European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/5461

10.9.2024

KOMUNIKAZZJONI MILL-MINISTERU UNGERIŻ GĦALL-ENERĠIJA SKONT L-ARTIKOLU 3(2) TAD-DIRETTIVA 94/22/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL TAT-30 TA’ MEJJU 1994 DWAR IL-KONDIZZJONIJIET GĦALL-GĦOTI U L-UŻU TA’ AWTORIZZAZZJONIJIET GĦALL-PROSPETTAR, L-ESPLORAZZJONI U L-PRODUZZJONI TAL-IDROKARBURI

Stedina pubblika għall-preżentazzjoni tal-offerti għal konċessjoni għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi b’kuntratt ta’ konċessjoni fiż-żona ta’ Tab

(C/2024/5461)

F’isem l-Istat Ungeriż, il-Ministru għall-Enerġija (“l-Awtorità Kontraenti” jew “il-Ministru”), bħala l-ministru responsabbli għall-estrazzjoni mill-minjieri, qed toħroġ sejħa pubblika għall-preżentazzjoni tal-offerti għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi b’kuntratt ta’ konċessjoni abbażi tal-Att CXCVI tal-2011 dwar l-assi nazzjonali (“l-Att dwar l-Assi Nazzjonali”), l-Att XVI tal-1991 dwar il-konċessjonijiet (“l-Att dwar il-Konċessjonijiet”), l-att XLVIII tal-1993 dwar l-estrazzjoni mill-minjieri (“l-Att dwar l-Estrazzjoni mill-Minjieri”), id-Digriet tal-Gvern Nru 727/2020 tal-31 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi ċerti regoli li jirregolaw il-proċeduri ta’ konċessjoni skont l-Att XVI tal-1991 dwar il-konċessjonijiet, u d-Digriet tal-Gvern Nru 446/2022 tas-7 ta’ Novembru 2022 dwar it-twettiq tal-kompiti tal-ministru settorjali kompetenti għal ċerti attivitajiet soġġetti għal konċessjoni, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin.

1.   

Il-Ministru se jippubblika l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti, jaġġudika l-offerti u jikkonkludi l-kuntratt ta’ konċessjoni f’konformità mal-Att dwar il-Konċessjonijiet u l-Att dwar l-Estrazzjoni mill-Minjieri u r-regolamenti li jimplimentawhom. L-offerti li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta jevalwahom Kumitat tal-Evalwazzjoni stabbilit mill-Ministru.

Skont ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat tal-Evalwazzjoni, il-Ministru (1) se – bi qbil bil-quddiem tal-Awtorità Superviżorja Ungeriża għall-Attivitajiet Regolati (“SZTFH”) – joħroġ id-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni f’konformità mat-Taqsima 5(1)-(1a) tal-Att dwar il-Konċessjonijiet, li abbażi tagħha l-Ministru jista’ mbagħad jikkonkludi l-kuntratt ta’ konċessjoni mal-offerent magħżul.

2.   

Il-lingwa tal-proċedura tal-offerti hija l-Ungeriż.

3.   

Il-parteċipazzjoni fil-proċedura tal-offerti hija miftuħa għal kull persuna fiżika Ungeriża jew barranija li jkollha l-kapaċità li tieħu azzjoni, u għal kull organizzazzjoni trasparenti skont it-tifsira tal-Att dwar l-Assi Nazzjonali, dment li dawn jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta; jistgħu jiġu ppreżentati wkoll offerti konġunti. Fil-każ ta’ offerti konġunti għal din il-konċessjoni, l-offerenti jridu jinnominaw wieħed minn fosthom bħala r-rappreżentant, iżda jassumu obbligazzjoni in solidum għat-twettiq tal-kuntratt tal-konċessjoni. Skont il-proċedura tal-offerti, l-offerenti mill-pajjiż u minn barra l-pajjiż se jiġu ttrattati ugwalment.

