<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-603/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016TJ0603</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:820">EU:T:2018:820</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20181122">22.11.2018</DATE> – Kawża T-603/16 [<HT TYPE="ITALIC">estratti</HT>]</HT></P><P><HT TYPE="SC">Brahma vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20181122">22 ta’ Novembru 2018</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Servizz pubbliku</KEYWORD><KEYWORD>Uffiċjali bi prova</KEYWORD><KEYWORD>Perijodu ta’ prova</KEYWORD><KEYWORD>Estensjoni tat-tul tal-perijodu ta’ prova</KEYWORD><KEYWORD>Tkeċċija ma’ tmiem il-perijodu ta’ prova</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 34 tar-Regolamenti tal-Persunal</KEYWORD><KEYWORD>Użu ħażin ta’ poter</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ motivazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 25(2) tar-Regolamenti tal-Persunal</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għal smigħ</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal</KEYWORD><KEYWORD>Responsabbiltà</KEYWORD><KEYWORD>Rekwiżiti formali</KEYWORD><KEYWORD>Regola ta’ konkordanza bejn ir-rikors u l-ilment</KEYWORD><KEYWORD>Ammissibbiltà</KEYWORD><KEYWORD>Dannu materjali</KEYWORD><KEYWORD>Dannu morali</KEYWORD><KEYWORD>Rabta kawżali</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑603/16,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Zoher Brahma</HT>, residenti f’Thionville (Franza), irrappreżentat minn A. Tymen, avukat,</P><PARTY.STATUS>rikorrent,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea</HT>, inizjalment irrappreżentata minn J. Inghelram u L. Tonini Alabiso, sussegwentement minn J. Inghelram u Á. Almendros Manzano, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tas-<DATE ISO="20150717">17 ta’ Lulju 2015</DATE> li permezz tagħha l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ddeċidiet li lir-rikorrent ma taħtrux bħala uffiċjal permanenti u tipproċedi bit-tkeċċija tiegħu b’effett mill-<DATE ISO="20150731">31 ta’ Lulju 2015</DATE> kif ukoll tad-deċiżjoni tas-<DATE ISO="20160316">16 ta’ Marzu 2016</DATE> tal-Kumitat Responsabbli tal-Ilmenti, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent kontra d-deċiżjoni tas-<DATE ISO="20150717">17 ta’ Lulju 2015</DATE> u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu materjali u morali li r-rikorrent allegatament sostna b’riżultat ta’ dawn id-deċiżjonijiet,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn S. Frimodt Nielsen, President, V. Kreuschitz (Relatur) u N. Półtorak, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: M. Marescaux, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-fażi bil-miktub tal-proċedura u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20171113">13 ta’ Novembru 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0002"><P>Qed jiġu riprodotti biss il-punti ta’ din is-sentenza li l-Qorti Ġenerali tqis li l-pubblikazzjoni tagħhom hija utli.</P></NOTE></HT></P></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-talba għal annullament</HT></HT></TXT></NP></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">8.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tat-tul massimu ta’ perijodu ta’ prova awtorizzat skont l-Artikolu 34 tar-Regolamenti tal-Persunal</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0182"><NO.P>182</NO.P><TXT>Ir-rikorrent jallega li t-tul tal-perijodu ta’ prova tiegħu qabeż it-tul massimu ta’ 15‑il xahar awtorizzat mill-Artikolu 34 tar-Regolamenti tal-Persunal u li dan il-qbiż iwassal għall-annullament tad-deċiżjoni li ma jinħatarx uffiċjal permanenti, u għall-ħatra tiegħu bħala uffiċjal permanenti. Skont ir-rikorrent, is-7 xhur li matulhom huwa kien fuq leave tal-mard ma jaffettwawx il-kalkolu tat-tul tal-perijodu ta’ prova tiegħu, b’mod li l-perijodu ta’ prova tiegħu dam 16-il xahar u nofs minflok il-15-il xahar massimu awtorizzati mill-Artikolu 34 tar-Regolamenti tal-Persunal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0183"><NO.P>183</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrent jikkunsidra li kemm id-deċiżjoni li ma jinħatarx uffiċjal permanenti kif ukoll l-ewwel rapport dwar il-perijodu ta’ prova ġew adottati wara tmiem il-perijodu ta’ prova, u dan jikser l-Artikolu 34 tar-Regolamenti tal-Persunal. Peress li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma urietx l-intenzjoni tagħha li tkeċċi lir-rikorrent qabel tmiem il-perijodu ta’ prova tiegħu, huwa jqis li jista’ jistenna li jinħatar bħala uffiċjal permanenti. Barra minn hekk, ir-rikorrent iqis li, fir-realtà, il-perijodu ta’ prova tiegħu ġie estiż sal-<DATE ISO="20150505">5 ta’ Mejju 2015</DATE>, li