KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI
BOBEK
ippreżentati fil-15 ta’ April 2021 ( 1 )
Kawża C‑561/19
Consorzio Italian Management,
Catania Multiservizi SpA
vs
Rete Ferroviaria Taljana SpA
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal‑Istat, l-Italja))
“Talba għal deċiżjoni preliminari – It-tielet paragrafu tal‑Artikolu 267 TFUE – Qorti jew tribunal ta’ Stat Membru li kontra d‑deċiżjonijiet tiegħu ma jkun hemm ebda rimedju ġudizzjarju taħt il‑liġi nazzjonali – Dmir ta’ rinviju – Portata – Eċċezzjonijiet u kriterji li jirriżultaw mis-sentenza CILFIT et”
Werrej
|
I. Introduzzjoni |
|
|
II. Il-kuntest ġuridiku |
|
|
III. Il-fatti, il-proċeduri nazzjonali u d-domandi preliminari |
|
|
IV. Analiżi |
|
|
A. L-istrati |
|
|
1. L-istrat estern: huwa dejjem għall-qorti nazzjonali li tiddeċiedi |
|
|
2. L-istrat iktar profond: għandhom il-kwistjonijiet kollha jiġu rrinvijati? |
|
|
B. Is-sentenza CILFIT (u d-dixxendenti tagħha) |
|
|
1. Ir-raġunijiet għad-dmir ta’ rinviju |
|
|
2. L-eċċezzjonijiet għad-dmir |
|
|
3. Il-prassi ta’ applikazzjoni sussegwenti (tal-Qorti tal-Ġustizzja) |
|
|
C. Il-problemi tas-sentenza CILFIT |
|
|
1. Kunċettwali |
|
|
2. Fattibbiltà |
|
|
3. Koerenza sistemika tar-rimedji tad-dritt tal-Unjoni |
|
|
4. L-evoluzzjoni tad-dritt tal-Unjoni u s-sistema ġudizzjarja |
|
|
5. Sommarju interim |
|
|
D. Il-proposta |
|
|
1. Kwistjoni ġenerali jew li tista’ tiġi ġġeneralizzata ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni |
|
|
2. Iktar interpretazzjonijiet raġonevolment possibbli |
|
|
3. Ebda ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja |
|
|
4. Id-dmir ta’ motivazzjoni (u l-kwistjoni miftuħa ta’ infurzar) |
|
|
V. Konklużjoni |
I. Introduzzjoni
|
1. |
Għall-kuntrarju ta’ qrati nazzjonali tal-aħħar istanza, nissuspetta li studenti tad-dritt tal-Unjoni pjuttost dejjem għoġbithom is-sentenza CILFIT et ( 2 ). Tul l-aħħar għaxar jew għoxrin sena l-qlub ta’ ħafna studenti tad-dritt tal-Unjoni aktarx kienu mill-ewwel jaqbżu b’fawra ta’ ferħ u serħan malli kienu jaraw “CILFIT”, “eċċezzjonijiet għad-dmir ta’ rinviju”, u “iddiskuti” fil-karta tal-eżami tagħhom jew meta jintalbu jagħmlu komponiment. Tabilħaqq, id-dubji dwar il‑fattibbiltà tal-eċċezzjonijiet tas-sentenza CILFIT għad-dmir ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari, partikolarment l-eċċezzjoni relatata mal-assenza ta’ kull dubju raġonevoli min-naħa tal-qorti nazzjonali tal-aħħar istanza, ma huwiex forsi l‑eżerċizzju argumenttattiv l-iktar eżiġenti. Huwa minnu li dawk il-qrati verament huma mistennija jqabblu l-verżjonijiet lingwistiċi ugwalment awtentiċi (kollha) tad-dritt tal-Unjoni? F’termini prattiċi, kif huma mistennija jiddeterminaw jekk il-kwistjoni tkunx ugwalment ovvja għall‑qrati tal-Istati Membri l-oħra u għall-Qorti tal-Ġustizzja? |
|
2. |
Għal għadd ta’ snin, id-dmir ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE, l‑eċċezzjonijiet għal dak id-dmir, u fuq kollox l-infurzar tiegħu, kienu metaforikament bħal kelb rieqed la tqajmux tad-dritt tal-Unjoni. Aħna lkoll konxji li huwa qiegħed hemm. Aħna lkoll kapaċi niddiskutu jew anki niktbu testi ta’ duttrina dwaru. Madankollu, fil-ħajja ta’ kuljum, ikun l-aħjar li nħalluh fil-kwiet. Fi kliem prattiku (jew ċiniku) is-sistema kollha ta’ deċiżjonijiet preliminari tiffunzjona minħabba li ħadd, fil-fatt, ma japplika s-sentenza CILFIT, fi kwalunkwe każ ċertament mhux letteralment. Sikwit, l-idea ta’ kelb hija aħjar milli jkollok x’taqsam ma’ annimal ħaj. |
|
3. |
Għal għadd ta’ raġunijiet imsemmija f’dawn il-konklużjonijiet, nissuġġerixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja li huwa ż-żmien li teżamina mill-ġdid il-ġurisprudenza CILFIT. Il-proposta tiegħi dwar dan hija pjuttost sempliċi: li d-dmir ta’ rinviju skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE jkun adottat u, bl-istess mod, l-eċċezzjonijiet għalih, sabiex ikunu jirriflettu l-ħtiġijiet tas-sistema ġudizzjarja attwali tad-dritt tal-Unjoni, u sabiex ikunu jistgħu jiġu applikati b’mod realistiku (u, possibbilment, xi darba, infurzati). |
|
4. |
Madankollu, il-proċess ta’ adattament issuġġerit ikun jeħtieġlu bidla kbira paradigmatika. Il-mod loġiku u l-fokus dwar id-dmir ta’ rinviju u l-eċċezzjonijiet għalih għandhom jinbidlu mill-assenza ta’ kull dubju raġonevoli dwar l-applikazzjoni korretta tad-dritt tal-Unjoni f’każ individwali, stabbilit bl-eżistenza ta’ dubju suġġettiv fuq livell ġuridiku, għal wieħed obbligatorju iktar oġġettiv li jiżgura interpretazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni mal-Unjoni kollha. Fi kliem ieħor, id-dmir li ssir talba għal deċiżjoni preliminari ma għandux ikun iffokat primarjament fuq ir-risposti korretti, iżda pjuttost fuq li jkunu identifikati d-domandi xierqa. |
II. Il-kuntest ġuridiku
|
5. |
Skont l-Artikolu 267 TFUE: “Il-Qorti ta’ l-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea għandha jkollha l-kompetenza li tagħti sentenzi preliminari dwar:
Meta l-kwistjoni titqajjem quddiem xi qorti jew tribunal ta’ xi Stat Membru, dik il-Qorti jew tribunal jistgħu, jekk ikun jidhrilhom li deċiżjoni fuq dik il-kwistjoni tkun meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jagħtu s-sentenza, jitolbu lill-Qorti sabiex tagħti deċiżjoni dwarha. Meta l-kwistjoni titqajjem f’każ pendenti quddiem xi qorti jew tribunal ta’ Stat Membru li kontra d-deċiżjonijiet tiegħu ma jkun hemm ebda rimedju ġudizzjarju taħt il-liġi nazzjonali, dik il-qorti jew dak it-tribunal, għandhom jirriferu l-kwistjoni lill-Qorti. […]” |
|
6. |
L-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja jgħid: “Meta domanda preliminari magħmula tkun identika għal domanda li dwarha l-Qorti tal-Ġustizzja tkun diġà ddeċidiet, meta r-risposta għal tali domanda tkun tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza jew meta r-risposta għad-domanda preliminari ma tħalli lok għal ebda dubju raġonevoli, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, fuq proposta tal-Imħallef Relatur u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat.” |
III. Il-fatti, il-proċeduri nazzjonali u d-domandi preliminari
|
7. |
Fit-23 ta’ Frar 2006, il-Consorzio Italian Management u Catania Multiservizi SpA (iktar ’il quddiem ir-“rikorrenti”) ingħataw, mir-Rete ferroviaria italiana SpA (iktar ’il quddiem ir-“RFI”), kuntratt għal “servizzi relatati mat-tindif u l-manutenzjoni tat-tiżjin tal-post u ta’ oqsma oħra miftuħa għall-pubbliku, kif ukoll servizzi anċillari fi stazzjonijiet, impjanti, uffiċċji u workshops f’diversi siti mat-territorju kollu kopert mid-Direzione compartimentale movimento di Cagliari [(id-Diviżjoni tal-Operazzjonijiet Reġjonali ta’ Cagliari, l-Italja)]”. |
|
8. |
Dak il-kuntratt kellu klawżola li kienet tillimita r-reviżjoni tal-prezzijiet. Waqt li l-kuntratt kien fis-seħħ ir-rikorrenti talbu lir-RFI sabiex taġġustja l-prezzijiet tal-kuntratt minħabba li kienet allegata żieda fl-ispejjeż kuntrattwali li kienu nqalgħu minħabba żieda fl-ispejjeż tal-persunal. Ir-RFI rrifjutat. |
|
9. |
Ir-rikorrenti fetħu kawża kontra r-RFI quddiem it-Tribunale amministrativo regionale per la Sardegna (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali għal Sardegna, l-Italja, iktar ’il quddiem it-“TAR”). B’sentenza tal-11 ta’ Ġunju 2014, it-TAR ċaħdet it-talba. Din il-qorti sabet li l-Artikolu 115 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163/2006 ma kienx japplika għal attivitajiet li kienu jaqgħu taħt is-setturi speċjali, bħal servizzi ta’ tindif, meta jkunu jifformaw parti essenzjali tan-netwerk tat-trasport bil-ferrovija. It-TAR sabet ukoll li r-reviżjoni tal-prezzijiet ma kinitx obbligatorja skont l-Artikolu 1664 tal-Codice Civile (il-Kodiċi Ċivili) u li partijiet setgħu jidderogaw minn dik ir-regola. |
|
10. |
Ir-rikorrenti ppreżentaw appell minn dik is-sentenza quddiem il-Consiglio di Stato (Il-Kunsill tal-Istat, l-Italja). Huma argumentaw li kienu applikabbli l-Artikolu 115 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163/2006 jew, sussidjarjament, l-Artikolu 1664 tal-Kodiċi Ċivili. Barra minn dan, fil-fehma tagħhom, ir-regoli nazzjonali kienu jiksru d-Direttiva 2004/17/KE ( 3 ) sa fejn kienu jirriżultaw fl-esklużjoni tar-reviżjoni ta’ prezzijiet fis-settur tat-trasport u fir-rigward ta’ kuntratti ta’ tindif relatati. Dawk ir-regoli kienu jagħtu lok għal żbilanċ kuntrattwali inġust u sproporzjonat, li fl-aħħar mill-aħħar kien joħloq distorsjoni tar-regoli li bihom jiffunzjona s-suq. Kieku d-Direttiva 2004/17 kellha tiġi interpretata bħala li teskludi r-reviżjoni ta’ prezzijiet fil-kuntratti kollha konklużi u implimentati fis-setturi speċjali, hija kienet allura tkun invalida. |
|
11. |
F’dak l-isfond, fl-24 ta’ Novembru 2016, il-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat) irrinvija ż-żewġ domandi li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja għal deċiżjoni preliminari:
|
|
12. |
Il-Qorti tal-Ġustizzja rrispondiet b’sentenza tad-19 April 2018 ( 4 ). Dwar l-ewwel domanda l-Qorti tal-Ġustizzja nnotat li l-qorti tar-rinviju ma kienet tat l-ebda spjegazzjoni dwar ir-rilevanza tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(3) TUE jew tal-Artikoli 26, 57 sa 58 u 101 TFUE għar-riżoluzzjoni tat-tilwima fil-kawża prinċipali. L-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”) huwa, bħad-dispożizzjonijiet l-oħra tal-Karta, indirizzat lill-Istati Membri biss meta huma jkunu qegħdin jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni, li ma kienx il-każ fil-kawża prinċipali. Il-Qorti tal-Ġustizzja, għalhekk, ikkonkludiet li l-ewwel domanda kienet inammissibbli fir-rigward ta’ dawk id-dispożizzjonijiet ( 5 ). |
|
13. |
Madankollu, fir-rigward tad-Direttiva 2004/17 u tal-prinċipji ġenerali sottostanti din id-direttiva, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u l-prinċipju ta’ trasparenza, il-Qorti tal-Ġustizzja sabet li dawn kellhom jiġu interpretati fis-sens li ma kinux jipprekludu regoli nazzjonali li ma jipprovdux għal reviżjoni kull tant żmien tal-prezzijiet wara li jkun ingħata kuntratt fis-setturi koperti minn din id-direttiva. Minħabba dik ir-risposta l-Qorti tal-Ġustizzja qieset li t-tieni domanda kienet ipotetika. |
|
14. |
Fit-28 ta’ Ottubru 2018, wara li l-Qorti tal-Ġustizzja tat is-sentenza tagħha, ir-rikorrenti talbu lill-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat), qabel ma nżammet is-seduta pubblika fl-14 ta’ Novembru 2018, jagħmel domandi ġodda lill-Qorti tal-Ġustizzja għal deċiżjoni preliminari. Fil-mertu, ir-rikorrenti jsostnu li, fis-sentenza tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja ma ħaditx pożizzjoni dwar jekk servizzi ta’ tindif kellhomx rabta funzjonali mas-servizz tat-trasport. Huma nnotaw li, fis-sentenza tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja assumiet li, kif kien stipulat fl-istedina inizjali għal offerti, iż-żmien tar-relazzjoni kuntrattwali ma setax ikun estiż. Madankollu, dan ma jirriflettix il-qagħda fl-Italja fejn kuntratti ta’ servizz sikwit jiġu estiżi minn awtoritajiet pubbliċi, xi drabi b’mod indefinit, u b’hekk tinħoloq sitwazzjoni ta’ żbilanċ kuntrattwali. Sabiex isostnu l-pożizzjoni tagħhom ir-rikorrenti jistrieħu fuq il-premessi 9, 10 u 45 tad-Direttiva 2004/17, kif ukoll fuq l-Artikolu 57 tagħha. |
|
15. |
Skont il-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat), li, għal darba oħra, huwa l-qorti tar-rinviju fil-kawża prinċipali, ir-rikorrenti għamlu, għalhekk, domandi ulterjuri għal deċiżjoni preliminari. Madankollu, il-qorti tar-rinviju għandha dubju jekk, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, hija għandhiex tagħmel dawk id-domandi lill-Qorti tal-Ġustizzja taħt it-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE. Hija tqis li l-obbligu ta’ qorti tal-aħħar istanza li tressaq domanda għal deċiżjoni preliminari ma jistax jinfired minn sistema ta’ “ostakoli proċedurali” li tagħti inċentiv lill-partijiet sabiex jissottomettu “darba għal dejjem” lill-qorti nazzjonali l-aspetti tad-dritt nazzjonali li huma jqisu li jkunu inkonsistenti mad-dritt tal-Unjoni. Inkella, il-proposta suċċessiva u kontinwa ta’ domandi għal deċiżjoni preliminari – minbarra li tista’ sservi ta’ użu ħażin u, f’każijiet estremi, verament ta’ “abbuż tal-proċedura” – għandha fl-aħħar mill-aħħar, bħala riżultat tal-obbligu li ssir talba għal deċiżjoni preliminari, tirrendi bla siwi d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja u timmina l-prinċipju li proċeduri ġudizzjarji għandhom ikunu konklużi malajr u b’mod effettiv. |
|
16. |
Huwa f’dan il-kuntest fattwali u legali li l-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat) għamel id-domandi segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja għal deċiżjoni preliminari:
|
|
17. |
Osservazzjonijiet bil-miktub kienu sottomessi mir-rikorrenti, mir-RFI, mill-Gvern Taljan u mill-Kummissjoni Ewropea. Dawk il-partijiet ikkonċernati, flimkien mal-Gvern Ġermaniż u mal-Gvern Franċiż, kollha ħadu sehem fis-seduta li nżammet fil-15 ta’ Lulju 2020. |
IV. Analiżi
|
18. |
Konformi mat-talba tal-Qorti tal-Ġustizzja, dawn il-konklużjonijiet ser jiffokaw fuq l-ewwel domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju. Dik id-domanda għandha żewġ strati. Minn naħa, mit-test tagħha, l-ewwel domanda tista’ forsi tinqara bħala li sempliċement tistaqsi jekk qorti nazzjonali tal-aħħar istanza hijiex obbligata tressaq talba f’kuntest fattwali speċifiku li jkollu tliet elementi: (i) meta d-domanda ssir minn waħda mill-partijiet; (ii) meta d-domanda ssir wara li parti tkun ippreżentat id-dikjarazzjoni inizjali tagħha; u (iii) ukoll wara li tkun diġà saret talba għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja. Mhux diffiċli tingħata risposta għal dawn id-domandi. Ir-risposti, tabilħaqq, jirriżultaw mill-ġurisprudenza stabbilita sewwa tal-Qorti tal-Ġustizzja (kif ser nuri fit-Taqsima A iktar ’il quddiem). |
|
19. |
Min-naħa l-oħra, ma naħsibx li tali risposta tagħmel ġustizzja mal-kwistjonijiet li realment qajmet il-qorti tar-rinviju. Dik il-ġurisdizzjoni tinnota li hemm kwistjonijiet addizzjonali li l-partijiet qajmu li jistgħu fil-fatt jiġu riżolti abbażi tar-risposta mogħtija diġà mill-Qorti tal-Ġustizzja. Madankollu, il-qorti tar-rinviju tirrikonoxxi wkoll li hemm kwistjonijiet ġodda li ma jistgħux jitwarrbu b’dan il-mod. Dwar dawk il-kwistjonijiet addizzjonali l-qorti tar-rinviju tinnota li, minħabba li hija stess kienet qorti tal-aħħar istanza skont id-dritt nazzjonali, hija kienet obbligata tressaq talba lill-Qorti tal-Ġustizzja minħabba li kienet ġiet quddiemha kwistjoni ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni ( 6 ). |
|
20. |
F’dan l-istadju, il-kwistjoni usa’ tal-ewwel domanda toħroġ b’mod sħiħ: fil-każijiet kollha fejn ikun għad hemm dubji dwar l-applikazzjoni korretta tad-dritt tal-Unjoni f’dak il-każ partikolari, irrispettivament minn jekk tkunx diġà tressqet talba qabel għal deċiżjoni preliminari fl-istess kawża, huma koperti mid-dmir ta’ rinviju, li huwa r-responsabbiltà tal-qrati tal-aħħar istanza? Liema hija l-portata xieraq tad-dmir li titressaq domanda għal deċiżjoni preliminari u l-eċċezzjonijiet għalih, partikolarment fir-rigward ta’ każijiet bħal dan fil-kawża prinċipali? |
|
21. |
Sabiex nissuġġerixxi risposta għal dik id-domanda, nibda billi niddeskrivi l-limiti kurrenti tad-dmir ta’ rinviju u l-eċċezzjonijiet għalih (B). Wara, ser neżamina l-problemi differenti kif miġjuba minn dik il-ġurisprudenza, ma’ dawk il-problemi li sussegwentement qegħdin jiġu ddefiniti mill-ġdid bħala r-raġunijiet li għalihom nissuġġerixxi li l-Qorti tal-Ġustizzja tartikola d-dmir ta’ rinviju f’dawl differenti (C). Fl-aħħar nett, ser nagħlaq bi proposta speċifika f’dan ir-rigward (D). |
A. L-istrati
|
22. |
L-elementi msemmija mill-qorti tar-rinviju huma relatati mat-tliet domandi: (i) ir-rwol tal-partijiet meta jressqu domanda; (ii) il-waqt meta għanda ssir id-domanda b’rabta mad-diversi stadji li minnhom tista’ tkun komposta proċedura ġudizzjarju nazzjonali; u (iii) il-possibbiltà ta’ tieni talba għal deċiżjoni preliminari fl-istess proċeduri. Kieku dawn it-tliet kwistjonijiet jitqiesu bħala tliet domandi differenti, u mhux bħala tliet speċifikazzjonijiet tal-istess domanda, ir-risposta għalihom tista’ faċilment tkun dedotta mill-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
1. L-istrat estern: huwa dejjem għall-qorti nazzjonali li tiddeċiedi
|
23. |
L-ewwel nett, jekk qorti tar-rinviju tqisx li tkun meħtieġa deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex hija tagħti sentenza, huwa esklużivament għal dik il-qorti li tiddeċiedi. Ċertament, qorti nazzjonali, bħal kull qorti oħra, aktarx tisma’ kif jaħsbuha l-partijiet dwar l-opportunità li titressaq talba għal deċiżjoni preliminari. Madankollu, l-Artikolu 267 TFUE stabbilixxa kooperazzjoni diretta bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-qrati nazzjonali permezz ta’ proċedura, li hija kompletament indipendenti minn kull inizjattiva min-naħa tal-partijiet ( 7 ). Għalhekk, is-sempliċi fatt li parti fit-tilwima fil-kawża prinċipali tkun qajmet ċerti kwistjonijiet tad-dritt tal-Unjoni ma jobbligax lill-qorti kkonċernata tqis li tkun saret domanda fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE, li jirrendi rinviju obbligatorju ( 8 ). Għall-kuntrarju, dan ifisser ukoll li qorti nazzjonali tista’ tressaq talba għal deċiżjoni preliminari ex officio ( 9 ). |
|
24. |
It-tieni nett, huwa wkoll għall-qorti nazzjonali biss li tiddeċiedi meta jkun floku titressaq talba lill-Qorti tal-Ġustizzja għal deċiżjoni preliminari ( 10 ). Il-qorti nazzjonali tkun fl-aħjar pożizzjoni sabiex tapprezza f’liema stadju tal-proċeduri hija tkun teħtieġ deċiżjoni preliminari mingħand il-Qorti tal-Ġustizzja ( 11 ). Il-Qorti tal-Ġustizzja jkun jeħtiġilha biss li t-tilwima tkun pendenti fiż-żmien tat-talba għal deċiżjoni preliminari ( 12 ). |
|
25. |
Ċertament, mill-mod kif taraha l-Qorti tal-Ġustizzja, u x-xewqa tagħha li tgħin lill-qorti tar-rinviju f’kollox kemm jista’ jkun, sitwazzjonijiet li fihom il-qorti nazzjonali tiddeċiedi li tressaq rinviju għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja biss wara li tilwima u l-implikazzjonijiet tagħha kollha jkunu mmaterjalizzaw għalkollox quddiem dik il-qorti ma jistgħux għajr ikunu milqugħa. Għalhekk, f’xi każijiet, amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja tista’ teħtieġ li l-Qorti tal-Ġustizzja tiġi adita biss wara li ż-żewġ partijiet fit-tilwima jkunu nstemgħu mill-qorti tar-rinviju. Madankollu, dan ċertament mhux, fih u minnu nnifsu, kundizzjoni imposta minn din il-Qorti tal-Ġustizzja ( 13 ). |
|
26. |
B’mod simili, ma naħsibx li l-Qorti tal-Ġustizzja topponi regoli jew dispożizzjonijiet nazzjonali li jkunu jeħtieġu jew jitolbu r-ragruppament ta’ proċeduri, b’mod partikolari quddiem qrati tal-appell jew supremi, billi tobbliga lill-partijiet iressqu argumenti ġodda jew addizzjonali f’ċertu waqt jew stadju tal-proċedura ġudizzjarja. Madankollu, huwa minnu li fl-imgħoddi l-Qorti tal-Ġustizzja b’mod ġenerali kienet topponi jekk tali skadenzi jew ragruppament ta’ proċeduri kienu jagħmluha effettivament impossibbli għall-qrati nazzjonali li jqajmu kwistjonijiet ta’ kompatibbiltà ta’ regoli nazzjonali mad-dritt tal-Unjoni ( 14 ). |
|
27. |
Il-loġika tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f’dan il-qasam hija intiża għalhekk, li tiżgura li regoli nazzjonali ta’ proċedura ma jżommux milli jitqajmu punti tad-dritt tal-Unjoni, b’talba għal deċiżjoni preliminari li potenzjalment issir mingħajr ma jitqies l-istadju tal-proċeduri. F’termini prattiki, dan jista’ jwassal sabiex potenzjalment titwarrab kull regola nazzjonali restrittiva ( 15 ). |
|
28. |
Madankollu, fil-kuntest ta’ dan il-każ, donnu jidher li l-kwistjoni dwar jekk potenzjalment setax jinqala’ lok għad-dmir ta’ rinviju skont l-Artikolu 267 TFUE, “anki jekk din il-kwistjoni tiġi proposta [lill-qorti nazzjonali] minn waħda mill-partijiet fil-kawża wara l-ewwel att promotur tagħha jew wara n-nota tagħha għal komparizzjoni fil-kawża, wara li l-kawża tkun instegħmet għall-ewwel darba”, qiegħda titqajjem bil-ħsieb ta’ riżultat differenti. F’dan il-każ, jidher li fil-fatt ma hemm ebda regola ta’ limitazzjoni fid-dritt nazzjonali, u l-partijiet, mid-dehra, jitħallew jibdew jiddiskutu (mill-ġdid) elementi quddiem il-qorti tar-rinviju li diġà kienu s-suġġett ta’ talba għal deċiżjoni preliminari. Madankollu, tkun ħaġa stramba ħafna, biex ma ngħidx iżjed, kieku wieħed kellu jibda jsejjaħ il-linja ta’ ġurisprudenza “permissiva”, imsemmija iktar ’il fuq, li dejjem insistiet b’mod kategoriku li l-imħallfin nazzjonali huma kompletament liberi jqajmu kull punt tad-dritt tal-Unjoni f’kull stadju tal-proċeduri sabiex f’daqqa waħda jsibu r-riżultat oppost: sabiex iwaqqfu kull diskussjoni ulterjuri permessa skont id-dritt nazzjonali wara deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li tkun waslet fil-livell nazzjonali. |
|
29. |
It-tielet nett, dan kien ikun skomdu ħafna mal-mod tradizzjonali kif il-Qorti tal-Ġustizzja kienet tqis it-tielet element identifikat mill-qorti tar-rinviju: il-possibbiltà li wieħed isaqsi mill-ġdid. Dwar dan, il-Qorti tal-Ġustizzja dejjem insistiet li l-qrati nazzjonali jibqgħu liberi jressqu kwistjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jekk huma jqisu sewwa li jagħmlu hekk; u l-fatt li d-dispożizzjonijiet li tagħhom tkun qiegħda tintalab l-interpretazzjoni jkunu diġà ġew interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja ma jċaħħadx lill-Qorti tal-Ġustizzja mill-ġurisdizzjoni li tagħti deċiżjoni ulterjuri ( 16 ). |
|
30. |
L-istess japplika għall-istess proċeduri nazzjonali. Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, “[t]ali rinviju jista’ jkun ġustifikat meta l-qorti nazzjonali tiltaqa’ ma’ diffikultajiet fir-rigward tal-komprensjoni jew ta’ l-applikazzjoni tas-sentenza, meta hija tagħmel domanda ġdida dwar punt ta’ dritt jew inkella meta hija tissottometti lill-Qorti tal-Ġustizzja elementi ta’ evalwazzjoni ġodda li jistgħu jwassluha sabiex tagħti risposta differenti għal domanda li tkun diġà saret” ( 17 ). Għalhekk, rinviju ġdid huwa dejjem possibbli, dwar l-istess dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, iżda wkoll potenzjalment dwar dispożizzjonijiet jew kwistjonijiet differenti fl-istess proċeduri. |
|
31. |
Isegwi li r-risposta qasira għall-ewwel domanda hija li talba għal deċiżjoni preliminari tista’ ssir f’kull żmien, irrispettivament minn sentenza preliminari preċedenti tal-Qorti tal-Ġustizzja mogħtija fl-istess proċeduri, sakemm l-qorti tar-rinviju tkun tqis li r-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja tkun meħtieġa sabiex tgħinha tagħti sentenza. Dik id-deċiżjoni għandha dejjem tittieħed mill-qorti nazzjonali, fid-dawl ta’ kull dubju raġonevoli li hija jista’ jkollha dwar l-applikazzjoni korretta tad-dritt tal-Unjoni fil-kawża quddiemha. |