Biex iwettaq l-attività soġġetta għall-konċessjoni, l-offerent li jiffirma l-kuntratt tal-konċessjoni (“id-Detentur tal-Konċessjoni”) irid juża r-riżorsi tiegħu stess biex fi żmien 90 jum mid-dħul fis-seħħ tal-kuntratt tal-konċessjoni, jiftaħ kumpanija li jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fl-Ungerija (“il-Kumpanija tal-Konċessjoni”); id-Detentur tal-Konċessjoni jrid ikollu l-maġġoranza tal-ishma, tal-interessi tan-negozju u tad-drittijiet tal-vot fil-kumpanija meta tinfetaħ u waqt li tkun qed topera, u bħala sid, irid jimpenja ruħu li jinforza r-rekwiżiti speċifikati fil-kuntratt tal-konċessjoni fuq il-Kumpanija tal-Konċessjoni. Il-Kumpanija tal-Konċessjoni se tgawdi d-drittijiet u tkun soġġetta għall-obbligi tal-kuntratt tal-konċessjoni bħala operatur ta’ estrazzjoni mill-minjieri.

4.   

Il-konċessjoni se ttul 20 sena mid-dħul fis-seħħ tal-kuntratt tal-konċessjoni, li tista’ tiġi estiża darba mingħajr sejħa għall-offerti oħra għal massimu ta’ nofs il-perjodu oriġinali tagħha jekk id-Detentur tal-Konċessjoni u l-Kumpanija tal-Konċessjoni jkunu ssodisfaw l-obbligi kollha tagħhom f’konformità mal-kuntratt u fil-ħin.

5.   

Data dwar iż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni:

Iż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni tikkonċerna t-territorji amministrattivi tal-muniċipalitajiet elenkati fit-tabella ta’ hawn taħt fil-kontej ta’ Somogy, Veszprém u Tolna.