hija d-data tar-redazzjoni tat-tieni rapport dwar il-perijodu ta’ prova, u b’hekk il-perijodu ta’ prova tiegħu dam iktar minn 17-il xahar. Għalhekk, għal dawn ir-raġunijiet kien hemm ukoll ksur tal-Artikolu 34(4) tar-Regolamenti tal-Persunal li jiġġustifika l-annullament tad-deċiżjoni li ma jinħatarx uffiċjal permanenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0184"><NO.P>184</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tikkontesta li kisret l-Artikolu 34 tar-Regolamenti tal-Persunal. Hija tqis li l-aħħar sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1) tar-Regolamenti tal-Persunal għandha tiġi interpretata b’teħid inkunsiderazzjoni mhux biss tal-kliem tagħha, iżda wkoll tal-kuntest tagħha u tal-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li din tagħmel parti minnha. Madankollu, mill-kuntest ta’ din id-dispożizzjoni jirriżulta li l-perijodu ta’ prova għandu jkun ta’ minimu ta’ disa’ xhur. Barra minn hekk, l-għan ta’ din id-dispożizzjoni huwa li tippermetti l-evalwazzjoni tal-kapaċità u tal-imġiba tal-uffiċjal bi prova bil-għan li r-reklutaġġ jkun jista’ jiżgura li l-istituzzjoni jkollha s-servizzi ta’ uffiċjali tal-ogħla livell ta’ kapaċità, ta’ effiċjenza u ta’ integrità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0185"><NO.P>185</NO.P><TXT>Skont il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-każ ineżami huwa każ speċifiku mhux previst mil-leġiżlatur tal-Unjoni meta adotta l-Artikolu 34 tar-Regolamenti tal-Persunal. Il-perijodu twil ħafna ta’ mard ta’ seba’ xhur tar-rikorrent matul il-perijodu inizjali tal-prova kien jipprekludih milli jibbenefika mill-perijodu ta’ prova minimu ta’ disa’ xhur li kieku l-perijodu ta’ prova kien ġie estiż b’sitt xhur biss sabiex jintlaħaq total ta’ ħmistax-il xahar. Skont il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, li kieku l-perijodu ta’ prova ġie estiż sat-<DATE ISO="20150228">28 ta’ Frar 2015</DATE>, jiġifieri ħmistax-il xahar wara d-data tal-bidu tal-perijodu ta’ prova tar-rikorrent, dan tal-aħħar kien jiġi evalwat biss fuq perijodu ta’ tmien xhur. Li kieku kellu jintlaqa’, l-argument sostnut mir-rikorrent jissagrifika l-għan intiż mill-istabbiliment ta’ tul minimu tal-perijodu ta’ prova, jiġifieri li jiġi żgurat, fid-dawl tal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal, li biss uffiċjal bi prova li jkun wera li kellu l-ogħla kwalitajiet ikun jista’<?PAGE NO="3"?> jinħatar uffiċjal permanenti. Barra minn hekk, din it-teżi tista’ twassal, f’każ bħal dak ineżami, sabiex l-Awtorità tal-Ħatra tkun obbligata tkeċċi uffiċjal bi prova minħabba li huwa ma jkunx seta’ juri li għandu dawn il-kwalitajiet, filwaqt li dan kien ikun jista’, jekk ikun il-każ, jagħmel dan li kieku huwa effettivament kellu perijodu ta’ prova ta’ disa’ xhur. Tali konsegwenza tkun tmur, b’mod ċar, kontra l-interessi tal-uffiċjali bi prova li jsostnu xi interruzzjoni involontarja waqt il-perijodu ta’ prova tagħhom għar-raġunijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u tkun tiddiskriminahom meta mqabbla mal-uffiċjali bi prova li jkunu setgħu jibbenefikaw minn perijodu ta’ prova ta’ disa’ xhur jew saħansitra perijodu ta’ prova sa ħmistax-il xahar. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tenfasizza li, fl-osservazzjonijiet fuq l-ewwel rapport dwar il-perijodu ta’ prova, ir-rikorrent ammetta li kellu interess li l-perijodu ta’ prova tiegħu jiġi estiż lil hinn mit-tul massimu ta’ ħmistax-il xahar u li huwa ma kkontestax id-deċiżjoni ta’ estensjoni meħuda fl-<DATE ISO="20141001">1 ta’ Ottubru 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0186"><NO.P>186</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tqis li, anki jekk jiġi preżunt li t-tul tal-perijodu ta’ prova tar-rikorrent ma kienx konformi mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1) tar-Regolamenti tal-Persunal, din l-irregolarità ma tistax, bħala tali, twassal sabiex ir-rikorrent jinħatar bħala uffiċjal permanenti jew sabiex tinvalida d-deċiżjoni li ma jinħatarx uffiċjal permanenti mingħajr ebda kunsiderazzjoni tal-kwalitajiet professjonali tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0187"><NO.P>187</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-allegazzjoni tar-rikorrent li l-perijodu attwali ta’ prova ġie estiż saħansitra sal-<DATE ISO="20150505">5 ta’ Mejju 2015</DATE>, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tqis li t-tieni rapport dwar il-perijodu ta’ prova jevalwa l-imġiba tar-rikorrent sal-<DATE ISO="20150415">15 ta’ April 2015</DATE>, f’konformità mad-deċiżjoni li l-perijodu ta’ prova jiġi estiż sa dik id-data. Barra minn hekk, hija tikkunsidra li dewmien fir-redazzjoni tar-rapport tat-tmiem tal-perijodu ta’ prova ma jistax jimmina l-validità tar-rapport