2. L-istrat iktar profond: għandhom il-kwistjonijiet kollha jiġu rrinvijati?
|
32. |
Fil-qosor, dan kollu jibqa’ fil-kompetenza esklużiva tal-qorti tar-rinviju u l-evalwazzjoni tagħha tal-ħtieġa (suġġettiva) tagħha li titlob gwida ulterjuri mingħand il-Qorti tal-Ġustizzja. Madankollu, hija verament din ir-risposta? Jew hija din id-dikjarazzjoni pjuttost id-deskrizzjoni tal-problema? Tabilħaqq, għad għandu jibqa’ jkun hemm dmir ta’ rinviju f’kawżi bħal din? |
|
33. |
Meqjusa f’dan il-kuntest, l-ewwel domanda tal-qorti tar-rinviju tilħaq strat ieħor, wisq iktar profond. Dan huwa enfasizzat iktar mill-fatt li t-tliet elementi kollha diskussi fit-taqsima preċedenti, bħala domandi awtonomi, jinsabu fl-istess waqt fil-kawża prinċipali. Għalhekk, il-kwistjoni ssir waħda dwar jekk il-qorti tar-rinviju tkunx għadha, minkejja dawn iċ-ċirkustanzi kollha, obbligata tagħmel talba għal deċiżjoni preliminari. |
|
34. |
Għalhekk, ma nħossx li tali domanda tista’ b’mod sewwa tingħata risposta bil-mod deskritt fit-taqsima preċedenti. Ukoll ma naħsibx li tista’ tingħata risposta billi nissuġġerixxi li dan il-każ għandu x’jaqsam biss mas-saħħa vinkolanti ta’ u mar-rispett għal sentenza preċedenti tal-Qorti tal-Ġustizzja. Ċertament huma minnu li, diġà sa mis-sentenza Da Costa ( 18 ), u kif din wara kienet ikkonsolidata bis-sentenza CILFIT ( 19 ), l-awtorità ta’ interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 267 TFUE tista’ ċċaħħad dak l-obbligu mill-għan tiegħu u, għalhekk, tneħħilu l-mertu tiegħu ( 20 ). Dan huwa a fortiori l-każ meta l-kwistjoni mqajma tkun essenzjalment l-istess bħal kwistjoni li kienet diġà s-suġġett ta’ deċiżjoni preliminari fl-istess proċeduri nazzjonali ( 21 ). |
|
35. |
Madankollu, il-qorti tar-rinviju qalet b’mod ċar li, parzjalment, hija għandha quddiemha elementi ġodda u addizzjonali dwar il-każ li ma kinux indirizzati qabel mill-Qorti tal-Ġustizzja. Għalhekk, il-kwistjoni ma tikkonċernax l-evitar ta’ deċiżjoni preċedenti tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
|
36. |
F’kuntest bħal dan, ikun impossibbli jingħad li d-dritt tal-Unjoni jipprekludi l-prassi Taljana li l-partijiet jingħataw l-opportunità jagħmlu s-sottomissjonijiet tagħhom b’rabta ma’ risposta li tkun waslet minn qorti superjuri dwar talba magħmula bħala parti minn dawk il-proċeduri. Fis-seduta l-Gvern Taljan qal li din ma kinitx biss il-prassi adottata fir-rigward ta’ risposta li tkun waslet mill-Qorti tal-Ġustizzja, iżda wkoll dwar risposta li tkun waslet mill-qorti kostituzzjonali nazzjonali insegwitu għal domanda dwar kostituzzjonalità magħmula minn imħallef nazzjonali. F’ċirkustanzi bħal dawn il-partijiet fil-kawża prinċipali jingħataw leħen dwar il-konsegwenzi li jkollhom jinsiltu għall-każ tagħhom fid-dawl tal-gwida mogħtija minn ġurisdizzjoni superjuri. |
|
37. |
Fil-qosor, sakemm il-Qorti tal-Ġustizzja ma tkunx tixtieq tiddikjara mill-ġdid l-ovvju mingħajr ma tidħol fl-istrat profond ta’ din il-kawża, jew sakemm hija ma jkollhiex teżamina mill-ġdid pjuttost radikalment xi wħud mill-elementi li għadhom kif issemmew, nissuġġerixxi li diskussjoni dwar in-natura u l-portata tad-dmir li titressaq talba għal deċiżjoni preliminari tkun iġġustifikata fil-kuntest ta’ din il-kawża. Il-partijiet ikkonċernati ppreżentaw fehmiet differenti dwar il-materja. |
|
38. |
Fis-sottomissjonijiet tagħhom, ir-rikorrenti u l-konvenuta fil-kawża prinċipali ffokaw primarjament fuq it-tieni u t-tielet domanda. Fuq l-ewwel domanda r-rikorrenti jsostnu li talbiet għal deċiżjoni preliminari huma żejda meta hemm ġurisprudenza stabbilita, sakemm il-preċedenti ġudizzjarju rilevanti ma jkunux antiki żżejjed, jew argumenti ġodda ma jkunux tressqu quddiem il-qorti tar-rinviju, kif huwa l-każ fil-kawża prinċipali. Il-konvenuta hija tal-fehma li l-qorti tar-rinviju ma kellhiex tirrinvija kwistjonijiet ġodda minħabba li l-interpretazzjoni tar-regoli tad-dritt tal-Unjoni inkwistjoni kienet ċara u li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja diġà kienet ipprovdiet risposta. |
|
39. |
Il-Gvernijiet tal-Ġermanja, ta’ Franza u tal-Italja, kif ukoll il-Kummissjoni lkoll jindirizzaw l-ewwel domanda f’iktar dettall, billi ppreżentaw firxa ta’ fehmiet. Il-Gvern Ġermaniż u l-Kummissjoni jqisu li ma hemmx raġuni għala b’xi mod is-sentenza CILFIT kellha tiġi eżaminata mill-ġdid. Il-Gvern Ġermaniż jisħaq li l-kriterji tas-sentenza CILFIT kienu għaddew mill-għarbiel taż-żmien u kellhom jinżammu. |
|
40. |
Il-Gvern Taljan għamel sejħa sabiex jintlaħaq bilanċ aħjar bejn id-dmir ta’ rinviju mal-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja. Skont dak il-gvern, qrati tal-aħħar istanza jkunu qegħdin jiksru t-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE biss jekk huma jonqsu milli jqisu kwistjonijiet tad-dritt tal-Unjoni mqajma mill-partijiet jew jiddikjarawhom, mingħajr motivazzjoni, infondati. Dak il-gvern jifhem li tali motivazzjoni hija kruċjali. Hija tista’ ttaffi l-ħtija mġarrba mill-Istati Membri għan-nuqqas tal-qrati tal-aħħar istanza tagħhom li jwettqu rinviju. |
|
41. |
Il-Gvern Franċiż issuġġerixxa li l-kriterji tas-sentenza CILFIT għandhom jiġu interpretati (mill-ġdid) fid-dawl tal-għan globali tal-Artikolu 267 TFUE u fid-dawl tal-istat kurrenti tad-dritt tal-Unjoni, meqjusa l-bidliet strutturali li seħħew. Id-dmir ta’ rinviju għandu jiffoka fuq kwistjonijiet importanti ta’ interpretazzjoni u fuq kwistjonijiet li jistgħu jagħtu lok għal interpretazzjonijiet diverġenti fl-Unjoni, mhux neċessarjament fuq każijiet individwali fl-Istati Membri. Id-dmir ta’ rinviju ma għandux jiskatta minħabba kwistjonijiet dwar l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. Tali dmir għandu jinżamm biss għal kwistjonijiet ġenerali jew għal kwistjonijiet li, għalkemm iktar teoretiċi, ikunu jeħtieġu li l-Qorti tal-Ġustizzja tistabbilixxi qafas ġenerali ta’ analiżi jew il-kriterji ta’ motivazzjoni legali. Għalkemm qrati tal-aħħar istanza għadhom jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu rinviju ta’ tipi oħra ta’ kwistjonijiet, ir-rekwiżiti ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja u l-għoti ta’ sentenzi fi żmien raġonevoli għandhom jitqiesu minn qrati nazzjonali, b’mod partikolari meta l-Qorti tal-Ġustizzja tkun tat deċiżjoni preliminari inizjali fl-istess proċeduri. |
B. Is-sentenza CILFIT (u d-dixxendenti tagħha)
|
42. |
Skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE, qrati jew tribunali ta’ Stat Membru li kontra d-deċiżjonijiet tagħhom ma jkun hemm ebda rimedju ġudizzjarju taħt il-liġi nazzjonali huma fid-dmir li jirrinvjaw kwistjonijiet dwar l-interpretazzjoni jew dwar il-validità tad-dritt tal-Unjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja. |
|
43. |
Għaldaqstant, fit-test tat-Trattati hemm ċarament dmir li qrati tal-aħħar istanza ( 22 ) jressqu kwistjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja kif previst fl-ewwel paragrafu ta’ dak l-artikolu. Madankollu, kif huwa l-każ f’għadd ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt primarju, il-bqija jsir sempliċement bis-saħħa tal-ġurisprudenza. |
|
44. |
L-ewwel nett, testwalment it-Trattat ma jiddistingwix bejn kwistjonijiet ta’ interpretazzjoni u kwistjonijiet ta’ validità f’termini tal-portata tal-obbligu ta’ rinviju. Madankollu, dwar kwistjonijiet dwar validità, il-Qorti tal-Ġustizzja qalet li l-qrati nazzjonali kollha, jiġifieri mhux biss dawk tal-aħħar istanza, għandhom l-obbligu, mingħajr riżerva, li jirrinvijaw tali kwistjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja. Qrati nazzjonali ma għandhomx ġurisdizzjoni huma stess sabiex jiddeterminaw il-validità tal-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni ( 23 ). Ir-rekwiżit ta’ uniformità huwa partikolarment essenzjali fejn ikun hemm dubji dwar il-validità ta’ att tal-Unjoni. Differenzi bejn qrati tal-Istati Membri dwar il-validità ta’ atti tal-Unjoni jistgħu jipperikolaw l-unità essenzjali tal-ordinament ġuridiku tal-Unjoni u jimminaw ir-rekwiżit fundamentali ta’ ċertezza legali ( 24 ). |
|
45. |
Tali kunsiderazzjonijiet iqiegħdu kwistjonijiet dwar il-validità ta’ atti tad-dritt tal-Unjoni f’linja differenti u separata. B’mod kruċjali, minħabba li r-raġuni għad-dmir kategoriku għall-qrati nazzjonali kollha li jirrinvijaw kull kwistjoni dwar validità lill-Qorti tal-Ġustizzja hija differenti mir-raġunijiet għad-dmir ta’ rinviju ta’ kwistjonijiet ta’ interpretazzjoni, l-istess huwa minnu għall-eċċezzjonijiet tagħhom. L-eċċezzjonijiet tas-sentenza CILFIT ma humiex applikabbli għad-dmir ta’ rinviju ta’ kwistjoni dwar validità ( 25 ). |
|
46. |
Għandu jiġi enfasizzat diġà f’dan l-istadju li d-diskussjoni segwenti f’dawn il-konklużjonijiet tirrigwarda esklużivament talbiet għal deċiżjoni preliminari dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. |
|
47. |
It-tieni nett, ikun ġust nammetti li mill-formulazzjoni tiegħu t-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE jistabbilixxi dmir ta’ rinviju vinkolanti u kategoriku għall-qrati nazzjonali tal-aħħar istanza, mingħajr ebda eċċezzjoni: “meta l-kwistjoni titqajjem […] dik il-qorti […] [għandha tirreferi] l-kwistjoni lill-Qorti.” F’dan ir-rigward, hija l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li effettivament annotat l-eċċezzjonijiet tas-sentenza CILFIT dwar kwistjonijiet ta’ interpretazzjoni. |
|
48. |
Ċertament m’iniex insemmi dan il-punt sabiex ninsinwa li tali eċċezzjonijiet huma skorretti jew illegali. Bil-kontra, dawn huma, fil-fatt, meħtieġa. Madankollu, ir-raġuni għax-xewqa tiegħi li nirrileva dan bħala punt preliminari għad-diskussjoni li ġejja huwa sabiex nenfasizza l-fatt li fir-rigward tan-natura u l-portata tad-dmir ta’ rinviju, jew tal-eċċezzjonijiet għal dak id-dmir, l-argument li “dan ma jistax jinbidel minħabba li huwa miktub hekk fit-Trattat” huwa daqsxejn stramb. F’dak li jirrigwarda x’inhi l-portata eżatt tad-dmir li titressaq talba għal deċiżjoni preliminari, l-Artikolu 267 TFUE huwa partikolarment miftuħ testwalment. F’dak li jirrigwarda l-eċċezzjonijiet għal dak id-dmir, it-Trattat huwa kompletament sieket. Sabiex inkun iktar preċiż, jekk wieħed jixtieq ikun testwalista fastidjuż, wieħed jista’ anki jissuġġerixxi li l-formulazzjoni tal-Artikolu 267 TFUE ma tħalli jkun hemm ebda eċċezzjoni għad-dmir ta’ rinviju. |
1. Ir-raġunijiet għad-dmir ta’ rinviju
|
49. |
F’termini ġenerali, “Is-sistema stipulata fl-Artikolu 267 TFUE tistabbilixxi […] kooperazzjoni diretta bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-qrati nazzjonali li fl-ambitu tagħha dawn tal‑aħħar jipparteċipaw mill-qrib fl-applikazzjoni tajba u l-interpretazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll fil-protezzjoni tad-drittijiet mogħtija minn dan l-ordinament ġuridiku lill-individwi” ( 26 ). |
|
50. |
Madankollu, it-Trattat jitlob iktar mill-qrati nazzjonali tal-aħħar istanza, koperti mit-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE, milli minn kull qorti jew tribunal taħt it-tieni paragrafu tiegħu. Għandu jkun hemm, għalhekk, xi raġunijiet strutturali, ulterjuri għaliex, flimkien mad-diskrezzjoni li jagħmlu rinviju, disponibbli għall-qrati jew tribunali nazzjonali kollha, qrati tal-aħħar istanza għandhom dmir ta’ rinviju. |
|
51. |
Ir-raġuni strutturali għall-obbligu impost fuq il-qrati tal-aħħar istanza kienet iddikjarata kmieni fis-sentenza Hoffmann-Laroche: “sabiex ma jitħalliex jitwaqqf fi kwalunkwe Stat Membru korp ta’ ġurisprudenza nazzjonali li ma jkunx jaqbel mar-regoli tad-dritt tal-Unjoni” ( 27 ) [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Fi kliem ieħor, l-għan speċjali tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE huwa l-ħtieġa “sabiex jevita li jkun hemm diverġenzi fil-ġurisprudenza tal-[Unjoni], f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kwistjonijiet tad-dritt [tal-Unjoni]” ( 28 ). Il-limitazzjoni ta’ dak l-obbligu għal qrati tal-aħħar istanza hija speċifikament iġġustifikata mill-fatt li “qorti li tiddeċiedi fl-aħħar istanza tikkostitwixxi, mid-definizzjoni tagħha stess, l-aħħar istanza li quddiemha l-individwi jistgħu jinvokaw id-drittijiet mogħtija lilhom mid-dritt tal-Unjoni. Il-qrati li jiddeċiedu fl-aħħar istanza għandhom jiżguraw li, fuq livell nazzjonali, tingħata interpretazzjoni uniformi tar-regoli ta’ dritt.” ( 29 ) |
|
52. |
Għalhekk, minbarra x-xewqa li l-qorti nazzjonali tkun assistita fl-interpretazzjoni jew fl-applikazzjoni korretta tad-dritt tal-Unjoni fil-każ individwali, li jidher li hija l-loġika kumplessiva tal-Artikolu 267 TFUE, il-loġika tal-obbligu ta’ rinviju kienet iddikjarata f’termini strutturali u sistemiċi: sabiex tkun evitata diverġenza fil-ġurisprudenza tal-Unjoni. Loġikament allura, dak l-għan ikun segwit l-aħjar fil-livell ta’ dawk il-qrati nazzjonali li huma stess huma fdati bl-għan li jiżguraw l-unità fil-livell nazzjonali. |
|
53. |
Madankollu, ikun ġust jiġi rrikonoxxut li fid-dikjarazzjonijiet (u fil-prassi ta’ applikazzjoni) tal-Qorti tal-Ġustizzja tul is-snin ir-raġuni għad-dmir ta’ rinviju mhux dejjem kienet espressa f’tali termini konsistenti. Xi drabi t-termini użati huma interpretazzjoni u applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni ( 30 ); xi drabi t-terminu huwa applikazzjoni xierqa jew korretta u interpretazzjoni uniformi ( 31 ); xi drabi anki sempliċement applikazzjoni uniformi ( 32 ). |
|
54. |
Dawn jistgħu jkunu sempliċement alterazzjonijiet mhux intenzjonati fil-formulazzjoni użata. Madankollu, f’okkażjonijiet oħra, huma jindikaw diskrepanza iktar fonda. Jagħtu ħjiel ta’ tensjoni kontinwa dwar kif għandu jkun interpretat b’mod differenti l-obbligu tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE mill-possibbiltà tat-tieni paragrafu. |
|
55. |
Il-possibbiltà skont it-tieni paragrafu, kif ukoll l-għan ġenerali tal-proċedura ta’ deċiżjonijiet preliminari, hija bla dubju sabiex ikunu assistiti l-qrati nazzjonali sabiex jirriżolvu każijiet individwali li jkunu jinvolvu elementi tad-dritt tal-Unjoni. Dak “l-għan mikro” iffokat fuq il-każ ċertament jaqdi, maż-żmien, “l-għan makro” li huwa l-iktar sistemiku tal-proċedura ta’ deċiżjonijiet preliminari. Gradwalment jibni sistema ta’ preċedenti (jew, fil-lingwa tal-Qorti tal-Ġustizzja, ġurisprudenza stabbilita), li tgħin sabiex id-dritt tal-Unjoni jkun applikat b’mod uniformi mal-Unjoni kollha. |
|
56. |
Madankollu, jista’ l-obbligu ta’ rinviju jinftiehem bħala sempliċi estensjoni tal-possibbiltà li jsir rinviju; bħala tentattiv sabiex jiġu identifikati istanzi li fihom xi ħaġa li jkollha bħala l-bażi tagħha l-għażla ta’ rinviju f’daqqa waħda ssir obbligu strutturali fejn l-imħallef individwali nazzjonali, li jista’ jkollu “dubju suġġettiv”, f’daqqa waħda jsib lilu nnifsu fi “ħtieġa oġġettiva” ta’ assistenza mill-Qorti tal-Ġustizzja? |
2. L-eċċezzjonijiet għad-dmir
|
57. |
Is-sentenza CILFIT kienet tikkonċerna tilwima bejn importaturi tas-suf u l-Ministeru tas-Saħħa Taljan dwar il-ħlas ta’ imposta għal spezzjoni sanitarja ta’ suf impurtat minn barra (dak li qabel kienet) il-Komunità. L-importaturi straħu fuq dispożizzjoni ta’ regolament li kien jipprojbixxi li l-Istati Membri milli jimponu imposta b’effett ekwivalenti għal dazju doganali fuq ċerti prodotti importati tal-annimali. Il-Ministeru għas-Saħħa sostna li s-suf ma kienx inkluż taħt it-Trattat u, għalhekk, ma kienx suġġett għal dak ir-regolament. |
|
58. |
F’dan il-kuntest, il-Corte Suprema di Cassazione (il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni, l-Italja) ressqet domanda dwar l-interpretazzjoni tat-tielet paragrafu ta’ dak li kien l-Artikolu 177 tat-Trattat KEE (illum l-Artikolu 267 TFUE), billi staqsiet essenzjalment jekk l-obbligu ta’ rinviju kienx awtomatiku jew suġġett għall-kundizzjoni li qabel ikun instab li kien hemm dubju raġonevoli ta’ interpretazzjoni. Skont il-Ministeru għas-Saħħa, l-interpretazzjoni tar-regolament kienet tant ovvja li kienet teskludi l-possibbiltà ta’ dubju ta’ interpretazzjoni u b’hekk kienet telimina l-ħtieġa li l-domanda titressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. L-importaturi kkonċernati sostnew li, minħabba li kienet qamet kwistjoni dwar l-interpretazzjoni ta’ regolament quddiem qorti suprema, li kontra d-deċiżjonijiet tagħha ma kien hemm ebda rimedju ġudizzjarju taħt il-liġi nazzjonali, dik il-qorti ma setgħetx taħrab mill-obbligu li tagħmel id-domanda lill-Qorti tal-Ġustizzja. |
|
59. |
Fis-sentenza tagħha l-Qorti tal-Ġustizzja l-ewwel fakkret l-għan tal-obbligu ta’ rinviju, li kien imwaqqaf “sabiex tiġi assigurata l-applikazzjoni xierqa u l-interpretazzjoni uniformi tad-dritt Komunitarju fl-Istati Membri kollha […] It-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 177 huwa intiż, b’mod partikolari, sabiex jevita li jkun hemm diverġenzi fil-ġurisprudenza tal-Komunità, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kwistjonijiet ta’ dritt Komunitarju. Għalhekk, fid-dawl ta’ dawn l-għanijiet, il-portata ta’ dan l-obbligu għandha tiġi evalwata […]” ( 33 ). |
|
60. |
Wara dan, meqjusa dawk l-għanijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-obbligu ta’ rinviju ma huwiex assolut. Hija stabbilixxiet tliet eċċezzjonijiet għall-obbligu ta’ rinviju ta’ qrati tal-aħħar istanza. |
|
61. |
L-ewwel nett, qrati tal-aħħar istanza ma humiex obbligati jressqu domanda dwar interpretazzjoni “jekk dik il-kwistjoni ma tkunx rilevanti, jiġifieri, fil-każijiet li, tkun xi tkun ir-risposta għal dik il-kwistjoni, din ma jista’ jkollha l-ebda effett fuq l-eżitu tal-kawża” ( 34 ). |
|
62. |
Naqbel li diskussjoni dwar jekk din hijiex fil-fatt eċċezzjoni għal dmir jew pjuttost konferma tal-fatt li ma jeżistix dmir, hija għalkollox possibbli. Jekk ma hemmx kwistjoni (rilevanti) tad-dritt tal-Unjoni, x’għandu jew anki x’jista’ allura wieħed jistaqsi? Meta d-domanda magħmula tkun irrilevanti għall-eżitu tal-kawża prinċipali, mhux biss ma jkunx hemm dmir ta’ rinviju, iżda tali domanda tkun sempliċement inammissibbli ( 35 ). |
|
63. |
Madankollu, naħseb li l-ewwel “eċċezzjoni” għandha sewwasew tkun interpretata fil-kuntest temporali tagħha. Din kienet l-ewwel darba li l-Qorti tal-Ġustizzja qalet li, minkejja l-formulazzjoni tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE, l-istess kundizzjoni li hemm fit-tieni paragrafu tiegħu tkun tapplika wkoll. Madankollu, u forsi b’mod iktar importanti, billi nbena pont bejn dawk iż-żewġ paragrafi tal-Artikolu 267 TFUE, l-ewwel eċċezzjoni ntrabtet strutturalment mal-każ individwali u mal-għan mikro tat-talba għal deċiżjoni preliminari: sabiex qorti nazzjonali (tal-ewwel u l-aħħar istanza) tkun assistita tirriżolvi tilwima partikolari pendenti quddiemha meta tqum kwistjoni tad-dritt tal-Unjoni. |
|
64. |
It-tieni nett, ma hemmx dmir ta’ rinviju meta “il-kwistjoni mqajma tkun materjalment identika għal waħda li kienet diġà s-suġġett ta’ deċiżjoni preliminari f’kawża simili” ( 36 ), u f’sitwazzjonijiet li fihom “[i]l-Qorti tal-Ġustizzja tkun diġà ttrattat il-punt ta’ dritt in kwistjoni f’deċiżjonijiet oħra, irrispettivament min-natura tal-proċeduri li jkunu wasslu għal tali deċiżjoni, anke jekk id-domandi in kwisjoni ma jkunux eżattament l-istess” ( 37 ). |
|
65. |
Din it-tieni eċċezzjoni, deskritta f’termini familjari bħala “acte éclairé” (tissejjaħ hekk f’lingwi oħra wkoll), tkopri sitwazzjonijiet li fihom ikun diġà ġie stabbilit preċedent mill-Qorti tal-Ġustizzja. Hija rriżultat bħala estensjoni tal-portata tas-sentenza Da Costa, fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li “l-awtorità ta’ interpretazzjoni […] mogħtija diġà mill-Qorti tal-Ġustizzja tista’ ċċaħħad l-obbligu [ta’ rinviju] mill-għan tiegħu u, għalhekk, tneħħilu l-mertu tiegħu” [traduzzjoni mhux uffiċjali] ( 38 ). |
|
66. |
