<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑527/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CJ0527</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:215">EU:C:2015:215</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20150414">14.4.2015</DATE> — KAWŻA C‑527/13</P><P>CACHALDORA FERNÁNDEZ</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20150414">14 ta’ April 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Ħaddiema rġiel u ħaddiema nisa</KEYWORD><KEYWORD>Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tas-sigurtà soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 79/7/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 4</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 97/81/KE</KEYWORD><KEYWORD>Ftehim qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC</KEYWORD><KEYWORD>Kalkolu tal-benefiċċji</KEYWORD><KEYWORD>Sistema ta’ integrazzjoni ta’ lakuni ta’ kontribuzzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Ħaddiema part-time u ħaddiema full-time</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑527/13,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20130910">10 ta’ Settembru 2013</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20131007">7 ta’ Ottubru 2013</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Lourdes Cachaldora Fernández</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS),</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS),</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn V. Skouris, President, K. Lenaerts, Viċi President, A. Tizzano, R. Silva de Lapuerta, M. Ilešič, A. Ó Caoimh u J.‑C. Bonichot, Presidenti ta’ Awla, A. Arabadjiev, C. Toader, M. Safjan, D. Šváby, A. Prechal, E. Jarašiūnas, C. G. Fernlund u F. Biltgen (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad-<DATE ISO="20140929">29 ta’ Settembru 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS) u għat-Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS), minn A. Lozano Mostazo u I. Pastor Merino, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn L. Banciella Rodríguez‑Miñón, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Lozano Palacios u D. Martin, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tad-<DATE ISO="20141009">9 ta’ Ottubru 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni, minn naħa, tal-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE, tad-<DATE ISO="19781219">19 ta’ Diċembru 1978</DATE>, dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 215) u, min-naħa l-oħra, tal-Klawżola 5(1)(a) tal-Ftehim qafas dwar ix-xogħol part-time, konkluż fis-<DATE ISO="19970606">6 ta’ Ġunju 1997</DATE> (iktar ’il quddiem, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Ftehim qafas<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE, tal-<DATE ISO="19971215">15 ta’ Diċembru 1997</DATE>, li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 267), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 98/23/KE, tas-<DATE ISO="19980407">7 ta’ April 1998</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 278).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn, minn naħa, L. Cachaldora Fernández u, min-naħa l-oħra, l-Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS) (Istitut nazzjonali tas-sigurtà soċjali, iktar ’il quddiem, l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>INSS<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u t-Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS) (it-Teżor ġenerali tas-sigurtà soċjali) dwar id-determinazzjoni tal-bażi għall-kalkolu tal-pensjoni tagħha tal-invalidità permanenti totali.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva 79/7, din id-direttiva tapplika għall-popolazzjoni li taħdem, inklużi dawk li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tieqaf għal xi żmien minħabba mard, inċident jew qgħad involontarju u l-persuni li qed ifittxu x-xogħol, kif ukoll għall-ħaddiema rtirati jew invalidi u persuni li jaħdmu għal rashom.