Brussell, 3.9.2025

COM(2025) 356 final

ANNESS

tal-

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim ta' Sħubija bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa waħda, u s-Suq Komuni tan-Nofsinhar, ir-Repubblika tal-Arġentina, ir-Repubblika Federattiva tal-Brażil, ir-Repubblika tal-Paragwaj u r-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj, fuq in-naħa l-oħra


ANNESS 18-A

UNJONI EWROPEA

LISTA TA’ IMPENJI DWAR IL-PROVVISTA TRANSFRUNTIERA TA’ SERVIZZI
F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLI 18.3 U 18.4

1.    Il-lista ta’ impenji hawn taħt tindika s-setturi tas-servizzi liberalizzati skont l-Artikoli 18.3 u 18.4 u tispeċifika, permezz ta’ riżervi, il-limitazzjonijiet tal-aċċess għas-suq u għat-trattament nazzjonali li japplikaw għas-servizzi u l-fornituri tas-servizzi tal-Istati Firmatarji tal-MERCOSUR f’dawk is-setturi. Il-lista ta’ hawn taħt hija magħmula minn żewġ kolonni li fihom l-elementi li ġejjin, rispettivament:

(a)    is-settur jew is-sottosettur li fih l-impenn jittieħed mill-Unjoni Ewropea, u l-ambitu tal-liberalizzazzjoni li għalih japplikaw ir-riżervi; u

(b)    deskrizzjoni tar-riżervi applikabbli.

2.    L-Unjoni Ewropea ma tieħu l-ebda impenn għall-forniment transfruntier ta’ servizzi f’setturi jew subsetturi koperti mill-Parti III ta’ dan il-Ftehim u mhux imsemmija f’dan l-Anness.

3.    Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, meta jiġu identifikati setturi u sottosetturi individwali:

(a)    “CPC” tfisser il-Klassifikazzjoni Ċentrali Proviżorja tal-Prodotti kif definita fl-Artikolu 9.3 (c); u

(b)    “CPC ver. 1.0” tfisser il-Klassifika Ċentrali tal-Prodotti (Central Products Classification ) kif stabbilit fl-Uffiċċju tal-Istatistika tan-Nazzjonijiet Uniti, id-Dokumenti dwar l-Istatistika, Serje M, Nru 77, CPC ver 1.0, 1998.


4.    Il-lista f’dan l-Anness ma tinkludix miżuri relatati mar-rekwiżiti u l-proċeduri tal-kwalifiki, l-istandards tekniċi u r-rekwiżiti u l-proċeduri tal-liċenzjar li ma jikkostitwixxux limitazzjoni skont it-tifsira tal-Artikoli 18.3 jew 18.4 rispettivament. Dawk il-miżuri (pereżempju, il-ħtieġa li tinkiseb liċenzja, obbligi ta’ servizz universali, il-ħtieġa li jinkiseb rikonoxximent tal-kwalifiki f’setturi regolati u l-ħtieġa li wieħed jgħaddi minn eżamijiet speċifiċi, inklużi eżamijiet tal-lingwa), anke jekk mhumiex elenkati, japplikaw fi kwalunkwe każ għal servizzi u fornituri ta’ servizzi ta’ Stat Firmatarju tal-MERCOSUR.

5.    Il-lista ta’ hawn taħt hija mingħajr preġudizzju għall-fattibbiltà tal-forniment transfruntier ta’ servizzi kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 18.2 f’ċerti setturi u subsetturi tas-servizzi u mingħajr preġudizzju għall-eżistenza ta’ monopolji pubbliċi u drittijiet esklużivi kif deskritt fil-lista ta’ impenji dwar l-istabbiliment.

6.    L-Unjoni Ewropea tieħu impenji fir-rigward tal-aċċess għas-suq kif stabbilit fl-Artikolu 18.3, differenzjati mill-Istati Membri tagħha, jekk applikabbli.

7.    Għal aktar ċertezza, għall-Unjoni Ewropea, l-obbligu li jingħata trattament nazzjonali ma jinvolvix ir-rekwiżit li jiġi estiż għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi ta’ Stat Firmatarju tal-MERCOSUR it-trattament mogħti fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jew għal kwalunkwe miżura adottata skont dak it-Trattat, inkluża l-implimentazzjoni ta’ dak it-Trattat jew miżuri fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, biex:

(a)    persuni fiżiċi jew residenti ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea; jew


(b)    persuni ġuridiċi kostitwiti jew organizzati skont il-liġi ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea jew dak tal-Unjoni Ewropea u li jkollhom l-uffiċċju reġistrat, l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post prinċipali tan-negozju tagħhom f’wieħed mill-Istati Membri tagħha.