It-tielet nett, il-Qorti tal-Ġustizzja finalment innotat li ma hemmx dmir ta’ rinviju meta “l-applikazzjoni korretta tad-dritt [tal-Unjoni] tista’ tkun tant ċara li ma tħalli l-ebda lok għal dubju raġonevoli dwar kif għandha tiġi riżolta l-kwistjoni li tkun tqajmet.” ( 39 ) Essenzjalment, dan huwa l-mod kif (probabbilment) twieldet l-eċċezzjoni l-iktar magħrufa – l-eċċezzjoni ta’ “dubju raġonevoli” jew, kif tissejjaħ ukoll f’lingwi oħra, l-eċċezzjoni ta’ “acte clair”. |
|
67. |
Il-Qorti tal-Ġustizzja għaddiet sabiex telenka diversi rekwiżiti li qorti nazzjonali għandha tkun konvinta li ġew issodisfatti sabiex tasal għall-konklużjoni li ma jkun hemm lok għal ebda dubju raġonevoli dwar kif għandha tiġi interpretata dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni inkwistjoni. Jista’ jkun dibattibbli jekk ir-rekwiżit li l-qorti jew it-tribunal nazzjonali għandhom ikunu “konvint[i] li s-sitwazzjoni tkun daqstant ċara għall-qrati ta’ l-Istati Membri l-oħra u għall-Qorti tal-Ġustizzja” ( 40 ) huwiex wieħed minn dawk ir-rekwiżiti speċifiċi, jew jekk huwiex fil-fatt xi għamla ta’ kriterju ġenerali li jagħti gwida ulterjuri dwar liema sitwazzjoni li fiha ma jkun hemm ebda dubju raġonevoli. |
|
68. |
Madankollu, jekk nassumu li dan huwa kriterju “ġenerali”, il-Qorti tal-Ġustizzja għaddiet sabiex telenka elementi addizzjonali karatteristiċi tad-dritt Komunitarju li l-qorti nazzjonali għandha tqis qabel ma tasal għal tali konklużjoni. Dawn jinkludu li: (i) “interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt Komunitarju tirrikjedi li jiġu mqabbla l-verżjonijiet lingwistiċi” ( 41 ); (ii) “kunċetti legali m’għandhomx neċessarjament l-istess tifsira fid-dritt Komunitarju bħalma għandhom fid-dritt nazzjonali tad-diversi Stati Membri” ( 42 ); (iii) “kull dispożizzjoni tad-dritt Komunitarju għandha tiġi kkunsidrata fil-kuntest tagħha u għandha tiġi interpretata fid-dawl tad-dispożizzjonijiet kollha tad-dritt Komunitarju, ta’ l-għanijiet tiegħu u ta’ l-istat ta’ evoluzzjoni tiegħu fid-data li fiha tiġi applikata d-dispożizzjoni in kwistjoni” ( 43 ). |
3. Il-prassi ta’ applikazzjoni sussegwenti (tal-Qorti tal-Ġustizzja)
|
69. |
Tul is-snin ma kienx hemm nuqqas ta’ kontribuzzjonijiet akkademiċi ( 44 ) jew anki ġudizzjarji ( 45 ) li ddiskutew jekk l-eċċezzjonijiet tas-sentenza CILFIT, u b’mod partikolari l-punti magħmula fir-rigward ta’ acte clair, kellhomx, tabilħaqq, jiġu interpretati bħala rekwiżiti, sabiex b’hekk tkun stabbilita lista’ ta’ kontrolli għall-qrati nazzjonali tal-aħħar istanza, jew jekk huma kellhomx jitqiesu iktar f’termini ta’ “sistema ta’ gwida ġenerali” jew ta’ “kaxxa ta’ għodod” ( 46 ), sabiex ma jitteħdux verbatim. |
|
70. |
Dak li huwa sinjifikattiv f’dan ir-rigward hija l-ġurisprudenza sussegwenti tal-Qorti tal-Ġustizzja nnifisha dwar din il-materja. Hemm żewġ punti li jirriżultaw minn din il-ġurisprudenza li huma partikolarment denji ta’ nota. L-ewwel nett, il-Qorti tal-Ġustizzja qatt ma kienet eżaminat mill-ġdid jew fissret is-sentenza CILFIT, minkejja li kienet ripetutament mistiedna tagħmel hekk minn għadd ta’ Avukati Ġenerali. It-tieni nett, fir-rigward ta’ kawżi li kienu jinvolvu l-vera applikazzjoni tal-kriterji tas-sentenza CILFIT, wieħed jista’ jgħid li l-prassi ta’ applikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja kienet kemxejn varjata, partikolarment matul l-aħħar għaxar snin. |
|
71. |
L-ewwel, fil-kawża Intermodal Trasports ( 47 ), il-qorti tar-rinviju talbet kjarifika dwar jekk kinitx obbligata tressaq domandi dwar l-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda (NM) f’ċirkustanzi fejn parti f’tilwima dwar klassifikazzjoni fin-NM ta’ ċertu prodott issemmi deċiżjoni minn awtorità tad-dwana stabbilita f’informazzjoni tariffarja vinkolanti (BTI) mogħtija kontra terzi fir-rigward ta’ prodott simili u fejn il-qorti tar-rinviju taħseb li l-BTI ma taqbilx man-NM. Fi kliem sempliċi, tista’ qorti titqies li jkollha dubju raġonevoli f’ċirkustanzi fejn hija jkollha opinjoni legali differenti minn dik ta’ awtorità amministrattiva ta’ Stat Membru differenti? |
|
72. |
Il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet li t-tielet eċċezzjoni tas-sentenza CILFIT (acte clair) setgħet xorta tkun issodisfatta minkejja li kien hemm interpretazzjoni diverġenti tad-dritt tal-Unjoni minn awtorità amministrattiva fi Stat Membru ieħor. Skont il-Qorti tal-Ġustizzja l-fatt li l-awtoritajiet tad-dwana ta’ Stat Membru ieħor kienu taw deċiżjoni li kienet tidher tirrifletti interpretazzjoni differenti tan-NM minn dik li l-qorti tar-rinviju qieset li hija kellha tadotta fir-rigward ta’ prodotti simili inkwistjoni f’dik it-tilwima, “[irid], bla dubju, [iwassal] lil din il-qorti biex tkun partikolarment attenta fl-evalwazzjoni tagħha fir-rigward ta’ nuqqas eventwali ta’ dubju raġonevoli rigward l-applikazzjoni korretta tan-NM” ( 48 ). Madankollu, l-eżistenza ta’ tali BTI ma setgħetx minnha nnifisha żżomm lill-qorti tar-rinviju milli tikkonkludi li l-applikazzjoni korretta ta’ intestatura tariffarja tan-NM kienet tant ovvja li ma kinitx tħalli skop għal kwalunkwe dubju raġonevoli ( 49 ). |
|
73. |
It-tieni, fis-sentenza X u van Dijk ( 50 ), il-qorti tar-rinviju (Hoge Raad der Nederluen (il-Qorti Suprema, il-Pajjiżi l-Baxxi)) staqsiet jekk, minkejja l-fatt li qorti inferjuri fil-Pajjiżi l-Baxxi kienet ressqet talba għal deċiżjoni preliminari fuq l-istess kwistjoni, il-Hoge Raad (il-Qorti Suprema) kinitx għadha tista’ legalment tiddeċiedi tilwima mingħajr ma tressaq talba lill-Qorti tal-Ġustizzja għal deċiżjoni preliminari u mingħajr ma tistenna r-risposti għad-domandi magħmula għal deċiżjoni preliminari minn dik il-qorti inferjuri. |
|
74. |
Il-Qorti tal-Ġustizzja qalet li l-eżistenza ta’ dubju dwar l-interpretazzjoni minn qorti inferjuri fi Stat Membru wieħed ma tipprekludix l-eżistenza ta’ acte clair għal qorti tal-aħħar istanza ta’ dak l-istess stat. L-ewwel hija saħqet li “huma biss il-qrati nazzjonali li d-deċiżjonijiet tagħhom ma tistax titressaq azzjoni ġudizzjarja kontrihom taħt id-dritt nazzjonali li għandhom jiddeterminaw, taħt ir-responsabbiltà proprja tagħhom u b’mod indipendenti, jekk humiex fil-preżenza ta’ ‘acte clair’” ( 51 ). Hija ddeċidiet ukoll li, “sa fejn il-fatt li qorti ta’ grad inferjuri għamlet domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja fuq l-istess kwistjoni bħal dik imqajma fit-tilwima mressqa quddiem il-qorti nazzjonali li tiddeċiedi b’mod finali ma jimplikax, minnu nnifsu, li l-kundizzjonijiet tas-sentenza [Cilfit] ma jistgħux jibqgħu jiġu ssodisfatti, b’tali mod li l-qorti msemmija l-aħħar tista’ tiddeċiedi li tastjeni li tadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja u ssolvi l-kwistjoni mqajma quddiemha taħt ir-responsabbiltà tagħha, għandu jiġi kkunsidrat li tali fatt lanqas ma jobbliga lill-qorti nazzjonali suprema tistenna r-risposta mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja għad-domanda preliminari magħmula mill-qorti ta’ grad inferjuri.” ( 52 ) |
|
75. |
It-tielet, fil-kawża Ferreira Da Silva e Brito ( 53 ), ir-rikorrenti kkontestaw, fi proċeduri għal dikjarazzjoni ta’ responsabbiltà ċivili mhux kuntrattwali kontra l-Istat Portugiż, l-interpretazzjoni ta’ “trasferiment ta’ negozju” fis-sens tad-Direttiva 2001/23/KE ( 54 ) milqugħa mis-Supremo Tribunal de Justiça (il-Qorti Suprema, il-Portugall). Skont ir-rikorrenti s-Supremo Tribunal de Justiça (il-Qorti Suprema) messha kienet konformi mal-obbligu tagħha li tagħmel rinviju u messha ssottomettiet domanda dwar dik il-kwistjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja. Il-qorti inferjuri tar-rinviju staqsiet lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk l-Artikolu 267 TFUE kellux jiġi interpretat fis-sens li, meqjus il-fatt li l-qrati inferjuri nazzjonali li kienu qegħdin jiġġudikaw il-każ kienu adottaw deċiżjonijiet kontradittorji, is-Supremo Tribunal de Justiça (il-Qorti Suprema) kienet obbligata tadixxi l-Qorti tal-Ġustizzja għal deċiżjoni preliminari b’domanda dwar l-interpretazzjoni korretta tal-kunċett ta’ “trasferiment ta’ negozju” fis-sens tad-Direttiva 2001/23. |
|
76. |
Il-Qorti tal-Ġustizzja qalet li “l-eżistenza, fiha nfisha, ta’ deċiżjonijiet kontradittorji mogħtija minn qrati nazzjonali oħra ma tistax tikkostitwixxi element determinanti li jista’ jimponi l-obbligu stipulat fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE. Il-qorti li tiddeċiedi fl-aħħar istanza tista’ fil-fatt tqis, minkejja interpretazzjoni partikolari ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni minn qrati inferjuri, li l-interpretazzjoni li hija tipproponi li tagħti lill-imsemmija dispożizzjoni, differenti minn dik adottata minn dawn il-qrati, hija l-interpretazzjoni applikabbli mingħajr ebda dubju raġonevoli.” ( 55 ) Madankollu, b’differenza minn fil-kawża X u van Dijk, fuq il-fatti stess tal-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li, bħala riżultat ta’ linji konfliġġenti ta’ ġurisprudenza f’livell nazzjonali, flimkien mal-fatt li dak il-kunċett sikwit jagħti lok għal diffikultajiet ta’ interpretazzjoni f’diversi Stati Membri, qorti jew tribunal nazzjonali li kontra d-deċiżjonijiet tagħhom ma jkun hemm ebda rimedju ġudizzjarju taħt il-liġi nazzjonali għandhom jagħmlu rinviju lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex jevitaw ir-riskju ta’ interpretazzjoni skorretta tad-dritt tal-Unjoni ( 56 ). |
|
77. |
Ir-raba’, fis-sentenza Association France Natura Environnement ( 57 ), il-Qorti tal-Ġustizzja, filwaqt li ma indirizzatx espressament il-kwistjoni ta’ dubju raġonevoli, eskludiet l-applikazzjoni tal-eċċezzjonijiet tas-sentenza CILFIT (fil-każ kemm ta’ acte clair kif ukoll ta’ acte éclairé). Fil-kuntest speċifiku fejn qorti tal-aħħar istanza tipprevedi tagħmel użu mis-setgħa eċċezzjonali li biha hija tista’ tiddeċiedi li żżomm fis-seħħ ċerti effetti ta’ miżura nazzjonali li jkunu inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja żammet approċċ strett għall-obbligu ta’ rinviju. |
|
78. |
Il-Qorti tal-Ġustizzja l-ewwel tenniet il-kriterji għall-eżistenza ta’ “acte clair” ( 58 ) sabiex tinnota li “fir-rigward ta’ kawża bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għaldaqstant, minn naħa, fejn il-kwistjoni tal-possibbiltà, għal qorti nazzjonali, li tillimita ratione temporis ċerti effetti ta’ dikjarazzjoni ta’ illegalità ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tkun ġiet adottata bi ksur tal-obbligi previsti [f’direttiva], ma tkunx ġiet suġġetta għal deċiżjoni oħra tal-Qorti tal-Ġustizzja wara [l-ewwel] sentenza ( 59 ) u, min-naħa l-oħra, fejn tali possibbiltà tkun ta’ natura eċċezzjonali, […] il-qorti nazzjonali li d-deċiżjonijiet tagħha ma jistgħux iktar jiġu kkontestati b’rikors ġudizzjarju għandha tagħmel talba għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja meta jkollha l-iċken dubju dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni korretta tad-dritt tal-Unjoni” ( 60 ). “B’mod partikolari, peress li l-eżerċizzju ta’ din is-setgħa eċċezzjonali tista’ tippreġudika l-osservanza tal-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni, l-imsemmija qorti nazzjonali ma tistax tinħeles mill-obbligu li tagħmel talba għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja sakemm ma tkunx konvinta li l-eżerċizzju ta’ din is-setgħa eċċezzjonali ma jqajjem ebda dubju raġonevoli. Barra minn hekk, l-assenza ta’ tali dubju għandha tintwera fid-dettall.” ( 61 ) |
|
79. |
Jekk dik il-ġurisprudenza titqies flimkien, hemm mill-inqas tliet elementi x’wieħed jinnota. |
|
80. |
L-ewwel, għalkemm is-sentenzi kollha jirreferu għas-sentenza CILFIT, u xi wħud minnhom jinvokaw l-eċċezzjonijiet imsemmija hemmhekk, ebda waħda minnhom attwalment ma tapplika l-kriterji tas-sentenza CILFIT. Jista’ jiġi ssuġġerit li dawn huma elementi ta’ fatti li għandhom jiġu applikati minn qrati nazzjonali. Madankollu, dan ma huwiex għalkollox korrett minħabba li, f’dawk il-kawżi, kienet fil-fatt il-Qorti tal-Ġustizzja stess li għamlet l-evalwazzjoni jekk f’tali ċirkustanzi l-eċċezzjonijiet tas-sentenza CILFIT, l-iktar ta’ sikwit dik ta’ acte clair, setgħux jew le jiġu invokati validament mill-qorti tar-rinviju. Madankollu, anki jekk hija tkun qiegħda tagħmel dak it-tip ta’ evalwazzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja tidher li ma tapplikax l-analiżi tagħha stess. |
|
81. |
It-tieni, il-ġurisprudenza msemmija iktar ’il fuq turi sewwa ħafna d-diffikultà li jkun hemm fil-prassi ta’ applikazzjoni bħala riżultat tal-assenza kunċettwali ta’ ċarezza fin-natura “suġġettiva-oġġettiva” dwar l-eżistenza ta’ “dubju raġonevoli”. Ikun purament dubju suġġettiv, jiġifieri dubju li jinqala’ f’moħħ il-qorti nazzjonali? Jew dak id-dubju jkun biss suġġettiv sakemm ma jkunx ikkonfutat minn prova qawwija, oġġettiva u ċirkustanzjali? Jew għandu l-imħallef ikun fil-fatt fehem b’mod suġġettiv li kien hemm dubji oġġettivi? L-ewwel żewġ sentenzi, Intermodal Trasports u X u van Dijk, jaqgħu taħt is-suġġettiv u, għalhekk, fuq in-naħa ta’ deferenza (fl-aħħar mill-aħħar huwa l-imħallef nazzjonali li jkun jaf l-aħjar). Għall-kuntrarju, iż-żewġ sentenzi l-oħra, Ferreira Da Silva e Brito u Association France Natura Environnement, huma definittivament ta’ natura oġġettiva (minħabba ċ-ċirkustanzi oġġettivi, l-imħallef messu kien jaf aħjar). |
|
82. |
It-tielet, tali varjazzjoni f’termini ta’ analiżi naturalment jissarrfu kemxejn f’riżultati differenti. Ċertament, kull kawża hija differenti skont il-fatti tagħha. Madankollu, f’termini ta’ approċċ ġenerali, ma huwiex ċar mill-ewwel kif wieħed jirrikonċilja, pereżempju, X u van Dijk u Ferreira Da Silva e Brito. Wieħed jassumi li x’aktarx ikun hemm dubji raġonevoli (u, għalhekk assenza ta’ acte clair) jekk ikun hemm fehmiet kontradittorji oġġettivament dwar l-interpretazzjoni tal-istess dispożizzjonijiet. Huwa minnu li kieku wieħed kellu jżid argumenti relatati ma’ awtorità formali jew mas-separazzjoni ta’ setgħat fit-taħlita, wieħed ikun jista’ jiddistingwi Intermodal Trasports: anki jekk ikun hemm interpretazzjonijiet legali diverġenti tal-istess parti tad-dritt tal-Unjoni fil-ġurisdizzjonijiet kollha, dawn huma “biss” ix-xogħol tal-awtoritajiet amministrattivi, ma humiex deċiżjonijiet ġudizzjarji. |
|
83. |
Madankollu, kemm fis-sentenza X u van Dijk, kif ukoll fis-sentenza Ferreira Da Silva e Brito, kien hemm deċiżjonijiet ġudizzjarji diverġenti fuq l-istess elementi tad-dritt tal-Unjoni li kienu jirriżultaw mill-ġurisdizzjonijiet rispettivi. Minħabba li dawk iż-żewġ kawżi kienu jirrigwardaw proċeduri differenti f’dawk l-Istati Membri, bilkemm seta’ jkun sostnut li l-waħda jew l-oħra setgħet kienet dwar “żball ta’ darba” minn qorti inferjuri li kien mistenni jiġi kkoreġut minn qorti tal-aħħar istanza. Kien hemm interpretazzjonijiet oġġettivament differenti tal-istess dispożizzjonijiet legali fi proċeduri differenti fl-istess Stat Membru. |
|
84. |
Għal darba oħra, kull kawża hija differenti skont il-fatti tagħha. Wieħed, għalhekk, jista’ potenzjalment jidentifika differenzi fattwali rilevanti bejn iż-żewġ sentenzi, li jiġġustifikaw riżultat differenti. Forsi l-iktar wieħed affaxxinanti jkun is-suġġeriment li, filwaqt li s-sentenza X u van Dijk kienet dwar diverġenza interpretattiva rikonoxxuta biss fl-istess sistema legali nazzjonali, fis-sentenza Ferreira Da Silva e Brito, dik id-diverġenza ma kinitx biss fi Stat Membru wieħed, iżda mid-dehra kienet ukoll mal-Unjoni kollha. Tabilħaqq, kif il-Qorti tal-Ġustizzja nnotat f’din l-aħħar sentenza, “l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ ‘trasferiment ta’ negozju’ qajmet diversi mistoqsijiet min-naħa ta’ numru ta’ qrati nazzjonali li, b’hekk, kellhom jadixxu lill-Qorti tal-Ġustizzja. Dawn il-mistoqsijiet jixhdu mhux biss l-eżistenza ta’ diffikultajiet ta’ interpretazzjoni, iżda wkoll il-preżenza ta’ riskji ta’ ġurisprudenza diverġenti fil-livell tal-Unjoni” ( 62 ). |
|
85. |
Wieħed jistaqsi jekk kinitx tabilħaqq l-intenzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li f’daqqa waħda bdiet tieħu s-sentenza CILFIT letteralment, jiġifieri li qorti nazzjonali “għandha tkun konvinta li l-materja tkun ugwalment ovvja għall-qrati ta’ Stati Membri oħra u għall-Qorti tal-Ġustizzja” ( 63 ), bl-esklużjoni ta’ deċiżjonijiet kontradittorji dwar materji tad-dritt tal-Unjoni ġejjin minn ġewwa l-istess Stat Membru? Affaxxinanti li tali interpretazzjoni hija possibbli. Madankollu, hemm premessa importanti ħafna moħbija hemmhekk, jiġifieri li huwa għall-qrati supremi nazzjonali rispettivi li “jieħdu ħsieb affarihom” u junifikaw il-ġurisprudenza nazzjonali. Ikun biss imbagħad, meta jkun hemm diverġenzi ta’ interpretazzjoni mal-Istati Membri kollha, li jiskatta d-dmir ta’ rinviju ( 64 ). |
|
86. |
Madankollu, jibqa’ l-fatt li, b’mod ġenerali, ma huwiex faċli tirrikonċilja l-ġurisprudenza reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja deskritta fil-qosor f’din it-taqsima. Dan il-fatt għamel il-qalb lil għadd ta’ skulari sabiex jispekulaw jekk il-Qorti tal-Ġustizzja rrilassatx, kemxejn fis-skiet, il-kriterji ta’ acte clair tas-sentenza CILFIT ( 65 ). Donnu jidher li ċerti qrati nazzjonali wkoll fehmu dan bl-istess mod ( 66 ). |
|
87. |
Sabiex ma ntawwalx, nissuġġerixxi li d-diversità fil-ġurisprudenza deskritta fil-qosor diġà tiġġustifika, minnha nnifisha, l-intervent (tal-Awla Manja) tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex jiġi ċċarat eżattament x’inhi, bħalissa, il-portata tad-dmir ta’ rinviju skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE u l-eċċezzjonijiet li jista’ jkun hemm għal dak l-obbligu. |
C. Il-problemi tas-sentenza CILFIT
|
88. |
F’din it-taqsima rrid nindika l-problemi (C) li għandhom, fil-fehma tiegħi, ikunu ta’ gwida fl-eżami mill-ġdid tas-sentenza CILFIT issuġġerit fit-taqsima li jmiss (D). Inqiegħed il-problemi f’erba’ kategoriji: dawk li huma kunċettwali u kienu preżenti u inerenti fis-sentenza CILFIT sa mill-bidu nett (1); dawk relatati mal-fattibbiltà tal-kriterji tas-sentenza CILFIT (2); dawk li jirrigwardaw in-nuqqas ta’ konsistenza sistemika tal-kriterji tas-sentenza CILFIT ma’ tipi oħra ta’ proċeduri u rimedji fid-dritt tal-Unjoni (3); u, fl-aħħar, dawk li nqalgħu wara minħabba l-evoluzzjoni sussegwenti tad-dritt tal-Unjoni u s-sistema ġudizzjarja tal-Unjoni (4). |
1. Kunċettwali
|
89. |
Hemm għadd ta’ difetti fil-mudell u t-tifsila oriġinali tas-sentenza CILFIT. Dan huwa għaliex il-kriterji tas-sentenza CILFIT kienu kunċettwalment problematiċi mill-bidu tagħhom stess. |
|
90. |
L-ewwel u qabel kollox, hemm dak li jiena nsejħielha “id-diskrepanza Hoffmann-Laroche-CILFIT”. Fi kliem sempliċi, il-loġika tal-eċċezzjonijiet tas-sentenza CILFIT ma taqbilx man-natura tad-dmir fis-sentenza Hoffmann-Laroche li titressaq talba għal deċiżjoni preliminari. |
|
91. |
Sa mis-sentenza Hoffmann-Laroche fl-1977 il-Qorti tal-Ġustizzja kompliet tinsisti li l-għan tad-dmir ta’ rinviju huwa li jkun evitat li korp ta’ ġurisprudenza jiġi żviluppat fi Stat Membru li ma jkunx jaqbel ma’ dak ta’ Stati Membri oħra u wkoll ma’ dak tal-Qorti tal-Ġustizzja ( 67 ). Il-loġika wara tali dmir ta’ rinviju hija ċarament strutturali u hija ffokata fuq interpretazzjoni uniformi fl-Unjoni kollha. Il-punt li jiskattaha u n-natura tagħha jidhru oġġettivi, u jiffokaw fuq il-ġurisprudenza b’mod ġenerali u mhux biss fuq il-każ individwali quddiem il-qorti tar-rinviju: ma għandux ikun hemm diverġenza fil-ġurisprudenza nazzjonali (“la jurisprudence”, “die Rechtsprechung”, “guirisprudenza” jew “rechtspraak”, kif kienet tidher fil-lingwi uffiċjali l-oħra ta’ dak iż-żmien) ( 68 ). |
|
92. |