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(1) tal-imsemmija direttiva, hija tapplika, b’mod partikolari, għall-iskemi statutorji li jipprovdu protezzjoni kontra l-invalidità.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) tal-istess direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Il-prinċipju tat-trattament ugwali jfisser li m’għandu jkun hemm ebda diskriminazzjoni fuq il-bażi tas-sess kemm direttament, jew indirettament speċjalment b’riferenza għall-istat maritali jew tal-familja f’dak li għandu x’jaqsam ma’:</P><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>l-għan ta’ l-iskemi u l-kondizzjonijiet ta’ l-aċċess għalihom,</P></ITEM><ITEM><P>l-obbligu li wieħed jikkontribwixxi u l-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet,</P></ITEM><ITEM><P>il-kalkolu tal-benefiċċji inklużi ż-żidiet rigward konjugi u dipendenti u l-kondizzjonijiet li jirregolaw it-tul u ż-żamma tal-benefiċċji.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>It-tielet paragrafu tal-preambolu tal-Ftehim qafas huwa fformulat b’dan il-mod:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Dan il-Ftehim għandu x’jaqsam ma’ kondizzjonijiet ta’ impjieg għal ħaddiema part-time waqt li jiġi rikonoxxut illi l-kwistjonijiet li jirrigwardaw is-sigurtà soċjali jeħtieġu deċiżjoni mill-Istati Membri. Fil-kuntest tal-prinċipju ta’ non‑diskriminazzjoni, il-partijiet għal dan il-Ftehim innutaw li d-Dikjarazzjoni ta’ l-Impjieg tal-Kunsill Ewropew ta’ Dublin ta’ Diċembru 1996, fejn il-Kunsill <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT> enfasizza l-bżonn li s-sistemi għal sigurtà soċjali isiru iktar favorevoli għall-impjieg billi jiżviluppa<?PAGE NO="3"?> sistemi ta’ protezzjoni soċjali li jkunu kapaċi li jadattaw irwieħhom għal mudelli differenti ta’ xogħol u li jipprovdu protezzjoni lil persuni li jkunu jagħmlu dan ix-xogħol. Il-partijiet għal dan il-Ftehim jikkunsidraw li din id-Dikjarazzjoni għandha tingħata effett.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont il-Klawżola 2(1) tal-Ftehim qafas, dan <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>japplika għal ħaddiema part-time li għandhom kuntratt ta’ impjieg jew relazzjoni ta’ mpjieg kif definiti mil-liġi, mill-ftehim kollettiv jew skond il-prattika fis-seħħ f’kull Stat Membru.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-Klawżola 4(1) tal-Ftehim qafas tipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Fejn għandhom x’jaqsmu il-kondizzjonijiet tax-xogħol [ta’ impjieg], ħaddiema part-time m’għandhomx jiġu ttrattati b’manjiera inqas favorevoli minn ħaddiema full-time ta’ l-istess tip biss minħabba li huma jaħdmu part-time kemm-il darba dan it-trattament differenti mhuwiex oġġettivament ġustifikat.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-Klawżola 5(1)(a) tal-Ftehim qafas tipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Fil-kuntest tal-Klawżola 1 ta’ dan il-Ftehim u tal-prinċipju ta’ non‑diskriminazzjoni bejn ħaddiema part-time u full-time:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>L-Istati Membri, wara konsultazzjonijiet ma’ l-imsieħba soċjali skond il-liġi nazzjonali jew prattika, għandhom jidentifikaw u jirrevedu ostakoli ta’ natura legali jew amministrattiva li jistgħu jillimitaw l-oportunitajiet għal xogħol part-time u, meta approprjat, jeliminawhom.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Spanjol</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 140(1)(a) tal-Liġi ġenerali dwar is-sigurtà soċjali (ley general de la seguridad social), approvata permezz tad-Digriet Leġiżlattiv Irjali 1/1994, tal-<DATE ISO="19940620">20 ta’ Ġunju 1994</DATE> (BOE Nru 154, tad-<DATE ISO="19940629">29 ta’ Ġunju 1994</DATE>, p. 20658, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>LGSS<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>), fil-verżjoni applikabbli għat-tilwima fil-kawża prinċipali, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Il-bażi għall-kalkolu tal-pensjonijiet tal-invalidità permanenti li tirriżulta minn marda għajr mard ikkaġunat mix-xogħol, hija stabbilita skont id-dispożizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>jintuża l-kwozjent li jirriżulta mid-diviżjoni b’112 tal-bażijiet tal-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-persuna kkonċernata matul is-96 xahar immedjatament qabel dak tal-fatt ġenerattiv.