Tali trattament nazzjonali jingħata lil persuni ġuridiċi li huma kostitwiti jew organizzati skont il-liġi ta’ Stat Membru jew tal-Unjoni Ewropea u li għandhom l-uffiċċju reġistrat, l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post prinċipali tan-negozju tagħhom fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, inklużi dawk li huma proprjetà ta’ jew ikkontrollati minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi ta’ Stat Firmatarju tal-MERCOSUR.

8.    L-abbrevazzjonijiet li ġejjin jintużaw fil-lista ta’ hawn taħt:

–    UE    L-Unjoni Ewropea, inklużi l-Istati Membri kollha tagħha

–    ŻEE    Żona Ekonomika Ewropea

–    AT    L-Awstrija

–    BE    Il-Belġju

–    BG    Il-Bulgarija

–    CY    Ċipru

–    CZ    Iċ-Ċekja

–    DE    Il-Ġermanja

–    DK    Id-Danimarka

–    EE    L-Estonja

–    EL    Il-Greċja

–    ES    Spanja

–    FI    Il-Finlandja

–    FR    Franza

–    HR    Il-Kroazja

–    HU    L-Ungerija


–    IE    L-Irlanda

–    IT    L-Italja

–    LT    Il-Litwanja

–    LU    Il-Lussemburgu

–    LV    Il-Latvja

–    MT    Malta

–    NL    In-Netherlands

–    OECD    Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi

–    PL    Il-Polonja

–    PT    Il-Portugall

–    RO    Ir-Rumanija

–    SE    L-Iżvezja

–    SI    Is-Slovenja

–    SK    Ir-Repubblika Slovakka


Settur jew sottosettur

Deskrizzjoni tar-riżervi

Is-setturi kollha

Proprjetà immobbli

Għall-Modalitajiet 1 u 2

Fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea ħlief l-AT, BG, CY, CZ, DE, DK, EL, FI, HU, IE, IT, LT, MT, PL, RO, SI, SK: L-ebda.

Fl-AT: L-akkwist, ix-xiri, il-kiri jew il-lokazzjoni ta’ proprjetà immobbli minn persuni fiżiċi u ġuridiċi barranin jeħtieġu awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet reġjonali kompetenti (“Länder”) li għandhom jikkunsidraw jekk interessi ekonomiċi, soċjali jew kulturali importanti humiex affettwati jew le.

Fil-BG: Persuni ġuridiċi barranin u ċittadini barranin b’residenza permanenti barra mill-pajjiż jistgħu jiksbu sjieda ta’ bini u drittijiet ta’ proprjetà limitati 1 ta’ proprjetà immobbli soġġetti għall-permess tal-Ministeru għall-Finanzi. Ir-rekwiżit ta’ permess ma japplikax għal persuni li jkunu għamlu investimenti fil-BG.

Ċittadini barranin li r-residenza permanenti tagħhom hija barra l-pajjiż, persuni ġuridiċi barranin u kumpaniji fejn il-parteċipazzjoni barranija tiżgura maġġoranza fl-adozzjoni jew iċ-ċaħda tad-deċiżjonijiet, jistgħu jakkwistaw id-drittijiet ta’ proprjetà ta’ art f’żoni ġeografiċi specifiċi magħżula mill-Kunsill tal-Ministri, soġġetti għal permess.

F’CY: Mingħajr restrizzjonijiet.

Fiċ-CZ: Art agrikola u tal-foresti tista’ tiġi akkwistata minn persuni fiżiċi u ġuridiċi barranin b’residenza permanenti fiċ-Ċekja. Għall-art agrikola u tal-foresti japplikaw regoli speċifiċi fis-sjieda tal-isat.

Fid-DK: Japplikaw limitazzjonijiet fuq ix‑xiri ta’ proprjetà immobbli minn entitajiet fiżiċi u ġuridiċi mhux residenti. Japplikaw limitazzjonijiet fuq proprjetà agrikola mixtrija minn entitajiet fiżiċi u ġuridiċi barranin.

Fil-DE: Jistgħu japplikaw ċerti kundizzjonijiet ta’ reċiproċità.

Fil-EL: Skont il-Liġi Nru 1892/90, huwa meħtieġ permess mill-Ministru għad-Difiża biex ċittadin jakkwista art f’żoni qrib il-fruntieri.

Fil-FI (il-Gżejjer Åland): Japplikaw restrizzjonijiet fuq id-dritt għal persuni fiżiċi li ma jgawdux minn ċittadinanza reġjonali f’Åland u għal persuni ġuridiċi li jakkwistaw u jżommu proprjetà immobbli fil-Gżejjer Åland mingħajr permess mill-awtoritajiet kompetenti tal-gżejjer. Japplikaw restrizzjonijiet fuq id-dritt ta’ stabbiliment u d-dritt li jiġu pprovduti servizzi minn persuni fiżiċi li ma jgawdux minn ċittadinanza reġjonali f’Åland jew minn kwalunkwe persuna ġuridika, mingħajr permess mill-awtoritajiet kompetenti tal-Gżejjer Åland.

