<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2010MTC.1001061901.case.xml"><NO.CASE>C-49/09</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009CJ0049</NO.CELEX><NO.SEQ>0036.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-10639</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-10658</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>20</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20101028">28.10.2010</DATE> — KAWŻA C-49/09</LEFT><RIGHT>IL-KUMMISSJONI vs IL-POLONJA</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20101028">28 ta’ Ottubru 2010</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Pollakk.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-49/09,</P><P>li għandha bħala suġġett rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu taħt l-Artikolu 226 KE, ippreżentat fit-<DATE ISO="20090202">2 ta’ Frar 2009</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea,</HT> irrappreżentata minn D. Triantafyllou u K. Herrmann, bħala aġenti, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika tal-Polonja,</HT> irrappreżentata minn M. Szpunar, M. Dowgielewicz u M. Jarosz, kif ukoll minn A. Rutkowska, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><?PAGE NO="I-10640"?><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President tal-Awla, D. Šváby (Relatur), R. Silva de Lapuerta, E. Juhász u J. Malenovský, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: K. Malacek, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20100422">22 ta’ April 2010</DATE>,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali fis-seduta tal-<DATE ISO="20100610">10 ta’ Ġunju 2010</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej qed titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li, bl-applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>VAT<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) ta’ 7 % fuq il-provvisti, l-importazzjoni u l-akkwist intra-Komunitarju ta’ ħwejjeġ u aċċessorji ta’ ħwejjeġ tat-trabi kif ukoll ta’<?PAGE NO="I-10641"?> żraben tat-tfal, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 98 u tal-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2006/112 tħassar u tissostitwixxi mill-<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE> is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Sitt Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 96 tad-Direttiva 2006/112, li jikkorrispondi għall-ewwel inċiż tal-Artikolu 12(3)(a) tas-Sitt Direttiva, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>L-Istati Membri għandhom japplikaw rata standard ta’ VAT, li għandha tiġi ffissata minn kull Stat Membru bħala persentaġġ ta’ l-ammont taxxabbli u li għandha tkun l-istess għall-provvista ta’ merkanzija u għall-provvista ta’ servizzi.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-10642"?><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Fi kliem l-Artikolu 97(1) tad-Direttiva 2006/112:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Mill-<DATE ISO="20060101">1 ta’ Jannar 2006</DATE> sal-<DATE ISO="20101231">31 ta’ Diċembru 2010</DATE>, ir-rata standard ma tistax tkun inqas minn 15 %.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 98(1) u (2) ta’ din id-direttiva huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="098.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu japplikaw jew rata mnaqqsa waħda jew żewġ rati mnaqqsa.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="098.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Ir-rati mnaqqsa għandhom japplikaw biss għall-provvisti ta’ merkanzija jew servizzi fil-kategoriji stabbiliti fl-Anness III.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 99(1) tad-Direttiva 2006/112, ir-rati mnaqqsa huma ffissati bħala perċentwali tal-bażi taxxabbli li ma tistax tkun inqas minn 5 %.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 109 u dawk sussegwenti tad-Direttiva 2006/112 jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li taħthom l-Istati Membri partikolari jistgħu japplikaw, sakemm tiġi introdotta sistema definittiva, diversi miżuri fil-qasam tar-rati mnaqqsa tal-VAT. Dawn il-miżuri jirrigwardaw l-applikazzjoni ta’ rati mnaqqsa li jkunu inqas minn 5 %, iż-żamma ta’ rati mnaqqsa fuq il-prodotti u s-servizzi għajr dawk li jidhru fl-Anness III tad-Direttiva 2006/112 jew ukoll l-applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa li ma tkunx inqas minn 12 %.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10643"?><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 114(1) tad-Direttiva 2006/112:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>L-Istati Membri li fl–<DATE ISO="19930101">1 ta’ Jannar 1993</DATE>, kienu obbligati li jżidu r-rata standard tagħhom fis-seħħ fl-<DATE ISO="19910101">1 ta’ Jannar 1991</DATE> b’iżjed minn 2 % jistgħu japplikaw rata mnaqqsa iktar baxxa mill-minimu stabbilit fl-Artikolu 99 għall-provvista ta’ merkanzija u servizzi fil-kategoriji stabbiliti fl-Anness III.