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Ir-regola 3(b) tal-ewwel paragrafu tas-seba’ dispożizzjoni addizzjonali tal-LGSS tipprevedi, fir-rigward tal-bażi għall-kalkolu tal-pensjonijiet tal-irtirar u tal-invalidità applikabbli għall-ħaddiema part-time:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Għall-finijiet tal-kalkolu tal-pensjonijiet tal-irtirar u tal-invalidità permanenti li jirriżultaw minn mard mhux ikkaġunat mix-xogħol, il-perijodi li matulhom ma kien hemm l-ebda obbligu ta’ kontribuzzjoni għandhom jiġu integrati billi tintuża l-bażi minima ta’ kontribuzzjoni minn fost il-bażijiet applikabbli għal kull perijodu, korrispondenti għan-numru ta’ sigħat imwettqa fl-aħħar lok.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(2) tad-Digriet Irjali 1131/2002 li jirregola s-sigurtà soċjali tal-ħaddiema part-time u l-irtirar parzjali (Real Decreto 1131/2002 por el que se regula la Seguridad Social de los trabajadores contratados a tiempo parcial, así como la jubilación parcial), tal-<DATE ISO="20021031">31 ta’ Ottubru 2002</DATE> (BOE Nru 284,<?PAGE NO="4"?> tas-<DATE ISO="20021127">27 ta’ Novembru 2002</DATE>, p. 41643, iktar ’il quddiem, id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Digriet Irjali 1131/2002<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>), li implementa d-dispożizzjonijiet tar-regola 3(b) tal-ewwel paragrafu tas-seba’ dispożizzjoni addizzjonali tal-LGSS jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Għall-finijiet tal-kalkolu tal-pensjonijiet tal-irtirar u tal-invalidità permanenti li jirriżultaw minn mard mhux ikkaġunat mix-xogħol jew minn inċident mhux ikkaġunat mix-xogħol, il-perijodi li matulhom ma kien hemm l-ebda obbligu ta’ kontribuzzjoni għandhom jiġu integrati billi tittieħed inkunsiderazzjoni l-bażi minima ta’ kontribuzzjoni minn fost dawk applikabbli għal kull perijodu, korrispondenti għan-numru ta’ sigħat imwettqa skont il-kuntratt fid-data meta dan l-obbligu ta’ kontribuzzjoni ġie interrott jew intemm.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L. Cachaldora Fernández ikkontribwixxiet għall-iskema ta’ sigurtà soċjali Spanjola mill-<DATE ISO="19710915">15 ta’ Settembru 1971</DATE> sal-<DATE ISO="20100425">25 ta’ April 2010</DATE>, jiġifieri total ta’ <FT TYPE="NUMBER">5523</FT> jum li matulhom wettqet xogħol full-time, ħlief bejn l-<DATE ISO="19980901">1 ta’ Settembru 1998</DATE> u t-<DATE ISO="19990228">28 ta’ Frar 1999</DATE>, bejn l-<DATE ISO="19990301">1 ta’ Marzu 1999</DATE> u t-<DATE ISO="20010323">23 ta’ Marzu 2001</DATE>, kif ukoll bejn l-<DATE ISO="20010324">24 ta’ Marzu 2001</DATE> u t-<DATE ISO="20020123">23 ta’ Jannar 2002</DATE>, meta din tal-aħħar kienet impjegata part-time. Min-naħa l-oħra, hija ma ħallset l-ebda kontribuzzjoni matul il-perijodu bejn it-<DATE ISO="20020123">23 ta’ Jannar 2002</DATE> u t-<DATE ISO="20051130">30 ta’ Novembru 2005</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20100421">21 ta’ April 2010</DATE>, L. Cachaldora Fernández talbet lill-INSS l-għoti ta’ pensjoni tal-invalidità.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20100429">29 ta’ April 2010</DATE>, ingħatatilha pensjoni minħabba inkapaċità totali permanenti li twettaq ħidma abitwali. L-ammont bażiku mensili ta’ din il-pensjoni ġie ffissat għal EUR 347.03 u r-rata applikabbli għal 55 %. Dan l-ammont ġie stabbilit billi ttieħdu bħala perijodi ta’ referenza t-tmien snin qabel id-data tal-fatt ġenerattiv, jiġifieri l-perijodu mix-xahar ta’ Marzu 2002 sax-xahar ta’ Frar 2010, u billi ttieħdu inkunsiderazzjoni, għall-perijodu bejn ix-xahar ta’ Marzu 2002 sax-xahar ta’ Novembru 2005, il-bażijiet minimi tal-kontribuzzjonijiet ta’ kull waħda minn dawn is-snin, bażijiet li għalihom ġie applikat il-koeffiċjent ta’ tnaqqis relatat max-xogħol part-time li ta lok għall-ħlas ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet qabel ix-xahar ta’ Marzu tas-sena 2002.