Fl-HU: Ma hemm l-ebda obbligi rigward l-akkwist ta’ proprjetà tal-Istat. Japplikaw limitazzjonijiet fuq l-akkwist ta’ art u proprjetà immobbli minn investituri barranin 2 .

Fl-IE: Huwa meħtieġ kunsens bil-miktub minn qabel mill-Kummissjoni tal-Artijiiet għall-akkwist ta’ kwalunkwe interess f’art Irlandiża minn kumpaniji domestiċi jew barranin jew minn ċittadini barranin. Jekk it-tali art tkun għal użu industrijali (iżda mhux l-industrija agrarja), dan ir-rekwiżit jiġi rinunzjat soġġett għal ċertifikazzjoni għal dan l-iskop mill-Ministru għan-Negozju, l-Intrapriża u l-Innovazzjoni. Dan ir-rekwiżit ma japplikax fejn l-art taqa’ fil-konfini tal-bliet u l-irħula.

Fl-IT: Ix-xiri ta’ proprjetà immobbli minn persuni fiżiċi u ġuridiċi barranin huwa soġġett għal kundizzjoni ta’ reċiproċità.

Fil-LT: Mingħajr restrizzjonijiet fir-rigward ta’ akkwist ta’ art.

F’MT: Japplikaw ir-rekwiżiti tal-liġijiet u r-regolamenti Maltin dwar l-akkwist ta’ proprjetà immobbli.

Fil-PL: L-akkwist ta’ proprjetà immobbli, direttjew indirett, minn barranin (persuni fiżiċi jew ġuridiċi) jeħtieġ permess. Mingħajr restrizzjonijiet għall-akkwist ta’ proprjetà tal-Istat (pereżempju, ir-regolamenti li jirregolaw il-proċess ta’ privatizzazzjoni).

Fir-RO: Persuni fiżiċi li ma jkollhomx ċittadinanza Rumena jew residenza fir-Rumanija, kif ukoll persuni ġuridiċi li ma jkollhomx nazzjonalità Rumena jew il-kwartieri ġenerali tagħhom fir-Rumanija, ma jistgħux jiksbu sjieda tal-ebda tip ta’ ta’ art permezz ta’ atti inter vivos.

Fis-SI: Persuni ġuridiċi stabbiliti fis-SI b’parteċipazzjoni ta’ kapital barrani jistgħu jakkwistaw proprjetà immobbli fit-territorju tas-SI. Fergħat 3 stabbiliti fis-SI minn persuni barranin jistgħu jakkwistaw biss proprjetà immobbli, ħlief art, meħtieġa għat-twettiq ta’ attivitajiet ekonomiċi li għalihom kienu ġew stabbiliti.

Fis-SK: Japplikaw limitazzjonijiet fuq l-akkwist ta’ proprjetà immobbli minn entitajiet fiżiċi u ġuridiċi barranin. Entitajiet barranin jistgħu jakkwistaw proprjetà immobbli permezz tal-istabbiliment ta’ entitajiet ġuridiċi Slovakki jew parteċipazzjoni f’impriżi konġunti. Mingħajr restrizzjonijiet għall-art, inklużi riżorsi naturali, lagi, xmajjar u toroq pubbliċi.

1. Servizzi tan-negozju

A. Servizzi professjonali

a) Servizzi legali

(CPC 861) 4

minbarra servizzi ta’ konsulenza legali u servizzi ta’ dokumentazzjoni u ċertifikazzjoni legali mogħtija minn professjonisti legali li jaqdu funzjonijiet pubbliċi, bħal nutara, “huissiers de justice” jew “officiers publics et ministériels” oħra.

Għall-Modalitajiet 1 u 2

Fl-AT, EL, LT, MT, PL, SK: L-ammissjoni sħiħa fil-Kamra tal-Avukati, meħtieġa għall-prattika tal-liġi domestika (tal-UE u tal-Istat Membru), hija soġġetta għal rekwiżit ta’ nazzjonalità. Fis-SK, flimkien mar-rekwiżit ta’ residenza fis-SK.

Fil-FI: L-ammissjoni sħiħa fil-Kamra tal-Avukati meħtieġa għal servizzi ta’ rappreżentanza legali, hija soġġetta għal rekwiżit ta’ nazzjonalità, flimkien ma’ rekwiżit ta’ residenza.