</P><P>L-Istati Membri msemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu japplikaw ukoll din ir–rata lis-servizzi ta’ ristoranti, ħwejjeġ tat-tfal, żraben tat-tfal u sistemazzjoni fid-djar.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Fi kliem l-Artikolu 115 tad-Direttiva 2006/112:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>L-Istati Membri li, fl-<DATE ISO="19910101">1 ta’ Jannar 1991</DATE>, kienu qed japplikaw rata mnaqqsa lil servizzi ta’ ristoranti, ħwejjeġ tat–tfal, żraben tat-tfal u sistemazzjoni fid–djar jistgħu jkomplu japplikaw din ir-rata lill-provvista ta’ dik il-merkanzija jew dawk is-servizzi.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Taħt it-Titolu VIII tad-Direttiva 2006/112, il-Kapitolu 5, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Disposizzjonijiet temporanji<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jinkludi fl-Artikoli 123 sa 130, dispożizzjonijiet li jawtorizzaw ċerti Stati Membri, li ssieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>, sabiex japplikaw eżenzjoni bil-possibbiltà ta’ tnaqqis tal-VAT imħallsa fl-istadju preċedenti fir-rigward tal-provvista ta’ ċerti prodotti u sabiex japplikaw rata mnaqqsa tal-VAT fuq ċerti prodotti.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10644"?><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-Repubblika tal-Polonja, l-Artikolu 128 tad-Direttiva 2006/112 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="128.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Polonja tista’, sal-<DATE ISO="20071231">31 ta’ Diċembru 2007</DATE> tagħti eżenzjoni bil-possibbiltà ta’ tnaqqis tal-VAT imhallsa fl-istadju preċedenti fir-rigward tal-provvista ta’ ċerti kotba u perijodiċi specjalizzati.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="128.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Polonja tista’, sal-<DATE ISO="20071231">31 ta’ Diċembru 2007</DATE>, jew sa l-introduzzjoni ta’ arranġamenti definittivi kif imsemmija fl-Artikolu 402, skond liema jiġi l-ewwel, tkompli tapplika rata mnaqqsa ta’ mhux anqas minn 7 % fuq il-provvista ta’ servizzi ta’ ristoranti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="128.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il–Polonja tista’, sat-<DATE ISO="20080430">30 ta’ April 2008</DATE>, tkompli tapplika rata mnaqqsa ta’ mhux anqas minn 3 % għall-provvista ta’ ikel kif imsemmi fil-punti (1) ta’ l-Anness III.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="128.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Il–Polonja tista’, sat-<DATE ISO="20080430">30 ta’ April 2008</DATE>, tkompli tapplika rata mnaqqsa ta’ mhux anqas minn 3 % għall-provvista ta’ merkanzija u servizzi tax-xorta li normalment huma mahsuba ghall-użu fil-produzzjoni agrikola, iżda li ma jinkludux merkanzija kapitali bħal makkinarku jew bini, kif imsemmi fil-punt (11) ta’ l-Anness III.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="128.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Polonja tista’, sal-<DATE ISO="20071231">31 ta’ Diċembru 2007</DATE>, tkompli tapplika rata mnaqqsa ta’ mhux anqas minn 7 % fuq il-provvista ta’ servizzi, mhux ipprovduti bhala parti minn politika soċjali, ghall-kostruzzjoni, ir-rinovazzjoni u l-alterazzjoni ta’ djar, minbarra l-materjal tal-bini, u fuq il-provvista qabel l-ewwel okkupazzjoni ta’ bini residenzjali jew partijiet minn bini residenzjali, kif imsemmi fil-punt (a) ta’ l-Artikolu 12(1)<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-10645"?><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Dawn id-derogi ġew stabbiliti fil-kuntest ta’ negozjati li wasslu għall-Att li jirrigwarda l-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, it-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja, u l-aġġustamenti għat-trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="236" PAGE.FIRST="33" DATE.PUB="20030923">ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Att ta’ Adeżjoni<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>). Dawn jidhru fil-Kapitolu 9, punt 1(a) sa (ċ) tal-Anness XII tal-Att ta’ Adeżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 24 tal-Att ta’ Adeżjoni jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Il-miżuri mniżżla fl-Annessi V, VI, VII, VIII, IX, X, XI, XII, XIII u XIV ta’ dan l-Att għandhom japplikaw fir-rigward ta’ l-Istati Membri l-ġodda taħt il-kondizzjonijiet stipulati f’dawk l-Annessi.