|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/505 |
23.1.2024 |
P9_TA(2023)0235
Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd UE/Mauritius: protokoll ta’ implimentazzjoni
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ġunju 2023 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll li jimplimenta l-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius (2022-2026) (12787/2022 – C9-0001/2023 – 2022/0249(NLE))
(Approvazzjoni)
(C/2024/505)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (12787/2022), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Protokoll li jimplementa l-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius (2022-2026) (12785/2022), |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 43 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0001/2023), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4), u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A9-0196/2023), |
|
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika ta’ Mauritius. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/505/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)