F’CY: Japplikaw ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità u r-rekwiżiti ta’ residenza. L-ammissjoni sħiħa fil-Kamra tal-Avukati hija meħtieġa għall-għoti ta’ servizzi legali f’CY. L-ammissjoni sħiħa fil-Kamra tal-Avukati hija soġġetta għar-rekwiżit ta’ nazzjonalità, flimkien ma’ rekwiżit ta’ residenza. F’CY, l-avukati rreġistrati fil-Kamra tal-Avukati biss jistgħu jkunu sħab jew azzjonisti jew membri tal-Bord tad-Diretturi f’kumpanija legali.

Fil-BE: L-ammissjoni sħiħa fil-Kamra tal-Avukati, meħtieġa għal servizzi ta’ rappreżentanza legali, hija soġġetta għar-rekwiżit ta’ nazzjonalità. L-eżenzjonijiet jistgħu jingħataw taħt kundizzjonijiet speċifiċi (pereżempju, ir-rekwiżit ta’ resideza u r-reċiproċità). Il-kwoti japplikaw għar-rappreżentanza quddiem il-“Cour de cassation” f’każijiet mhux kriminali.

Fil-BG: L-avukati barranin jistgħu jipprovdu biss servizzi ta’ rappreżentanza legali għal ċittadin tal-pajjiż ta’ oriġini tagħhom soġġetti għar-reċiproċità u l-kooperazzjoni ma’ avukat Bulgaru. Għal servizzi ta’ medjazzjoni legali, hija meħtieġa r-residenza permanenti.

Fiċ-CZ: Hija meħtieġa ammissjoni sħiħa fil-Kamra tal-Avukati għall-prattika ta’ servizzi legali, inkluż rappreżentanza quddiem il-qrati. Japplikaw rekwiżiti mhux diskriminatorji għall-forma ġuridika. Għall-prattika ta’ servizzi legali fir-rigward tal-liġi domestika (tal-UE u tal-Istat Membru), inkluża r-rappreżentanza quddiem il-qrati, huma meħtieġa n-nazzjonalità taż-ŻEE jew Żvizzera u r-residenza fiċ-Ċekja.

Fid-DK: It-twettiq ta’ servizzi legali taħt it-titolu “Advokat” huwa permess biss għal avukati b’liċenzja Daniża biex jipprattikaw. Ir-rappreżentanza quddiem il-qrati hija prinċipalment riżervata għall-avukati b’liċenzja Daniża biex jipprattikaw. Persuni oħra għajr avukati b’liċenzja Daniża biex jipprattikaw jistgħu jwettqu servizzi legali f’konformità mal-Att Daniż dwar is-Servizzi Legali, iżda ma humiex permessi jużaw it-titolu “Advokat”. Sabiex tikseb liċenzja biex tipprattika, persuna jrid ikollha lawrja Daniża ta’ Baċellerat u Master fil-liġi u trid tkun ħadmet bħala assistent avukat għal 3 (tliet) snin.

Fi ES: Hija meħtieġa ammissjoni sħiħa fil-Kamra tal-Avukati għall-prattika ta’ servizzi legali fir-rigward tal-liġi tal-UE u tal-Istati Membri, inkluża r-rappreżentanza quddiem il-qrati. Hija meħtieġa nazzjonalità taż-ŻEE jew Żvizzera għall-prattika ta’ servizzi legali fir-rigward tal-liġi domestika (tal-UE u tal-Istat Membru), inkluża r-rappreżentanza quddiem il-qrati. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu eżenzjonijiet miċ-ċittadinanza. Japplikaw rekwiżiti mhux diskriminatorji għall-forma ġuridika. Hija meħtieġa ċ-ċittadinanza taż-ŻEE għall-prattika tas-servizzi ta’ aġent tal-proprjetà industrijali.

Fi FR: Hija meħtieġa ammissjoni sħiħa fil-Kamra tal-Avukati għall-prattika ta’ servizzi legali fir-rigward tal-liġi Franċiża, inkluża r-rappreżentanza quddiem il-qrati. Hija meħtieġa r-residenza (il-preżenza kummerċjali) sabiex tinkiseb ammissjoni sħiħa fil-Kamra tal-Avukati. Sabiex jiġu pprovduti servizzi legali fir-rigward tal-liġi domestika (tal-UE u tal-Istat Membru), il-preżenza kummerċjali tista’ tkun meħtieġa li tieħu waħda mill-forom ġuridiċi li huma permessi skont il-liġi nazzjonali fuq bażi mhux diskriminatorja. Xi tipi ta’ forma ġuridika jistgħu jiġu riżervati esklużivament għal avukati li jkunu ammessi fil-Kamra tal-Avukati, ukoll fuq bażi mhux diskriminatorja. Ir-rappreżentanza quddiem il-“Cour de Cassation” u l-“Conseil d’Etat” hija soġġetta għal kwoti. F’ditta legali li tipprovdi servizzi fir-rigward tal-liġi Franċiża jew tad-dritt tal-UE, id-drittijiet ta’ parteċipazzjoni azzjonarja u tal-vot jistgħu jkunu soġġetti għal restrizzjonijiet kwantitattivi relatati mal-attività professjonali tas-sħab.

