|
2.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 291/8 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9905 — Bridgepoint/EQT Credit Platform)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 291/07)
1.
Fis-26 ta’ Awwissu 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Bridgepoint Advisers Holdings (“Bridgepoint”, ir-Renju Unit), ikkontrollata minn Bridgepoint Group Limited (ir-Renju Unit), |
|
— |
EQT Credit Platform (“EQT Credit Platform”, l-Isvezja), ikkontrollata minn EQT AB (l-Isvezja). |
Bridgepoint takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ EQT Credit Platform kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Bridgepoint: kumpanija azzjonarja fil-grupp Bridgepoint, li huwa grupp ta’ ekwità privata attiv prinċipalment fl-investiment ta’ ekwità privata tas-suq tan-nofs superjuri, fl-investiment ta’ ekwità privata tas-suq tan-nofs baxx u fil-kapital ta’ tkabbir, |
|
— |
EQT Credit Platform: pjattaforma ta’ kreditu privata pan-Ewropea li topera permezz ta’ tliet strateġiji ewlenin: dejn superjuri, self dirett u self f’sitwazzjonijiet speċjali. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9905 — Bridgepoint/EQT Credit Platform
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).