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>L. Cachaldora Fernández ressqet ilment kontra din id-deċiżjoni fejn sostniet li, għall-finijiet tal-kalkolu tal-pensjoni tagħha, kellu jittieħed inkunsiderazzjoni, għall-perijodu bejn ix-xahar ta’ Marzu 2002 u x-xahar ta’ Novembru 2005, l-ammont sħiħ tal-bażijiet minimi ta’ kontribuzzjoni għal kull sena u mhux l-ammont imnaqqas tagħhom li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-koeffiċjent relatat max-xogħol part-time. Skont dan il-metodu ta’ kalkolu, l-ammont bażiku tal-pensjoni tagħha — li ma huwiex ikkontestat mill-INSS — jammonta għal EUR 763.76.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>L-INSS ċaħdet dan l-ilment għar-raġuni li l-metodu ta’ kalkolu propost ma kienx konformi mal-Artikolu 7(2) tad-Digriet Irjali 1131/2002. Għalhekk, L. Cachaldora Fernández ippreżentat rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem il-Juzgado de lo Social 2 de Ourense. Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20101013">13 ta’ Ottubru 2010</DATE>, din tal-aħħar ċaħdet ir-rikors tagħha u kkonfermat id-deċiżjoni amministrattiva tal-INSS billi bbażat ruħha fuq l-Artikolu 7(2) tad-Digriet Irjali 1131/2002 u fuq is-seba’ dispożizzjoni addizzjonali tal-LGSS.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>L. Cachaldora Fernández, għalhekk, appellat minn din id-deċiżjoni quddiem it-Tribunal Superior de Justicia de Galicia. Din il-qorti għandha dubji dwar il-kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni Spanjola mad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi, fl-ewwel lok, jekk, fil-kawża prinċipali, teżistix diskriminazzjoni indiretta tal-ħaddiema nisa fis-sens tad-Direttiva 79/7. Fil-fatt, id-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sa fejn jikkonċernaw fil-parti l-kbira l-ħaddiema nisa, għandhom effetti sfavorevoli fuq numru ikbar ta’ nisa milli ta’ rġiel u ma huwiex ċert li l-ġustifikazzjoni mressqa, jiġifieri li<?PAGE NO="5"?> <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>l-integrazzjoni tal-interruzzjonijiet [ta’ kontribuzzjoni] fi propozjon max-xogħol part-time magħmul huwa konsistenti mal-prinċipju ta’ loġika u ta’ ekwilibriju tal-missjoni ta’ protezzjoni tas-sigurtà soċjali li jiddetermina li l-protezzjoni li toffri din l-iskema ma tista’ qatt teċċedi l-kontribuzzjoni mħallsa qabel lil din tal-aħħar, konformement mal-prinċipji ta’ ħlas ta’ kontribuzzjonijiet u ta’ proporzjonalità bejn il-kontribuzzjonijiet imħallsa u l-kopertura pprovduta<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, hija konformi mar-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Għaldaqstant, minn naħa, kriterju ta’ proporzjonalità fir-rigward tal-kontribuzzjoni tal-ħaddiem ikkonċernat ikun jirrikjedi li jiġi kkalkolat il-koeffiċjent ta’ tnaqqis relatat max-xogħol part-time, applikat għall-bażijiet minimi ta’ kontribuzzjoni meħuda inkunsiderazzjoni għall-perijodi ta’ interruzzjoni ta’ kontribuzzjoni, abbażi tal-kontribuzzjonijiet kollha mħallsa minn dan il-ħaddiem matul il-karriera tiegħu. Madankollu d-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jipprevedux b’mod speċifiku tali metodu ta’ kalkolu, għaliex jirrikjedu li jintuża l-koeffiċjent ta’ tnaqqis relatat max-xogħol part-time li jikkorrispondi għall-kuntratt qabel l-interruzzjoni ta’ kontribuzzjoni, li jista’ jagħti lok, kif turi l-kawża prinċipali, għal riżultati totalment sproporzjonati meta x-xogħol part-time jkun jirrappreżenta biss parti żgħira mill-karriera professjonali sħiħa tal-ħaddiem ikkonċernat.