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Anness XII tal-Att ta’ Adeżjoni huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Il-lista li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 24 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni: Il-Polonja<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>. Il-Kapitolu 9 ta’ dan l-Anness, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>It-Tassazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, jinkludi punt 1 li jiddikjara applikabbli r-regoli dwar is-sistema komuni ta’ VAT bil-mod kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>31977 L 0388: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE> dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-taxxi fuq il-valur tal-bejgħ — sistema Komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) kif l-aħħar emendata bi:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>32002 L 0038: Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/38/KE tas-<DATE ISO="20020507">7.5.2002</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 358).</P></ITEM></LIST><?PAGE NO="I-10646"?><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>B’deroga mill-Artikolu 12(3)(a) tad-Direttiva 77/388/KEE, il-Polonja tista’ (i) tapplika sal-<DATE ISO="20071231">31 ta’ Diċembru 2007</DATE> eżenzjoni bil-ħlas lura tat-taxxa mħallsa fl-istadju ta’ qabel fuq il-provvista ta’ ċerti kotba u perijodiċi speċjalizzati, u (ii) żżomm fis-seħħ rata mnaqqsa ta’ taxxa fuq il-valur miżjud ta’ mhux anqas minn 7 % fuq il-provvista ta’ servizzi ta’ l-ikel sal-<DATE ISO="20071231">31 ta’ Diċembru 2007</DATE> jew sa l-aħħar tal-perijodu transitorju li hemm referenza għalih fl-Artikolu 28l tad-Direttiva, skond liema tiġi l-ewwel.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>B’deroga mill-Artikolu 12(3)(a) tad-Direttiva 77/388/KEE, il-Polonja tista’ żżomm fis-seħħ (i) sat-<DATE ISO="20080430">30 ta’ April 2008</DATE>, rata mnaqqsa ta’ taxxa fuq il-valur miżjud ta’ mhux anqas minn 3 % fuq oġġetti ta’ l-ikel (inkluż xorb minbarra xorb alkoħoliku) għall-konsum mill-bniedem u l-annimali; annimali ħajjin, żrieragħ, pjanti u ingredjenti li huma normalment maħsuba għall-użu fil-preparazzjoni ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel; prodotti normalment maħsuba bħala suppliment jew sostitut għall-oġġetti ta’ l-ikel; u fuq il-provvista ta’ merkanzija u servizzi tax-xorta li normalment huma maħsuba għall-użu fil-produzzjoni agrikola imsemmija fil-punti 1 u 10 ta’ l-Anness H tad-Direttiva, iżda li ma jinkludux merkanzija kapitali bħalma huma makkinarju jew bini, u (ii) sal-<DATE ISO="20071231">31 ta’ Diċembru 2007</DATE>, rata mnaqqsa ta’ taxxa fuq il-valur miżjud ta’ mhux anqas minn 7 % fuq il-forniment ta’ servizzi, mhux pprovduti bħala parti minn politika soċjali, għall-kostruzzjoni, ir-rinovazzjoni u l-alterazzjoni ta’ djar, minbarra l-materjal tal-bini, u fuq il-forniment qabel l-ewwel okkupazzjoni ta’ bini residenzjali jew partijiet minn bini residenzjali kif imsemmi fl-Artikolu 4(3) tad-Direttiva.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>Sabiex tapplika l-Artikolu 28(3)(b) tad-Direttiva 77/388/KEE, il-Polonja tista’ wkoll iżżomm fis-seħħ eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq it-trasport internazzjonali tal-passiġġieri msemmi f’punt 17 ta’ l-Anness F tad-Direttiva, sa meta il-kondizzjoni stipulata fl-Artikolu 28(4) tad-Direttiva tintlaħaq jew sa meta l-istess eżenzjonijiet huma applikati minn xi Stat Membru attwali, skond liema tiġi l-ewwel.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-10647"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 41 tal-Liġi tal-<DATE ISO="20040311">11 ta’ Marzu 2004</DATE>, dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud (Dz. U. de 2004, Nru 54, punt 535), kif emendata (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Liġi dwar il-VAT<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>), ir-rata normali tal-VAT titla’ għal 22 %, b’ċerti riżervi. Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 41(2) ta’ din il-liġi jipprevedi li r-rata titla’ għal 7 % għall-prodotti u s-servizzi previsti fl-Anness Nru 3 tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Anness Nru 3 tal-Liġi dwar il-VAT isemmi fil-punt 45 il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>ħwejjeġ u aċċessorji ta’ ħwejjeġ tat-trabi<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> u fil-punt 47 iż-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>żraben tat-tfal<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura prekontenzjuża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni, inkwantu tqis li l-applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa tal-VAT ta’ 7 % fuq il-provvisti, l-importazzjoni u l-akkwist intra-Komunitarju ta’ ħwejjeġ u aċċessorji ta’ ħwejjeġ tat-trabi u ta’ żraben tat-tfal tikser id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 98 u tal-Anness III tad-Direttiva 2006/112, iddeċidiet li tibda l-proċedura dwar in-nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu prevista fl-Artikolu 226 KE. B’ittra tat-<DATE ISO="20070323">23 ta’ Marzu 2007</DATE>, hija intimat lir-Repubblika tal-Polonja sabiex tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Fir-risposta tagħha tat-<DATE ISO="20070522">22 ta’ Mejju 2007</DATE>, ir-Repubblika tal-Polonja sostniet li l-applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa ta’ VAT għall-prodotti kkonċernati kienet waħda mill-miżuri intiżi sabiex isostnu lill-familji u sabiex jinkoraġġixxu t-twelid ta’ trabi fil-Polonja, kollox skont l-għanijiet tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>istrateġija ta’ Lisbona<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>. Hija rreferiet ukoll għall-applikazzjoni ta’ rati ta’ VAT imnaqqsa fuq dawn l-istess prodotti fl-Irlanda,<?PAGE NO="I-10648"?