Fil-FI: L-aġent tal-privattivi irid ikun residenti fiż-ŻEE sabiex jiġi rreġistrat fir-Reġistru tal-Aġenti tal-Privattivi, li huwa meħtieġ għall-prattika tal-professjoni.

Fil-HR: Mingħajr restrizzjonijiet għall-prattika tal-liġi Kroata.

Fl-HU: L-ammissjoni sħiħa fil-Kamra tal-Avukati hija soġġetta għar-rekwiżit ta’ nazzjonalità, flimkien ma’ rekwiżit ta’ residenza. Għal avukati barranin, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet legali huwa limitat għall-għoti ta’ pariri legali.

Fl-IE: Hija meħtieġa ammissjoni sħiħa fil-Kamra tal-Avukati għall-prattika ta’ servizzi legali fir-rigward tal-liġi Irlandiża, inkluż rappreżentazzjoni quddiem il-qrati. Hija meħtieġa r-residenza (il-preżenza kummerċjali) sabiex tinkiseb ammissjoni sħiħa fil-Kamra tal-Avukati. L-avukati fl-IE huma maqsuma f’2 (żewġ) kategoriji distinti: solicitors u barristers. L-Għaqda tal-Liġi tal-Irlanda hija l-korp professjonali legali statutorju li jirregola l-ammissjoni ta’ solicitors fl-IE. L-Honourable Society of King’s Inns tirregola l-ammissjoni ta’ barristers fl-IE.

Fil-LV: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għal avukati ġuramentati, li għalihom hija riżervata r-rappreżentanza legali fi proċedimenti kriminali.

Fil-PT: Ir-rikonoxximent tal-kwalifiki għall-prattika tal-Liġi Portugiża huwa soġġett għall-kundizzjoni ta’ reċiproċità. Japplika r-rekwiżit ta’ nazzjonalità għall-aċċess għall-professjoni ta’ nutara “solicitadores” u għal aġent tal-proprjetà industrijali.

Fis-SI: Ir-rappreżentanza tal-klijenti quddiem il-qorti bi ħlas hija kkundizzjonata mill-preżenza kummerċjali fis-Slovenja. Avukat barrani li għandu d-dritt li jipprattika l-liġi f’pajjiż barrani jista’ jwettaq servizzi legali jew jipprattika l-liġi skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 34a tal-Att dwar l-Avukati, sakemm tiġi ssodisfata l-kundizzjoni tar-reċiproċità attwali. Il-konformità mal-kundizzjoni tar-reċiproċità hija vverifikata mill-Ministeru għall-Ġustizzja. Il-preżenza kummerċjali għall-avukati maħtura mill-Assoċjazzjoni tal-Kamra tal-Avukati Slovena hija ristretta għal impriża individwali, ditta legali b’responsabilità limitata (soċjetà) jew għal ditta legali b’responsabilità illimitata (soċjetà) biss. L-attivitajiet ta’ ditta legali għandhom ikunu ristretti għall-prattika tal-liġi. L-avukati biss jistgħu jkunu sħab f’ditta legali.

Fl-SE: L-ammissjoni fil-Kamra tal-Avukati meħtieġa biss għall-użu tat-titlu Żvediż “advokat”, hija soġġetta għal rekwiżit ta’ residenza.

b) 1. Servizzi ta’ kontabilità u żamma tal-kotba

(CPC 86212 minbarra s-servizzi ta’ awditjar, 86213, 86219 u 86220)

Għall-Modalità 1

Fl-HU, IT, MT, RO, SI, CY: Mingħajr restrizzjonijiet.

Fl-AT: Ir-rappreżentanza quddiem l-awtoritajiet kompetenti hija soġġetta għar-rekwiżit ta’nazzjonalità.

Fi FR: L-għoti minn fornitur ta’ servizz barrani jiddependi fuq deċiżjoni tal-Ministru tal-Ekonomija, il-Finanzi u l-Industrija, bi qbil mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin.

Għall-Modalità 2

L-ebda.

b) 2. Servizzi ta’ awditjar

(CPC 86211 u 86212 minbarra servizzi ta’ kontabilità)

Għall-Modalità 1

Fil-BE, BG, CY, DE, ES, FI, FR, EL, HU, IE, IT, LU, MT, NL, PT, RO, SI: Mingħajr restrizzjonijiet.