jew, jekk ikun il-każ, tad-deċiżjoni li l-uffiċjal ikkonċernat ma jinħatarx bħala uffiċjal permanenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0188"><NO.P>188</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-argumenti tal-partijiet, għandu jitfakkar li r-rikorrent beda l-perijodu ta’ prova tiegħu fl-<DATE ISO="20131201">1 ta’ Diċembru 2013</DATE>, li dan kien bil-leave tal-mard mit-<DATE ISO="20140113">13 ta’ Jannar 2014</DATE> sas-<DATE ISO="20140817">17 ta’ Awwissu 2014</DATE> u li, permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20141001">1 ta’ Ottubru 2014</DATE>, il-perijodu ta’ prova tiegħu ġie estiż sal-<DATE ISO="20150415">15 ta’ April 2015</DATE> minħabba l-leave tal-mard tiegħu. Minn dawn il-fatti r-rikorrent jiddeduċi li l-perijodu ta’ prova tiegħu dam mill-<DATE ISO="20131201">1 ta’ Diċembru 2013</DATE> sal-<DATE ISO="20150415">15 ta’ April 2015</DATE> u, għalhekk, li l-perijodu ta’ prova tiegħu dam 16-il xahar u nofs.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0189"><NO.P>189</NO.P><TXT>Skont il-kliem tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1) tar-Regolamenti tal-Persunal, it-tul totali tal-perijodu ta’ prova fl-ebda ċirkustanza ma għandu jaqbeż il-ħmistax-il xahar. Skont interpretazzjoni litterali ta’ din id-dispożizzjoni, l-ebda impediment tal-uffiċjal bi prova sabiex jaqdi l-funzjonijiet tiegħu matul il-perijodu ta’ prova tiegħu ma jiġġustifika estensjoni tat-tul tal-perijodu ta’ prova tiegħu li jmur lil hinn minn ħmistax-il xahar mid-data tal-bidu tal-perijodu ta’ prova.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0190"><NO.P>190</NO.P><TXT>La l-kuntest u lanqas l-għanijiet imfittxija mir-Regolamenti tal-Persunal, li għandhom ukoll jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-interpretazzjoni ta’ waħda mid-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19991118">18 ta’ Novembru 1999</DATE>, <NAME.CASE>Pharos vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑151/98 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:563">EU:C:1999:563</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160714">14 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il-Latvja vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑661/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:412">EU:T:2016:412</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), ma jinvalidaw din l-interpretazzjoni tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 34(1) tar-Regolamenti tal-Persunal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0191"><NO.P>191</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-għan imfittex mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1) tar-Regolamenti tal-Persunal, ġie deċiż li l-istabbiliment ta’ tul massimu tal-perijodu ta’ prova għandu l-għan, minn naħa, li jillimita, fl-interess tal-amministrazzjoni kif ukoll tal-uffiċjal bi prova, il-perijodu li matulu r-relazzjoni ta’ xogħol tintlaqat minn ċerta prekarjetà u, min-naħa l-oħra, li jiġi ddeterminat il-perijodu li fuqu l-Awtorità tal-Ħatra għandha tevalwa l-mod ta’ kif l-uffiċjal jaqdi dmirijietu (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070214">14 ta’ Frar 2007</DATE>, <NAME.CASE>Fernández Ortiz vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑1/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2007:25">EU:F:2007:25</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0192"><NO.P>192</NO.P><TXT>Dan l-għan jikkonferma l-interpretazzjoni msemmija iktar ’il fuq tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1) tar-Regolamenti tal-Persunal. Fil-fatt, billi jistabbilixxu, indipendentement mill-impedimenti tal-uffiċjal bi prova, it-tul massimu tal-perijodu ta’ prova tiegħu għal ħmistax-il xahar – mill-bidu tiegħu –, ir-Regolamenti tal-Persunal jistabbilixxu limitazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>, b’mod assolut, fl-interess taċ-ċertezza legali, għar-relazzjoni ta’ xogħol prekarju bejn il-membru tal-persunal bi prova u l-amministrazzjoni u jiddeterminaw il-perijodu massimu li jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni mill-Awtorità tal-Ħatra sabiex tevalwa l-mod ta’ kif l-uffiċjal jaqdi dmirijietu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0193"><NO.P>193</NO.P><TXT>L-interpretazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1) tar-Regolamenti tal-Persunal, riprodotta iktar ’il fuq, ma hijiex imminata mill-għan doppju tal-perijodu ta’ prova, jiġifieri li matul il-perjodu ta’ prova, minn naħa, l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jivverifikaw jekk humiex jirreklutaw uffiċjali li jkollhom l-ogħla kwalitajiet ta’ kapaċità, ta’ effiċjenza u ta’ integrità, skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141106">6 