> fil-Lussemburgu u fir-Renju Unit. Fl-aħħar nett, hija qieset li, fid-dawl tan-natura limitata fiż-żmien tal-applikazzjoni tar-rata mnaqqsa inkwistjoni, ma setax ikun hemm distorsjoni tal-kompetizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Peress li ma kinitx konvinta minn din ir-risposta, il-Kummissjoni ħarġet, fl-<DATE ISO="20080201">1 ta’ Frar 2008</DATE>, opinjoni motivata li permezz tagħha stiednet lir-Repubblika tal-Polonja tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha ma’ din l-opinjoni f’terminu ta’ xahrejn dekorribbli minn meta tirċievi l-opinjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>B’ittra tal-<DATE ISO="20080531">31 ta’ Mejju 2008</DATE>, ir-Repubblika tal-Polonja sostniet mill-ġdid il-pożizzjoni tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Peress li l-argumenti tar-Repubblika tal-Polonja ma kkonvinċewx lill-Kummissjoni, hija ddeċidiet tippreżenta dan ir-rikors.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq ir-rikors</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkritika lir-Repubblika tal-Polonja li tapplika rata mnaqqsa ta’ VAT ta’ 7 % fuq il-provvisti, l-importazzjoni u l-akkwist intra-Komunitarju ta’ ħwejjeġ u aċċessorji ta’ ħwejjeġ tat-trabi kif ukoll ta’ żraben tat-tfal, bi ksur tad-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 98 u tal-Anness III tad-Direttiva 2006/112.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10649"?><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tfakkar li l-għan tad-Direttiva 2006/112 huwa dak li tarmonizza l-VAT. Peress li r-rata mnaqqsa ta’ VAT tikkostitwixxi eċċezzjoni għar-regola, l-applikazzjoni tagħha għandha tiġi llimitata għas-sitwazzjonijiet konkreti u speċifiċi indikati b’mod ċar f’din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tenfasizza li l-Artikolu 98(2) tad-Direttiva 2006/112 jipprovdi mingħajr ekwivoku li r-rati mnaqqsa japplikaw biss għall-provvisti ta’ prodotti li jaqgħu fil-kategoriji li jidhru fl-Anness III ta’ din id-direttiva u li dan la jsemmi l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>ħwejjeġ u l-aċċessorji ta’ ħwejjeġ tat-trabi<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> u lanqas ma jsemmi ż-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>żraben tat-tfal<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-fatt li ċerti Stati Membri żammew rata mnaqqsa ta’ VAT għall-prodotti inkwistjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 114 u l-Artikolu 115 tad-Direttiva 2006/112 kemm-il darba kienu japplikawha fl-<DATE ISO="19910101">1 ta’ Jannar 1991</DATE> ma jikkostitwixxix argument li jawtorizza lir-Repubblika tal-Polonja tapplika wkoll rata mnaqqsa ta’ VAT għall-imsemmija prodotti.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni, b’mod prinċipali, li, fid-dawl tal-għan leġiżlattiv, l-Artikolu 115 tad-Direttiva 2006/112, li jikkorrispondi għall-Artikolu 28(2)(d) tas-Sitt Direttiva, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 92/77/KEE, tad-<DATE ISO="19921019">19 ta’ Ottubru 1992</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="316" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1992">ĠU L 316, p. 1</REF.DOC.OJ>), huwa indirizzat biss lill-Istati Membri li kienu parti mill-Komunità Ewropea fiż-żmien meta d-Direttiva 92/77 ġiet adottata u jawtorizza, permezz ta’ deroga, lil dawn tal-aħħar sabiex iżommu r-rati ta’ VAT imnaqqsa, kemm-il darba dawn ir-rati kienu applikati f’dawn l-Istati Membri fl-<DATE ISO="19910101">1 ta’ Jannar 1991</DATE> (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<DATE ISO="20011011">11 ta’ Ottunbru 2001</DATE>, Adam, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-267/99" PAGE.ECR="I-7467" YEAR="2001">C-267/99, Ġabra p. I-7467</REF.DOC.ECR>, punt 34).</TXT></NP><?PAGE NO="I-10650"?><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Hija tenfasizza li r-Repubblika tal-Polonja ma kinitx fost l-Istati Membri fiż-żmien tal-adozzjoni tad-Direttiva 92/77 u li l-Att ta’ Adeżjoni ma jipprovdix li dan l-Istat Membru jista’ jibbenefika min dispożizzjonijiet tranżitorji previsti fl-Artikoli 114 u 115 tad-Direttiva 2006/112 (ara, b’analoġija, is-sentenza tas-<DATE ISO="20020307">7 ta’ Marzu 2002</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Finlandja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-169/00" PAGE.ECR="I-2433" YEAR="2002">C-169/00, Ġabra p. I-2433</REF.DOC.ECR>, punt 30).