Madankollu, madwar ħames snin wara, meta l-eċċezzjonijiet għal dak id-dmir kienu stabbiliti fis-sentenza CILFIT, il-loġika li kienet tiggwida dawk l-eċċezzjonijiet bdiet tiffoka primarjament fuq il-każ individwali u fuq l-eżitazzjonijiet ġudizzjarji suġġettivi ta’ dak il-każ speċifiku. L-unika eċċezzjoni vera, meqjusa kunsiderazzjonijiet strutturali jew sistemiċi, li titlob lill-imħallef nazzjonali jmur lil hinn mill-proċess tal-kawża individwali, hija l-eċċezzjoni relatata ma’ acte éclairé: l-eżistenza ta’ preċedent. Għall-kuntrarju, l-ewwel eċċezzjoni (konferma tar-rilevanza tal-kwistjoni) tirrigwarda esklużivament il-każ speċifiku. L-iktar importanti huwa li l-eċċezzjoni ta’ acte clair titqies bħala taħlita stramba ta’ elementi relatati mal-każ individwali, li xi uħud minnhom huma oġġettivi u ġenerali, iżda l-parti l-kbira minnhom huma suġġettivi. |
|
93. |
Fil-fehma tiegħi, hawn huwa fejn qiegħda l-problema reali. Normalment wieħed kien jistenna li l-eċċezzjonijiet għal dmir ikunu jirriflettu l-loġika u l-għan ġenerali ta’ dak id-dmir. B’xi mod, huma għandhom jirrappreżentaw il-wiċċ l-ieħor tal-istess munita proverbjali. Madankollu, l-eċċezzjonijiet huma effettivament maqtugħa mid-dmir li huma mistennija jwettqu. Fil-fatt, filwaqt li s-sentenza CILFIT ipproklamat li hija xtaqet issegwi l-għanijiet tas-sentenza Hoffmann-Laroche ( 69 ), hija xorta waħda interpretat l-eċċezzjonijiet skont loġika differenti ħafna. |
|
94. |
It-tieni, u b’mod marġinali, il-ġenealoġija tat-tielet eċċezzjoni (acte clair), tidher li tikkonferma d-dubji relatati ma’ kemm huwa sistematikament adatt dak it-trapjant legali distint. Fis-sentenza CILFIT il-Qorti tal-Ġustizzja essenzjalment ħadet l-argument tal-konvenuta, u apparentement dak tal-qorti tar-rinviju wkoll, u għamlitu tagħha: l-interpretazzjoni tar-regolament inkwistjoni kienet “tant ovvja li ma tħalli ebda dubju ta’ interpretazzjoni, [u b’hekk teskludi] l-bżonn għal rinviju preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja” ( 70 ). Fis-sentenza tagħha l-Qorti tal-Ġustizzja aċċettat b’mod ġenerali dak l-approċċ, għalkemm hija kkwalifikatu ftit billi żiedet “raġonevoli” sabiex tikkaratterizza t-tip ta’ dubju interprettativ. |
|
95. |
Il-fatt li dik l-eċċezzjoni oriġinat fil-kuntest ta’ tilwima partikolari ma huwiex minnu nnifsu problematiku. L-element iktar dubjuż huwa li setgħat tkun ittrapjantata dik li kienet b’mod distintiv duttrina Franċiża, maħduma b’sengħa f’kuntest differenti ħafna għal għan differenti, f’tip ta’ proċeduri tal-Unjoni sui generis ( 71 ). Dik li saret magħrufa bħala “it-teorija tal-acte clair” kienet applikata fid-dritt Franċiż f’kuntesti differenti, b’mod partikolari f’każijiet li jinvolvu l-interpretazzjoni tat-Trattati. Filwaqt li bħala prinċipju kien għall-Ministru għall-Affarijiet Barranin biss li jinterpreta t-Trattati (il-qrati nazzjonali kienu biss fdati bl-applikazzjoni ta’ dik l-interpretazzjoni għall-każ), il-qrati Franċiżi kienu jistrieħu fuq dik it-teorija sabiex isaħħu setgħat interpretattivi ġudizzjarji b’detriment għal dawk tal-Eżekuttiv ( 72 ). Mill-1964 il-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat, Franza) beda japplika t-teorija, fil-kuntest tad-dmir ta’ rinviju, sabiex jikkwalifika lil din tal-aħħar għall-benefiċċju tiegħu stess ( 73 ). Billi presumibbilment riedet li tqiegħed l-użu nazzjonali tal-prassi ta’ acte clair taħt kontroll, il-Qorti tal-Ġustizzja għamlet tagħha stess u ttrapjantat fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni mezz li kellu funzjoni differenti ħafna fis-sistema ta’ oriġini tiegħu. |
|
96. |
It-tielet, anki kieku wieħed kellu jemmen li tali trapjanti legali transfunzjonali huma tabilħaqq possibbli mingħajr ma jipperikolaw is-saħħa tal-pazjent (riċevitur), jibqa’ l-fatt li dak li kien ittrapjantat fl-ordinament ġuridiku (ta’ dik li qabel kienet il-Komunità) sempliċement kellu funzjoni differenti. L-eċċezzjonijiet tas-sentenza CILFIT, b’mod partikolari l-eċċezzjoni tal-acte clair, baqgħu ċċentrati madwar l-assenza ta’ kwalunkwe dubju raġonevoli dwar ir-riżultat ta’ każ individwali. Il-lingwa baqgħet waħda ta’ interpretazzjoni korretta u ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fil-każ speċifiku. |
|
97. |
Madankollu, ir-rekwiżit li tkun ivverifikata l-applikazzjoni korretta tal-liġi f’kull każ individwali hija biċċa xogħol iebsa. Dak l-ideal huwa diffiċli ħafna jinkiseb anki f’sistemi nazzjonali li jkunu ta’ natura ġerarkika, li jistrieħu fuq monitoraġġ individwali estensiv ta’ korrettezza ta’ deċiżjonijiet individwali, u li fihom qrati superjuri jeżaminaw mill-ġdid eluf jew pjuttost għexieren ta’ eluf ta’ deċiżjonijiet kull sena. Madankollu, tali loġika ideali u sistemika hija aljena għal sistemi iktar koordinati ta’ governanza ġudizzjarja, li jistrieħu b’mod estensiv fuq il-qawwa tal-preċedenti, u li fihom preċedent wieħed jista’ jkollu ċertu qawwa ( 74 ). Fil-fehma tiegħi, jista’ jkun hemm dibattitu dwar kemm is-sistema ġuridika tad-dritt tal-Unjoni hija qrib dan l-aħħar ideal ikkoordinat. Iżda, ċertament, hemm dinja taqsam bejnu u dak tal-ewwel li huwa mudell ġerarkiku. |
|
98. |
Fl-aħħar nett, l-eċċezzjonijiet tas-sentenza CILFIT għad-dmir ta’ rinviju għadhom tendenza jċajpru l-linja bejn l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, li hija l-bażi tad-diviżjoni korretta ta’ impenji skont l-Artikolu 267 TFUE. Jekk dak li għandu jiġi stabbilit huwa li ma jkunx hemm dubju raġonevoli dwar l-applikazzjoni korretta tad-dritt tal-Unjoni f’każ speċifiku sabiex tiskatta eċċezzjoni għad-dmir ta’ rinviju, allura fejn, għallinqas b’mod approssimattiv, tinsab il-linja li taqsam l-impenji ta’ bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u dawk tal-qrati nazzjonali? |
2. Fattibbiltà
|
99. |
Ma hemmx ħtieġa li nerġgħu nkebbsu d-dibattitu dwar jekk il-kriterji tas-sentenza CILFIT, b’mod partikolari dawk relatati mal-assenza ta’ dubju raġonevoli dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni korretti tad-dritt tal-Unjoni f’każ speċifiku (l-eċċezzjoni ta’ “acte clair”) jammontawx għal lista ta’ kontrolli jew jekk humiex sempliċement sett ta’ għodda. Il-fatt huwa li ma jaħdmux minn naħa jew minn oħra. Jekk huma lista ta’ kontrolli, allura huwa impossibbli li jinkisbu. Jekk huma sett ta’ għodda, allura l-problema b’mod inerenti ssir waħda ta’ għażla dwar liema għodda għandha tintuża f’każ individwali. Din l-aħħar problema, imbagħad, issir evidentement serja fl-istadju tal-infurzar potenzjali tad-dmir ta’ rinviju: jekk ma jkunx hemm kriterji ċari, kif jista’ dak id-dmir jiġi qatt infurzat mingħajr ma dak l-infurzar ikun arbitrarju? |
|
100. |
Għadd ta’ Avukati Ġenerali kkummentaw dwar l-assenza ta’ fattibbiltà tal-kriterji fl-imgħoddi. Barra minn dan, dak li jħasseb ukoll huwa l-assenza ta’ applikazzjoni ta’ dawk il-kriterji mill-qrati nazzjonali u mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (iktar ’il quddiem il-“QEDB”), inklużi l-qrati li fil-fatt qegħdin jinfurzaw id-dmir ta’ rinviju. |
|
101. |
L-ewwel nett, billi nibda b’mod eċċellenti bl-eżitazzjonijiet tal-Avukat Ġenerali Jacobs dwar ċertu lbies tan-nisa u l-klassifikazzjoni tiegħu bħala piġama għall-finijiet tad-dwana, għadd ta’ predeċessuri għorrief tiegħi kkritikaw id-diffikultajiet prattiċi assoċjati mal-eċċezzjoni ta’ acte clair. Fil-kawża Wiener l-Avukat Ġenerali Jacobs ma laqax l-argument li “is-sentenza [CILFIT] għandha titqies li teħtieġ li l-qrati nazzjonali jeżaminaw kull miżura Komunitarja f’kull waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità […] Dan għandu jinvolvi f’ħafna każijiet sforz sproporzjonat min-naħa tal-qrati nazzjonali”, u nnota li kien ikun pjuttost stramb jintalab li qrati nazzjonali jkollhom jużaw metodu “li jidher li huwa rari applikat mill-Qorti tal-Ġustizzja nnifisha” ( 75 ) [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Huwa nnota wkoll li “jekk is-sentenza [CILFIT] kellha tkun applikata b’mod strett, allura kull kwistjoni tad-dritt Komunitarju […] jkollu jkun hemm rinviju fir-rigward tagħha mill-qrati kollha tal-aħħar istanza” ( 76 ) [traduzzjoni mhux uffiċjali]. |
|
102. |
Fil-konklużjonijiet tagħha fil-kawża Intermodal Trasports, l-Avukat Ġenerali Stix-Hackl iddeċidiet li l-fatt li l-qrati nazzjonali jintalbu jeżaminaw dispożizzjoni tad-dritt ta’ dik li qabel kienet il-Komunità f’kull waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Komunità “iqiegħed fil-prattika piż intollerabbli fuq il-qrati nazzjonali” ( 77 ) [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Fil-fehma tagħha l-kriterji tas-sentenza CILFIT ma jistgħux jintużaw bħala “tip ta’ manwal ta’ istruzzjoni […] li għandu jkun segwit b’mod riġidu” ( 78 ) [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Fil-konklużjonijiet tiegħu fil-kawża Gaston Schul l-Avukat Ġenerali Ruiz-Jarabo saħaq dwar il-ħtieġa li s-sentenza CILFIT tkun eżaminata mill-ġdid kollha kemm hi, u nnota li “l-eżami propost ma kienx vijabbli meta kien ifformulat, iżda, fir-realtà tal-2005, jidher assurd” ( 79 ) [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Fil-konklużjonijiet tiegħu fil-kawża X u van Dijk, l-Avukat Ġenerali Wahl fittex li jisħaq dwar l-importanza tad-diskrezzjoni inerenti li qrati nazzjonali tal-aħħar istanza għandu jkollhom meta jeżaminaw jekk ikunx inqala’ lok tad-dmir ta’ rinviju, billi ssuġġerixxa li l-kriterji tas-sentenza CILFIT għandhom jitqiesu bħala sett ta’ għodda u kkonkluda li “jekk qorti nazzjonali tal-aħħar istanza hija żgura biżżejjed mill-interpretazzjoni tagħha sabiex tassumi r-responsabbiltà (u possibbilment it-tort) li tiddeċiedi fuq punt ta’ dritt tal-Unjoni mingħajr l-għajnuna tal-Qorti tal-Ġustizzja, din għandha tkun legalment intitolata li tagħmel hekk” ( 80 ). |
|
103. |
Ma naħsibx li hemm xi ħtieġa ntenni l-argumenti diġà magħmula b’tant elokwenza mill-Avukati Ġenerali ċċitati iktar ’il fuq, jew li nuri għaliex u kif il-kriterji tas-sentenza CILFIT, jekk jitqiesu letteralment waħda waħda, huma għalkollox mhux fattibbli. Tabilħaqq, kif poġġieha b’mod rilevanti u bil-ħsieb l-Avukat Ġenerali Wahl, “li wieħed jiltaqa’ ma’ sitwazzjoni ‘vera’ ta’ acte clair tkun, fl-aħjar ipoteżi, qisek qed tiltaqa’ ma’ unikorn.” ( 81 ) |
|
104. |
Fi kliem sempliċi, il-kriterji tas-sentenza CILFIT relatati mal-identifikazzjoni tal-eċċezzjoni ta’ acte clair inevitabbilment huma milquta mill-problema kunċettwali diġà enfasizzata iktar ’il fuq ( 82 ). Minn naħa, hemm porzjon sinjifikattiv ta’ suġġettiviżmu indeterminabbli u, għalhekk, li ma huwiex suġġett għal stħarriġ: il-qrati nazzjonali għandhom ikunu “konvinti” li l-kwistjoni hija “ugwalment ovvja għall-qrati ta’ Stati Membri oħra u għall-Qorti tal-Ġustizzja”, iżda wkoll “meħtieġa sabiex tinqata’ kawża” u għandu jkollha “dubju raġonevoli” suġġettiv. Min-naħa l-oħra, dawk l-elementi li huma ddikjarati f’termini oġġettivi sempliċiment ma jistgħux jinkisbu, għall-inqas minn imħallfin nazzjonali mortali li ma għandhomx il-kwalitajiet, il-ħin u r-riżorsi tal-Imħallef Erkole ta’ Dworkin (iqabbel il-verżjonijiet lingwistiċi (kollha); jinterpreta kull dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni kollha kemm hi, filwaqt li jkun jaf perfettament bl-istat tagħha ta’ evoluzzjoni fil-mument li fih dik id-dispożizzjoni tkun interpretata). |
|
105. |
It-tieni nett, u wieħed ftit jew wisq jista’ jifhem dan minħabba l-punt preċedenti, il-kriterji tas-sentenza CILFIT għal “acte clair” bilkemm jiġu applikati b’mod konsistenti u sistematiku minn qrati nazzjonali tal-aħħar istanza fil-kuntest tal-eżami tat-tielet eċċezzjoni għad-dmir ta’ rinviju ( 83 ). Ċertament hemm okkażjonijiet li fihom isir riferiment għas-sentenza CILFIT minn qrati nazzjonali tal-aħħar istanza. Madankollu, dan ma jfissirx li l-kriterji stabbiliti f’dik is-sentenza, b’mod partikolari r-rekwiżiti speċifiċi relatati mal-eżistenza ta’ acte clair, fil-fatt jiġu applikati kif inhuma ( 84 ). Hemm okkażjonijiet li fihom qrati nazzjonali jibdlu l-kriterji tas-sentenza CILFIT għal kriterji u standards tagħhom stess. Pereżempju, il-qrati supremi Franċiżi sikwit iqisu li d-dmir ta’ rinviju jiskatta meta jkun hemm “diffikultà serja” sabiex ikun interpretat id-dritt tal-Unjoni, u b’hekk jagħmlu d-dmir ta’ rinviju iktar flessibbli minn dak li jirriżulta mill-ittra jew mill-ispirtu tas-sentenza CILFIT ( 85 ). Bl-stess mod, qrati supremi oħra wkoll jiffokaw fuq in-natura tal-kwistjoni li tkun inqalgħet, irrispettivament minn jekk ikunx hemm dubji ta’ interpretazzjoni, sabiex jibbażaw id-dmir ta’ rinviju ( 86 ). |
|
106. |
It-tielet nett, hemm xi Stati Membri li fihom il-konformità mad-dmir ta’ rinviju tkun ivverifikata minn qrati kostituzzjonali permezz ta’ lment kostituzzjonali individwali, li jinvoka d-dritt għal qorti legali jew għal smigħ xieraq ( 87 ). Madankollu, f’dawk is-sistemi, il-parametru ġenerali adottat huwa, fil-fatt, wisq iktar sempliċi minn dik tas-sentenza CILFIT, li jdur mal-kunċetti ta’ interpretazzjoni ovvjament insostenibbli jew arbitrarja tad-dritt tal-Unjoni, sikwit flimkien mad-dmir li jkun iġġustifikat sewwa għala rinviju lill-Qorti tal-Ġustizzja ma kienx ikun meħtieġ ( 88 ). |
|
107. |
Jista’ jiġi ssuġġerit li qrati kostituzzjonali nazzjonali jistħarġu l-obbligu ta’ rinviju lill-Qorti tal-Ġustizzja skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE f’konformità mal-istandards nazzjonali tagħhom u l-kunċetti ta’ kostituzzjonalità u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali. Dan huwa ċertament minnu dwar jekk l-identifikazzjoni tad-dritt nazzjonali rilevanti per se (id-dritt għal qorti legali, jew smigħ xieraq, jew proċess dovut skont il-liġi, jew ikun x’ikun) tkunx waħda ggarantita fis-sistema legali nazzjonali. Hija storja differenti għall-parametru intern, jiġifieri l-kundizzjonijiet speċifiċi li skonthom għandha ssir talba għal deċiżjoni preliminari. Dwar din l-aħħar kwistjoni, ikun ġust wieħed jassumi li regoli kostituzzjonali nazzjonali huma siekta f’dan ir-rigward. Madankollu, meta niġu għall-infurzar effettiv tad-dmir, ebda waħda mill-qrati kostituzzjonali nazzjonali ma tidher fil-fatt li adottat is-sentenza CILFIT. |
|
108. |
Ir-raba’ nett, il-QEDB tinvoka l-kriterji tas-sentenza CILFIT meta tistħarreġ in-nuqqas ta’ qrati nazzjonali tal-aħħar istanza li jitolbu deċiżjoni preliminari mill-Qorti tal-Ġustizzja taħt il-kap tad-dritt għal smigħ xieraq skont l-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (iktar ’il quddiem il-“KEDB”). Il-QEDB ikkonstatat, pereżempju, ksur tal-Artikolu 6(1) KEDB fil-kawża Dhahbi vs L-Italja minħabba l-assenza ta’ motivazzjoni tal-qorti nazzjonali għala rrifjutat li tressaq talba lill-Qorti tal-Ġustizzja. Hija nnotat li l-Qorti tal-Kassazzjoni Taljana ma kinitx irriferiet għat-talba tar-rikorrent għal deċiżjoni preliminari, lanqas ma fissret ir-raġunijiet għaliex hija kienet qieset li l‑kwistjoni sollevata ma kinitx tiġġustifika li ssir talba lill-Qorti tal‑Ġustizzja u lanqas ma għamlet xi riferiment għall-ġurisprudenza tagħha ( 89 ). Madankollu, band’oħra, il-QEDB qieset li motivazzjoni sommarja li ma tilqax talba għal deċiżjoni preliminari kienet biżżejjed, fejn il-qorti nazzjonali kienet diġà kkonkludiet f’parti oħra tas-sentenza tagħha li tali talba kienet irrilevanti ( 90 ). Il-QEDB iddeċidiet ukoll li, meta qorti nazzjonali tal-aħħar istanza fil-fatt tirrifjuta jew tonqos milli tagħmel talba għal deċiżjoni preliminari, dik il-qorti jkun jeħtiġilha timmotiva għaliex tkun għamlet hekk fid-dawl tal-eċċezzjonijiet mogħtija mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Hija għandha partikolarment tindika r-raġunijiet għaliex hija tqis li d-domanda hija irrilevanti, jekk id-dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni inkwistjoni kinitx diġà ġiet interpretata mill-Qorti tal‑Ġustizzja, jew jekk l-applikazzjoni korretta tad-dritt tal-Unjoni hijiex tant ovvja li ma tkunx tħalli skop għal ebda dubju raġonevoli ( 91 ). |
|
109. |
B’mod ġenerali, fil-waqt li l-istħarriġ magħmul mill-QEDB jirreferi għad-deċiżjoni CILFIT, huwa jibqa’ jikkonċentra fuq ir-raġuni għal rifjut minn deċiżjoni nazzjonali li jsir rinviju. Għalhekk, mingħajr ma ddum wisq fuq il-mertu, u ċertament f’termini ta’ eżami dettaljat tal-fattur ta’ “ebda dubju raġonevoli” li fil-fatt huwa mitlub mis-sentenza CILFIT, il-QEDB tistħarreġ jekk qrati nazzjonali tal-aħħar istanza jkunux spjegaw kif imiss għaliex huma jqisu li l-kriterji tas-sentenza CILFIT ikunu tħarsu mingħajr ma l-QEDB teżamina l-merti dwar jekk dak kienx tabilħaqq il-każ. |
|
110. |
Fil-qosor, il-fatt li ma hemm ebda gwida raġonevoli dwar il-loġika jew l-applikazzjoni tal-kriterji tas-sentenza CILFIT huwa rifless mhux biss fil-kritika (sorprendentement konstanti) mogħtija mill-Avukati Ġenerali preċedenti tul is-snin. L-istess ħsieb jirriżulta wkoll mill-fatt sempliċi li, fost dawk impenjati japplikaw dak obbligu, u b’mod partikolari dawk li attwalment jinfurzawh, ħadd ma jidher li jsegwi l-gwida tal-Qorti tal-Ġustizzja. Dan, fil-fehma tiegħi, mhux għax b’xi mod jew ieħor qiegħedha tiġi injorata l‑Qorti tal-Ġustizzja. Pjuttost huwa mekkaniżmu naturali ta’ awtopreservazzjoni. Impossibilium nulla est obligatio. |
3. Koerenza sistemika tar-rimedji tad-dritt tal-Unjoni
|
111. |
Hemm argument ieħor għaliex huwa neċessarju li s-sentenza CILFIT tkun eżaminata mill-ġdid: il-koerenza orizzontali u sistemika tar-rimedji tad-dritt tal-Unjoni. Fi ftit kliem, il-kriterji tas-sentenza CILFIT huma wkoll skonnessi b’mod stramb mill-mezzi stess tad-dritt tal-Unjoni għall-infurzar tal-obbligu ta’ rinviju skont it-tielet paragrafu tal‑Artikolu 267 TFUE. |
|
112. |
Ċertament, bħalissa, ma hemmx rimedju speċifiku tad-dritt tal-Unjoni li l-partijiet jistgħu jużaw jekk huma jaħsbu li jkun inkiser id-dritt tagħhom li jissottomettu kwistjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE ( 92 ). Din hija konsegwenza loġika tal-insistenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li l-partijiet fil-kawża prinċipali ma għandhomx dritt awtomatiku li jkollhom talba għal deċiżjoni preliminari magħmula inkwantu l-Artikolu 267 TFUE ma jikkostitwixxix mezz ta’ rimedju li l-partijiet jistgħu jużaw f’kawża pendenti quddiem qorti nazzjonali ( 93 ). Meqjusa l-ġurisprudenza kostituzzjonali nazzjonali robusta (tal-lum) ( 94 ), kif ukoll il-ġurisprudenza tal-QEDB ( 95 ), li tqis li, jekk il-kriterji (oġġettivi) għall-eżistenza ta’ obbligu ta’ rinviju jitħarsu, il-partijiet f’dawk il-proċeduri jkollhom dritt (suġġettiv) li l-każ tagħhom jinġieb quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li huwa inerenti fid-dritt tagħhom għal smigħ xieraq, wieħed, madankollu, jista’ jikkunsidra li dan ma huwiex l-uniku approċċ possibbli ( 96 ). |
|
113. |
Minħabba li ma hemmx rimedju “dirett”, l-infurzar li jista’ jsir tad-dmir ta’ rinviju skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE possibbilment jista’ jkun kwistjoni ta’ responsabbiltà tal-istat jew ta’ azzjoni ta’ ksur. Madankollu, dan huwa fejn il-kwistjonijiet jibdew ikunu kkumplikati. |
|
114. |
Minn naħa, sa mis-sentenza Köbler, hemm il-possibbiltà li jinkiseb rimedju fil-qrati nazzjonali għall-ħsara kkawżata mill-ksur ta’ drittijiet individwali minħabba deċiżjoni ta’ qorti li tiġġudika fl-aħħar istanza ( 97 ). Sabiex tali azzjoni tirnexxi r-regola legali miksura għandha tkun intiża li tagħti drittijiet lil individwi; il-ksur għandu jkun biżżejjed gravi u għandu jkun hemm rabta kawżali diretta bejn il-ksur tal-obbligu responsabbiltà tal-Istat u t-telf jew il-ħsara mġarrba mill-partijiet leżi. Ir-responsabbiltà tal-Istat għal telf jew ħsara kkawżati minn deċiżjoni ta’ qorti nazzjonali li tiġġudika fl-aħħar istanza hija rregolata mill-istess kundizzjonijiet ( 98 ). |
|
115. |
Hemm, madankollu, żewġ problemi. L-ewwel, minħabba li t-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE ma huwiex regola “intiża li tagħti drittijiet lil individwi”, in-nuqqas ta’ konformità mal-obbligu ta’ rinviju ma jistax, minnu nnifsu, jiskatta r-responsabbiltà tal-Istat. It-tieni, irrispettivament minn dan il-fatt, il-kriterji tas-sentenza CILFIT ma għandhomx funzjoni fl-evalwazzjoni dwar jekk kienx hemm ksur jew le ta’ regoli oħra tad-dritt tal-Unjoni ( 99 ), għall-inqas f’mod oġġettiv. L-istandard f’tali sitwazzjonijiet ikun ksur ċar tal-liġi applikabbli li jista’ jwassal għal ksur suffiċjentement gravi ( 100 ). |