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, ma jistax jiġi applikat b’mod validu kriterju ta’ proporzjonalità fir-rigward tal-kontribuzzjoni għall-mekkanżimu ta’ kopertura tal-interruzzjonijiet ta’ kontribuzzjoni sa fejn dan ma jsegwix loġika bbażata fuq il-kontribuzzjonijiet, kif juri l-fatt li l-interruzzjonijiet jittieħdu inkunsiderazzjoni abbażi ta’ kontribuzzjonijiet fissi li ma jiddependux mill-kontribuzzjonijiet imwettqa, iżda huwa intiż sabiex jindirizza anomaliji li jirriżultaw mit-teħid inkunsiderazzjoni ta’ perijodu ta’ referenza ffissat minn qabel. F’dan il-każ, il-fatt li ħadmet fuq bażi part-time u li ħallset kontribuzzjonijiet, minflok baqgħet inattiva u ma ħallsitx kontribuzzjonijiet, ippreġudika lil L. Cachaldora Fernández għaliex il-pensjoni tagħha tal-invalidità tnaqqset.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis, fit-tieni lok, li d-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali jistgħu wkoll jiksru l-Ftehim qafas. Huwa minnu li l-pensjoni tal-invalidità inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tistax titqies, fid-dawl tal-kriterji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja, li hija salarju u ma tikkostitwixxix għaldaqstant kundizzjoni ta’ impjieg, suġġetta għall-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni tal-ħaddiema part-time previst fil-Klawżola 4 tal-Ftehim qafas. Madankollu, il-Klawżola 5(1)(a) tal-Ftehim qafas tobbliga lill-Istati Membri jidentifikaw u jeżaminaw l-ostakoli ta’ natura legali jew amministrattiva li jistgħu jillimitaw l-opportunitajiet għal xogħol part-time u, fejn xieraq, jeliminawhom. F’dan il-każ, jista’ jitqies li l-kundizzjonijiet li fihom l-interruzzjonijiet ta’ kontribuzzjoni jittieħdu inkunsiderazzjoni skont il-leġiżlazzjoni Spanjola jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>ostakolu ta’ natura legali<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> għax-xogħol part-time sa fejn il-ħaddiema li, wara li jkunu tilfu impjieg full-time, aċċettaw xogħol part-time huma fi żvantaġġ meta mqabbla ma’ dawk li ma aċċettawx tali xogħol. Dan jikkostitwixxi, fil-fatt, impediment sinjifikattiv milli wieħed jaċċetta impjieg part-time.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunal Superior de Justicia de Galicia ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>1)</NO.P><TXT>Regola interna [bħall-punt (b) tat-tielet regola tal-paragrafu 1 tas-seba’ dispożizzjoni addizzjonali tal-LGSS], li tikkonċerna fil-parti l-kbira tagħha kategorija femminili u li tgħid li l-kopertura tal-interruzzjonijiet tal-kontribuzzjoni [inklużi] fil-perijodu ta’ referenza ta’ pensjoni ta’ invalidità permanenti kontributtiva u posterjuri għal xogħol part-time hija kkalkulata skont bażijiet minimi ta’ kontribuzzjoni fis-seħħ imnaqqsa [skont il]-koeffiċjent ta’ tnaqqis relatat max-xogħol part-time ta’ dan l-impjieg li jippreċedi l-interruzzjoni tal-kontribuzzjoni, filwaqt li, kieku dan kien xogħol full-time ma kienx ikun hemm tnaqqis, hija kuntrarja għall-Artikolu 4 tad-Direttiva [79/7]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Regola interna [bħall-punt (b) tat-tielet regola tal-paragrafu 1 tas-seba’ dispożizzjoni addizzjonali tal-LGSS] li tikkonċerna fil-parti l-kbira tagħha kategorija femminili u li tgħid li l-kopertura tal-interruzzjonijiet tal-kontribuzzjoni inklużi fil-perijodu ta’ referenza ta’ pensjoni ta’ invalidità<?PAGE NO="6"?> permanenti kontributtiva u posterjuri għal xogħol part-time hija kkalkulata skont bażijiet minimi ta’ kontribuzzjoni fis-seħħ imnaqqsa [skont il]-koeffiċjent ta’ tnaqqis relatat max-xogħol part-time ta’ dan l-impjieg li jippreċedi l-interruzzjoni ta’ kontribuzzjoni, filwaqt li, kieku dan kien xogħol full-time ma kienx ikun hemm tnaqqis, hija kuntrarja għall-Klawżola 5(1)(a) [tal-Ftehim qafas]?<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Bl-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 4 tad-Direttiva 79/7 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi, fid-dawl tal-provi deskritti fid-deċiżjoni tar-rinviju, leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li l-interruzzjonijiet ta’ kontribuzzjoni, li huma inklużi fil-perijodu ta’ referenza għall-finijiet tal-kalkolu ta’ pensjoni tal-invalidità kontributtiva u li jiġu wara impjieg part-time, jittieħdu inkunsiderazzjoni skont il-bażijiet minimi ta’ kontribuzzjoni fis-seħħ imnaqqsa skont il-koeffiċjent ta’ tnaqqis relatat ma’ dan ix-xogħol filwaqt li, jekk dawn l-interruzzjonijiet jiġu wara impjieg full-time, tali tnaqqis ma huwiex previst.