</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Sussidjarjament, il-Kummissjoni ssostni li, fi kwalunkwe każ, il-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 115 tad-Direttiva 2006/112 ma humiex sodisfatti.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Minn naħa, fl-<DATE ISO="19910101">1 ta’ Jannar 1991</DATE>, it-taxxa stabbilita permezz tal-Liġi tas-<DATE ISO="19721216">16 ta’ Diċembru 1972</DATE> dwar it-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ (test uniformi Dz. U. de 1983, Nru 43, punt 191), kif emendata (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Liġi tas-<DATE ISO="19721216">16 ta’ Diċembru 1972</DATE><QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>), ma kkostitwixxietx VAT fis-sens tal-Artikolu 115 tad-Direttiva 2006/112.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, ir-Repubblika tal-Polonja ma applikatx, fl-<DATE ISO="19910101">1 ta’ Jannar 1991</DATE>, rata mnaqqsa fuq il-prodotti inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Polonja tikkunsidra li, skont id-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, l-Artikolu 115 tad-Direttiva 2006/112, hija għandha d-dritt iżżomm rata mnaqqsa ta’ VAT għall-prodotti inkwistjoni u li din il-possibbiltà hija msaħħa b’kunsiderazzjonijiet soċjali li huma konformi għall-għanijiet ġenerali tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Polonja tenfasizza li minkejja li s-sitwazzjoni politika ta’ Stat Membru matul in-negozjati tal-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tiegħu tista’ tinċita lil dan l-Istat sabiex jindika <HT TYPE="ITALIC">expressis verbis</HT>, fit-trattat ta’ adeżjoni, il-kategoriji ta’ eżenzjoni<?PAGE NO="I-10651"?> li huma partikolarment sensibbli mill-perspettiva soċjali jew li jqajmu dibattitu kbir qabel l-adeżjoni, din ma tistax, madankollu, issostni it-teżi tal-impossibbiltà tal-applikazzjoni tal-Artikolu 115 tad-Direttiva 2006/112 għall-Istat Membru li ma jkunx ipprovda l-kontenut tagħhom fil-kundizzjonijiet tal-Att ta’ Adeżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Polonja tiddikjara li, fil-Polonja, fl-<DATE ISO="19910101">1 ta’ Jannar 1991</DATE>, kienet tapplika rata mnaqqsa għal bejgħ ta’ prodotti, fosthom il-ħwejjeġ u ż-żraben tat-tfal, b’mod konformi għad-dispożizzjonijiet tal-Liġi tas-<DATE ISO="19721216">16 ta’ Diċembru 1972</DATE>. Il-mekkaniżmu tal-VAT fil-Polonja, stabbilit b’mod sussegwenti għad-dħul fis-seħħ tal-Liġi tat-<DATE ISO="19930108">8 ta’ Jannar 1993</DATE> dwar it-taxxa fuq il-prodotti u s-servizzi (Dz. U. de 1993, Nru 11, punt 50), kif emendata, huwa viċin ħafna għal dak tal-Unjoni, peress li huwa bbażat fuqu. Għalhekk, ir-Repubblika tal-Polonja applikat dejjem rata mnaqqsa ta’ 7 % fuq dawn il-prodotti. B’dan il-mod, hija tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 28(2)(d) tas-Sitt Direttiva, u, konsegwentement, tal-Artikolu 115 tad-Direttiva 2006/112, anki jekk din id-dispożizzjoni ma ġietx ipprovduta fl-Att ta’ Adeżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>L-argument tal-Kummissjoni, ibbażat fuq il-fatt li l-Att ta’ Adeżjoni ma jinkludix dispożizzjonijiet li jikkorrispondu għat-test tal-Artikolu 115 tad-Direttiva 2006/112 għall-prodotti inkwistjoni, filwaqt li jinkludi dispożizzjonijiet f’dan is-sens fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa għas-servizzi ta’ ristoranti u ta’ sistemazzjoni fid-djar, jikkostitwixxi argument <HT TYPE="ITALIC">a contrario sensu</HT>, li ma jistax jiġi aċċettat. Skont ir-Repubblika tal-Polonja, mill-fatt li ċerti dispożizzjonijiet, li jsemmu prodotti u servizzi koperti b’rata mnaqqsa ta’ VAT fuq il-bażi ta’ derogi mid-dispożizzjonijiet tas-Sitt Direttiva, ġew riprodotti fid-dispożizzjonijiet tal-Att ta’ Adeżjoni, wieħed ma jistax jikkonkludi li prodotti u servizzi, imsemmija biss fid-dispożizzjonijiet tad-dritt derivat, ma jistgħux ikunu suġġetti għal din ir-rata. Ir-riproduzzjoni ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt derivat fl-Att ta’ Adeżjoni għandha biss valur dikjarattiv.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10652"?><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fil-każ li l-Istati Membri l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>ġodda<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> jiġu mċaħħda mill-possibbiltà li japplikaw l-Artikolu 115 tad-Direttiva 2006/112, dan ikollu l-effett li jagħti vantaġġ lill-Istati Membri l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>antiki<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>. Differenzi sinjifikattivi fir-rigward tal-livell tat-tassazzjoni – tat-tip ta’ 10 % tar-rata tal-VAT – iwasslu għal diverġenzi fil-prezzijiet tal-istess prodotti fid-diversi Stati Membri, li, skont ir-raba’ u s-seba’ premessa ta’ din id-direttiva, joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni intra-Komunitarja.