Fl-AT: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għar-rappreżentanza quddiem l-awtoritajiet kompetenti u għat-twettiq ta’ awditi previsti f’liġijiet Awstrijaċi speċifiċi (pereżempju, il-liġi dwar il-kumpaniji b’ishma konġunti, il-liġi tal-borża u l-liġi bankarja).

Fil-HR: Ditti tal-awditjar barranin jistgħu jipprovdu servizzi ta’ awditjar fit-territorju Kroat fejn ikunu stabbilixxew fergħa.

Fl-SE: L-awdituri approvati fl-SE, l-awdituri awtorizzati u d-ditti tal-awditjar irreġistrati biss jistgħu jwettqu servizzi ta’ awditjar statutorju f’ċerti entitajiet ġuridiċi, inkluż fil-kumpaniji kollha b’responsabbiltà limitata, kif ukoll persuni fiżiċi. Awdituri approvati fl-SE u ditti tal-kontabilità pubblika rreġistrati biss jistgħu jkunu azzjonisti jew jiffurmaw sħubijiet f’kumpaniji li jipprattikaw awditjar kwalifikat (għal skopijiet uffiċjali). Ir-residenza fiż-ŻEE hija meħtieġa għall-awtorizzazzjoni jew għall-approvazzjoni. It-titoli ta’ “awditur approvat” u “awditur awtorizzat” jistgħu jintużaw biss minn awdituri approvati jew awtorizzati f’SE. L-awdituri ta’ assoċjazzjonijiet ekonomiċi kooperattivi u ċerti intrapriżi oħra li ma humiex kontabilisti awtorizzati jew approvati jridu jkunu residenti fiż-ŻEE. L-awtorità kompetenti tista’ tagħti eżenzjonijiet minn dan ir-rekwiżit.

Fil-LT: Ir-rapport tal-awditur irid jitħejja flimkien ma’ awditur akkreditat biex jipprattika fil-LT.

Għall-Modalità 2

L-ebda.

CY: Mingħajr restrizzjonijiet.

c) Servizzi ta’ konsulenza dwar it-tassazzjoni

(CPC 863) 5

Għall-Modalità 1

Fl-AT: Japplika r-rekwiżit ta’ nazzjonalità għar-rappreżentanza quddiem l-awtoritajiet kompetenti.

F’CY: L-awtorizzazzjoni hija soġġetta għal test tal-ħtiġijiet ekonomiċi. Il-kriterju prinċipali huwa s-sitwazzjoni tal-impjiegi fis-sottosettur.

Fil-BG, CY, MT, RO, SI: Mingħajr restrizzjonijiet.

Għall-Modalità 2

L-ebda.

d) Servizzi arkitettoniċi;

u

e) Servizzi arkitettoniċi ta’ ppjanar urban u pajsaġġ

(CPC 8671 u 8674)

Għall-Modalità 1

Fl-AT: Mingħajr restrizzjonijiet, ħlief għal servizzi tal-ippjanar pur.

Fil-BE, BG, CY, CZ, EL, IT, MT, PL, PT, SI: Mingħajr restrizzjonijiet.

Fl-HU, fir-RO: Mingħajr restrizzjonijiet għal servizzi arkitettoniċi ta’ pajsaġġ.

Fil-HR: Persuni fiżiċi u ġuridiċi jistgħu jipprovdu servizzi arkitettoniċi bl-approvazzjoni tal-Kamra tal-Periti Kroata. Id-disinn jew il-proġett elaborat barra mill-pajjiż irid jiġi vvalidat minn persuna fiżika jew ġuridika awtorizzata fil-HR fir-rigward tal-konformità tiegħu mal-Liġi Kroata. Mingħajr restrizzjonijiet għall-ippjanar urban.

Għall-Modalità 2

L-ebda.

f) Servizzi ta’ inġinerija; u

g) Servizzi ta’ inġinerija integrati

(CPC 8672 u 8673)

Għall-Modalità 1

Fl-AT, SI: Mingħajr restrizzjonijiet, ħlief għal servizzi tal-ippjanar pur.

Fil-BG, CY, EL, IT, MT, PT: Mingħajr restrizzjonijiet.

Fil-HR: Persuni fiżiċi u ġuridiċi jistgħu jipprovdu servizzi ta’ inġinerija bl-approvazzjoni tal-Kamra tal-Inġiniera Kroata. Id-disinn jew il-proġett elaborat barra mill-pajjiż irid jiġi vvalidat minn persuna fiżika jew ġuridika awtorizzata fil-HR fir-rigward tal-konformità tiegħu mal-Liġi Kroata.