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>DH vs Il-Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑4/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2014:241">EU:F:2014:241</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u, min-naħa l-oħra, l-uffiċjali bi prova jkunu jistgħu juru l-abbiltajiet tagħhom sabiex iwettqu l-kompiti li l-funzjonijiet tagħhom jirrikjedu kif ukoll l-effiċjenza tagħhom u l-imġiba tagħhom fis-servizz (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19970305">5 ta’ Marzu 1997</DATE>, <NAME.CASE>Rozand-Lambiotte vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑96/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1997:25">EU:T:1997:25</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0095">95</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071018">18 ta’ Ottubru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Krcova vs Il-Qorti tal-Ġustizzja</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑112/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2007:178">EU:F:2007:178</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Fil-fatt, dawn l-għanijiet ta’ verifika u ta’ dimostrazzjoni tal-abbiltajiet tal-uffiċjal bi prova ma jeskludux li l-perijodu għat-twettiq tagħhom għandu jkun limitat fiż-żmien. Anki jekk matul il-perijodu ta’ prova l-uffiċjal bi prova ma jkunx jista’ jaqdi dmirijietu, minħabba mard, leave tal-maternità jew inċident, l-għanijiet ta’ dimostrazzjoni u ta’ verifika tal-abbiltajiet tal-uffiċjal bi prova ma jistgħux jiġġustifikaw nuqqas ta’ tul massimu għall-perijodu ta’ prova peress li dawn l-objettivi għandhom jiġu rrikonċiljati mal-interess leġittimu taċ-ċertezza legali. Dan l-interess huwa l-bażi tal-impożizzjoni espressa mil-leġiżlatur ta’ tul massimu tal-perijodu ta’ prova.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0194"><NO.P>194</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kuntest, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 34(1) tar-Regolamenti tal-Persunal ma jipprekludix l-interpretazzjoni tat-tieni subparagrafu ta’ din l-istess dispożizzjoni, mogħtija fil-punt 189 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0195"><NO.P>195</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 34(1) tar-Regolamenti tal-Persunal jipprovdi li l-uffiċjali għandhom iwettqu perijodu ta’ prova ta’ disa’ xhur qabel ma jkunu jistgħu jinħatru bħala uffiċjali permanenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0196"><NO.P>196</NO.P><TXT>Għalkemm huwa minnu li din id-dispożizzjoni tipprevedi li l-perijodu ta’ prova, fil-prinċipju, huwa perijodu ta’ disa’ xhur, minn dan ma jistax jiġi dedott, bħalma madankollu għamlet il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, li l-perijodu li matulu l-uffiċjal bi prova għandu jkun jista’ juri l-abbiltajiet tiegħu u l-amministrazzjoni għandha tkun tista’ tevalwahom huwa ta’ minimu ta’ disa’ xhur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0197"><NO.P>197</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont l-Artikolu 34(3) tar-Regolamenti tal-Persunal, ir-rapport dwar il-kapaċità tal-uffiċjal bi prova għandu jitfassal sa mhux aktar tard minn xahar qabel l-iskadenza tal-perijodu ta’ prova. Dan ir-rapport, li jservi ta’ bażi għad-deċiżjoni ta’ ħatra bħala uffiċjal permanent jew għat-tkeċċija tal-uffiċjal bi prova, għaldaqstant jikkonċerna l-kapaċità tal-imsemmi uffiċjal bi prova matul perijodu ta’ inqas minn disa’ xhur. In-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-abbiltajiet tal-uffiċjal bi prova matul dan il-perijodu ta’ prova wara l-istabbiliment tar-rapport dwar il-perijodu ta’ prova tiegħu fil-prinċipju mhuwiex biżżejjed sabiex jaffettwa l-validità tad-deċiżjoni dwar il-ħatra bħala uffiċjal permanenti ta’ uffiċjal bi prova jew le.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0198"><NO.P>198</NO.P><TXT>Bl-istess mod, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1) tar-Regolamenti tal-Persunal, l-Awtorità tal-Ħatra għandha l-fakultà (tista’) testendi l-perijodu ta’ prova ta’ disa’ xhur imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ din id-dispożizzjoni meta, matul dan il-perijodu, l-uffiċjal bi prova ma jkunx jista’ jaqdi dmirijietu għal perijodu kontinwu ta’ xahar jew iktar minħabba mard, leave tal-maternità jew inċident. Minn dan isegwi li meta l-Awtorità tal-Ħatra, fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali wiesgħa tagħha u għal raġunijiet validi li jirrigwardaw il-kapaċità, l-effiċjenza jew l-imġiba tal-uffiċjal bi prova<?PAGE NO="5"?