|
116. |
Min-naħa l-oħra, hemm il-proċeduri ta’ ksur skont l-Artikolu 258 TFUE. Dak, li għal għadd ta’ snin, kien possibbli biss fit-teorija ( 101 ), kien implimentat b’mod sħiħ fl-2018. Fis-sentenza tagħha fil-kawża Il-Kummissjoni vs Franza ( 102 ), il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat, fid-dispożittiv tas-sentenza, li Stat Membru kien kiser id-dritt tal-Unjoni speċifikament minħabba li qorti tal-aħħar istanza kienet naqset milli tagħmel talba (waħda) lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex jiġi osservat l-obbligu tagħha ta’ rinviju, skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE, f’sitwazzjoni fejn l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet sostantivi tad-dritt tal-Unjoni inkwistjoni ma kinitx daqshekk ovvja li ma kinitx tħalli lok għal dubju. |
|
117. |
Sabiex waslet għal dik il-konklużjoni l-Qorti tal-Ġustizzja straħet fuq is-sentenza CILFIT ( 103 ) jew għall-inqas fuq ir-rekwiżit ġenerali tagħha li ma jkun hemm ebda dubju raġonevoli. Il-Qorti tal-Ġustizzja l-ewwel innotat li l-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat) kien għażel li jiddevja minn sentenza preċedenti tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit minħabba li l-iskema Britannika inkwistjoni kienet differenti mill-iskema Franċiża “filwaqt li ma setax ikun ċert li r-raġunament tiegħu kienx japplika bl-istess mod ċar għall-Qorti tal-Ġustizzja.” ( 104 ) Il-Qorti tal-Ġustizzja, għalhekk, iddeċidiet li l-assenza ta’ talba għal deċiżjoni preliminari min-naħa tal-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat) fi tnejn mis-sentenzi tagħha “wassluh sabiex jadotta, f’dawn is-sentenzi, soluzzjoni bbażata fuq interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 49 u 63 TFUE li tikkontradixxi l-interpretazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet magħżula f’din is-sentenza, li jimplika li l-eżistenza ta’ dubju raġonevoli dwar din l-interpretazzjoni ma setgħetx tiġi eskluża meta l-Kunsill tal-Istat iddeċieda” ( 105 ). |
|
118. |
Hemm tliet elementi ta’ min wieħed jinnota relatati mal-aħħar imsemmija sentenza. L-ewwel, f’dawk il-proċeduri ta’ ksur, bla dubju kien għall-Qorti tal-Ġustizzja nnifisha li tapplika s-sentenza CILFIT. Madankollu, f’dik is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja sempliċement iddikjarat li l-kriterju ġenerali kien stabbilit fis-sentenza CILFIT, mingħajr ma stħarrġet ebda wieħed mill-kriterji speċifiċi jew applikathom. Hemm assenza manifesta ta’ diskussjoni mhux biss ta’ sentenzi potenzjalment kontradittorji dwar il-kwistjoni li tirriżulta mill-qrati tal-aħħar istanza ta’ Stati Membri oħra, jew anki minn qrati oħra Franċiżi, iżda wkoll ta’ ġurisprudenza preċedenti tal-Qorti tal-Ġustizzja nnifisha dwar il-materja, ħlief għal preċedent wieħed. |
|
119. |
It-tieni, tali affermazzjoni effettiva ta’ “CILFIT iktar stretta”, għall-inqas f’termini tal-ispirtu tagħha, toqgħod kemxejn skomda mal-ġurisprudenza ta’ dan l-aħħar tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-istess materja, kif inkorporata, b’mod partikolari, fis-sentenzi X u van Dijk u Ferreira Da Silva e Brito diskussi iktar ’il fuq ( 106 ). Filwaqt li xejra leġġera dehret li kienet ir-regola l-ġdida b’mod partikolari fis-sentenza X u van Dijk, dik ix-xejra leġġera f’daqqa waħda reġgħet inbidlet f’għafsa stretta għal darba oħra. |
|
120. |
It-tielet, dan kollu aktarx iħalli ċerti atturi b’togħma kemxejn morra fis-sens li bilkemm ikunu jistgħu jagħmlu għażla ġġustifikata dwar x’ikun fil-fatt qiegħed jiġi applikat u infurzat, kif ukoll għala u kif dik l-applikazzjoni u dak l-infurzar isir. Dan bl-ebda mod ma jissuġġerixxi li l-Kummissjoni ma jkollhiex, kif tabilħaqq titlob il-ġurisprudenza stabbilita, diskrezzjoni sħiħa sabiex tiddeċiedi tressaqx azzjoni jew le skont l-Artikolu 258 TFUE ( 107 ). Lanqas ma hemm l-intenzjoni li jiġi kkontestat ir-riżultat tal-kawża Il-Kummissjoni vs Franza: ċertament, jekk is-sentenza CILFIT issa għandha tittieħed bis-serjetà, allura tabilħaqq kien hemm dubju raġonevoli dwar l-applikazzjoni korretta tad-dritt tal-Unjoni fil-kawża Il-Kummissjoni vs Franza ( 108 ). |
|
121. |
Il-punt huwa wieħed differenti: l-assenza ġenerali ta’ konsistenza (orizzontali) fil-mod kif jiġi ppenalizzat id-dmir ta’ rinviju skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE bħala materja tad-dritt tal-Unjoni. Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja nnifisha dwar il-portata ta’ dan id-dmir, ċertament il-ġurisprudenza l-iktar reċenti, ma tidhirx li taqbel mal-infurzar skopert (mill-ġdid) reċentement ta’ dan id-dmir skont l-Artikolu 258 TFUE, u għalkollox skonness mir-responsabbiltà tal-Istat. Madankollu, ma għandhomx dawn ikunu l-aspetti tal-istess obbligu sabiex issir talba għal deċiżjoni preliminari skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE? |
4. L-evoluzzjoni tad-dritt tal-Unjoni u s-sistema ġudizzjarja
|
122. |
Ma naħsibx li hemm ħtieġa li nkompli sejjer b’iktar dettall dwar l-ovvju: kemm tassew inbidlet l-Unjoni tul dawn l-aħħar erbgħin sena. B’eċċezzjoni waħda reċentement, is-sħubija kibret kontinwament. Hekk ukoll għamel l-għadd ta’ lingwi uffiċjali u l-għadd ta’ qrati kapaċi jadixxu l-Qorti tal-Ġustizzja. Bħalissa, il-portata u l-firxa tad-dritt stess tal-Unjoni sempliċement ma għandhomx paragun. Wara li tlesta s-Suq Intern u wara mhux inqas minn ħames emendi suċċessivi tat-Trattati, saret ħaġa diffiċli jinstab qasam fejn ma jkunx hemm leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew fejn ma tkunx meħtieġa l-għajnuna għal interpretazzjoni min-naħa tal-Qorti tal-Ġustizzja. Dawn il-fatturi jwasslu għal għadd impressjonanti ta’ talbiet ġodda għal deċiżjoni preliminari, waqt li r-riżorsi ġudizzjarji tal-Qorti tal-Ġustizzja ma humiex bir bla qiegħ. |
|
123. |
Madankollu, f’din il-medda legali ferm mibdula, hemm it-Titanu immobbli ta’ epoka antika ħafna – is-sentenza CILFIT – li tinsisti li rinviji għandhom isiru minn qrati tal-aħħar istanza f’kull każ fejn ikun hemm xi forma ta’ dubju raġonevoli. Ma naħsibx li jeħtieġ nsemmi l-bidliet sistemiċi kollha, waħda waħda, sabiex nuri kif dawn jibdlu l-konfigurazzjoni ta’ assorbiment għal-loġika tas-sentenza CILFIT ( 109 ). Minflok, sabiex nikkonkludi, nippreferi nindika materja differenti u iktar profonda. |
|
124. |
Minħabba li l-ambjent inbidel u s-sistema mmaturat, in-natura tal-proċedura ta’ deċiżjonijiet preliminari evolviet ukoll. Proċedura oriġinarjament maħluqa sabiex tkun waħda ta’ sħubija u kooperazzjoni ġudizzjarja fost entitajiet ugwali bdiet bil-mod il-mod u pjuttost b’mod inevitabbli tiżviluppa f’waħda li tqiegħed iktar enfasi fuq il-formazzjoni ta’ preċedenti bil-għan li jkun hemm uniformità sistemika. Ċertament, il-lingwa ta’ “assistenza” u “sħubija” għadha teżisti, iżda l-osservaturi li ilhom hemm u li josservaw bir-reqqa s-sistema nnotaw li kienu introdotti gradwalment għadd ta’ elementi vertikali. |
|
125. |
Dan iqiegħed iktar enfasi fuq l-għan makro (jew pubbliku) ta’ aġġudikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja b’mod li jiżgura interpretazzjoni uniformi u żvilupp ulterjuri tad-dritt. Ċertament, dejjem hemm u dejjem ser ikun hemm il-każ individwali u d-dimensjoni iktar mikro (jew privata) ta’ litigazzjoni. Madankollu, dejjem iktar, a fortiori fi proċedura bħall-proċedura għal deċiżjonijiet preliminari, meta l-fatti u l-każ individwali jkunu għall-qorti tar-rinviju li ssolvi, il-ħarsa ddur lil hinn mill-fajl tal-każ speċifiku. |
|
126. |
Sabiex nagħmel paragun sistemiku ieħor: l-Artikolu 58a introdott reċentement tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ filtrazzjoni għal appell f’ċerti oqsma mill-Qorti Ġenerali għall-Qorti tal-Ġustizzja. Kwalunkwe appell bħal dan ma għandux jgħaddi għal eżami fuq il-mertu ħlief meta l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li għandha titħalla tagħmel hekk minħabba li l-appell iqanqal “kwistjoni li tkun sinifikanti fir-rigward tal-unità, il-konsistenza jew l-iżvilupp tal-liġi tal-Unjoni” ( 110 ). Jekk tali kunsiderazzjonijiet huma validi fir-rigward ta’ azzjonijiet diretti, li fihom il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea biss hija l-qorti esklużiva u, għalhekk, il-litigazzjoni quddiem iż-żewġ qrati tal-Unjoni tkun primarjament materja għar-riżoluzzjoni tal-każ individwali, l-istess loġika ma għandhiex tkun a fortiori applikabbli għal deċiżjonijiet preliminari? |
|
127. |
Fl-aħħar nett, il-maturazzjoni ta’ sistema ġudizzjarja timplika wkoll il-maturazzjoni tal-partijiet kostitwenti tagħha. Illum, il-qrati nazzjonali huma wisq iktar familjari mad-dritt tal-Unjoni, b’mod ġenerali, u mal-proċedura ta’ deċiżjonijiet preliminari, b’mod partikolari. Hemm, u dejjem ser ikun hemm, eċċezzjonijiet individwali. Madankollu, ma għandux ikun hemm siġra li titħalla (inċidentalment) tgħatti b’dellha l-foresta (konformi). Qrati nazzjonali tal-aħħar istanza, l-iktar dawk li jkunu impenjati strutturalment sabiex jiżguraw unità u applikazzjoni uniformi tad-dritt fil-ġurisdizzjonijiet rispettivi tagħhom, kienu msieħba privileġġati tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex ikunu identifikati każijiet b’importanza strutturali għall-ordinament ġuridiku tal-Unjoni. Ma għandhiex il-fiduċja reċiproka (li iktar tissejjaħ hekk milli teżisti) tkun ukoll ta’ rilevanza vertikali? |
|
128. |
Il-fatt li l-qrati nazzjonali tal-aħħar istanza jistgħu jimmaniġġaw il-proċedura ta’ deċiżjonijiet preliminari huwa, fil-preżent, kif naħsibha jiena, rifless b’mod pjuttost mhux feliċi: jiġifieri li ma humiex isegwu is-sentenza CILFIT. Tinstema’ kemm tinstema’ ereżija din, billi jeżerċitaw kontroll fuqhom innifishom u diskrezzjoni inkompatibbli mal-kriterji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza CILFIT, il-qrati nazzjonali tal-aħħar istanza fil-fatt qegħdin juru li huma fehmu sewwa n-natura vera tas-sistema. Wieħed jista’ biss jimmaġina s-sitwazzjoni opposta, fejn xi (uħud mill-)qrati nazzjonali tal-aħħar istanza kellhom jadottaw l-approċċ tas-Suldat it-Tajjeb Švejk ( 111 ), u, tabilħaqq, kellhom japplikaw is-sentenza CILFIT litteralment għall-kawżi kollha quddiemhom. Il-lista annwali tal-Qorti tal-Ġustizzja kien ikollha f’daqqa waħda bosta iktar żerijiet mehmuża fl-aħħar u s-sistema tiġġarraf fi żmien qasir. |
5. Sommarju interim
|
129. |
Is-sentenza CILFIT ma kinitx biss ta’ problema dwar setgħetx titqiegħed fil-ptrattika, iżda fuq kollox (jew qabel dan) hija kienet ikkunċettwalizzata b’mod żbaljat. In-natura tal-eċċezzjonijiet tas-sentenza CILFIT ma taqbilx man-natura tad-dmir ta’ rinviju skont Hoffmann‑Laroche li CILFIT kienet mistennija tinforza. Dmir li kien stabbilit sabiex tkun żgurata l-interpretazzjoni uniformi tal-ġurisprudenza mal-Unjoni kollha ma jistax ikun suġġett għall-assenza ta’ xi dubju suġġettiv dwar l-applikazzjoni korretta tad-dritt tal-Unjoni fil-każ speċifiku. |
|
130. |
Il-kwistjonijiet l-oħra kollha f’din it-taqsima huma parzjalment il-konsegwenza ta’ dik id-diskrepanza kunċettwali, filwaqt li żiedu l-problemi li ġabu magħhom stess. Il-kriterji tas-sentenza CILFIT ma humiex, għalhekk, qegħdin jiġu applikati la mill-Qorti tal-Ġustizzja nnifisha u lanqas mill-qrati nazzjonali, inklużi dawk nazzjonali jew internazzjonali li realment ikunu qegħdin jinfurzawhom. Il-kriterji tas-sentenza CILFIT ukoll jibqgħu skonnessi minn metodi oħra tad-dritt tal-Unjoni għall-infurzar tal-obbligu ta’ rinviju li huwa r-responsabbiltà tal-qrati tal-aħħar istanza. Tali kunsiderazzjonijiet huma, b’xi mod, bilkemm ta’ sorpriża: minħabba li s-sentenza CILFIT (kif ifformulata) ma tistax tkun infurzata b’mod raġonevoli, għandhom jiġu introdotti parametri oħra. |
D. Il-proposta
|
131. |
Fil-fehma tiegħi, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha, bħala l-ewwel pass, tafferma mill-ġdid l-għan u l-portata tad-dmir ta’ rinviju skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE kif iddikjarat diġà fis-sentenza Hoffmann-Laroche. Bħala t-tieni pass, iżda, is-sentenza CILFIT għandha tkun eżaminata mill-ġdid sabiex l-eċċezzjonijiet li huma possibbli jkunu jaqblu ma’ dak id-dmir. |
|
132. |
Is-sentenza Hoffmann-Laroche iddikjarat li l-għan tal-obbligu ta’ rinviju huwa “sabiex ma jitħalliex jitwaqqaf fi kwalunkwe Stat Membru korp ta’ ġurisprudenza nazzjonali li ma jkunx jaqbel mar-regoli tad-dritt tal-Unjoni” [traduzzjoni mhux uffiċjali] ( 112 ). Skont din il-loġika, jistgħu jiġu identifikati tliet punti. L-ewwel, dak li għandu jinkiseb huwa interpretazzjoni uniformi, mhux applikazzjoni korretta. It-tieni, il-mira għandha tkun “korp ta’ ġurisprudenza”, mhux il-korrettezza tar-riżultat f’kull każ għalih. It-tielet, dan jikkonċerna diverġenzi fil-ġurisprudenza fi kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri u, naturalment, a fortiori, mal-Unjoni kollha. Loġikament, iż-żewġ tipi ta’ diverġenzi għandhom ikunu evitati: mill-aspett ta’ koerenza sistemika tad-dritt tal-Unjoni, jekk Stat Membru wieħed jew parti minnu, jew anki sistema ta’ ġurisdizzjoni f’dak l-Istat Membru, kellhom joperaw skont regoli oħra minbarra dawk applikati x’imkien ieħor fl-Unjoni, allura ma jkunx hemm interpretazzjoni uniformi fl-Unjoni. |
|
133. |
Fi kliem ieħor, il-mira tad-dmir ta’ rinviju għandha tinbidel minn waħda fejn ma jkunx hemm dubju raġonevoli suġġettiv dwar l-applikazzjoni korretta tad-dritt tal-Unjoni fir-rigward tar-riżultat tal-każ speċifiku, għal waħda fejn ikun hemm diverġenza oġġettiva misjuba fil-ġurisprudenza fil-livell nazzjonali li b’hekk tkun ta’ theddida għall-interpretazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni fi ħdan l-Unjoni. B’dan il-mod il-mira taqleb ukoll minn li tkun stabbilita r-risposta korretta fil-każ quddiem il-qorti nazzjonali għall-identifikazzjoni tal-mod korrett ta’ domandi. |
|
134. |
Skont din il-loġika nissuġġerixxi li, skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE, qorti jew tribunal ta’ Stat Membru li kontra d-deċiżjonijiet tiegħu ma jkun hemm ebda rimedju ġudizzjarju taħt il-liġi nazzjonali għandhom jirrinvjaw il-każ lill-Qorti tal-Ġustizzja, bil-kundizzjoni li (i) jqajmu kwistjoni ġenerali ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni (kuntrarju għall-applikazzjoni tiegħu); (ii) li għaliha jkun hemm oġġettivament iktar minn interpretazzjoni waħda raġonevolment possibbli; (iii) li għaliha r-risposta ma tkun tista’ tirriżulta mill-ġurisprudenza eżistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja (jew li għaliha l-qorti tar-rinviju tkun tixtieq tmur lil hinn minn dik il-ġurisprudenza). |
|
135. |
Deskritt b’dan il-mod id-dmir ta’ rinviju diġà għandu fih l-eċċezzjonijiet tiegħu stess. L-eċċezzjonijiet potenzjali għad-dmir ta’ rinviju għandhom jiskattaw biss jekk ma tkunx issodisfatta waħda mit-tliet kundizzjonijiet kumulattivi li minħabba fihom ikun hemm kwistjoni ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li tkun suġġetta għad-dmir ta’ rinviju. Madankollu, fil-każ li qorti nazzjonali tal-aħħar istanza tkun tal-fehma li, anki jekk ikollha quddiemha kwistjoni ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fil-kawża prinċipali, waħda mit-tliet kundizzjonijiet ma tkunx issodisfatta, dik il-qorti tkun obbligata tidentifika b’mod ċar liema waħda mit-tliet kundizzjonijiet ma tkunx issodisfatta u tagħti r-raġunijiet għaliex hija tifhem li jkun hekk. |
|
136. |
Qabel ma ngħarbel dawn it-tliet kundizzjonijiet f’iktar dettal, nixtieq nindika żewġ elementi importanti. |
|
137. |
L-ewwel, il-fatt li ma hemmx dmir għal rinviju f’każ partikolari skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE ċertament ma jżommx lil qorti tal-aħħar istanza milli titlob assistenza mill-Qorti tal-Ġustizzja skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE, jekk tqis li dan ikun meħtieġ għar-riżoluzzjoni tal-każ individwali quddiemha. L-assenza ta’ obbligu li ssir xi ħaġa ma żżommx il-possibbiltà li ssir l-istess ħaġa. Każ li jista’ ma jaqax taħt il-portata tal-obbligu li jinsab fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE jista’ xorta jiġi inkluż fit-tieni paragrafu: “qorti jew tribunal ta’ Stat Membru li kontra id-deċiżjonijiet tiegħu ma jkun hemm ebda rimedju ġudizzjarju” f’kull każ huma u jibqgħu “qorti jew tribunal ta’ Stat Membru”. Tal-ewwel huwa loġikament sottogrupp tal-aħħar. |
|
138. |
It-tieni, jista’ jerġa’ jingħad li kulma ntqal, u kulma għadu ġej, jirrigwarda esklużivament kwistjonijiet preliminari dwar interpretazzjoni. L-obbligu ta’ rinviju dwar il-validità ta’ att tal-Unjoni jibqa’ suġġett għal dmir strett ta’ rinviju, mingħajr eċċezzjonijiet ( 113 ). |
1. Kwistjoni ġenerali jew li tista’ tiġi ġġeneralizzata ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni
|
139. |
Din il-kundizzjoni hija ovvja mal-ewwel daqqa t’għajn. Tabilħaqq, jista’ anki jkun issuġġerit li l-proċedura għal deċiżjoni preliminari kienet dejjem kollha dwar dan. Ir-realtà, madankollu, hija kemxejn differenti. L-insistenza kull tant żmien tal-Qorti tal-Ġustizzja li ma għandu jkun hemm ebda dubju raġonevoli dwar l-applikazzjoni korretta tad-dritt tal-Unjoni fil-każ quddiem il-qorti tal-aħħar istanza wasslet għadd ta’ qrati jissottomettu kwistjonijiet fattwali u pjuttost speċifiċi lill-Qorti tal-Ġustizzja. Tliet eżempji jistgħu juru dan il-fenomenu. |
|
140. |
L-ewwel, il-Qorti tal-Ġustizzja preċedentement tat interpretazzjoni tal‑kunċetti ta’ “ċirkostanzi straordinarji” fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar‑Regolament (KE) Nru 261/2004 ( 114 ) fi stadju bikri, bl-ewwel darba fil‑kawża Wallentin-Hermann, fejn il-Qorti tal-Ġustizzja qalet li l-kunċett ta’ “ċirkostanzi straordinarji” jirreferi għal “avveniment li […] mhuwiex inerenti għall-eżerċizzju normali tal-attività tat-trasportatur tal-ajru kkonċernat” ( 115 ). Ċertament, il-probabbiltà hija li ser ikun hemm numru ta’ każijiet addizzjonali li jikkonfermaw u jiċċaraw il-portata eżatt ta’ tali definizzjoni. Madankollu, huma x-xenarji fattwali ġodda kollha, kull wieħed sempliċement bid-domanda jekk għadd partikolari ta’ fatti (premissa minor) jistax jew le għal darb’oħra jkun dedott skont id-definizzjoni interpretattiva mogħtija diġà mid-dritt tal-Unjoni (premissa maior), verament okkażjonijiet ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni? F’għadd ta’ kawżi sussegwenti, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet mistiedna tikkategorizza bħala “ċirkostanzi straordinarji”: kolliżjoni bejn ajruplan u għasfur ( 116 ); għeluq parti mill-ispazju tal-ajru Ewropew minħabba li kien beda jiżbroffa vulkan fl-Iżlandja ( 117 ); l-imġiba indixxiplinata ta’ passiġġier li ġġustifikat li l-bdot ibiddel ir-rotta “sakemm it-trasportatur tal-ajru responsabbli għat-titjira ma kkontribwixxiex għall-okkorrenza ta’ dan l-aġir jew naqas milli jieħu l-miżuri xierqa fid-dawl ta’ sinjali bikrija ta’ tali aġir” ( 118 ); jew ħsara f’tajer ta’ ajruplan minħabba oġġett estern, bħal residwi mobbli, fuq il-pista tal-ajruport ( 119 ). |
|
141. |