Għall-Modalità 2

L-ebda.

h) Servizzi mediċi (inklużi psikologi) u dentali

(CPC 9312 u parti minn 85201)

Għall-Modalità 1

Fl-AT, BE, BG, CY, DE, DK, EE, EL, ES, FI, FR, IE, IT, LU, MT, NL, PT, RO, SK: Mingħajr restrizzjonijiet.

Fis-SI: Il-persuni kollha li jipprovdu servizzi direttament lill-pazjenti jew li jittrattaw il-pazjenti jeħtieġu liċenzja u awtorizzazzjoni għall-għoti ta’ servizzi tas-saħħa mill-Ministeru għas-Saħħa jew mill-Kamra Medika. Mingħajr restrizzjonijiet għal servizzi ta’ mediċina soċjali, servizzi sanitarji, servizzi epidemjoloġiċi, servizzi mediċi jew ekoloġiċi, l-għoti ta’ demm, preparazzjonijiet tad-demm, trapjanti u awtopsja.

Fiċ-CZ: L-aċċess huwa ristrett għal persuni fiżiċi biss.

Fil-HR: Mingħajr restrizzjonijiet, ħlief għat-telemediċina.

Għall-Modalità 2

L-ebda.

i) Servizzi veterinarji

(CPC 932)

Għall-Modalità 1

Fl-AT, BE, BG, CY, CZ, DE, DK, EE, EL, ES, FR, HU, IE, IT, LV, MT, NL, PT, RO, SI, SK: Mingħajr restrizzjonijiet.

Għall-Modalità 2

L-ebda.

j) 1. Servizzi tal-qwiebel

(parti minn CPC 93191)

j) 2. Servizzi pprovduti minn infermiera, fiżjoterapisti u persunal paramediku

(parti minn CPC 93191)

Għall-Modalità 1

Fl-AT, BE, BG, CY, CZ, DE, DK, EE, EL, ES, FR, HU, IE, IT, LV, LT, LU, MT, NL, PT, RO, SI, SK: Mingħajr restrizzjonijiet.

Fil-FI, PL: Mingħajr restrizzjonijiet, ħlief għall-infirmiera.

Fil-HR: Mingħajr restrizzjonijiet, ħlief għat-telemediċina.

Għall-Modalità 2

L-ebda.

k) Bejgħ bl-imnut ta’ prodotti farmaċewtiċi u bejgħ bl-imnut ta’ prodotti mediċi u ortopediċi

(CPC 63211)

u servizzi oħra fornuti mill-ispiżjara 6

Għall-Modalità 1

Fl-AT, BE, BG, CY, CZ, DE, DK, EL, ES, FI, FR, HU, IE, IT, LU, MT, NL, PL, PT, RO, SE, SK, SI: Mingħajr restrizzjonijiet.

Fil-LV: Mingħajr restrizzjonijiet, ħlief għal bejgħ bil-korrispondenza.

Fil-LT: Hija meħtieġa awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti. Il-bejgħ bil-korrispondenza ta’ prodotti farmaċewtiċi huwa pprojbit.

Għall-Modalità 2

L-ebda.

B. Servizzi tal-kompjuter u servizzi relatati

(CPC 84)

Għall-Modalitajiet 1 u 2

L-ebda.

C. Servizzi ta’ Riċerka u żvilupp (R&Ż)

Servizzi ta’ R&Ż fix-xjenzi soċjali u umanistiċi

(CPC 852 esklużi s-servizzi ta’ psikologi) 7

L-ebda.

Servizzi ta’ R&Ż fix-xjenzi naturali

(CPC 851)

Servizzi ta’ R&Ż interdixxiplinarji

(CPC 853)

UE: Għal servizzi ta’ R&Ż b’fondi pubbliċi, id-drittijiet esklużivi jew l-awtorizzazzjonijiet jistgħu jingħataw biss lil ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u lil persuni ġuridiċi tal-UE li jkollhom il-kwartieri ġenerali tagħhom fl-UE.

D. Servizzi ta’ Proprjetà Immobbli 8

a) Tinvolvi proprjetà proprja jew lokata

(CPC 821)

Għall-Modalità 1

Fil-BG, CY, CZ, EE, HU, IE, LV, LT, MT, PL, RO, SK, SI: Mingħajr restrizzjonijiet.

Fil-HR: Hija meħtieġa preżenza kummerċjali.

Għall-Modalità 2

L-ebda.

b) Fuq bażi ta’ tariffa jew kuntratt

(CPC 822)

Għall-Modalità 1

Fil-BG, CY, CZ, EE, HU, IE, LV, LT, MT, PL, RO, SK, SI: Mingħajr restrizzjonijiet.

Fil-HR: Hija meħtieġa preżenza kummerċjali.

Għall-Modalità 2

L-ebda.