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li ż-żamma ta’ rata mnaqqsa ta’ VAT għandha tiġi aċċettata għal raġunijiet soċjali li jikkoinċidu mal-għanijiet tal-Unjoni, li jipprevedu mhux biss it-tkabbir ekonomiku iżda wkoll il-progress soċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>L-għan tad-derogi mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112 huwa, kif jirriżulta mis-sitt premessa tagħha u mill-ġurisprudenza, li jitnaqqsu kemm jista’ jkun l-effetti negattivi għall-ekonomija u għas-soċjetà ta’ armonizzazzjoni restrittiva ħafna (ara, b’analoġija, is-sentenzi tas-<DATE ISO="20060706">6 ta’ Lulju 2006</DATE>, Talacre Beach Caravan Sales, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-251/05" PAGE.ECR="I-6269" YEAR="2006">C-251/05, Ġabra p. I-6269</REF.DOC.ECR>, punt 22, u tal-<DATE ISO="20080410">10 ta’ April 2008</DATE>, Marks &amp; Spencer, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-309/06" PAGE.ECR="I-2283" YEAR="2008">C-309/06, Ġabra p. I-2283</REF.DOC.ECR>, punt 24).</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-Repubblika tal-Polonja tfakkar li, sa mill-istadju tal-proċedura amministrattiva, hija sostniet li ż-żamma ta’ rata mnaqqsa ta’ VAT fuq il-prodotti inkwistjoni hija estremament importanti mill-perspettiva tat-tkabbir ekonomiku tagħha, u fuq kollox, mill-perspettiva tas-soluzzjonijiet intiżi sabiex jinkoraġġixxu b’mod effettiv iż-żieda fir-rata tat-twelid ta’ trabi fil-Polonja.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-10653"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Huwa paċifiku li, fl-iskadenza tat-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata, ir-Repubblika tal-Polonja kienet tapplika rata mnaqqsa ta’ VAT ta’ 7 % fuq il-prodotti inkwistjoni u li dawn il-prodotti ma humiex inklużi fil-kategoriji ta’ prodotti u servizzi li jidhru fl-Anness III tad-Direttiva 2006/112, li, skont l-Artikolu 98 ta’ din id-direttiva, huma l-uniċi li għalihom jistgħu jiġu applikati r-rati mnaqqsa. Huwa paċifiku wkoll li l-Att ta’ Adeżjoni ma jipprevedix deroga f’dan ir-rigward.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Madankollu, ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li din it-tassazzjoni b’rata mnaqqsa tista’ tiġi aċċettata taħt l-Artikolu 115 tad-Direttiva 2006/112. Il-Kummissjoni ssostni, b’mod prinċipali, li din id-dispożizzjoni hija applikabbli biss għall-Istati li kienu membri tal-Komunità fiż-żmien meta d-Direttiva 92/77 ġiet adottata, u, b’mod sussidjarju, li l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-imsemmi Artikolu 115 ma humiex sodisfatti fil-każ ineżami.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Għandu jiġi mfakkar, b’mod preliminari, li l-Artikolu 115 tad-Direttiva 2006/112 huwa dispożizzjoni tranżitorja, introdotta inizjalment fis-Sitt Direttiva bħala l-Artikolu 28(2)(d), bid-Direttiva 92/77, li, permezz ta’ deroga, tawtorizza lill-Istati Membri, li kienu marbuta jadattaw is-sistema tal-VAT tagħhom għan-numru u għal-livell tal-VAT armonizzati, iżommu r-rati tal-VAT mnaqqsa li huma kienu japplikaw għal ċerti prodotti u servizzi kemm-il darba dawn ir-rati kienu applikati f’dawn l-Istati Membri fl-<DATE ISO="19910101">1 ta’ Jannar 1991</DATE>. Fir-rigward ta’ sistema derogatorja u tranżitorja, l-Artikolu 115 tad-Direttiva 2006/112 għandu jingħata interpretazzjoni stretta (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<DATE ISO="20080612">12 ta’ Ġunju 2008</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Portugall, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-462/05" PAGE.ECR="I-4183" YEAR="2008">C-462/05, Ġabra p. I-4183</REF.DOC.ECR>, punt 54).</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa suffiċjenti li jiġi rrilevat li d-deroga prevista fl-imsemmi Artikolu 115 teħtieġ li jkunu sodisfatti żewġ kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni kumulattivi. L-ewwel waħda teżiġi li l-Istat Membru kkonċernat kien japplika, fl-<DATE ISO="19910101">1 ta’ Jannar 1991</DATE>, VAT fis-sens tad-Direttiva 2006/112 jew, tal-inqas, sistema ta’<?PAGE NO="I-10654"?> tassazzjoni li għandha l-istess karatteristiċi tas-sistema komuni ta’ VAT. It-tieni waħda teżiġi li, fil-kuntest tal-imsemmija tassazzjoni, il-provvisti ta’ prodotti u prestazzjonijiet ta’ servizzi previsti fl-imsemmi artikolu jkunu ġew suġġetti, fl-<DATE ISO="19910101">1 ta’ Jannar 1991</DATE>, għal taxxa mnaqqsa.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel kundizzjoni, ir-Repubblika tal-Polonja indikat li hija introduċiet is-sistema komuni tal-VAT fil-leġiżlazzjoni interna tagħha biss permezz tal-Liġi dwar il-VAT<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Ara t-titolu fil-punt 15.