It-tieni, b’mod simili, f’materji ta’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, il-Qorti tal-Ġustizzja tat diversi sentenzi dwar il-kunċett ta’ “użu ta’ vetturi” fis-sens tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103/KE ( 120 ). Skont il-Qorti tal-Ġustizzja dak il-kunċett ikopri kull użu ta’ vettura li jkun konsistenti mal-funzjoni normali ta’ dik il-vettura ( 121 ), jiġifieri kull użu ta’ dik il-vettura bħala mezz ta’ trasport ( 122 ). Madankollu, sussegwentement, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet mistiedna tikkonferma jekk is-sitwazzjonijiet fattwali li ġejjin jammontawx ukoll għal “użu ta’ vetturi”: “il-manuvra ta’ trattur fil-bitħa ta’ razzett sabiex jiddaħħal f’matmura t-trejler ta’ dan it-trattur” ( 123 ); “sitwazzjoni fejn trattur agrikolu kien involut f’inċident meta l-funzjoni prinċipali tiegħu, fil-mument meta seħħ dan l-inċident, ma kinitx li jservi bħala mezz ta’ trasport iżda li jiġġenera, bħala magna tax-xogħol, is-saħħa motriċi meħtieġa sabiex titħaddem il-pompa ta’ bexxiexa ta’ erbiċida” ( 124 ); “sitwazzjoni li fiha l-passiġġier ta’ vettura pparkjata f’parkeġġ, huwa u jiftaħ il-bieba ta’ din il-vettura, laqat u kkawża ħsara lill-vettura li kienet ipparkjata ħdejh” ( 125 ); jew “sitwazzjoni […] li fiha vettura pparkjata f’garaxx privat ta’ bini li tintuża konformement mal-funzjoni ta’ trasport tagħha tkun ħadet in-nar, u b’hekk tikkawża inċendju, li joriġina miċ-ċirkwit elettriku ta’ dik il-vettura, u jikkawża ħsara lil dak il-bini, taqa’ taħt il-kunċett ta’ ‘użu ta’ vetturi’ imsemmi f’dik id-dispożizzjoni, anki jekk il-vettura msemmija ma tkunx instaqet għal iktar minn 24 siegħa qabel ma jkun seħħ l-inċendju” ( 126 ). |
|
142. |
It-tielet, dan jista’ finalment jintwera wkoll mill-kunċett ta’ “ħin tax-xogħol” taħt id-Direttiva 2003/88/KE ( 127 ). Skont ġurisprudenza stabbilita r-rekwiżit ewlieni għall-klassifikazzjoni ta’ “ħin tax-xogħol” fis-sens tad-Direttiva 2003/88 huwa li l-ħaddiem ikun preżenti fiżikament fil-post iffissat mill-persuna li timpjega u jkun għad-dispożizzjoni tal-imsemmija persuna sabiex dan ikun jista’ jagħti minnufih is-servizzi xierqa f’każ ta’ ħtieġa. Dawk l-obbligi, li jagħmluha impossibbli għall-ħaddiema kkonċernati jagħżlu l-post fejn joqogħdu matul perijodi stand‑by, għandhom jitqiesu li jaqgħu fl-ambitu tat-twettiq ta’ dmirijiethom ( 128 ). Madankollu, wara dik id-definizzjoni ġenerali, il-Qorti tal-Ġustizzja għal darb’oħra ntalbet sabiex effettivament tissottometti, taħt dik id-definizzjoni, sitwazzjonijiet iddettaljati fattwalment dwar forom varji ta’ dmirijiet on‑call jew stand‑by ta’ personal mediku u persunal ieħor ta’ emerġenza. Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-ħin on‑call jikkostitwixxi ħin tax-xogħol jekk l-impjegat ikun jeħtieġlu jkun fiċ-ċentru tas-Saħħa ( 129 ); anki jekk il-persuna kkonċernata jkollha permess tistrieħ fil-post tax-xogħol tagħha matul il-perjodi meta s-servizzi tagħha ma jkunux meħtieġa ( 130 ); jew li l-kunċett ta’ “ħin tax-xogħol” għandu japplika għal “sitwazzjoni fejn [pompier] huwa mġiegħel li jgħaddi l-perijodu ta’ stand-by id-dar tiegħu, li jkun għad-dispożizzjoni tal-persuna li timpjegah u li jista’ jasal fil-post tax-xogħol tiegħu f’terminu ta’ 8 minuti.” ( 131 ) |
|
143. |
Ċertament, f’dawn l-oqsma kollha l-Qorti tal-Ġustizzja bla dubju tat risposta utli lill-qrati nazzjonali. Madankollu, ma nistax ħlief li nerġa’ naqbel mal-Avukat Ġenerali Jacobs li “risposti dettaljati għal domandi speċifiċi ħafna mhux dejjem jippromwovu […] applikazzjoni uniformi. Tali risposti jistgħu sempliċement jipprovokaw domandi ulterjuri.” [traduzzjoni mhux uffiċjali] ( 132 ) |
|
144. |
Fil-konklużjonijiet reċenti tiegħi fil-kawża Van Ameyde España, każ ieħor dwar assigurazzjoni ta’ responsabbiltà ċivili għal vetturi bil-mutur, mibgħut mit-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema, Spanja), ippruvajt nissuġġerixxi, f’termini iktar konkreti, fejn tista tinqata’ l-linja (mid-definizzjoni tagħha, iktar elużiva) bejn l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. Ma nistax ħlief nirreferi għal dawk il-konklużjonijiet bħala każistika attwali ( 133 ). Għall-fini tal-ewwel kundizzjoni dwar meta għandu debitament ikun hemm l-obbligu ta’ rinviju, nixtieq inżid dan li ġej. |
|
145. |
Id-dmir ta’ rinviju għandu jiskatta kull meta qorti nazzjonali tal-aħħar istanza jkollha quddiemha kwistjoni ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fformulata f’livell ta’ astrazzjoni raġonevoli u adatt. Dak il-livell ta’ astrazzjoni huwa loġikament iddefinit mill-portata u mill-għan tad-dispożizzjoni legali inkwistjoni. Fil-kuntest partikolari ta’ kunċetti legali (indeterminati) tad-dritt tal-Unjoni, il-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja huwa li tagħti interpretazzjoni ta’ dan il-kunċett. L-applikazzjoni tiegħu, inkluża s-sottomissjoni ta’ fatti speċifiċi taħt dik id-definizzjoni, hija kwistjoni ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. |
|
146. |
Ċertament, sempliċi applikazzjoni tista malajr tinqaleb għal interpretazzjoni, kieku, pereżempju, il-qorti tar-rinviju kellha tistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja ddejjaq, twessa’, tikkwalifika jew tmur lil hinn mid-definizzjoni diġà mogħtija. Madankollu, sakemm dak ikun taqbilħaqq x’ikun qiegħed jintalab, il-qorti tar-rinviju għandha ssemmi dan l-element b’mod ċar, billi tfisser speċifikament għaliex il-każ li tiegħu jkun sar rinviju jkun iktar minn sempliċi konferma oħra (u f’dan is-sens applikazzjoni) tal-premissa maior imsemmija preċedentement. |
|
147. |
Barra minn dan, f’dan is-sens u f’dik id-dimensjoni, l-interpretazzjoni mitluba għandha tkun waħda ta’ impatt ġenerali jew impatt li jista’ jkun iġġeneralizzat. Il-kwistjoni ta’ interpretazzjoni għandha tkun dwar kwistjoni ta’ interpretazzjoni ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, li potenzjalment tirrikorri. Inrid nenfasizza li dan ma huwiex kriterju ta’ sinjifikat legali jew tal-importanza tad-domanda magħmula. Hija domanda oħra, wisq iktar sempliċi għall-qorti nazzjonali: id-domanda li għandi quddiemi x’aktarx terġa’ tinqala, kemm quddiemi jew anki quddiem il-kollegi tiegħi fl-Istati Membri l-oħra? Għandi nitlob gwida mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-interess ta’ interpretazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni? |
|
148. |
Tali eżerċizzju mentali jgħin mhux biss għall-formulazzjoni tad-domanda li jkollha titressaq fuq livell adatt ta’ astrazzjoni, minħabba li jġiegħel lil dak li jkun jidentifika problemi ġenerali u transversali, iżda tgħin ukoll biex jitnaqqru każijiet stretti ħafna, uniċi, jew ta’ darba li, anki jekk potenzjalment iqajmu kwistjoni ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, huma sempliċement ma jkunu ta’ ebda impatt ġenerali jew strutturali. F’kull każ, ma jkunx ta’ periklu wieħed jassumi li l-maġġoranza tal-qrati nazzjonali kollha tal-aħħar istanza huma familjari ħafna ma’ tali ħsieb, għalkemm forsi primarjament fil-limiti tas-sistemi tagħhom stess. Tip simili ta’ ħsieb u riflessjoni għandu sempliċement jiġi applikat għal livell usa’ u ikbar tal-ordinament ġuridiku tal-Unjoni. |
|
149. |
Fil-qosor, ċertament m’iniex nissuġġerixxi li neħilsu minn unikorn sabiex minnufih jeħodlu postu ieħor: ( 134 ) il-ħsieb li hemm xi linja li taqsam bejn fejn tintemm interpretazzjoni u tibda applikazzjoni u bil-maqlub. Madankollu, l-għan tad-dmir ta’ rinviju huwa li tkun żgurata interpretazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni, mhux l-applikazzjoni korretta tad-dritt. Għalhekk, l-uniformità mfittxija ma hijiex, u qatt ma kienet, fil-livell ta’ riżultat waħdieni ta’ kull każ individwali, iżda fil-livell tar-regoli legali li għandhom ikunu applikati. Dan ifisser li, loġikament, filwaqt li jkun hemm grad raġonevoli ta’ uniformità ta’ regoli legali, jista’ jkun hemm diversità f’dak li huma riżultati speċifiċi. |
2. Iktar interpretazzjonijiet raġonevolment possibbli
|
150. |
Huwa oġġettivament possibbli li punt speċifiku tad-dritt tal-Unjoni jkun interpretat b’modi differenti? Parti neċessarja ta’ kull waħda mill-kundizzjonijiet tad-dmir ta’ rinviju tibqa’ dejjem studju dwar l-alternattivi. Madankollu, kuntrarju għall-inċertezza interna u suġġettiva b’mod inerenti fl-għamla ta’ kull dubju raġonevoli dwar ir-riżultat ta’ każ individwali, hija l-eżistenza ta’ alternattivi plawsibbli li jqiegħdu kunsiderazzjonijiet simili fuq bażi iktar esterna u oġġettiva. Min hawn isegwi s-suġġeriment li l-attenzjoni tkun iffokata mill-ġdid minn sempliċement “ma nafx” għal “dawn huma l-alternattivi li nrid nagħżel minnhom”. |
|
151. |
Nisħaq dwar l-importanza tal-aġġettivi “possibbli” jew “plawżibbli”. Ċertament ma huwiex issuġġerit li qorti tar-rinviju tkun obbligata tindika l-alternattivi kollha, timmotivahom, jew anki tispjega liema minnhom hija tiffavorixxi ( 135 ). Madankollu, għandu jkun hemm iktar minn sempliċi dubju suġġettiv, jew anki l-assenza ta’ għarfien, sabiex ikun iġġustifikat dmir ta’ rinviju. |
|
152. |
Madankollu, fejn ikun hemm żewġ interpretazzjonijiet potenzjali jew iktar proposti quddiem il-qorti nazzjonali tal-aħħar istanza, id-dmir ta’ rinviju jsir strett. Wara kollox, huwa preċiżament għal din ir-raġuni li d-dmir kien oriġinarjament impost: sabiex jiġi applikat meta jkun hemm disponibbli numru ta’ għażliet “fuq il-mejda”. Ix-xenarji li ġejjin huma partikolarment rilevanti sabiex juru meta tista’ tinqala’ tali sitwazzjoni. |
|
153. |
L-ewwel nett, hemm eżempji fejn interpretazzjonijiet differenti tal-istess regola kienu adottati f’deċiżjonijiet finali ta’ qrati nazzjonali. Kull qorti oħra tal-aħħar istanza adita bit-tilwima li tkun tinvolvi l-istess element tad-dritt tal-Unjoni u li tkun sabet diverġenza ta’ interpretazzjoni tal-istess regola hija obbligata tagħmel rinviju, sabiex tikkjarifika liema mill-fili ta’ ġurisprudenza jkun fil-fatt korrett. Ma jimportax jekk tali diverġenza misjuba tkunx fl-istess Stat Membru jew f’diversi Stati Membri. Tabilħaqq, jiena wkoll ma narax il-loġika li biha diverġenza fil-fili ta’ ġurisprudenza nazzjonali biss ma tkunx biżżejjed sabiex oġġettivament ikun hemm ġurisprudenza diverġenti fuq l-istess materja fl-Unjoni ( 136 ) sakemm ma jkunx varjanti uniku ta’ diskriminazzjoni opposta. Wara kollox, il-loġika sottostanti għas-sentenza Hoffmann-Laroche hija li jkun hemm diverġenza mill-approċċ komuni “fi kwalunkwe Stat Membru”, u għal raġuni tajba: ma jistax ikun hemm interpretazzjoni uniformi jkun parti mill-Istat Membru sempliċement tmur għal rasha? |
|
154. |
Madankollu, nixtieq nagħmel enfasi fuq id-deċiżjonijiet eżistenti finali mogħtija fil-livell nazzjonali. L-għan huwa ta’ differenza artikolata fl-interpretazzjoni fil-livell orizzontali, kemm jekk fl-istess Stat Membru (qrati differenti ta’ appell, awli differenti jew formazzjonijiet differenti tal-ogħla ġurisdizzjonijiet), kif ukoll fl-Istati Membri kollha. L-istess jista’ ma jkunx bilfors il-każ għal sett wieħed ta’ proċeduri li jkunu għadhom ma nqatgħux. F’tali sitwazzjoni, li fiha, pereżempju, l-interpretazzjoni aċċettata mill-qorti tal-ewwel istanza tkun differenti minn dik adottata mill-qorti tal-appell, bil-kawża li tkun imbagħad pendenti quddiem qorti suprema, jistgħu wkoll ikunu involuti żewġ approċi jew iktar għall-istess regola. Madankollu, kuntrarju għal sitwazzjoni fejn ikun hemm interpretazzjonijiet diverġenti f’deċiżjonijiet finali individwali kollha ta’ diversi qrati, dan ma jfissirx awtomatikament iktar modi raġonevoli u plawżibbli ta’ interpretazzjoni tal-istess regola tad-dritt tal-Unjoni. Fl-istess proċedura biss, tabilħaqq ma jistax jiġi eskluż li qorti partikolari sempliċement tkun għamlet żball. Għall-kuntrarju, diverġenza fil-ġurisprudenza fi proċeduri differenti ma tkunx għadha żball, iżda problema strutturali kemm għad-dritt tal-Unjoni, kif ukoll għad-dritt nazzjonali. |
|
155. |
It-tieni nett, is-sitwazzjonijiet l-oħra kollha, anki inkluża dik ta’ interpretazzjonijiet differenti adottati fl-istess sett ta’ proċeduri, għandhom imbagħad sempliċement ikunu evalwati fid-dawl ta’ kull każ individwali. Fil-proċeduri quddiem il-qorti tal-aħħar istanza, kien hemm tabilħaqq alternattivi plawżibbli rigward l-interpretazzjoni tal-istess regoli, irrispettivament minn fejn kienu ġew? Setgħu kienu fis-sottomissjonijiet tal-partijiet; setgħu ġew mid-diversi partijiet involuti fil-proċeduri nazzjonali; jew tabilħaqq setgħu rriżultaw mid-diversi sentenzi preċedenti fl-istess proċeduri, fejn id-differenza ma kinitx żball iżda tabilħaqq il-manifestazzjoni ta’ alternattivi plawżibbli. |
|
156. |
Barra minn dan, tali dubji dwar l-għażliet bejn interpretazzjonijiet possibbli ta’ regola waħda jistgħu naturalment dejjem joriġinaw mill-qorti nazzjonali stess. Madankollu, meqjus dak kollu li ntqal iktar ’il fuq f’din it-taqsima, nixtieq nenfasizza punt wieħed pjuttost importanti: realtà u realiżmu. Wieħed bilkemm jistenna minn qrati nazzjonali tal-aħħar istanza li f’daqqa waħda dawn jinbidlu f’ċentri ta’ riċerka tad-dritt komparattiv tal-Unjoni, u b’hekk huma stess, sabiex ngħidu hekk ex officio, jagħmlu riċerka tal-ġurisprudenza ta’ qrati nazzjonali oħra fi Stati Membri oħra, jew jibdew jaraw proattivament isibux problemi interpretattivi. |
|
157. |
Madankollu, dak li ċertament huwa mistenni minn qrati nazzjonali tal-aħħar istanza huwa li huma jirrikonoxxu li oġġettivament hemm diverġenza f’interpretazzjoni legali jekk dik id-diverġenza tkun espressament inġiebet għall-attenzjoni tagħhom minn kwalunkwe wieħed mill-atturi fil-proċeduri quddiemhom, b’mod partikolari mill-partijiet innifishom. Sakemm, tabilħaqq, ikun hemm diverġenza fl-interpretazzjoni legali possibbli, murija, b’alternattivi possibbli, allura, bl-użu tat-terminoloġija tas-sentenza CILFIT, ikun jista’ jitqies li ġie stabbilit, oġġettivament u esternament, dubju (raġonevoli) f’tilwima quddiemhom u ma jkunx jista’ mbagħad jiġi injorat id-dmir ta’ rinviju fl-interess li tinkiseb interpretazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni. |
3. Ebda ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja
|
158. |
Aktarx li mhux ser ikun hemm assenza ta’ diskussjoni (taħraq) dwar x’inhi eżattament, f’kuntest speċifiku, “ġurisprudenza stabbilita”, u jekk kulħadd jifhimx eżattament x’kien “stabbilit” bl-istess mod. Madankollu, f’livell kunċettwali, hija tabilħaqq is-sentenza Da Costa ( 137 ), kif miżmuma u elaborata fis-sentenza CILFIT ( 138 ), li teħtieġ l-inqas eżami mill-ġdid. Qorti nazzjonali tal-aħħar istanza tkun obbligata tagħmel rinviju jekk ikollha quddiemha kwistjoni ġdida ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, jew kwistjoni li ma tkunx tista’ tiġi riżolta kompletament abbażi ta’ ġurisprudenza eżistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja, jew fejn ikun xieraq tistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkjarifika jew teżamina mill-ġdid xi wħud mid-deċiżjonijiet preċedenti tagħha. |
|
159. |
Fi kliem sempliċi t-tieni kundizzjoni u din, it-tielet kundizzjoni huma żewġ aspetti tal-istess tħassib – l-ewwel kundizzjoni, tikkonċerna l-interpretazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni – f’tipi differenti ta’ direzzjonijiet u b’atturi differenti. It-tieni kundizzjoni tirrigwarda koerenza orizzontali u ġurisprudenza nazzjonali, filwaqt li t-tielet waħda tiffokaw fuq id-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja u fuq l-effetti tagħhom. |
|
160. |
Qorti nazzjonali tal-aħħar istanza, għalhekk, ma hijiex obbligata tagħmel rinviju għal kwistjoni ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni jekk l-istess dispożizzjoni tkun diġà ġiet interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja. L-istess japplika meta deċiżjonijiet preċedenti tal-Qorti tal-Ġustizzja, mogħtija fi kwalunkwe tip ta’ proċeduri, ikunu diġà taw gwida interpretattiva biżżejjed li tippermetti lill-qorti nazzjonali tirriżolvi l-kwistjoni quddiemha b’kunfidenza abbażi ta’ ġurisprudenza eżistenti. |
|
161. |
Irrid nikkonkludi biss bi tliet kjarifiki addizzjonali f’dan ir-rigward. |
|
162. |
L-ewwel, jista’ jkun ta’ siwi nerġa’ ninnota r-rabta loġika bejn it-tielet kundizzjoni u l-ewwel waħda: dak li għandu jiġi stabbilit u għandu jiġi dedott b’mod ċar mill-ġurisprudenza hija r-regola tad-dritt tal-Unjoni li għandha tkun applikata, mhux l-eżitu tal-każ speċifiku. Għalhekk, għal darb’oħra, pereżempju, l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni ta’ x’tikkostitwixxi “ċirkostanza straordinarja” tkun ġiet stabbilita fil-mument li tkun ġiet iddikjarata d-definizzjoni ta’ dak l-avveniment u kkonfermata mill-Qorti tal-Ġustizzja. Ħlief meta qorti tal-aħħar istanza tkun f’sitwazzjoni li fiha tkun tixtieq teżamina mill-ġdid, tirfina jew tmur lil hinn minn dik id-definizzjoni, hija għandha sempliċement tapplikaha mingħajr ma tkun obbligata titlob gwida dwar jekk, pereżempju, minbarra l-isfond fattwali kollu diġà kopert mill-Qorti tal-Ġustizzja ( 139 ) ċirkustanzi straordinarji japplikaw ukoll fil-każ li jkun hemm ċerv jew raġel għarwien jiġri fuq il-mitjar. |
|
163. |
It-tieni, jista’ jkun ġust jiġi rikonoxxut li, filwaqt li l-lingwa tal-Qorti tal-Ġustizzja tuża terminoloġija bħal “ġurisprudenza stabbilita”, jew “deċiżjonijiet preċedenti”, dan jista’ fil-fatt xi drabi jammonta għal preċedent wieħed. Ċertament, dan kollu jiddependi mill-kontenut, mill-kuntest u miċ-ċarezza tar-regola legali tal-Unjoni li suppost kellha tkun stabbilita fid-deċiżjoni preċedenti ( 140 ). Madankollu, pożizzjoni legali, artikolata b’mod ċar, anki jekk tkun ġiet iddikjarata darba biss (u, għalhekk, bilkemm tkun tammonta għal “ġurisprudenza stabbilita” ġenwina fit-tradizzjoni vera tad-dritt ċivili, li fiha kienet tittenna għal bosta drabi qabel ma effettivament issir vinkolanti) tista’, sa mill-bidu, teħles lil qorti nazzjonali tal-aħħar istanza milli tagħmel rinviju. |
|
164. |
It-tielet, qorti nazzjonali, u b’mod partikolari qorti nazzjonali tal-aħħar istanza, dejjem titħalla tistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja tadatta, tirfina, tikkjarifika jew anki tmur lil hinn mid-deċiżjonijiet preċedenti tagħha. Madankollu, jekk qorti nazzjonali tal-aħħar istanza tkun tixtieq tmur lil hinn mill-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li preċedentement kienet adottata mill-Qorti tal-Ġustizzja, dik il-qorti nazzjonali tkun obbligata tagħmel rinviju, u tispjega lill-Qorti tal-Ġustizzja r-raġunijiet għaliex hija ma tkunx taqbel u, idealment, tiddeskrivi dak li għandu jkun, fil-fehma tal-qorti tar-rinviju, l-approċċ xieraq ( 141 ). |
|
165. |
Sabiex inkun għidt kollox, nista’ nżid li tali kuntest ta’ “kjarifika” jista’ mhux biss jinkludi sitwazzjonijiet li fihom qorti nazzjonali tabilħaqq tkun tixtieq li l-Qorti tal-Ġustizzja timmodifika l-ġurisprudenza tagħha ( 142 ), iżda wkoll xi drabi meta jkun hemm diverġenza fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja misjuba minn qorti nazzjonali mitluba tapplika dik il-gwida fil-livell nazzjonali. F’tali sitwazzjonijiet (nittama rari), ikun hemm dmir ta’ rinviju, preċiżament fl-interess ta’ interpretazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni mal-Unjoni kollha, sabiex ikunu evitati diverġenzi bejn qrati nazzjonali, b’xi wħud minnhom jistrieħu fuq linja waħda tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, filwaqt li oħrajn effettivament japplikaw wieħed differenti. |
4. Id-dmir ta’ motivazzjoni (u l-kwistjoni miftuħa tal-infurzar tad-dmir ta’ rinviju)
|
166. |
Fil-proposta magħmula f’dawn il-konklużjonijiet il-portata tad-dmir ta’ rinviju diġà għandu l-eċċezzjonijiet. Huma ż-żewġ uċuħ tal-istess munita. Sabiex ikun hemm dmir ta’ rinviju, għandhom ikunu ssodisfatti t-tliet kundizzjonijiet deskritti fil-qosor f’din it-taqsima. Sabiex ma jkunx hemm lok għad-dmir (jew, skont kif ikun jiddependi mill-kostruzzjoni, sabiex tiskatta eċċezzjoni), waħda mit-tliet kundizzjonijiet għandha tkun assenti: jew ma jkunx hemm kwistjoni ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni; ikun hemm biss interpretazzjoni raġonevoli waħda possibbli tad-dritt tal-Unjoni inkwistjoni; jew tkun tista’ tinstab risposta fil-ġurisprudenza eżistenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
|
167. |