Muniċipalità

Kontea

Muniċipalità

Kontea

Ádánd

Somogy

Lengyeltóti

Somogy

Alsóörs

Veszprém

Lulla

Somogy

Andocs

Somogy

Magyaratád

Somogy

Attala

Tolna

Miklósi

Somogy

Bábonymegyer

Somogy

Nágocs

Somogy

Balatonalmádi

Veszprém

Nagyberény

Somogy

Balatonboglár

Somogy

Nagycsepely

Somogy

Balatonendréd

Somogy

Nagykónyi

Tolna

Balatonföldvár

Somogy

Nak

Tolna

Balatonkenese

Veszprém

Nyim

Somogy

Balatonlelle

Somogy

Ordacsehi

Somogy

Balatonőszöd

Somogy

Paloznak

Veszprém

Balatonszabadi

Somogy

Pári

Tolna

Balatonszárszó

Somogy

Patalom

Somogy

Balatonszemes

Somogy

Pusztaszemes

Somogy

Balatonvilágos

Somogy

Ráksi

Somogy

Bálványos

Somogy

Ságvár

Somogy

Bedegkér

Somogy

Sérsekszőlős

Somogy

Bonnya

Somogy

Siófok

Somogy

Büssü

Somogy

Siójut

Somogy

Csopak

Veszprém

Som

Somogy

Dalmand

Tolna

Somogyacsa

Somogy

Dombóvár

Tolna

Somogydöröcske

Somogy

Döbrököz

Tolna

Somogyegres

Somogy

Értény

Tolna

Somogymeggyes

Somogy

Gadács

Somogy

Somogyszil

Somogy

Gölle

Somogy

Somogytúr

Somogy

Gyugy

Somogy

Szakcs

Tolna

Gyulaj

Tolna

Szántód

Somogy

Igal

Somogy

Szentgáloskér

Somogy

Iregszemcse

Tolna

Szólád

Somogy

Kánya

Somogy

Szorosad

Somogy

Kapoly

Somogy

Szőlősgyörök

Somogy

Kapospula

Tolna

Tab

Somogy

Kára

Somogy

Tamási

Tolna

Karád

Somogy

Teleki

Somogy

Kazsok

Somogy

Tengőd

Somogy

Kereki

Somogy

Tihany

Veszprém

Kisbárapáti

Somogy

Torvaj

Somogy

Kisgyalán

Somogy

Törökkoppány

Somogy

Kocsola

Tolna

Újireg

Tolna

Koppányszántó

Tolna

Várong

Tolna

Kőröshegy

Somogy

Visz

Somogy

Kötcse

Somogy

Zala

Somogy

Kurd

Tolna

Zamárdi

Somogy

Lápafő

Tolna

Zics

Somogy

Látrány

Somogy

Zimány

Somogy

Saff tal-materjal żejjed fuq iż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni: il-wiċċ u s-sodda tal-blat: 6 000 metru taħt il-livell tal-Baħar Baltiku

Iż-żoni awtorizzati għall-konċessjoni ma jinkludux iż-żoni mnaddfa biex jagħmlu spazju għal minjiera biex jiġu estratti r-riżorsi minerali tal-idrokarburi.

Il-koordinati tal-ponot tal-irkejjen li jiddelimitaw iż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni jinsabu fis-Sistema tal-Projezzjoni Uniformi Nazzjonali (“EOV”), u d-data dwar iż-żoni mnaddfa għas-siti tal-minjieri stabbiliti għar-riżorsi minerali tal-idrokarburi, li mhumiex inklużi fiż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni, jinsabu fil-website tal-Awtorità Superviżorja Ungeriża għall-Attivitajiet Regolati (https://sztfh.hu) u tal-Ministeru għall-Enerġija (https://kormany.hu/energiaugyi-miniszterium) minn “Koncesszió”.

Id-daqs taż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni: 1 724,35 km2.

6.   

It-tariffa netta minima għall-konċessjoni hija HUF 465 000 000 (erba’ mija u ħamsa u sittin miljun forint) apparti l-VAT, iżda fil-proċedura tal-offerti tista’ tiddaħħal offerta għal ammont fiss akbar. Ladarba jiġi ppubblikat ir-riżultat, l-offerent magħżul irid iħallas it-tariffa tal-konċessjoni skont l-ammont, il-mod u sad-data speċifikata fil-kuntratt tal-konċessjoni.

7.   

Il-parteċipazzjoni fil-proċedura tal-offerti għall-konċessjoni hija soġġetta għall-ħlas ta’ tariffa tal-parteċipazzjoni ta’ HUF 20 000 000 (għoxrin miljun forint) apparti l-VAT, li trid titħallas bil-mod speċifikat fid-Dokument tal-Offerta. It-tariffa tal-parteċipazzjoni trid tasal fil-kont stabbilit fid-Dokument tal-Offerta sa nofsillejl (00:00) ta’ lejliet l-iskadenza għat-tressiq tal-offerti.

8.   

Apparti li jħallsu t-tariffa tal-parteċipazzjoni biex l-offerta tagħhom tkun valida, l-offerenti jridu jħallsu garanzija tal-offerta ta’ HUF 100 000 000 (mitt miljun forint) sa nofsillejl (00:00) ta’ lejliet l-iskadenza għat-tressiq tal-offerti bħala garanzija li l-offerta hija vinkolanti. Il-garanzija tal-offerta mħallsa tiġi ċeduta lill-Awtorità Kontraenti jekk l-offerent jirtira jew jekk l-offerent jirnexxilu jieħu l-kuntratt iżda mbagħad ma jirnexxilux jikkonkludih, jew inkella jekk ma jħallasx it-tariffa tal-konċessjoni offruta skont l-ammont, il-mod u sal-iskadenza stipulati fil-kuntratt. Il-garanzija tal-offerta trid titħallas skont il-mod speċifikat fid-Dokument tal-Offerta.

9.   