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minkejja li huwa stabbilit li d-dritt tal-Unjoni jirrispetta s-setgħa tal-Istati Membri li jorganizzaw l-iskemi tagħhom ta’ sigurtà soċjali u li, fl-assenza ta’ armonizzazzjoni fuq il-livell tal-Unjoni Ewropea, hija l-leġiżlazzjoni ta’ kull Stat Membru li għandha tiddetermina l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ benefiċċji fil-qasam tas-sigurtà soċjali, jibqa’ l-fatt li, fl-eżerċizzju ta’ din is-setgħa, l-Istati Membri għandhom ikunu konformi mad-dritt tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Watts, C‑372/04, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:325">EU:C:2006:325</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 92 u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll Somova, C‑103/13, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2334">EU:C:2014:2334</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 33 sa 35 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Għaldaqstant, id-dritt tal-Unjoni ma jippreġudikax, bħala prinċipju, l-għażla tal-leġiżlatur Spanjol li juża, bħala bażi għall-kalkolu tal-pensjoni tal-invalidità inkwistjoni fil-kawża prinċipali, perijodu ta’ referenza limitat għal tmien snin u li japplika koeffiċjent ta’ tnaqqis meta interruzzjoni ta’ kontribuzzjoni tiġi immedjatament wara perijodu ta’ xogħol part-time. Madankollu, għandu jiġi vverifikat jekk, fil-kawża prinċipali, din l-għażla hijiex konformi mad-Direttiva 79/7.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Qabel kollox, għandu jiġi kkonstatat li leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tinvolvix direttament diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, peress li hija tapplika mingħajr distinzjoni għall-ħaddiema rġiel u għall-ħaddiema nisa. Għaldaqstant għandu jiġi eżaminat jekk hija tikkostitwixxix diskriminazzjoni indirettament ibbażata fuq dan il-kriterju.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tinvolvix, kif tissuġġerixxi l-qorti tar-rinviju, diskriminazzjoni indiretta, minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li teżisti diskriminazzjoni indiretta meta l-applikazzjoni ta’ miżura nazzjonali, minkejja li fformulata b’mod newtru, tqiegħed fil-fatt fi żvantaġġ numru ħafna ogħla ta’ nisa milli ta’ rġiel (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Brachner, C‑123/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:675">EU:C:2011:675</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 56 u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll Elbal Moreno, C‑385/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:746">EU:C:2012:746</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 29).</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>F’din il-kawża, għandu jiġi osservat li l-evalwazzjoni tal-qorti tar-rinviju hija bbażata fuq il-premessa doppja li tgħid li d-dispożizzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tirreferi għall-grupp ta’ ħaddiema part-time, li huwa, fil-parti l-kbira, ikkostitwit minn ħaddiema nisa.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li, kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, id-dispożizzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma hijiex applikabbli għall-ħaddiema part-time kollha, iżda biss għall-ħaddiema li kellhom interruzzjoni fil-kontribuzzjoni tagħhom matul il-perijodu ta’ referenza ta’ tmien snin qabel id-data tal-fatt ġenerattiv meta din l-interruzzjoni tiġi wara impjieg part-time.<?PAGE NO="7"?