> fis-servizz, tirrifjuta tali estensjoni minkejja l-fatt li l-uffiċjal bi prova kien impedit milli jwettaq il-funzjonijiet tiegħu matul il-perijodu ta’ prova tiegħu għal perijodu kontinwu ta’ xahar jew iktar, l-abbiltajiet tal-imsemmi uffiċjal bi prova għandhom jintwerew u jiġu evalwati matul perijodu ta’ inqas minn disa’ xhur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0199"><NO.P>199</NO.P><TXT>Barra minn hekk, dejjem skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1) tar-Regolamenti tal-Persunal, meta uffiċjal bi prova ma jkunx jista’ jwettaq id-dmirijiet tiegħu għal perijodu ta’ inqas minn xahar jew meta dak l-impediment ma jkunx jikkostitwixxi perijodu kontinwu ta’ mill-inqas xahar, l-Awtorità tal-Ħatra ma tkunx tista’ ttawwal il-perijodu ta’ prova ta’ disa’ xhur, minkejja l-imsemmi impediment. F’dan il-każ, l-abbiltajiet tal-imsemmi uffiċjal bi prova għandhom ukoll jintwerew u jiġu evalwati f’perijodu ta’ inqas minn disa’ xhur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0200"><NO.P>200</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-Artikolu 34(2) tar-Regolamenti tal-Persunal jippermetti lill-Awtorità tal-Ħatra tħejji rapport ta’ perijodu ta’ prova fi kwalunkwe ħin qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ prova fil-każ ta’ inkompetenza manifesta tal-uffiċjal bi prova, b’tali mod li, f’tali każ, il-kapaċità tal-uffiċjal bi prova tkun ġiet evalwata matul perijodu ta’ prova ta’ inqas minn disa’ xhur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0201"><NO.P>201</NO.P><TXT>Għalhekk, għalkemm uffiċjal bi prova għandu jwettaq perijodu ta’ prova ta’ disa’ xhur sabiex ikun jista’ jinħatar bħala uffiċjal permanenti, ma huwiex meħtieġ li huwa jwettaq il-funzjonijiet tiegħu effettivament matul il-perijodu ta’ disa’ xhur u li d-dimostrazzjoni u l-evalwazzjoni tal-abbiltajiet tiegħu jkunu bbażati fuq l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet tiegħu matul perijodu ta’ mill-inqas disa’ xhur. Uffiċjal bi prova ma għandux dritt għal disa’ xhur sħaħ li matulhom ikun jista’ juri l-ħiliet tiegħu (konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Warner fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>van de Roy vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>92/75</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1976:19">EU:C:1976:19</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, p. 357). Dan jista’ biss jirrikjedi li tingħatalu l-possibbiltà li juri l-abbiltajiet tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19920401">1 ta’ April 1992</DATE>, <NAME.CASE>Kupka-Floridi vs ECOSOC</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑26/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1992:53">EU:T:1992:53</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). B’hekk, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 34(1) tar-Regolamenti tal-Persunal ma jipprekludix l-interpretazzjoni, mogħtija fil-punt 189 iktar ’il fuq, tat-tieni subparagrafu ta’ din l-istess dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0202"><NO.P>202</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li l-perijodu ta’ prova tar-rikorrent beda fl-<DATE ISO="20131201">1 ta’ Diċembru 2013</DATE>, b’tali mod li, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1) tar-Regolamenti tal-Persunal, dan kellu jintemm mhux iktar tard mit-<DATE ISO="20150228">28 ta’ Frar 2015</DATE>. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea la allegat li hija ma setgħetx tevalwa l-abbiltajiet tar-rikorrent waqt dan il-perijodu, u lanqas ma kkontestat il-legalità tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1) tar-Regolamenti tal-Persunal. Għaldaqstant, billi estendiet it-tul tal-perijodu ta’ prova tar-rikorrent sal-<DATE ISO="20150415">15 ta’ April 2015</DATE> minħabba l-assenza tiegħu minħabba mard għal seba’ xhur matul il-perijodu ta’ prova, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kisret it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1) tar-Regolamenti tal-Persunal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0203"><NO.P>203</NO.P><TXT>Din l-evalwazzjoni ma hijiex ikkonfutata mill-fatt, iddikjarat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, li r-rikorrent ma kkontestax id-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20141001">1 ta’ Ottubru 2014</DATE> li testendi t-tul tal-perijodu ta’ prova tiegħu sal-<DATE ISO="20150415">15 ta’ April 2015</DATE> minħabba l-assenza tiegħu minħabba mard matul il-perijodu ta’ prova oriġinali tiegħu. Fil-fatt, att intermedju ma jistax ikun is-suġġett ta’ rikors jekk jiġi stabbilit li l-illegalità li biha huwa vvizzjat dan l-att tista’ tiġi invokata insostenn ta’ rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni finali li jikkostitwixxi att ta’ tfassil għaliha (ara d-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120514">14 ta’ Mejju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Sepracor