L-inqas rata tar-royalty tal-estrazzjoni mill-minjieri li titħallas għall-produzzjoni konvenzjonali tal-idrokarburi skont il-kuntratt tal-konċessjoni se tkun ta’ 20 % f’konformità mad-deċiżjoni tal-Ministru. Fil-proċedura tal-offerti tista’ titressaq offerta li toffri rata ogħla għar-royalty tal-estrazzjoni mill-minjieri mir-rata minima tar-royalty, diment li r-royalty li tirriżulta tiġi rreġistrata fil-kuntratt tal-konċessjoni u titħallas għall-perjodu tal-konċessjoni. Fil-każijiet speċifikati fit-Taqsima 20(3)(e) u (i) u fit-Taqsima 20(5) tal-Att dwar l-Estrazzjoni mill-Minjieri, ir-royalty kuntrattwali tal-estrazzjoni mill-minjieri se tkun ir-rata tar-royalty tal-estrazzjoni mill-minjieri li hemm speċifikata fl-Att dwar l-Estrazzjoni mill-Minjieri li tkun applikabbli fid-data meta titressaq l-offerta.

10.   

Il-kundizzjonijiet legali, finanzjarji, tekniċi u oħrajn u l-informazzjoni relatata mal-proċedura tal-offerti jinsabu fid-Dokument tal-Offerta.

11.   

Id-Dokument tal-Offerta jista’ jinkiseb mill-kwartieri ġenerali tal-Ministeru għall-Enerġija (Október huszonharmadika utca 18, 1117 Budapest), it-tielet sular, l-uffiċċju 333, fil-jiem tax-xogħol bejn id-09:00 u t-15:00 sa lejliet l-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti, diment li tintwera prova dokumentarja adegwata li jkun tħallas il-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta. Il-Ministeru għall-Enerġija se joħroġ ċertifikat f’isem l-akkwirent.

Meta jixtri d-Dokument tal-Offerta, biex ikun jista’ jiġi kkuntattjat u jirċievi komunikazzjoni, l-akkwirent irid iressaq wkoll Skeda għall-Identifikazzjoni tal-Offerent għall-Konċessjoni, li tista’ titniżżel mill-website tal-Ministeru għall-Enerġija (https://kormany.hu/energiaugyi-miniszterium) minn “Koncesszió”.

12.   

Il-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta hu HUF 200 000 (mitejn elf forint) apparti l-VAT, li jrid jitħallas bi trasferiment bankarju fil-kont qafas tal-użu tal-approprjazzjoni tal-Ministeru għall-Enerġija Nru 10032000-00290713-00000000 (L-IBAN: HU30 1003 2000 0029 0713 0000 0000, il-kodiċi SWIFT: HUSTHUHB, l-istituzzjoni finanzjarja tal-kont: it-Teżor tal-Istat Ungeriż). Il-messaġġ mat-trasferiment irid juri l-kodiċi TABCHDV u isem l-akkwirent tad-Dokument tal-Offerta. Il-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta ma jistax jitħallas bi flus kontanti u mhuwiex rimborsabbli, la kollu u lanqas parzjalment. Jekk id-Dokument tal-Offerta ma jasalx għand l-akkwirent, dan jingħata rifużjoni tal-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta fi żmien ħamest ijiem mill-iskadenza tas-sejħa għall-offerti.

13.   

L-offerti jistgħu jitressqu biss mill-persuni li jkunu xtraw id-Dokument tal-Offerta u li jkunu ħallsu t-tariffa tal-parteċipazzjoni u l-garanzija tal-offerta b’mod verifikabbli. Jekk titressaq offerta konġunta, ikun biżżejjed li wieħed mill-offerenti jixtri d-Dokument tal-Offerta.

14.   

L-offerti jridu jitressqu fiżikament fis-16 ta’ Jannar 2025 bejn l-10:00 u 12:00 fil-kwartieri ġenerali tal-Ministeru għall-Enerġija (Október huszonharmadika utca 18, 1117 Budapest), it-tielet sular, l-uffiċċju 333, bl-Ungeriż, kif speċifikat fid-Dokument tal-Offerta.

15.   

L-offerta ssir vinkolanti fuq l-offerent mill-mument meta titressaq u tibqa’ vinkolanti sakemm tintemm il-proċedura tal-offerti. L-offerenti ma jistgħux jeskludu l-obbligazzjoni tagħhom jekk ma jirnexxilhomx iżommu mal-offerta tagħhom.

16.   