> Għaldaqstant, id-data statistika ġenerali dwar il-grupp tal-ħaddiema part-time, meħuda fl-intier tagħha, ma hijiex rilevanti sabiex jiġi stabbilit li numru ħafna ogħla ta’ nisa milli ta’ rġiel huwa milqut minn din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Imbagħad għandu jiġi speċifikat li anki jekk jidher li ħaddiema bħal L. Cachaldora Fernández hija mqiegħda fi żvantaġġ għaliex ħadmet fuq bażi part-time matul il-perijodu immedjatament qabel l-interruzzjoni tal-kontribuzzjonijiet tagħha, ma huwiex eskluż li, kif osservaw l-INSS, il-Gvern Spanjol u l-Kummissjoni Ewropea, ċerti ħaddiema part-time jistgħu wkoll jitqiegħdu f’vantaġġ mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Fil-fatt, fil-każijiet kollha fejn l-aħħar kuntratt li jippreċedi l-inattività professjonali jkun kuntratt ta’ xogħol full-time, iżda fejn il-ħaddiema, matul il-bqija tal-perijodu ta’ referenza, jew saħansitra matul il-karriera kollha tagħhom, ħadmu biss fuq bażi part-time, dawn jitqiegħdu f’vantaġġ għaliex jirċievu pensjoni sopravvalutata meta mqabbla mal-kontribuzzjonijiet effettivament imħallsa.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, id-data statistika li fuqha l-qorti tar-rinviju bbażat l-evalwazzjonijiet tagħha ma tippermettix li jitqies li l-grupp ta’ ħaddiema mqiegħda fi żvantaġġ mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali huwa magħmul fil-parti l-kbira minn ħaddiema part-time u, b’mod partikolari, minn ħaddiema nisa.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, id-dispożizzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tistax, abbażi tal-provi deskritti fid-deċiżjoni tar-rinviju, titqies li tqiegħed fi żvantaġġ b’mod predominanti kategorija partikolari ta’ ħaddiema, f’dan il-każ dawk li jaħdmu fuq bażi part-time u, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT>, in-nisa. Din id-dispożizzjoni ma tistax, għaldaqstant, tiġi kklassifikata bħala miżura indirettament diskriminatorja fis-sens tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 79/7.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 79/7 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li l-interruzzjonijiet ta’ kontribuzzjoni, li huma inklużi fil-perijodu ta’ referenza għall-finijiet tal-kalkolu ta’ pensjoni tal-invalidità kontributtiva u li jiġu wara impjieg part-time, jittieħdu inkunsiderazzjoni skont il-bażijiet minimi ta’ kontribuzzjoni fis-seħħ imnaqqsa skont il-koeffiċjent ta’ tnaqqis relatat ma’ dan l-impjieg filwaqt li, jekk dawn l-interruzzjonijiet jiġu wara impjieg full-time, tali tnaqqis ma huwiex previst.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Bit-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-Klawżola 5(1)(a) tal-Ftehim qafas għandhiex tiġi interpretata fis-sens li taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi li l-interruzzjonijiet ta’ kontribuzzjoni, li huma inklużi fil-perijodu ta’ referenza għall-finijiet tal-kalkolu ta’ pensjoni tal-invalidità kontributtiva u li jiġu wara impjieg part-time, jittieħdu inkunsiderazzjoni skont il-bażijiet minimi ta’ kontribuzzjoni fis-seħħ imnaqqsa skont il-koeffiċjent ta’ tnaqqis relatat ma’ dan ix-xogħol filwaqt li, jekk dawn l-interruzzjonijiet jiġu wara impjieg full-time, tali tnaqqis ma huwiex previst.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, minn naħa, li mill-preambolu tal-Ftehim qafas jirriżulta li dan jirrigwarda l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>kondizzjonijiet ta’ impjieg għal ħaddiema part-time waqt li jiġi rikonoxxut illi l-kwistjonijiet li jirrigwardaw is-sigurtà soċjali jeħtieġu deċiżjoni mill-Istati Membri<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, jaqgħu taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>kundizzjonijiet ta’ impjieg<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> fis-sens tal-imsemmi ftehim qafas, il-pensjonijiet li jiddependu fuq relazzjoni ta’ impjieg bejn il-ħaddiem u l-persuna li timpjegah, bl-esklużjoni tal-pensjonijiet legali ta’ sigurtà soċjali, li jkunu iktar jiddependu fuq kunsiderazzjonijiet ta’ natura soċjali milli fuq tali relazzjoni ta’ impjieg (sentenza Elbal Moreno C‑385/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:746">EU:C:2012:746</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 21).