Madankollu, hemm, f’kull każ, dmir trasversali, jew anki kundizzjoni oħra, ir-raba’ waħda: irrilevanti minn liema waħda mit-tliet kundizzjonijiet tkun trid tiġi invokata mill-qorti nazzjonali tal-aħħar istanza, dik il-qorti jkollha l-obbligu tagħti motivazzjoni adegwata għall-konklużjoni tagħha li l-każ quddiemha ma jkunx jaqa’ taħt l-obbligu ta’ rinviju fis-sens tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE. |
|
168. |
Naturalment, ma hemmx parametru universali ta’ x’inhu grad adegwat u, għalhekk, suffiċjenti ta’ motivazzjoni. Kollox jiddependi min-natura tal-każ, kemm ikun kumpless u, fuq kollox, mill-argumenti miġjuba quddiem il-qorti li tiddeċiedi u minn dawk li jkun hemm fil-proċess tal-kawża. Madankollu, u f’kull każ, sakemm ikun tabilħaqq tqajjem punt rilevanti tad-dritt tal-Unjoni quddiem qorti nazzjonali tal-aħħar istanza, dik il-qorti jkollha obbligu tgħid b’mod ċar u speċifiku liema mit-tliet kundizzjonijiet (eċċezzjonijiet) suppost tapplika għal dak il-każ u li tagħti, mill-inqas, spjegazzjoni fil-qosor għala jkun hekk. |
|
169. |
Jiena konvint li huwa importanti nenfasizza dan l-obbligu b’mod ċar. Riferiment ġenerali, vag, bilkemm issostanzjat għal acte clair jew għas-sentenza CILFIT, mingħajr ma tingħata motivazzjoni vera u speċifika għall-każ dwar għala eżattament ma jkunx hemm dmir ta’ rinviju fuq il-merti tal-każ inkwistjoni, ma jissodisfax dak ir-rekwiżit minimu ( 143 ). Għall-kuntrarju, fl-approċċ tabilħaqq pjuttost oġġettiv u estern fir-rigward tad-dmir ta’ rinviju fl-interess tal-uniformità sistemika fl-interpretazzjoni sostnuta f’dawn il-konklużjonijiet, il-motivazzjoni li għandha tingħata mill-qorti nazzjonali tal-aħħar istanza hija reazzjoni għall-elementi li miġjuba għall-attenzjoni ta’ dik il-qorti mill-partijiet jew minħabba li jkunu jirriżultaw b’mod ċar mill-proċeduri u mill-proċess tal-kawża stess. Id-dmir ta’ motivazzjoni, għalhekk, jikkorrelata b’mod naturali mad-dmir ta’ mħallef li jirreaġixxi għaċ-ċirkustanzi u għall-argumenti rilevanti kollha miġjuba quddiemu. |
|
170. |
Fi kliem sempliċi, imħallef ma huwiex obbligat joħroġ ifittex problemi ta’ interpetazzjoni li jistgħu possibbilment jinqalgħu dwar dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni partikolari. Madankollu, il-problemi ta’ interpretazzjoni mressqa quddiem, b’mod partikolari dawk imsemmija mill-partijiet, ma jistgħux “jinkinsu taħt it-tapit” mingħajr motivazzjoni tajba, billi sempliċement jingħad f’sentenza waħda li kollox huwa ċar u lil hinn minn kull dubju raġonevoli. |
|
171. |
Fl-aħħar nett, fil-fehma tiegħi, id-dmir ta’ motivazzjoni adegwata, għalkemm aktarx jirriżulta minn regoli nazzjonali rilevanti, huwa wkoll obbligu impost mid-dritt tal-Unjoni skont l-Artikolu 47 tal-Karta. Huwa pjuttost loġiku li jekk punt tad-dritt tal-Unjoni jitqajjem validament matul proċeduri ġudizzjarju nazzjonali, allura dak il-każ aktarx li jkun jaqa’, sa fejn jikkonċerna l-applikabbiltà ta’ elementi oħra tad-dritt tal-Unjoni, fil-portata tad-dritt tal-Unjoni. Barra minn dan, hemm l-Artikolu 267 TFUE stess li huwa applikabbli f’tali każ. Għalhekk, tali każ, u kwalunkwe deċiżjoni nazzjonali meħuda b’rabta miegħu, huma b’mod ċar istanza ta’ implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fis-sens tal‑Artikolu 51(1) tal-Karta. |
|
172. |
Dwar dan nieqaf apposta hawn. Kwistjonijiet relatati mal-infurzar tad-dmir ta’ rinviju huma forsi materja għal kawżi fil-futur. Madankollu, qabel ma tali materji jkunu jistgħu jiġu diskussi fil-futur, il-portata u n-natura tad-dmir ta’ rinviju għandhom l-ewwel ikunu eżaminati mill-ġid b’mod kunsiderevoli. Ikun biss jekk u ladarba jkun ittieħed dak il-pass, li jista’ jkun rilevanti tiġi diskussa l-materja sussegwenti ta’ rimedji. |
|
173. |
Nikkonkludi bi tliet osservazzjonijiet ta’ natura ġenerali. |
|
174. |
L-ewwel, għaliex jeħtieġ li l-file CILFIT jiġi eżaminat mill-ġdid issa? Tabilħaqq, wara li qrajt il-konklużjonijiet konvinċenti tal-predeċessuri għorrief kollha tiegħi ċċitati matul dawn il-konklużjonijiet, huwa ċar li l-Qorti tal-Ġustizzja aktarx li ma hijiex ser tiftaħ dak il-file kif ġieb u laħaq. Barra minn dan, ironikament wieħed jista’ jissuġġerixxi li, minħabba li s-sentenza CILFIT ma ħaddmitx għal erbgħin sena, ftit iktar snin jew għexieren ta’ snin oħra ma humiex ser jagħmlu differenza. Hemm ukoll ċerta sempliċità sabiħa u ċertu għerf fl-inerzja, partikolarment malli s-sistema, b’mod ġenerali, issib xi xorta ta’ ekwilibriju. Tabilħaqq, sabiex immur lura għall-metafora użata fl-introduzzjoni ta’ dawn il-konklużjonijiet, ikun iktar għaqli li klieb rieqda ma jitqajmux. Jekk iqumu, ħadd ma jaf lil min jistgħu jigdmu. |
|
175. |
Tali ħsibijiet, ikunu kemm ikunu attraenti, għandhom il-limiti ċari tagħhom. Ma jagħmilx tajjeb li l-awtorità istituzzjonali u l-leġittimità ta’ kull qorti jitqiesu irrilevanti, minħabba li l-gwida li tkun ġejja miċ-ċentru ma jkunx qiegħed jingħata kas tagħha, u bir-raġun. Barra minn dan, jekk tali assenza ta’ rilevanza tolqot wieħed mill-parametri kruċjali tas-sistema ġudizzjarja kollha, li għat-tħaddim sewwa tagħha u għal mill-inqas ftit mill-infurzar tagħha, dik is-sistema għandha tistrieħ fuq oħrajn, tista’ toħloq regola pjuttost ħażina ta’ xettiċiżmu u li eventwalment tinfirex f’oqsma oħra u fi kwistjonijiet oħra. Finalment, aktarx jirriżultaw tensjonijiet jekk tali ekwilibriju akkurat jitlef il-bilanċ tiegħu minħabba mewġa f’daqqa waħda ta’ infurzar selettiv ta’ tali regoli, fejn dawk suġġetti għal tali infurzar jistgħu korrettement jistaqsu: għaliex aħna? B’dan il-mod, issa bil-klieb imqajma, isir obbligatorju li r-regoli jiġu eżaminati mill-ġdid sabiex jiġu infurzati b’mod ugwali fil-konfront ta’kulħadd. |
|
176. |
It-tieni, jista’ jiġi ssuġġerit li billi wieħed jiffoka fuq il-funzjoni makro jew pubblika tad-dmir ta’ rinviju, il-proposta magħmula f’dawn il-konklużjonijiet tinjora litiganti individwali u d-drittijiet suġġettivi tagħhom. Barra minn dan, jekk jiġu sseparati minn dubji suġġettivi fil-każ individwali, id-definizzjoni tal-portata tad-dmir ta’ rinviju u l-eċċezzjonijiet għal dak id-dmir isiru vagi fl-artikulazzjoni tagħhom, billi jkunu jistrieħu fuq kunċetti astratti bħal diverġenza f’interpretazzjoni. |
|
177. |
Fil-fehma tiegħi kienet preċiżament l-assenza ta’ ċarezza fid-distinzjoni kunċettwali bejn il-funzjoni makro/mikro (pubblika/privata) u l-kundizzjonijiet oġġettivi/suġġettivi tad-dmir ta’ rinviju li jaħtu għall-problemi tas-sentenza CILFIT. Barra minn dan, l-għażla magħmula fis-sentenza CILFIT kienet unika wkoll b’mod ieħor: id-dmir ta’ rinviju kien sar jiddependi primarjament minn kundizzjonijiet individwali u suġġettivi tal-każ speċifiku pendenti quddiem qorti tal-aħħar istanza mingħajr, madankollu, ma’ l-individwi kienu ngħataw drittijiet, kienu x’kienu, sabiex jinfurzaw dak id-dmir. |
|
178. |
Jekk, kif propost hawnhekk, in-natura prinċipalment sistemika u strutturali tad-dmir ta’ rinviju kellha tkun irrikonoxxuta, li mbagħad tkun ibbażata fuq kunsiderazzjonijiet iktar oġġettivi tal-ħtiġijiet li jinqalgħu fil-każ individwali, dan jkun jista’ possibbilment jipprovdi lil litiganti individwali b’ħafna iktar fuq x’hiex jibbażaw l-argumenti f’każ individwali milli dubji ġudizzjarji suġġettivi. Barra minn hekk, filwaqt li jinfatmu parzjalment miċ-ċirkustanzi ta’ każ individwali, il-kundizzjonijiet issuġġeriti hawnhekk huma, fir-rigward tan-natura u tal-artikulazzjoni tagħhom, fil-fatt iktar preċiżi minn dawk li hemm fis-sentenza CILFIT. Ukoll, għall-kuntrarju ta’ diskussjonijiet kontinwi u interminabbli dwar jekk l-eċċezzjonijiet fis-sentenza CILFIT fil-fatt jammontawx għal lista ta’ kontrolli jew sempliċement għal kaxxa tal-għodda, il-kundizzjonijiet proposti hawnhekk huma manifestament lista ta’ kontrolli, b’konfermazzjoni tad-dmir korrispondenti ta’ motivazzjoni speċifika u xierqa. |
|
179. |
It-tielet u l-aħħar, tali “ħall” mis-sentenza CILFIT, li ma jiffokax iktar fuq l-applikazzjoni korretta tad-dritt tal-Unjoni f’kull każ quddiem qorti tal-aħħar istanza, ma jfissirx li l-Qorti tal-Ġustizzja tkun qiegħda tabdika mir-responsabbiltà ewlenija tagħha f’dak li għandu x’jaqsam mal-kisba ta’ unità u uniformità tad-dritt tal-Unjoni? |
|
180. |
Ħadt spazju mhux ħażin f’dawn il-konklużjonijiet sabiex nipprova nfisser għaliex jiena konvint li l-uniformità tas-sentenza CILFIT dwar l-applikazzjoni korretta tad-dritt tal-Unjoni f’kull każ individwali hija ħrafa. Minħabba n-natura deċentralizzata u mxerrda tas-sistema ġudizzjarja tal-Unjoni, l-aqwa ħaġa li qatt tista’ tinkiseb hija uniformità raġonevoli fl-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, fejn dak it-tip ta’ uniformità diġà pjuttost jidher kważi impossibbli. Dwar l-uniformità fl-applikazzjoni u fir-riżultati, il-risposta hija pjuttost sempliċi: “ħadd ma jitlef minn dak li qatt ma kellu” ( 144 ). |
V. Konklużjoni
|
181. |
Nirrakkomanda li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi l-ewwel domanda preliminari magħmula lilha mill-Consiglio di Stato (Il-Kunsill tal-Istat, l-Italja) bil-mod li ġej: Skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE, qorti jew tribunal ta’ Stat Membru li kontra d-deċiżjonijiet tiegħu ma jkun hemm ebda rimedju ġudizzjarju taħt il-liġi nazzjonali għandu jagħmel rinviju tal-każ lill-Qorti tal-Ġustizzja, bil-kundizzjoni li, fl-ewwel lok, dak il-każ ikun iqajjem kwistjoni ġenerali ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, li tista’, fit-tieni lok, tkun raġonevolment interpretata f’iktar minn mod wieħed possibbli, u, fit-tielet lok, il-mod li bih għandha tkun interpretata l-liġi tal-Unjoni inkwistjoni ma jkunx jista jiġi dedott mill-ġurisprudenza eżistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja. Jekk tali qorti jew tali tribunal nazzjonali, li quddiemu tkun tqajmet kwistjoni ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, jiddeċiedi li ma jissottomettix talba għal deċiżjoni preliminari skont dik id-dispożizzjoni, huwa jkun obbligat jagħti r-raġunijiet b’mod adegwat sabiex ifisser liema waħda mit-tliet kundizzjonijiet ma kinitx ġiet issodisfatta u għaliex.’ |
( 1 ) Lingwa oriġinali: l-Ingliż.
( 2 ) Sentenza tas-6 ta’ Ottubru 1982 (283/81, EU:C:1982:335) (iktar ’il quddiem is-“sentenza CILFIT”).
( 3 ) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta’ l‑ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 19).
( 4 ) Sentenza Consorzio Italian Management u Catania Multiservizi (C‑152/17, EU:C:2018:264).
( 5 ) Ibid., punti 33 sa 35.
( 6 ) Invokazzjoni ta’ ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja f’dan ir-rigward, partikolament is-sentenza tat‑18 ta’ Lulju 2013, Consiglio Nazionale dei Geologi (C‑136/12, EU:C:2013:489, punt 25).
( 7 ) Ara, pereżempju, is-sentenza tat‑12 ta’ Frar 2008, Kempter (C‑2/06, EU:C:2008:78, punt 41); tad‑9 ta’ Novembru 2010, VB Pénzügyi Lízing (C‑137/08, EU:C:2010:659, punt 28); u tat‑18 ta’ Lulju 2013, Consiglio Nazionale dei Geologi (C‑136/12, EU:C:2013:489, punt 28).
( 8 ) Diġà fis-sentenza tas-6 ta’ Ottubru 1982, CILFIT et (283/81, EU:C:1982:335, punt 9). Ara wkoll is-sentenza tal-10 ta’ Jannar 2006, IATA u ELFAA (C‑344/04, EU:C:2006:10, punt 28).
( 9 ) Diġà fis-sentenza tas-16 ta’ Ġunju 1981, Salonia (126/80, EU:C:1981:136, punt 7). Ara wkoll is-sentenza tal-15 ta’ Jannar 2013, Križan et (C‑416/10, EU:C:2013:8, punt 65).
( 10 ) Ara, pereżempju, is-sentenzi tas‑17 ta’ Lulju 2008, Coleman (C‑303/06, EU:C:2008:415, punt 29 u l-ġurisprudenza ċċitata), u tat‑22 ta’ Diċembru 2008, Les Vergers du Vieux Tauves (C‑48/07, EU:C:2008:758, punt 20 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 11 ) Ara, pereżempju, is-sentenza tal 11 ta’ Ġunju 1987, X (14/86, EU:C:1987:275, punt 11).
( 12 ) Ara, pereżempju, is-sentenza tat‑13 ta’ April 2000, Lehtonen u Castors Braine (C‑176/96, EU:C:2000:201, punt 19).
( 13 ) Diġà fis-sentenza tat-28 ta’ Ġunju 1978, Simmenthal (70/77, EU:C:1978:139, punti 10 u 11). Ara wkoll reċentement, pereżempju, is-sentenza tal-1 ta’ Frar 2017, Tolley (C‑430/15, EU:C:2017:74, punti 32 u 33).
( 14 ) Ara, pereżempju, is-sentenza tal-14 ta’ Diċembru 1995, Peterbroeck (C‑312/93, EU:C:1995:437, punti 19 u 20). Ara wkoll, partikolarment fir-rigward ta’ limitazzjoni potenzjali tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ (tieni) appelli, is-sentenza tal‑4 ta’ Ġunju 2002, Lyckeskog (C‑99/00, EU:C:2002:329, punti 17 u 18).
( 15 ) Ara wkoll, b’mod iktar ġenerali, is-sentenza tal-5 ta’ Ottubru 2010, Elchinov (C‑173/09, EU:C:2010:581, punt 25), jew is-sentenza tal-15 ta’ Jannar 2013, Križan et (C‑416/10, EU:C:2013:8, punt 67).
( 16 ) Ara, pereżempju, is-sentenzi tas-17 ta’ Lulju 2014, Torresi (C‑58/13 u C‑59/13, EU:C:2014:2088, punt 32 u l-ġurisprudenza ċċitata); tal-20 ta’ Diċembru 2017, Schweppes (C‑291/16, EU:C:2017:990, punt 26); u tas-6 ta’ Novembru 2018, Bauer u Willmeroth (C‑569/16 u C‑570/16, EU:C:2018:871, punt 21).
( 17 ) Ara d-digriet tal-5 ta’ Marzu 1986, Wünsche (69/85, EU:C:1986:104, punt 15); is-sentenza tal-11 ta’ Ġunju 1987, X (14/86, EU:C:1987:275, punt 12); is-sentenza tas-6 ta’ Marzu 2003, Kaba (C‑466/00, EU:C:2003:127, punt 39) u d-digriet tat-30 ta’ Ġunju 2016, Sokoll-Seebacher u Naderhirn (C‑634/15, EU:C:2016:510, punt 19).
( 18 ) Sentenza tas-27 ta’ Marzu 1963, Da Costa et (28/62 to 30/62, EU:C:1963:6).
( 19 ) Sentenza tas-6 ta’ Ottubru 1982, CILFIT et (283/81, EU:C:1982:335, punti 13 u 14).
( 20 ) Bl-ipoteżi impliċita, magħmula espliċita biss wara, li l-imħallef nazzjonali jkun marbut bl-interpretazzjoni diġà mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja – ara, iktar reċenti, pereżempju, is-sentenza tal-5 ta’ Ottubru 2010, Elchinov (C‑173/09, EU:C:2010:581, punti 29 u 30), jew is-sentenza tal-5 ta’ Lulju 2016, Ognyanov (C‑614/14, EU:C:2016:514, punt 33).
( 21 ) Ara, pereżempju, is-sentenza tal-4 ta’ Novembru 1997, Parfums Christian Dior (C‑337/95, EU:C:1997:517, punt 29).
( 22 ) Ser nuża dan it-terminu li huwa magħruf sewwa bħala taqsira kullimkien f’dawn il-konklużjonijiet għal “qorti jew tribunal ta’ Stat Membru li kontra id-deċiżjonijiet tiegħu ma jkun hemm ebda rimedju ġudizzjarju taħt il-liġi nazzjonali”. Ulterjorment, dwar l-identifikazzjoni ta’ tali qrati fil-kuntest ta’ kull proċedura speċifika, ara, pereżempju, is-sentenzi tal-4 ta’ Ġunju 2002, Lyckeskog (C‑99/00, EU:C:2002:329, punt 16); tas-16 ta’ Diċembru 2008, Cartesio (C‑210/06, EU:C:2008:723, punti 76 sa 78); tal-15 ta’ Jannar 2013, Križan et (C‑416/10, EU:C:2013:8, punt 72); u tal‑21 ta’ Diċembru 2016, Biuro podróży Partner (C‑119/15, EU:C:2016:987, punti 52 u 53).
( 23 ) Ara s-sentenzi tat-22 ta’ Ottubru 1987, Foto-Frost (314/85, EU:C:1987:452, punt 20); tas-6 ta’ Diċembru 2005, Gaston Schul Douane-expediteur (C‑461/03, EU:C:2005:742, punt 17) u tal-21 ta’ Diċembru 2011, Air Transport Association of America et (C‑366/10, EU:C:2011:864, punt 47).
( 24 ) Ara, pereżempju, is-sentenzi tat-22 ta’ Ottubru 1987; Foto-Frost (C‑314/85, EU:C:1987:452, punt 15); tas-6 ta’ Diċembru 2005; Gaston Schul Douane-expediteur (C‑461/03, EU:C:2005:742, punt 21); u tat-28 ta’ Marzu 2017, Rosneft (C‑72/15, EU:C:2017:236, punti 78 sa 80).
( 25 ) Ara s-sentenza tas-6 ta’ Diċembru 2005, Gaston Schul Douane-expediteur (C‑461/03, EU:C:2005:742, punti 20 u 25).
( 26 ) Opinjoni 1/09 (Ftehim previst li joħloq sistema unifikata ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim fil-qasam tal-privattivi) tat-8 ta’ Marzu 2011 (EU:C:2011:123, punt 84). Enfasi tiegħi.
( 27 ) Sentenza tal-24 ta’ Mejju 1977, Hoffmann-Laroche (C‑107/76, EU:C:1977:89, punt 5); sussegwentement imtennija f’għadd ta’ sentenzi oħra, bħas-sentenzi tat-2 ta’ April 2009, Pedro IV Servicios (C‑260/07, EU:C:2009:215, punt 32 u l‑ġurisprudenza ċċitata); tal-15 ta’ Marzu 2017, Aquino (C‑3/16, EU:C:2017:209, punt 33 u l-ġurisprudenza ċċitata) u tal-4 ta’ Ottubru 2018, Il-Kummissjoni vs Franza (Taxxa minn ras il-għajn) (C‑416/17, EU:C:2018:811, punt 109).
( 28 ) Sentenza tal-24 ta’ Mejju 1977, Hoffmann-Laroche (107/76, EU:C:1977:89, punt 7).
( 29 ) Ara, pereżempju, is-sentenza tal-15 ta’ Marzu 2017, Aquino (C‑3/16, EU:C:2017:209, punt 34).
( 30 ) Pereżempju, is-sentenza tal-24 ta’ Mejju 1977, Hoffmann‑Laroche (C‑107/76, EU:C:1977:89, punt 5) jew il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, Rakkomandazzjonijiet lill-qrati nazzjonali, dwar l-introduzzjoni ta’ talbiet għal deċiżjoni preliminari (ĠU 2019 C 380, p. 1, punt 1).
( 31 ) Pereżempju, is-sentenza tas-6 ta’ Ottubru 1982, CILFIT et (283/81, EU:C:1982:335, punt 7) u l-Opinjoni 1/09 ((Ftehim previst li joħloq sistema unifikata ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim fil-qasam tal-privattivi) tat-8 ta’ Marzu 2011 (EU:C:2011:123, punt 84).
( 32 ) Pereżempju, is-sentenzi tal-21 ta’ Diċembru 2011, Air Transport Association of America et (C‑366/10, EU:C:2011:864, punt 47) u tat-28 ta’ Marzu 2017, Rosneft (C‑72/15, EU:C:2017:236, punt 80).
( 33 ) Sentenza tas-6 ta’ Ottubru 1982, CILFIT et (283/81, EU:C:1982:335, punt 7.
( 34 ) Ibid., punt 10. Enfasi tiegħi.
( 35 ) Għal eżempju reċenti, ara s-sentenza tas-26 ta’ Marzu 2020, Miasto Łowicz u Prokurator Generalny (C‑558/18 u C‑563/18, EU:C:2020:234).
( 36 ) Sentenza tas-6 ta’ Ottubru 1982, CILFIT et (283/81, EU:C:1982:335, punt 13).
( 37 ) Ibid., punt 14.
( 38 ) Sentenza tas-27 ta’ Marzu 1963, Da Costa et (C‑28/62 sa C‑30/62, EU:C:1963:6, p. 38).
( 39 ) Sentenza tas-6 ta’ Ottubru 1982, CILFIT et (283/81, EU:C:1982:335, punt 16).
( 40 ) Ibid., punt 16.
( 41 ) Ibid., punt 18.
( 42 ) Ibid., punt 19.
( 43 ) Ibid., punt 20.
( 44 ) Minn fost il-ħafna, ara b’mod partikolari Rasmussen, H., “The European Court of Justice’s Acte Clair Strategy in C.I.L.F.I.T. Or: Acte Clair, of Course! But What does it Mean?”, 9 EL Rev. (1984), p. 242; Bebr, G., The Preliminary Proceedings or Article 177 EEC – Problems and Suggestions for Improvement, f’Schermers, HG, et al. (eds.), Article 177 EEC: Experience and Problems. North-Holland, Amsterdam, 1987, p. 355; Vaughan, D., The Advocate’s View, f’: Andenas, M., Article 177 References to the European Court – Policy and Practice. Butterworths, London, 1994, p. 61; Broberg, M., “Acte clair revisited: Adapting the acte clair criteria to the demands of time” (2008) 45 CMLR, p. 1383; Broberg, M., u Fenger, N., Preliminary References to the European Court of Justice, it-tieni edizzjoni, Oxford University Press, Oxford, 2014, p. 240 sa 246.
( 45 ) Ara diġà, pereżempju, il-fehmiet ġudizzjarji nazzjonali f’Schermers, HG, et al. (eds.), Article 177 EEC: Experience and Problems. North-Holland, Amsterdam, 1987, p. 53 sa 134; Ir-Rapport Ġenerali tat-18-il Kollokju tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli tal-Istat u tal-Ġurisdizzjonijiet Amministrattivi Supremi tal-Unjoni Ewropea f’Ħelsinki, 20 u 21 ta’ Mejju 2002, fuq is-suġġett “It-Talba għal Deċiżjoni Preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej”, p. 28 u 29; ara wkoll Wattel, P. J., “Köbler, CILFIT and Welthgrove: We can’t go on meeting like this” CMLR, 41, 2004, p. 177.
( 46 ) Sabiex nissellef l-espressjoni użata reċentement mill-Avukat Ġenerali Wahl fil-kawża magħquda X u van Dijk (C‑72/14 u C‑197/14, EU:C:2015:319, punt 67).
( 47 ) Sentenza tal-15 ta’ Settembru 2005, Intermodal Transports (C‑495/03, EU:C:2005:552).
( 48 ) Ibid., punt 34.
( 49 ) Ibid., punt 35.
( 50 ) Sentenza tad-9 ta’ Settembru 2015, (C‑72/14 u C‑197/14, EU:C:2015:564).
( 51 ) Ibid., punt 59.
( 52 ) Ibid., punt 61. Enfasi tiegħi.
( 53 ) Sentenza tad-9 ta’ Settembru 2015, Ferreira da Silva e Brito et (C‑160/14, EU:C:2015:565).
( 54 ) Direttiva tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet ta’ l-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98).
( 55 ) Sentenza tad-9 ta’ Settembru 2015, Ferreira da Silva e Brito et (C‑160/14, EU:C:2015:565, punti 41 u 42. Enfasi tiegħi.
( 56 ) Ibid., punt 44.
( 57 ) Sentenza tat-28 ta’ Lulju 2016, (C‑379/15, EU:C:2016:603).