Il-Ministru jirriżerva d-dritt li jirtira l-istedina għall-offerti mingħajr ġustifikazzjoni fi kwalunkwe mument sal-iskadenza tas-sejħa għall-offerti.

17.   

Il-Ministru jirriżerva d-dritt li jiddikjara li l-proċedura tal-offerti ma rnexxietx mingħajr ma jipprovdi ġustifikazzjoni fi kwalunkwe mument sakemm il-kuntratt tal-konċessjoni jiġi konkluż wara l-iskadenza għat-tressiq tal-offerti, u li jwaqqaf il-proċedura. Jekk il-proċedura tal-offerti tiġi ddikjarata li ma rnexxietx, ma tista’ tiġi ppreżentata l-ebda pretensjoni kontra l-Ministru, kontra l-Istat Ungeriż irrappreżentat mill-Ministru, jew kontra l-Ministeru għall-Enerġija bħala l-post tax-xogħol tal-Ministru.

18.   

Jekk il-Ministru jirtira l-istedina għall-offerti jew jiddikjara li l-proċedura tal-offerti ma rnexxietx, dan jagħti rifużjoni tat-tariffa tal-parteċipazzjoni mħallsa mill-offerent fi żmien 15-il jum mill-waqfien tal-proċedura.

19.   

L-offerent magħżul jikseb id-dritt esklużiv għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi fiż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni għall-perjodu tal-konċessjoni permezz tal-Kumpanija tal-Konċessjoni stabbilita b’mod obbligatorju għal dak l-iskop. Ladarba d-deċiżjoni li tistabbilixxi s-sit tal-estrazzjoni mill-minjieri ssir definittiva, id-dritt tal-konċessjoni għaż-żona tal-prospettar ikun ristrett għaż-żona tas-sit tal-estrazzjoni mill-minjieri.

20.   

Kull offerent jista’ jressaq offerta waħda biss.

21.   

Il-limitu taż-żmien għall-aġġudikazzjoni tal-offerti għall-konċessjoni: fi żmien 90 jum mill-iskadenza tas-sejħa għall-offerti.

22.   

L-Awtorità Kontraenti se tiżgura ambjent ekwu u mhi se tapplika l-ebda kriterju preferenzjali.

23.   

Il-kriterji għall-aġġudikazzjoni tal-offerta:

(I)

Kriterji tal-valutazzjoni relatati mal-kontenut tal-Programm ta’ Ħidma tar-Riċerka soġġett għall-konċessjoni:

—

il-merti professjonali tal-Programm ta’ Ħidma tar-Riċerka (tfassil ta’ programm maħsub għal prospettar massimu tal-idrokarburi);

—

il-perjodu ppjanat tar-riċerka;

—

il-miżuri previsti għall-ħarsien tal-ambjent u l-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-ħsara waqt ix-xogħol soġġett għall-konċessjoni;

—

il-previżjoni ta’ kemm tkun tista’ tinbeda malajr il-produzzjoni (skont il-liġi, f’inqas minn ħames snin).

(II)

Kriterji tal-valutazzjoni relatati mal-kapaċità teknika u finanzjarja tal-offerent:

—

il-kapaċità finanzjarja tal-offerent, id-disponibbiltà tar-riżorsi meħtieġa biex jiġi ffinanzjat ix-xogħol li jrid isir skont il-konċessjoni, u l-proporzjon ta’ dan li hu kopert mir-riżorsi proprji;

—

il-valur totali tax-xogħol imwettaq b’rabta mal-estrazzjoni mill-minjieri tal-idrokarburi tul it-tliet snin ta’ qabel l-istedina għall-offerti.

(III)

Kriterji tal-valutazzjoni relatati mal-obbligi tal-pagament impenjati fil-kuntratt tal-konċessjoni:

—

it-tariffa netta tal-konċessjoni offruta, imqabbla mat-tariffa minima tal-konċessjoni stabbilita mill-Ministru;

—

is-suppliment offrut tar-rata tar-royalty għall-estrazzjoni mill-minjieri mqabbla mar-rata minima tar-royalty stabbilita mill-Ministru.

