti Regolamenti dwar il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u n-nomenklatura u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana [1], kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2588/95 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu, Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 950/68 [3] tat-28 ta' Ġunju 1968 fuq it-Tariffa Komuni Doganali, mħassar bir-Regolament (KEE) Nru 2658/87, stabbilixxa n-nomenklatura tat-Tariffa Komuni Doganali fuq il-bażi tal-Konvenzjoni tal-15 ta' Diċembru 1950 fuq in-nomenklatura għall-klassifikazzjoni ta' oġġetti fit-tariffi tad-dwana; Billi ġew adottati numru ta' Regolamenti dwar il-klassifika ta' l-oġġetti fin-nomenklatura tat-Tariffa Komuni Doganali fuq il-bażi tar-Regolament (KEE) Nru 97/69 tal-Kunsill tas-16 ta' Jannar 1969 fuq il-miżuri li għandhom jittieħdu għall-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura tat-Tariffa Komuni Doganali [4], imħassra bir-Regolament (KEE) Nru 2658/87; Billi r-Regolament (KEE) 2658/87 stabbilixxa nomenklatura ta' l-oġġetti msejħa nomenklatura maqgħuda, li simultanjament tħares il-ħtiġiet tat-Tariffa Komuni Doganali u ta' l-istatisitċi tal-kummerċ esterni tal-Komunità, u hija bażata fuq il-Konvenzjoni Internazzjonali tad-Deskrizzjoni tal-Komodità Armonizzata u s-Sistema ta' Kodifika, li tieħu post il-Konvenzjoni tal-25 ta' Diċembru 1950; Billi l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, waqt li jippreskrivi l-kodiċijiet u deskrizzjonijiet ta' l-oġġetti stabbiliti fuq il-bażi tan-nomenklatura maqgħuda għandhom jibdlu dawk stabbiliti fuq il-bażi tan-nomenklatura tat-Tariffa Komuni Doganlai fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 1987, jipprovdi wkoll li l-atti tal-Komunità li jinkludu n-nomenklatura tat-tariffa għandhom ikunu emendati mill-Kummissjoni; Billi dawk ir-Regolamenti li għadhom ta' sinifikat prattiku u li t-trasposizzjoni tagħhom mhu ser tinvolvi l-ebda bdil fis-sustanza għandhom ikunu emendati kif jixraq u għalhekk jikkumplimentaw s-serje tal-bidu ta' Regolmenti li kienet adottata mir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KEE) Nru 646/89 [5], (KEE) Nru 2723/90 [6], u (KEE) Nru 2080/91 [7], ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Fir-Regolamenti elenkati il-kolonna 1 ta' l-Anness, li jirriferu għall-oġġetti deskritti fil-kolonna 2, il-kodiċijiet bażati fuq in-nomenklatura tat-Tariffa Komuni Doganali fil-kolonna 3 għandom jinbidlu bil-kodiċijiet bażati fin-nomenklatura maqgħuda elenkata fil-kolonna 4. L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul f'Brussel, il-21 November 1995. Għall-Kummissjoni Mario Monti Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, pġ 1 [2] ĠU L 264, tas-7.11.1995, pġ 4 [3] ĠU L 172, tat-22.7.1968, pġ 1 [4] ĠU L 14, tal-21.1.1969, pġ 1 [5] ĠU L 71, tal-15.3.1989, pġ 20 [6] ĠU L 261, tal-25.9.1990, pġ 24 [7] ĠU L 193, tas-17.7.1991, pġ 6 -------------------------------------------------- L-ANNESS Regolament KEE numru | Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | CCT numru ta' l-intestatura | Kodiċi NM | (1) | (2) | (3) | (4) | 3541/85 [1] | Taħlitiet ta' pit (li jkollhom mhux anqas minn 75 % terf bil-piż) u sostanzi oħra bħad-demel tar-razzett, ġir, ramel, moffa tal-weraq midbiela, marl, u kwantitajiet iżgħar ta' fertilizzanti oħra, b'kontenut tat-total tal-potassju (kalkolat bħala K2O), nitroġenu, fosfru (kalkolat bħala P2O5), li ma jaqbżux 3 % bil-piż | 27.03 A | 27030000 | 2053/83 [2] | Il-prodott jikkonsisti minn estratt tal-paprika li jkollu l-karatterisitiċi li ġejjin: | 32.04 a iv | 32030019 | — apparenza: likwidu viskuż ħafna, aħmar skur, li jagħti lewn qawwi, | — rieħa u togħma: aromatiku, bħall-paprika, mhux punġenti, | — rmied: 0,49 % bil-piż, | — żjut essenzjali: 0,15 ml/100g. | — capsaicin: mhux rilevabbli, | — glukożju: 0,01 % bil-piż, | — sukrożju: mhux rintraċċabbli | — tirgliċeridi: test posittiv, | —capsanthin: madwar 2,2 g/kg (madwar 60000 unitajiet tal-kulur "EOA" (Assoċjazzjoni taż-|ejt Essenzjali)) | 3402/82 [3] | Preparazzjonijiet bażiċi għall-chewing gum, fil-forma ta' biċċiet ċilindriċi li jikkonsistu (bil-piż) minn 34 % gomma butil, 15 polietilene, 13 poli9vinyl acetate), 28 % raża veġetali u 10 % calcium carbonate | 38.19X | 38239098 | 3149/81 [4] | Il-prodott jikkonsisti minn D-Glucitol (sorbitol) li jkollu parti f'kull elf miżjud 1,2-Benzisothiazol-3-one 1,1-dioxide (sakkarina) | 38.19 T | 21069092 | [1] ĠU L 338, tas-17.12.1985, p.1. [2] ĠU L 202, tas-26.7.1983, p.5. [3] ĠU L 357, tat-18.12.1982, p.16. [4] ĠU L 314, ta' l-4.11.1981, p.5. --------------------------------------------------