( 58 ) Ibid., punt 48.
( 59 ) Sentenza tat-28 ta’ Frar 2012, Inter-Environnement Wallonie u Terre wallonne (C‑41/11, EU:C:2012:103).
( 60 ) Sentenza tat-28 ta’ Lulju 2016, Association France Nature Environnement (C‑379/15, EU:C:2016:603, punt 51. Enfasi tiegħi.
( 61 ) Ibid., punt 52. Enfasi tiegħi.
( 62 ) Sentenza tad-9 ta’ Settembru 2015, Ferreira da Silva e Brito et (C‑160/14, EU:C:2015:565, punt 43).
( 63 ) Sentenza tas-6 ta’ Ottubru 1982, CILFIT et (283/81, EU:C:1982:335, punt 16). Enfasi tiegħi.
( 64 ) Madankollu, ara dwar dan il-punt, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Wahl fil-kawżi magħquda X u van Dijk (C‑72/14 u C‑197/14, EU:C:2015:319, punt 68).
( 65 ) Ara, pereżempju Kornezov, A., “The New Format of the Acte clair Doctrine and its Consequences” CMLR, Vol. 53, 2016, p. 1317; Limante, A., “Recent Developments in the Acte Clair Case Law of the EU Court of Justice: Towards a more Flexible Approach”, JCMS, Vol. 54, 2016, p. 1384; Gervasoni, S., “CJUE et cours suprêmes: repenser les termes du dialogue des juges?”, AJDA, 2019, p. 150.
( 66 ) Ara, pereżempju, is-sentenza tal-Ústavní soud (il-Qorti Kostituzzjonali, ir-Repubblika Ċeka) tal-11 ta’ Settembru 2018, Kawża Nru II.ÚS 3432/17 (ECLI:CZ:US:2018:2.US.3432.17.1). F’dik il-kawża l-Ústavní soud (il-Qorti Kostituzzjonali), ripetutament straħet fuq Ferreira Da Silva e Brito, irrifjutat li tissanzjona, kuntrarjament għall-ġurisprudenza preċedenti tagħha, nuqqas rikonoxxut min-naħa tan-Nejvyšší soud (il-Qorti Suprema Ċeka) li tagħmel rinviju f’sitwazzjoni fejn kien hemm sentenzi kontradittorji dwar l-istess materja tad-dritt tal-Unjoni maħruġa ġewwa r-Repubblika Ċeka. B’mod kritiku, ara, pereżempju, Malenovský, J., “Protichůdné zájmy v řízení o předběžné otázce a její důsledky”, Právní rozhledy, C. H. Beck, 6/2019, p. 191.
( 67 ) Ara iktar ’il fuq, il-punt 51 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 68 ) Sentenza tal-24 ta’ Mejju 1977, Hoffmann-Laroche (C‑107/76, EU:C:1977:89, punt 5).
( 69 ) Ara iktar ’il fuq, il-punti 59 u 60 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 70 ) Ara s-sentenza tas-6 ta’ Ottubru 1982, CILFIT et (C‑283/81, EU:C:1982:335, punt 3).
( 71 ) Ara, f’dan is-sens, il-Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Capotorti fil-kawża CILFIT et (283/81, EU:C:1982:267) li, wara li kien spjega b’mod kritiku l-oriġini tat-“teorija tal-acte clair”, irrifjuta wkoll li jieħu l-ispirazzjoni tiegħu mid-dritt kostituzzjonali Taljan (il-prova ta’ “irrilevanza manifesta”) sabiex jiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni tad-dmir ta’ rinviju skont id-dritt tal-Unjoni.
( 72 ) Dwar il-prassi tal-qrati Franċiżi ta’ “acte clair” b’mod ġenerali, ara, pereżempju, Lagrange, M., “Cour de justice européenne et tribunaux nationaux – La théorie de ‘l’acte clair’: pomme de discorde ou trait d’union?”, Gazette du Palais, 19 ta’ Marzu 1971, Nri 76 sa 78, p. 1; fil-kuntest speċifiku tad-dritt tal-Unjoni, ara pereżempju Lesguillons, H., “Les juges français et l’article 177”, Cahiers de droit européen 4, 1968, p. 253.
( 73 ) Il-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat), sentenza tad-19 ta’ Ġunju 1964, Société des pétroles Shell-Berre, Nru°47007, magħrufa bħala l-ewwel sentenza li fiha l-Conseil d’Etat (il-Kunsill tal-Istat) applika t-“teorija tal-acte clair” għad-dritt tal-Unjoni.
( 74 ) Ara Damaška, M. R., The Faces of Justice and State Authority: A Comparative Approach to the Legal Process. Yale University Press, 1986, p. 16.
( 75 ) Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Jacobs fil-kawża Wiener SI (C‑338/95, EU:C:1997:352, punt 65). Iżda ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Tizzano fil-kawża Lyckeskog (C‑99/00, EU:C:2002:108, punt 75).
( 76 ) Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Jacobs fil-kawża Wiener SI (C‑338/95, EU:C:1997:352, punt 58.
( 77 ) (C‑495/03, EU:C:2005:215, punt 99).
( 78 ) Ibid., punt 100.
( 79 ) Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Ruiz-Jarabo Colomer fil-kawża Gaston Schul Douane-expediteur (C‑461/03, EU:C:2005:415, punt 52).
( 80 ) Kawżi magħquda (C‑72/14 u C‑197/14, EU:C:2015:319, punt 69).
( 81 ) Ibid., punt 62.
( 82 ) Ara iktar ’il fuq, il-punt 81 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 83 ) Għal eżempji komparattivi, ara f’dan is-sens id-diversi rapporti nazzjonali tat-18-il Kollokju tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli tal-Istat u tal-Ġurisdizzjonijiet Amministrattivi Supremi tal-Unjoni Ewropea f’Ħelsinki, 20 u 21 ta’ Mejju 2002, fuq is-suġġett “It-Talba għal Deċiżjoni Preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej” (http://www.aca-europe.eu/index.php/en/colloques-top-en/240-18th-colloquium-in-helsinki-from-20-to-21-may-2002); in-Nota ta’ Riċerka Nru 19/004 ta’ Mejju 2019 ikkumpilata mid-Direttorat Ġenerali għal-Librerija, Riċerka u Dokumentazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar “L-Applikazzjoni tal-Ġurisprudenza ta’ Cilfit minn Qrati jew Tribunali Nazzjonali li kontra d-Deċiżjonijiet tagħhom ma jkun hemm ebda Rimedju Ġudizzjarju taħt il-Liġi Nazzjonali” (https://curia.europa.eu/jcms/upload/docs/application/pdf/2020-01/ndr-cilfit_synthese_en.pdf); jew Fenger, N., u Broberg, M., “Finding Light in the Darkness: On The Actual Application of the Acte Clair Doctrine”, Yearbook of European Law, Vol. 30, Nru 1, 2011, p. 180.
( 84 ) Li jwassal finalment għall-użu tal-kunċett ta’ “ebda dubju raġonevoli”, iżda immodifikat fir-rigward tal-kontenut tiegħu. Ara, pereżempju, f’Ċipru, Anotato Dikastirio (il-Qorti Suprema), Cypra Limited vs Kipriakis Dimokratias, Appell 78/2009 tal-15 ta’ Ġunju 2013 (hemm dmir ta’ rinviju biss meta d-dritt tal-Unjoni inkwistjoni ma jkunx “ħieles minn dubji”); fid-dritt Ingliż, kienet implimentat eżami ftit iktar flessibbli mir-rekwiżit ta’ “ebda dubju raġonevoli”, ara O’Byrne vs Aventis Pasteur SA [2008] UKHL 34 (House of Lords), punt 23 (ma hemmx ħtieġa ta’ rinviju meta l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni inkwistjoni tkun “ċarament lil hinn mil-limiti ta’ argument raġonevoli”) u R. (on the application of Buckinghamshire CC) vs Secretary of State for Transport [2014] UKSC 3 (Supreme Court), punt 127) (ma hemmx ħtieġa ta’ rinviju meta l-interpretazzjoni tad-dispożizzjoni inkwistjoni tkun “lil hinn minn kontroversja raġonevoli”).
( 85 ) Ara, pereżempju, Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat), 1e/6e SSR, sentenza tas-26 ta’ Frar 2014, Nru 354603, ECLI:FR:XX:2014:354603.20140226; Cour de Cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni), 1e civ., sentenza tal-11 ta’ Lulju 2018, Nru 17‑18177, ECLI:FR:CCASS:2018:C100737. Filwaqt li l-ewwel qorti ġeneralment tistrieħ fuq il-kriterju ta’ “diffikultà serja”, tal-aħħar tuża wkoll kriterji oħra.
( 86 ) Meta l-każ joħloq kwistjonijiet ta’ interpretazzjoni ta’ interess ġenerali” (sentenza tal-Anotato Diskastirio Kyprou (il-Qorti Suprema ta’ Ċipru), Proedros Tis Demokratias vs Vouli Ton Antiprosopon, Appell 5/2016 tal-5 ta’ April 2017); jew meta l-każ ikun jirrigwarda kwistjoni ta’ interpretazzjoni, mhux ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni (Il-Qorti tal-Appell ta’ Malta, sentenza tas-26 ta’ Ġunju 2007, GIE Pari Mutuel Urbain (PMU) vs Bell Med Ltd & Computer Aided Technologies Ltd, (224/2006/1)).
( 87 ) Għal ħarsa ġenerali komparattiva, ara diġà Solar, N., Vorlagepflichtverletzung mitgliedstaatlicher Gerichte und ihre Sanierung, Neuer Wissenschaftlicher Verlag, Wjenna, 2004; jew Warnke, M., Die Vorlagepflicht nach Art. 234 Abs. 3 EGV in der Rechtsprechungspraxis des BVerfG im Vergleich zu den Verfassungsgerichtsbarkeit der EG-Mitgliedstaaten, Peter Lang, Frankfurt, 2004. Iktar reċenti, pereżempju, ara r-rapporti ta’ pajjiżi individwali f’Coutron, L. (dir.), L’obligation de renvoi préjudiciel à la Cour de justice: une obligation sanctionnée?, Bruylant, Brussell, 2014, jew il-kontribuzzjonijiet individwali fil-ħarġa speċjali tal-2015, German Law Journal. Vol. 16/6, partikolarment Lacchi, C., “Review by Constitutional Courts of the Obligation of National Courts of Last Instance to Refer a Preliminary Question to the Court of Justice of the EU”, p. 1663.
( 88 ) Għal illustrazzjonijiet, ara pereżempju fil-Ġermanja, Bundesverfassungsgericht (il-Qorti Kostituzzjonali Federali, digriet tad-9 ta’ Mejju 2018 – 2 BvR 37/18; fi Spanja, Tribunal Constitucional (il-Qorti Kostituzzjonali), 19 ta’ April 2004, STC 58/2004 (ECLI:ES:TC:2004:58); fir-Repubblika Ċeka, Ústavní soud (il-Qorti Kostituzzjonali), 8 ta’ Jannar 2009, nru II. ÚS 1009/08; fil-Kroazja, Ustavni sud Republike Hrvatske (il-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tal-Kroazja), deċiżjoni Nru U-III-2521/2015 tat‑13 ta’ Diċembru 2016; fis-Slovakkja, Ústavný súd (il-Qorti Kostituzzjonali), sentenza tat‑18 ta’ April 2012, nru II. ÚS 140/2010; fis-Slovenja, Ustavno sodišče (il-Qorti Kostituzzjonali), deċiżjoni Nru Up-1056/11 tal‑21 ta’ Novembru 2013, ECLI:SI:USRS:2013:Up.1056.11.
( 89 ) Sentenza tal-QEDB tat-8 ta’ April 2014, CE:ECHR:2014:0408JUD001712009, punt 33. Għal konstatazzjonijiet l-iktar reċenti ta’ ksur, ara, pereżempju, is-sentenza tal‑QEDB tas-16 ta’ April 2019, Baltic Master vs Il-Litwanja, CE:ECHR:2019:0416JUD005509216, punti 36 sa 38 u s-sentenza tal-QEDB tat-13 ta’ Frar 2020, Sanofi Pasteur vs Franza, CE:ECHR:2020:0213JUD002513716, punt 81.
( 90 ) Sentenzi tal-QEDB tal-24 ta’ April 2018, Baydar vs Il-Pajjiżi l-Baxxi, CE:ECHR:2018:0424JUD005538514, punt 43.
( 91 ) Sentenzi tal-QEDB tal-20 ta’ Settembru 2011, Ullens de Schooten u Rezabek vs Il‑Belġju, CE:ECHR:2011:0929JUD000398907 u 3835307, punt 62 u tal-10 ta’ April 2012, Vergauwen et vs Il-Belġju, CE:ECHR:2012:0410JUD00483204, punt 89 u 90.
( 92 ) Fl-1975, f’rapport, il-Qorti tal-Ġustizzja ssuġġeriet li jinħoloq rimedju adatt għall-ksur ta’ dak li kien l-Artikolu 177 KEE permezz jew ta’ rikors dirett lill-Qorti tal-Ġustizzja mill-partijiet fil-kawża prinċipali jew ta’ azzjoni obbligatorja għal nuqqas jew, finalment, b’kawża għad-danni kontra l-Istat ikkonċernat b’talba mill-parti milquta ħażin (Rapporti dwar l-Unjoni Ewropea. Bullettin tal-Komunitajiet Ewropej (Suppliment 9/75, p. 18)).
( 93 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-18 ta’ Lulju 2013, Consiglio Nazionale dei Geologi (C‑136/12,‑EU:C:2013:489, punt 28 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 94 ) Deskritta fil-qosor iktar ’il fuq, fil-punt 106 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 95 ) Ara iktar ’il fuq, il-punti 108 u 109 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 96 ) Ara f’dan ir-rigward pereżempju, Baquero Cruz, J., “The Preliminary Rulings Procedure: Cornerstone or Broken Atlas?” f’Baquero Cruz, J., What’s Left of the Law of Integration? Decay and Resistance in European Union Law. Oxford University Press, 2018, p. 64 u 65.
( 97 ) Sentenza tat-30 ta’ Settembru 2003 (C‑224/01, EU:C:2003:513, punt 36).
( 98 ) Ara, pereżempju, is-sentenzi tat-30 ta’ Settembru 2003, Köbler (C‑224/01, EU:C:2003:513, punti 51 u 52); tat-28 ta’ Lulju 2016, Tomášová (C‑168/15, EU:C:2016:602, punti 22 u 23); u tad-29 ta’ Lulju 2019, Hochtief Solutions Magyarországi Fióktelepe (C‑620/17, EU:C:2019:630, punti 35 u 36).
( 99 ) Filwaqt li jidhru li jkunu applikabbli – ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-30 ta’ Settembru 2003, Köbler (C‑224/01, EU:C:2003:513, punt 118).
( 100 ) Li fih in-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ rinviju jista’ jkun wieħed mill-fatturi li jkollhom jitqiesu. Ara, pereżempju, is-sentenzi tat-30 ta’ Settembru 2003, Köbler (C‑224/01, EU:C:2003:513, punt 55); tat-28 ta’ Lulju 2016, Tomášová (C‑168/15, EU:C:2016:602, punt 25); u tad-29 ta’ Lulju 2019, Hochtief Solutions Magyarországi Fióktelepe (C‑620/17, EU:C:2019:630, punt 42).
( 101 ) Bl-indikazzjonijiet preċedenti li huma s-sentenzi tad-9 ta’ Diċembru 2003, Il‑Kummissjoni vs L-Italja (C‑129/00, EU:C:2003:656) u tat-12 ta’ Novembru 2009, Il-Kummissjoni vs Spanja (C‑154/08, mhux ippubblikata, EU:C:2009:695). Fiż-żewġ kawżi l-proċedura kienet tikkonċerna b’mod ġenerali l-inkompatibbiltà tad-dritt nazzjonali jew tal-prattika amministrattiva ma’ dispożizzjonijiet sostantivi oħra tad-dritt tal-Unjoni. Madankollu, b’mod partikolari, f’din l-aħħar kawża, kien pjuttost ċar li l-ħtija kienet tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema, Spanja) għax kienet naqset milli tagħmel rinviju (ara, b’mod partikolari, il-punti 124 sa 126 ta’ dik is-sentenza).
( 102 ) Sentenza tal-4 ta’ Ottubru 2018, Il-Kummissjoni vs Franza (Taxxa minn ras il-għajn) (C‑416/17, EU:C:2018:811).
( 103 ) Ibid., punt 110.
( 104 ) Ibid., punt 111.
( 105 ) Ibid., punt 112.
( 106 ) Ara iktar ’il fuq, il-punti 73 sa 86 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 107 ) Ara s-sentenza tal-14 ta’ Frar 1989, Star Fruit vs Il-Kummissjoni (C‑247/87, EU:C:1989:58, punt 11).
( 108 ) Meta nirrifletti diġà dwar il-fatt li l-istess kwistjoni legali ma kinitx ukoll ovvja għar-relatur pubbliku tal-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat) fl-istess proċeduri. Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Wathelet fil-kawża Il-Kummissjoni vs Franza (C‑416/17, EU:C:2018:626, punti 56, 81 u 99).
( 109 ) F’dan is-sens, ma nistax għajr li ningħaqad mal-predeċessuri għorrief tiegħi sabiex ninnota li, anki jekk wieħed jassumi li CILFIT kienet tkun prattikabbli fiż-żmien meta nħolqot, quod non, ċertament ma kibrietx sewwa - konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Ruiz-Jarabo Colomer fil-kawża Gaston Schul Douane-expediteur (C‑461/03, EU:C:2005:415, punt 52) u wkoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Jacobs fil-kawża Wiener SI (C‑338/95, EU:C:1997:352, punti 59 u 60).
( 110 ) Regolament (UE, Euratom) 2019/629 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jemenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2019, L 111, p. 1).
( 111 ) Is-Suldat it-Tajjeb Švejk huwa karattru letterarju Ċek affaxxinanti, magħruf, inter alia, għal kemm-il darba wera l-qawwa distruttiva tiegħu ta’ ubbidjenza bla sens. Švejk kien effettivament qiegħed jeqred l-operazzjoni tal-Armata Awstro-Ungeriża fl-Ewwel Gwerra Dinjija billi jobdi sal-aħħar kelma kull ordni u l-ordnijiet kollha maħruġa mis-superjuri tiegħu, mingħajr ma qatt kien jiġih dubju dwar x’kien fihom jew jadattahom għaċ-ċirkustanzi. Ara, mill-ħafna edizzjonijiet, Hašek, J., The Good Soldier Svejk and His Fortunes in the World War, Penguin Classics, 2005.
( 112 ) Ara iktar ’il fuq, il-punt 51 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 113 ) Kif diġà ntqal iktar ’il fuq, punt 64 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 114 ) Regolament tal-Parlament Ewropew u tal‑Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l‑assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 07, Vol. 8, p. 10).
( 115 ) Sentenza tat-22 ta’ Diċembru 2008, Wallentin-Hermann (C‑549/07, EU:C:2008:771, punt 23). Għal konfermi sussegwenti, ara, pereżempju, is-sentenzi tal‑31 ta’ Jannar 2013, McDonagh (C‑12/11, EU:C:2013:43, punt 29) u tal-11 ta’ Ġunju 2020, Transportes Aéreos Portugueses (C‑74/19, EU:C:2020:460, punt 37 u l‑ġurisprudenza ċċitata).
( 116 ) Sentenza tal-4 ta’ Mejju 2017, Pešková u Peška (C‑315/15, EU:C:2017:342, punt 26).
( 117 ) Sentenza tal-31 ta’ Jannar 2013, McDonagh (C‑12/11, EU:C:2013:43, punt 34).
( 118 ) Sentenza tal-11 ta’ Ġunju 2020, Transportes Aéreos Portugueses (C‑74/19, EU:C:2020:460, punt 48).
( 119 ) Sentenza tal-4 ta’ April 2019, Germanwings (C‑501/17, EU:C:2019:288, punt 34).
( 120 ) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU 2009 L 263, p. 11).
( 121 ) Ara s-sentenza tal-4 ta’ Settembru 2014, Vnuk (C‑162/13, EU:C:2014:2146, punt 59). Ara wkoll is-sentenzi tat-28 ta’ Novembru 2017, Rodrigues de Andrade (C‑514/16, EU:C:2017:908, punt 34), u tal-15 ta’ Novembru 2018, BTA Baltic Insurance Company (C‑648/17, EU:C:2018:917, punt 34).
( 122 ) Ara, pereżempju, is-sentenzi tat-28 ta’ Novembru 2017, Rodrigues de Andrade (C‑514/16, EU:C:2017:908, punt 38); tal-20 ta’ Diċembru 2017, Núñez Torreiro (C‑334/16, EU:C:2017:1007, punt 29) u tal-15 ta’ Novembru 2018, BTA Baltic Insurance Company (C‑648/17, EU:C:2018:917, punt 44).
( 123 ) Sentenza tal-4 ta’ Settembru 2014, Vnuk (C‑162/13, EU:C:2014:2146, punt 59 u d‑dispożittiv ta’ dik is-sentenza).
( 124 ) Sentenza tat-28 ta’ Novembru 2017, Rodrigues de Andrade (C‑514/16, EU:C:2017:908, punt 42 u d-dispożittiv ta’ dik is-sentenza).
( 125 ) Sentenza tal-15 ta’ Novembru 2018, BTA Baltic Insurance Company (C‑648/17, EU:C:2018:917, punt 48 u d-dispożittiv ta’ dik is-sentenza).
( 126 ) Sentenza tal-20 ta’ Ġunju 2019, Línea Directa Aseguradora (C‑100/18, EU:C:2019:517, punt 48 u d-dispożittiv ta’ dik is-sentenza).
( 127 ) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal‑Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381). Skont l-Artikolu 2(1) ta’ dik id-direttiva, “ħin tax-xogħol” ifisser kwalunkwe perijodu li matulu l-ħaddiem ikun għax-xogħol, għad-dispożizzjoni ta’ min jimpjegah u jwettaq l-attivitajiet jew id-doveri tiegħu, b’konformità mal-liġijiet nazzjonali u/jew prattiċi.
( 128 ) Ara, pereżempju, is-sentenza tad-9 ta’ Settembru 2003, Jaeger (C‑151/02, EU:C:2003:437, punt 63); id-digriet tal-4 ta’ Marzu 2011, Grigore (C‑258/10, mhux ippubblikat, EU:C:2011:122, punt 53 u l-ġurisprudenza ċċitata) u s-sentenza tal‑21 ta’ Frar 2018, Matzak (C‑518/15, EU:C:2018:82, punt 59).
( 129 ) Sentenza tat-3 ta’ Ottubru 2000, Simap (C‑303/98, EU:C:2000:528) u d-digriet tat‑ 3 ta’ Lulju 2001, CIG (C‑241/99, EU:C:2001:371).
( 130 ) Sentenza tad-9 ta’ Settembru 2003, Jaeger (C‑151/02, EU:C:2003:437, punt 71).
( 131 ) Sentenza tal-21 ta’ Frar 2018, Matzak (C‑518/15, EU:C:2018:82, punt 65).
( 132 ) Konklużjonijiet tiegħu fil-kawża Wiener SI (C‑338/95, EU:C:1997:352, punt 50).
( 133 ) Konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Van Ameyde España SA (C‑923/19, EU:C:2021:125).
( 134 ) Sabiex nerġa’ niġi lura għall-metafora msemmija mill-Avukat Ġenerali Wahl, iktar ’il fuq fil-punt 103 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 135 ) Kif diġà kien issuġġerit fil-passat bit-titolu “proċedura green light (dawl aħdar)” jew modi oħra ta’ riforma tal-proċedura ta’ deċiżjonijiet preliminari – ara, pereżempju, Due, O., “The Working Party Report” f’Dashwood, A., u Johnston, A.C., The Future of the Judicial System of the European Union, Hart, Oxford, 2001. Min-naħa l-oħra, dan ċertament ma jżommx lill-qorti tal-Ġustizzja milli tagħmel hekk, jekk tkun tixtieq hekk.
( 136 ) Ara wkoll, f’dan is-sens, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Wahl fil-kawżi magħquda X u van Dijk (C‑72/14 u C‑197/14, EU:C:2015:319, punt 68).
( 137 ) Sentenza tas-27 ta’ Marzu 1963, Da Costa et (28/62 sa 30/62, EU:C:1963:6).
( 138 ) Sentenza tas-6 ta’ Ottubru 1982, CILFIT et (283/81, EU:C:1982:335, punti 13 u 14).
( 139 ) Deskritt iktar ’il fuq, punt 134 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 140 ) Wieħed jista’ biss jislet kuntrast, mill-każijiet diskussi f’dawn il-konklużjonijiet, bejn is-sentenza tal‑4 ta’ Ottubru 2018, Il-Kummissjoni vs Franza (Taxxa minn ras il-għajn) (C‑416/17, EU:C:2018:811), minn naħa, u s-sentenza tat‑28 ta’ Lulju 2016, Association France Nature Environnement (C‑379/15, EU:C:2016:603), min-naħa l-oħra.
( 141 ) Għal eżempju, ara s-sentenza reċenti tal‑5 ta’ Diċembru 2017, M.A.S. u M.B. (C‑42/17, EU:C:2017:936).
( 142 ) Fejn “kjarifika” sservi ta’ ewfemiżmu effettivament għal revoka.
( 143 ) Ara diġà f’dan is-sens is-sentenza tat‑28 ta’ Lulju 2016, Association France Nature Environnement (C‑379/15, EU:C:2016:603, punt 53).
( 144 ) Walton, I., “The Complete Angler”, Gay & Bird, London, 1901, Kapitolu V.