Il-kriterji ddettaljati għall-aġġudikazzjoni u l-leġiżlazzjoni li tirregola l-proċedura għall-awtorizzazzjoni tax-xogħol tal-konċessjoni, u kif għandu jsir u jitlesta huma speċifikati fid-Dokument tal-Offerta.

24.   

Il-kuntratt tal-konċessjoni

Il-kuntratt tal-konċessjoni jrid jiġi konkluż fi żmien 90 jum minn meta jitħabbar ir-riżultat. Dan il-limitu taż-żmien jista’ jiġi estiż mill-Ministru darba biss, b’massimu ta’ 60 jum.

L-offerent magħżul hu intitolat iwettaq l-attività ekonomika esklużiva kkontrollata mill-Istat (prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni tal-idrokarburi f’żona delimitata) permessa mill-konċessjoni għall-perjodu tal-konċessjoni f’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti u l-kuntratt tal-konċessjoni.

Meta jressqu l-offerta, l-offerenti jridu jqisu t-Taqsima 22/A(13) tal-Att dwar l-Estrazzjoni mill-Minjieri, li tiddikjara li fil-każ tal-idrokarburi, id-dritt jew il-permess tal-prospettar ta’ operatur tal-estrazzjoni mill-minjieri ma jistgħux ikopru territorju tal-prospettar li b’kollox jaqbeż l-20 000 km2. Meta jkun qed jiġi stabbilit it-territorju tal-prospettar, irid jitqies ukoll it-territorju tal-prospettar tal-operatur tal-estrazzjoni mill-minjieri li jikkontrolla – skont it-tifsira tal-Att V tal-2013 tal-Kodiċi Ċivili – l-operatur tal-estrazzjoni mill-minjieri li jkun jixtieq jikseb id-dritt għall-prospettar. F’każ ta’ offerti konġunti, kull offerent irid jissodisfa dan il-kriterju b’mod individwali.

L-abbozz tal-kuntratt tal-konċessjoni hu anness mad-Dokument tal-Offerta.

25.   

L-informazzjoni dwar il-proċedura tal-offerti tista’ tintalab esklużivament bl-Ungeriż, bil-miktub wara li jkun inxtara d-Dokument tal-Offerta, bil-mod stipulat fid-Dokument tal-Offerta stess. Il-Ministeru għall-Enerġija se jpoġġi t-tweġibiet għad-dispożizzjoni tal-partijiet kollha bl-indirizz tal-email indikat fuq l-Iskeda tal-Identifikazzjoni tal-Offerent imressqa meta jkun inxtara d-Dokument tal-Offerta.

Budapest, 27 Ġunju 2024

Lajos Csaba LANTOS

Ministru


(1)  Fir-rigward tal-attivitajiet individwali soġġetti għal konċessjoni, il-Ministru għall-enerġija huwa awtorizzat jaġixxi bħala r-rappreżentant legali tal-Istat Ungeriż bħala konċedent, abbażi tat-Taqsima 5(1) tal-Att dwar il-Konċessjonijiet, it-Taqsima 8 tal-Att dwar l-Estrazzjoni mill-Minjieri, it-Taqsima 160(1) tad-Digriet tal-Gvern Nru 182/2022 tal-24 ta’ Mejju 2022 dwar id-dmirijiet u s-setgħat tal-membri tal-Gvern, it-Taqsima 1 u l-Anness 1 tad-Digriet tal-Gvern Nru 446/2022 tas-7 ta’ Novembru 2022 dwar it-twettiq tal-kompiti tal-ministru settorjali kompetenti, it-Taqsima 3(1) tad-Digriet tal-Gvern Nru 727/2020 tal-31 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi ċerti regoli li jirregolaw il-proċeduri ta’ konċessjoni skont l-Att XVI tal-1991 dwar il-konċessjonijiet, u d-Deċiżjoni Nru 335/2022 tal-President tar-Repubblika tat-30 ta’ Novembru 2022 li taħtar il-Ministru.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5461/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)