Pharmaceuticals (Ireland) vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑477/11 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:292">EU:C:2012:292</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Issa, id-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20141001">1 ta’ Ottubru 2014</DATE> tikkostitwixxi att ta’ tfassil tad-deċiżjoni li l-uffiċjal bi prova ma jinħatarx bħala uffiċjal permanenti u l-ksur tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1) tar-Regolamenti tal-Persunal jista’ jiġi invokat insostenn ta’ rikors ippreżentat kontra l-imsemmija deċiżjoni finali li tikkawża preġudizzju lir-rikorrent u li hija kkontestata f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0204"><NO.P>204</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-adozzjoni tat-tieni rapport dwar il-perijodu ta’ prova u tad-deċiżjoni sabiex ma jinħatarx bħala uffiċjal permanenti wara l-perijodu ta’ prova massimu ta’ ħmistax-il xahar, b’mod żbaljat ir-rikorrent jiddeduċi estensjoni awtomatika tal-perijodu ta’ prova tiegħu sad-data tal-adozzjoni tal-imsemmija deċiżjonijiet. Fil-fatt, tali interpretazzjoni tmur kontra t-tul massimu ta’ perijodu ta’<?PAGE NO="6"?> prova awtorizzat bit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1) tar-Regolamenti tal-Persunal. Għalkemm, fil-prinċipju, ir-rapport dwar il-perijodu ta’ prova għandu jiġi adottat xahar qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ prova sabiex id-deċiżjoni ta’ ħatra bħala uffiċjal permanenti jew ta’ tkeċċija tal-uffiċjal bi prova tikkoinċidi, sa fejn possibbli, mad-data tat-tmiem tal-perijodu ta’ prova jew tal-estensjoni tiegħu, l-adozzjoni ta’ dawn l-atti wara t-tul tal-perijodu ta’ prova ma taffettwax il-validità tagħhom u ma twassalx għal estensjoni impliċita tat-tul tal-perijodu ta’ prova sal-jum tal-adozzjoni tagħhom. Għalhekk, ġie deċiż li dewmien fir-redazzjoni tar-rapport fi tmiem il-perijodu ta’ prova, għalkemm jikkostitwixxi irregolarità fir-rigward tar-rekwiżiti tar-Regolamenti tal-Persunal, minkejja li huwa xi ħaġa mhix mixtieqa ma jistax jimmina l-validità tar-rapport jew, jekk ikun il-każ, tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-istituzzjoni tkeċċi lill-membru tal-persunal bi prova jew testendi l-perijodu ta’ prova (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19730712">12 ta’ Lulju 1973</DATE>, <NAME.CASE>di Pillo vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>10/72 u 47/72</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1973:84">EU:C:1973:84</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0005">5</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19811008">8 ta’ Ottubru 1981</DATE>, <NAME.CASE>Tither vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>175/80</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1981:221">EU:C:1981:221</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0013">13</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141211">11 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>CZ vs ESMA</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑80/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2014:266">EU:F:2014:266</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Il-perijodu ta’ xahar inkwistjoni ma jikkostitwixxix terminu ta’ preavviż, iżda huwa intiż li jiggarantixxi li l-membru tal-persunal bi prova jkun jista’ jsostni l-osservazzjonijiet tiegħu qabel ma l-istituzzjoni tieħu deċiżjoni dwar iż-żamma fil-kariga jew le tiegħu f’data li tikkoinċidi, sa fejn huwa possibbli, ma’ dik tat-tmiem tal-perijodu ta’ prova (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141211">11 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>CZ vs ESMA</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑80/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2014:266">EU:F:2014:266</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0205"><NO.P>205</NO.P><TXT>Għar-raġunijiet preċedenti, hemm lok li l-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1) tar-Regolamenti tal-Persunal jintlaqa’.