</P></NOTE>. Għalhekk, hemm lok li jiġi vverifikat jekk it-taxxa Pollakka prevista mil-Liġi tas-<DATE ISO="19721216">16 ta’ Diċembru 1972</DATE>, kif kienet fis-seħħ fl-<DATE ISO="19910101">1 ta’ Jannar 1991</DATE>, tistax, tal-inqas, tiġi kkunsidrata bħala taxxa ekwivalenti għall-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li l-prinċipju tas-sistema komuni tal-VAT jikkonsisti fl-applikazzjoni fuq prodotti u servizzi, sal-istadju tal-bejgħ bl-imnut, ta’ taxxa ġenerali fuq il-konsum li għandha tkun eżattament proporzjonali għall-prezz tal-prodotti u tas-servizzi, irrispettivament min-numru ta’ tranżazzjonijiet li jkunu saru waqt il-proċess ta’ produzzjoni u ta’ distribuzzjoni qabel l-istadju ta’ tassazzjoni. Madankollu, f’kull tranżazzjoni, il-VAT hija imposta biss wara li jitnaqqas l-ammont tal-VAT impost direttament fuq l-ispiża tad-diversi elementi kostituttivi tal-prezz. Il-mekkaniżmu ta’ tnaqqis huwa rregolat b’tali mod li l-persuni suġġetti għat-taxxa huma awtorizzati jnaqqsu mill-VAT dovut l-ammonti ta’ VAT li jkunu diġà tħallsu fuq il-prodotti jew is-servizzi upstream b’tali mod li t-taxxa tolqot biss, f’kull stadju, il-valur miżjud u titħallas, b’mod definittiv, mill-konsumatur finali (ara s-sentenza tat-<DATE ISO="20061003">3 ta’ Ottubru 2006</DATE>, Banca popolare di Cremona, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-475/03" PAGE.ECR="I-9373" YEAR="2006">C-475/03, Ġabra p. I-9373</REF.DOC.ECR>, punti 21 u 22).</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat liema huma l-karatteristiċi essenzjali tal-VAT. Minkejja xi differenzi fil-kliem użat, mill-ġurisprudenza tagħha jirriżulta li dawn il-karatteristiċi huma erbgħa: l-applikazzjoni ġenerali tal-VAT għat-tranżazzjonijiet li jkollhom prodotti jew servizzi bħala s-suġġett tagħhom; id-determinazzjoni tal-ammont tagħha proporzjonalment għall-prezz mitlub mill-persuna suġġetta għat-taxxa bħala ħlas għall-prodotti jew għas-servizzi pprovduti minnha; l-impożizzjoni ta’ din it-taxxa f’kull stadju tal-proċess ta’ produzzjoni u ta’ distribuzzjoni, inkluż l-istadju tal-bejgħ bl-imnut, irrispettivament min-numru ta’ tranżazzjonijiet li jkunu seħħew qabel; it-tnaqqis mill-VAT dovuta mill-persuna suġġetta għat-taxxa tal-ammonti<?PAGE NO="I-10655"?> mħallsa fl-istadji preċedenti tal-proċess ta’ produzzjoni u distribuzzjoni b’tali mod li din it-taxxa, fi stadju partikolari, tapplika biss għall-valur miżjud f’dak l-istadju u b’tali mod li l-piż finali ta’ din it-taxxa jaqa’ fl-aħħar mill-aħħar fuq il-konsumatur (ara s-sentenza Banca Popolare di Cremona, iċċitata iktar ’il fuq, punt 28, kif ukoll dik tal-<DATE ISO="20071011">11 ta’ Ottubru 2007</DATE>, KÖGÁZ <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-283/06+C-312/06" PAGE.ECR="I-8463" YEAR="2007">C-283/06 u C-312/06, Ġabra p. I-8463</REF.DOC.ECR>, punt 37).</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Huwa suffiċjenti li taxxa ma jkollhiex xi waħda minn dawk il-karatteristiċi essenzjali sabiex din ma tkunx tista’ tiġi kkunsidrata li hija ekwivalenti għall-VAT (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal-<DATE ISO="20090205">5 ta’ Frar 2009</DATE>, UAB Mechel Nemunas, C-119/08, punt 37).</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>F’din il-kawża, fir-rigward tat-tieni karatteristika essenzjali tal-VAT, għandu jiġi kkonstatat li, filwaqt li l-VAT hija imposta fir-rigward ta’ kull tranżazzjoni fl-istadju tal-kummerċjalizzazzjoni u filwaqt li l-ammont tagħha għandu jkun proporzjonali għall-prezzijiet tal-prodotti jew tas-servizzi pprovduti (ara s-sentenza KÖGÁZ <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 39), mill-Artikoli 4 u 5 tal-Liġi tas-<DATE ISO="19721216">16 ta’ Diċembru 1972</DATE> jirriżulta li t-taxxa Pollakka fis-seħħ fl-<DATE ISO="19910101">1 ta’ Jannar 1991</DATE> kienet, għall-kuntrarju, ibbażata fuq id-dħul mill-bejgħ gross li l-persuna suġġetta għat-taxxa tkun għamlet matul perijodu determinat.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Peress li t-taxxa Pollakka kienet għalhekk ikkalkulata abbażi ta’ dħul mill-bejgħ perijodiku, ma huwiex possibbli li jiġi ddeterminat bi preċiżjoni l-ammont ta’ din it-taxxa li eventwalment jgħaddi fuq il-klijent fir-rigward ta’ kull bejgħ ta’ prodotti, tant li l-kundizzjoni ta’ proporzjonalità ta’ dan l-ammont mal-prezzijiet tal-persuna suġġetta għat-taxxa ma kinitx sodisfatta (ara s-sentenza KÖGÁZ <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 40).</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Imbagħad, fir-rigward tar-raba’ karatteristika essenzjali tal-VAT, għandu jiġi rrilevat li, filwaqt li l-mekkaniżmu tal-VAT Komunitarju jipprevedi t-tnaqqas tat-taxxa dovuta jew imħallsa għal kull prodott jew servizz użat għall-ħtiġijiet tal-operazzjonijiet<?PAGE NO="I-10656"?> taxxabbli sabiex it-taxxa tolqot biss il-valur miżjud fi stadju partikolari tal-produzzjoni jew tad-distribuzzjoni, mill-informazzjoni pprovduta mill-partijiet bi tweġiba għall-mistoqsijiet bil-miktub li l-Qorti tal-Ġustizzja indirizzatilhom u mit-trattazzjonijiet fis-seduta jirriżulta li l-Liġi tas-<DATE ISO="19721216">16 ta’ Diċembru 1972</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Skont it-titolu.