</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-informazzjoni li għandha fid-dispożizzjoni tagħha l-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-pensjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tikkostitwixxi pensjoni legali ta’ sigurtà soċjali. Għaldaqstant, din il-pensjoni ma tistax, kif l-Avukat Ġenerali osserva fil-punt 29 tal-konklużjonijiet tiegħu, titqies li tikkostitwixxi kundizzjoni ta’ impjieg, fis-sens tal-Klawżola 4(1) tal-Ftehim qafas, u ma taqax għaldaqstant taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-adozzjoni ta’ interpretazzjoni tal-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>ostakoli ta’ natura legali<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> li jinsab fil-Klawżola 5(1)(a) tal-Ftehim qafas, li skontha l-Istati Membri jkunu mġiegħla jadottaw, barra mill-qasam tal-kundizzjonijiet ta’ impjieg, miżuri marbuta ma’ pensjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tammonta għal impożizzjoni fuq l-imsemmija Stati Membri ta’ obbligi fil-qasam tal-politika soċjali fir-rigward ta’ miżuri li ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-ftehim qafas.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif ġie osservat fil-punti 30 u 31 ta’ din is-sentenza, id-dispożizzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali taffettwa mhux il-ħaddiema kollha part-time, iżda biss il-ħaddiema li kellhom interruzzjoni ta’ kontribuzzjoni immedjatament wara perijodu ta’ xogħol part-time. Minbarra dan, din id-dispożizzjoni tqiegħed f’vantaġġ il-ħaddiema li, minkejja li kienu impjegati part-time matul parti kbira mis-servizz professjonali tagħhom, kienu impjegati full-time immedjatament qabel interruzzjoni ta’ kontribuzzjoni. Fid-dawl tan-natura fortuwita tal-impatt tal-imsemmija dispożizzjoni fuq il-ħaddiema part-time, din l-istess dispożizzjoni ma tistax titqies li hija ostakolu legali tali li jillimita l-possibbiltajiet ta’ xogħol part-time.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Għaldaqstant ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Ftehim qafas għandu jiġi interpretat fis-sens li ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi li l-interruzzjonijiet ta’ kontribuzzjoni, li huma inklużi fil-perijodu ta’ referenza għall-finijiet tal-kalkolu ta’ pensjoni tal-invalidità kontributtiva u li jiġu wara impjieg part-time, jittieħdu inkunsiderazzjoni skont il-bażijiet minimi ta’ kontribuzzjoni fis-seħħ imnaqqsa skont il-koeffiċjent ta’ tnaqqis relatat ma’ dan ix-xogħol filwaqt li, jekk dawn l-interruzzjonijiet jiġu wara impjieg full-time, tali tnaqqis ma huwiex previst.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE, tad-<DATE ISO="19781219">19 ta’ Diċembru 1978</DATE>, dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li l-interruzzjonijiet ta’ kontribuzzjoni, li huma inklużi fil-perijodu ta’ referenza għall-finijiet tal-kalkolu ta’ pensjoni tal-invalidità kontributtiva u li jiġu wara impjieg part-time, jittieħdu inkunsiderazzjoni skont il-bażijiet minimi ta’ kontribuzzjoni fis-seħħ imnaqqsa skont il-koeffiċjent ta’ tnaqqis relatat ma’ dan ix-xogħol filwaqt li, jekk dawn l-interruzzjonijiet jiġu wara impjieg full-time, tali tnaqqis ma huwiex previst.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Ftehim qafas dwar ix-xogħol part-time, konkluż fis-<DATE ISO="19970606">6 ta’ Ġunju 1997</DATE>, li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE, tal-<DATE ISO="19971215">15 ta’ Diċembru 1997</DATE>, li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 98/23/KE, tas-<DATE ISO="19980407">7 ta’ April 1998</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi li<?PAGE NO="9"?> l-interruzzjonijiet ta’ kontribuzzjoni, li huma inklużi fil-perijodu ta’ referenza għall-finijiet tal-kalkolu ta’ pensjoni tal-invalidità kontributtiva u li jiġu wara impjieg part-time, jittieħdu inkunsiderazzjoni skont il-bażijiet minimi ta’ kontribuzzjoni fis-seħħ imnaqqsa skont il-koeffiċjent ta’ tnaqqis relatat ma’ dan ix-xogħol filwaqt li, jekk dawn l-interruzzjonijiet jiġu wara impjieg full-time, tali tnaqqis ma huwiex previst.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>