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0206"><NO.P>206</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li d-deċiżjoni li r-rikorrent ma jinħatarx bħala uffiċjal permanenti għandha tiġi annullata. Fil-fatt, din id-deċiżjoni hija bbażata fuq elementi sussegwenti għat-<DATE ISO="20150228">28 ta’ Frar 2015</DATE>, data li fiha l-perijodu ta’ prova tar-rikorrent kellu jintemm skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1) tar-Regolamenti tal-Persunal. Issa, din id-dispożizzjoni tistabbilixxi kundizzjoni sostantiva ta’ ħatra bħala uffiċjal permanenti, peress li din tiddetermina l-perijodu li fuqu l-amministrazzjoni għandha tevalwa l-mod li bih l-uffiċjal bi prova jaqdi dmirijietu, u dan bil-għan li tieħu deċiżjoni dwar jekk taħtrux bħala uffiċjal permanenti jew le. L-elementi sussegwenti għat-<DATE ISO="20150228">28 ta’ Frar 2015</DATE> ikkunsidrati mill-Awtorità tal-Ħatra jikkostitwixxu għalhekk, neċessarjament, il-bażi fattwali li fuqha din eżerċitat il-marġni diskrezzjonali wiesa’ tagħha biex tiddeċiedi li ma taħtarx lir-rikorrent bħala uffiċjal permanenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0207"><NO.P>207</NO.P><TXT>Għalhekk, mit-tieni rapport dwar il-perijodu ta’ prova li fuqu hija bbażata d-deċiżjoni li ma jinħatarx bħala uffiċjal permanenti jirriżulta li l-imġiba tar-rikorrent, matul l-organizzazzjoni tas-seduta tat-<DATE ISO="20150318">18 ta’ Marzu 2015</DATE>, ittieħdet inkunsiderazzjoni sabiex tintwera l-assenza ta’ fakultà ta’ ġudizzju u ta’ sens komun tieħu u d-diffikultajiet tiegħu li jadatta ruħu għal sitwazzjonijiet li mhumiex ta’ rutina. Dan l-istess aġir serva fit-tieni rapport dwar il-perijodu ta’ prova bħala illustrazzjoni tal-impatt negattiv tal-parteċipazzjoni tiegħu fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol fi ħdan is-servizz tiegħu. L-assenza mhux spjegata tar-rikorrent għall-kors tal-Ingliż tal-<DATE ISO="20150324">24 ta’ Marzu 2015</DATE> u l-għadd ta’ aġġustamenti magħmula fis-sistema ta’ ġestjoni tal-ħin tax-xogħol fir-rigward tar-rikorrent, matul il-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar u s-<DATE ISO="20150417">17 ta’ April 2015</DATE>, ġew ikkunsidrati fit-tieni rapport dwar il-perijodu ta’ prova biex juru d-diffikultajiet tar-rikorrent sabiex jorganizza ruħu u l-impatt li dan kellu fuq il-maniġment. Ir-ritmu ta’ twettiq ta’ traskrizzjonijiet ta’ seduta mir-rikorrent bejn is-27 ta’ Marzu u s-<DATE ISO="20150427">27 ta’ April 2015</DATE>, l-assenza tiegħu mill-uffiċċju fis-<DATE ISO="20150417">17 ta’ April 2015</DATE>, u s-seduti tal-10 u tas-<DATE ISO="20150317">17 ta’ Marzu 2015</DATE> li għalihom kien attenda ttieħdu inkunsiderazzjoni fit-tieni rapport dwar il-perijodu ta’ prova sabiex tiġi evalwata l-kwantità tal-qadi ta’ dmirijietu. Barra minn hekk, l-evalwazzjoni tal-imġiba tar-rikorrent fis-servizz u, b’mod partikolari, tan-nuqqas ta’ kundizzjonijiet li jħeġġu lis-superjuri tar-rikorrent ikollhom fiduċja fih saret fit-tieni rapport dwar il-perijodu ta’ prova abbażi tan-numru ta’ aġġustamenti fis-sistema ta’ ġestjoni tal-ħin tax-xogħol bejn l-1 ta’ Jannar u s-<DATE ISO="20150417">17 ta’ April 2015</DATE>, abbażi tal-problemi ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>badging<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/> tas-sigħat li ltaqa’ magħhom ir-rikorrent fl-24 ta’ Marzu u fl-<DATE ISO="20150414">14 ta’ April 2015</DATE> u abbażi tat-talbiet għal leave għall-ġimgħa tal-<DATE ISO="20150420">20 ta’ April 2015</DATE> mingħajr ma kkonsulta minn qabel lis-superjur<?PAGE NO="7"?> tiegħu. Fl-aħħar nett, it-tieni rapport dwar il-perijodu ta’ prova kien ibbażat fuq l-aġir tal-applikant fit-tħejjija tas-seduta tat-<DATE ISO="20150318">18 ta’ Marzu 2015</DATE> sabiex tintwera d-diffikultà tiegħu sabiex jaħdem f’tim u n-natura mhux xierqa tal-attitudni tiegħu fir-relazzjonijiet umani.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0208"><NO.P>208</NO.P><TXT>Minn dan isegwi wkoll li d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment għandha tiġi annullata peress li l-Kumitat Responsabbli tal-Ilmenti qies li ma kienx hemm ksur tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1) tar-Regolamenti tal-Persunal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0209"><NO.P>209</NO.P><TXT>Peress li l-Awtorità tal-Ħatra u l-Kumitat Responsabbli tal-Ilmenti jgawdu minn setgħa diskrezzjonali wiesgħa sabiex jevalwaw l-abbiltajiet u l-prestazzjonijiet ta’ uffiċjal waqt il-perijodu ta’ prova skont l-interess tas-servizz, il-Qorti Ġenerali ma għandhiex tissostitwixxi l-evalwazzjoni tal-amministrazzjoni bl-evalwazzjoni tagħha f’dak li jirrigwarda r-riżultat ta’ perijodu ta’ prova u l-abbiltajiet ta’ kandidat għal ħatra definittiva fis-servizz pubbliku tal-Unjoni, peress li l-istħarriġ tagħha huwa limitat għall-verifika ta’ nuqqas ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni jew ta’ abbuż ta’ poter (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19820325">25 ta’ Marzu 1982</DATE>, <NAME.CASE>Munk vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>98/81</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1982:111">EU:C:1982:111</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19840405">5 ta’ April 1984</DATE>, <NAME.CASE>Alvarez vs Il-Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>347/82</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1984:147">EU:C:1984:147</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19970305">5 