</P></NOTE> ma kinitx tipprevedi dritt għal tnaqqis tat-taxxa mħallsa upstream, iżda kienet tawtorizza biss it-tnaqqis mit-taxxa ġenerali imposta fuq id-dħul mill-bejgħ downstream, it-taxxi imposti upstream fuq ċertu materjal jew materja prima. Għalhekk, din it-taxxa ma kinitx tapplika fuq il-valur miżjud għall-prodotti jew għas-servizzi, iżda fuq is-somma totali tad-dħul li jsir.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Madankollu, ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Ministru tal-Finanzi tas-<DATE ISO="19900417">17 ta’ April 1990</DATE> (Dz. U de 1990, Nru 27, punt 156) jeżenta, bħala prinċipju, mit-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ il-bejgħ ta’ prodotti ta’ provvista, ta’ investiment u ta’ tlestija.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Madankollu, minkejja li huwa ċertament minnu li l-eżistenza ta’ differenzi fir-rigward tal-metodu li permezz tiegħu t-tnaqqis tat-taxxa diġà mħallsa tiġi kkalkulata ma ċċaħħadx taxxa minn karatteristika essenzjali tal-VAT kemm-il darba tali differenzi huma iktar ta’ natura teknika u ma jżommux lil din it-taxxa milli topera, essenzjalment, bl-istess mod bħall-VAT, ma jistax jingħad l-istess fir-rigward ta’ taxxa imposta fuq attivitajiet produttivi b’tali mod li ma jkunx jidher ċar jekk din tkunx fl-aħħar mill-aħħar, bħal taxxa fuq il-konsum bħalma hija l-VAT, sostnuta mill-konsumatur finali (sentenza Banca popolare di Cremona, iċċitata iktar ’il fuq, punt 31).</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Issa, f’din il-kawża, minħabba, b’mod partikolari, il-kumplessità tad-diversi eżenzjonijiet jew tassazzjonijiet suċċessivi, ma hemm ebda ċertezza li l-impożizzjoni tat-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ Pollakka kienet, fl-aħħar mill-aħħar, taqa’ fuq il-konsumatur finali b’mod li jikkaratterizza taxxa fuq il-konsum bħalma hija l-VAT, jew li din wasslet għall-istess riżultat tal-VAT.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10657"?><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Minn dawn il-kunsiderazzjonijiet jirriżulta li t-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ applikabbli fil-Polonja fl-<DATE ISO="19910101">1 ta’ Jannar 1991</DATE> ma kinitx tissodisfa l-karatteristiċi essenzjali tal-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Peress li r-Repubblika tal-Polonja ma applikatx, fl-<DATE ISO="19910101">1 ta’ Jannar 1991</DATE>, VAT fis-sens tad-Direttiva 2006/112 jew sistema ta’ tassazzjoni li kellha l-karatteristiċi essenzjali tal-VAT, il-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 115 tad-Direttiva 2006/112 ma humiex sodisfatti.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li r-Repubblika tal-Polonja kellha tapplika t-taxxa normali tal-VAT għall-prodotti inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, sa fejn ir-Repubblika tal-Polonja tintendi tressaq argument ta’ difiża awtonomu fis-sens li l-applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa ta’ VAT għall-prodotti inkwistjoni hija intiża sabiex tkabbar ir-rata tat-twelid ta’ trabi fil-Polonja u tikkontribwixxi għall-aċċellarazzjoni tal-proċess tat-tkabbir ekonomiku fl-ispirtu tal-istrateġija ta’ Lisbona, huwa suffiċjenti li jiġi kkonstatat li dan l-argument ta’ natura soċjopolitika, minkejja li jista’ possibbilment jiġġustifika l-għoti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ta’ deroga permezz ta’ emenda għad-Direttiva 2006/112, ma jistax, min-naħa l-oħra, minn perspettiva ġuridika, jiġġustifika, fil-kuntest ta’ dan ir-rikors għal nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu, li dan l-Istat Membru jikser id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 98(2) tad-Direttiva 2006/112.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li, bl-applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa ta’ VAT ta’ 7 % fuq il-provvisti, l-importazzjoni u l-akkwist intra-Komunitarju ta’ ħwejjeġ u aċċessorji ta’ ħwejjeġ tat-trabi kif ukoll ta’ żraben tat-tfal, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 98 u tal-Anness III tad-Direttiva 2006/112.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-10658"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 69(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li l-Kummissjoni talbet il-kundanna tar-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż u din tal-aħħar tilfet il-kawża, ir-Repubblika tal-Polonja għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Bl-applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa ta’ taxxa fuq il-valur miżjud ta’ 7 % fuq il-provvisti, l-importazzjoni u l-akkwist intra-Komunitarju ta’ ħwejjeġ u aċċessorji ta’ ħwejjeġ tat-trabi kif ukoll ta’ żraben tat-tfal, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 98 u tal-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>