ta’ Marzu 1997</DATE>, <NAME.CASE>Rozand-Lambiotte vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑96/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1997:25">EU:T:1997:25</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0112">112</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0210"><NO.P>210</NO.P><TXT>Barra minn hekk, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li, fil-kuntest tal-istħarriġ tal-legalità msemmi fl-Artikolu 263 TFUE, il-Qorti Ġenerali ma tistax tissostitwixxi l-motivazzjoni tal-awtur tal-att ikkontestat bil-motivazzjoni tagħha stess (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130124">24 ta’ Jannar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Frucona Košice vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑73/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:32">EU:C:2013:32</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0089">89</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Dawn huwa l-każ anki fil-kuntest ta’l-istħarriġ tal-legalità mwettaq mill-Qorti Ġenerali skont l-Artikolu 270 TFUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140115">15 ta’ Jannar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Stols vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑95/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:3">EU:T:2014:3</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Minn dan isegwi li ma huwiex il-kompitu tal-Qorti Ġenerali li tevalwa jekk l-evalwazzjonijiet li jinsabu fid-deċiżjoni li ma jinħatarx bħala uffiċjal permanenti li tikkonċerna l-perijodu ta’ prova mwettaq bejn l-<DATE ISO="20131201">1 ta’ Diċembru 2013</DATE> u t-<DATE ISO="20150228">28 ta’ Frar 2015</DATE> humiex suffiċjenti sabiex tiġi ġġustifikata d-deċiżjoni li r-rikorrent ma jinħatarx bħala uffiċjal permanenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0211"><NO.P>211</NO.P><TXT>Konsegwentement, għar-raġunijiet esposti iktar ’il fuq, id-deċiżjonijiet li ma jinħatarx bħala uffiċjal permanenti u ta’ ċaħda tal-ilment għandhom jiġu annullati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0212"><NO.P>212</NO.P><TXT>Kuntrarjament għal dak li jsostni r-rikorrent, l-annullament ta’ dawn id-deċiżjonijiet madankollu ma jistax iwassal sabiex dan jinħatar bħala uffiċjal permanenti. Fil-fatt, membru tal-persunal jista’ jinħatar bħala uffiċjal permanenti biss skont ir-rekwiziti formali u l-kundizzjonijiet previsti fir-Regolamenti tal-Persunal (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19700513">13 ta’ Mejju 1970</DATE>, <NAME.CASE>Fournier vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>18/69</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1970:37">EU:C:1970:37</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0008">8</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Issa, ebda dispożizzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal ma tissanzjona l-qbiż tal-imsemmi terminu permezz ta’ ħatra ta’ uffiċjal permanenti mingħajr evalwazzjoni. Għaldaqstant, uffiċjal bi prova ma jistax jinħatar bħala uffiċjal permanenti sempliċiment bħala riżultat tal-fatt li l-perijodu ta’ prova tiegħu ikun ġie fi tmiemu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070214">14 ta’ Frar 2007</DATE>, <NAME.CASE>Fernández Ortiz vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑1/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2007:25">EU:F:2007:25</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tielet Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-deċiżjoni tar-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fil-kwalità tiegħu ta’ Awtorità tal-Ħatra, tas-<DATE ISO="20150717">17 ta’ Lulju 2015</DATE> li tkeċċi lil Zoher Brahma fi tmiem il-perijodu ta’ prova tiegħu, b’effett mill-<DATE ISO="20150731">31 ta’ Lulju 2015</DATE>, hija annullata.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="8"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-deċiżjoni tal-Kumitat Responsabbli tal-Ilmenti tas-<DATE ISO="20160316">16 ta’ Marzu 2016</DATE> li tiċħad l-ilment kontra d-deċiżjoni tar-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fil-kwalità tiegħu ta’ Awtorità tal-Ħatra, tas-<DATE ISO="20150717">17 ta’ Lulju 2015</DATE>, li tkeċċi lil Zoher Brahma fi tmiem il-perijodu ta’ prova tiegħu, b’effett mill-<DATE ISO="20150731">31 ta’ Lulju 2015</DATE>, hija annullata.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Frimodt Nielsen</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Kreuschitz</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Półtorak</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fit-<DATE ISO="20181122">22 ta’ Novembru 2018</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>