E. Servizzi ta’ kiri/lokazzjoni mingħajr operaturi

a) Relatati mal-bastimenti

(CPC 83103)

Għall-Modalità 1

Fil-BG, CY, HU, MT, RO: Mingħajr restrizzjonijiet.

Għall-Modalità 2

L-ebda.

b) Relatati mal-inġenji tal-ajru

(CPC 83104)

Għall-Modalitajiet 1 u 2

L-UE: Għall-kiri jew il-lokazzjoni ta’ inġenji tal-ajru mingħajr ekwipaġġ (dry lease), l-inġenji tal-ajru użati minn trasportatur tal-ajru tal-UE huma soġġetti għar-rekwiżiti applikabbli tar-reġistrazzjoni tal-inġenji tal-ajru. Il-ftehim tal-kiri mingħajr ekwipaġġ li għalih trasportatur tal-ajru tal-UE huwa parti, għandu jkun soġġett għar-rekwiżiti fid-dritt tal-UE jew fil-liġi nazzjonali dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni, bħall-approvazzjoni minn qabel u kundizzjonijiet oħra applikabbli għall-użu tal-inġenji tal-ajru rreġistrati ta’ pajjiżi terzi. Biex ikunu reġistrati, inġenji tal-ajru jistgħu jkunu meħtieġa li jkunu proprjetà ta’ persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji speċifiċi ta’ nazzjonalità jew ta’ intrapriżi li jissodisfaw kriterji speċifiċi dwar is-sjieda tal-kapital u l-kontroll.

c) Relatati ma’ tagħmir ieħor tat-trasport

(CPC 83101, 83102 u 83105)

Għall-Modalità 1

Fil-BG, CY, HU, LV, MT, PL, RO, SI: Mingħajr restrizzjonijiet.

Fl-SE: Il-fornituri ta’ servizzi ta’ kiri jew lokazzjoni ta’ karozzi u xi vetturi off-road (“terraengmotorfordon”) mingħajr sewwieq, mikrija jew lokata għal perjodu ta’ inqas minn 1 (sena), huma obbligati jaħtru lil xi ħadd biex ikun responsabbli biex jiżgura, pereżempju, li n-negozju jitwettaq f’konformità mal-liġijiet u r-regolamenti applikabbli u li jiġu segwiti r-regoli ta’ sikurezza tat-traffiku fit-toroq. Il-persuna responsabbli jrid ikollha residenza fl-SE.

Għall-Modalità 2

L-ebda.

d) Relatati ma’ makkinarju u tagħmir ieħor

(CPC 83106, 83107, 83108 u 83109)

Għall-Modalità 1

Fil-BG, CY, CZ, HU, MT, PL, RO, SK: Mingħajr restrizzjonijiet.

Għall-Modalità 2

L-ebda.

e) Relatati ma’ prodotti personali u tad-dar

(CPC 832)

Għall-Modalitajiet 1 u 2

Fil-BE, BG, CY, CZ, DE, DK, EL, ES, FI, FR, HU, IE, IT, LU, MT, NL, PL, PT, RO, SE, SI, SK: Mingħajr restrizzjonijiet.

Fl-EE: Mingħajr restrizzjonijiet, ħlief għal servizzi ta’ kiri jew ta’ lokazzjoni li jikkonċernaw video-cassettes irrekordjati minn qabel għall-użu fit-tagħmir għad-divertiment tad-dar.

f) Kiri ta’ tagħmir tat-telekomunikazzjonijiet

(CPC 7541)

Għall-Modalitajiet 1 u 2

L-ebda.

F. Servizzi kummerċjali oħra

a) Reklamar

(CPC 871)

Għall-Modalitajiet 1 u 2

L-ebda.

b) Riċerka tas-suq u stħarriġ tal-opinjoni

(CPC 864)

Għall-Modalitajiet 1 u 2

L-ebda.

c) Servizzi ta’ konsulenza maniġerjali

(CPC 865)

Għall-Modalitajiet 1 u 2

L-ebda.

d) Servizzi relatati mal-konsulenza maniġerjali

(CPC 866)

Għall-Modalitajiet 1 u 2

Fl-HU: Mingħajr restrizzjonijiet għal servizzi ta’ arbitraġġ u konċiljazzjoni (CPC 86602).

e) Servizzi ta’ ttestjar u analiżi tekniċi

(CPC 8676)

Għall-Modalità 1

Fl-IT: Mingħajr restrizzjonijiet għall-professjoni ta’ bijologi u ta’ analisti kimiċi.

Fil-HR: Mingħajr restrizzjonijiet għal servizzi relatati mal-ħruġ ta’ ċertifikati obbligatorji u dokumenti uffiċjali simili.

Fil-BG, CY, CZ, MT, PL, RO, SE, SK: Mingħajr restrizzjonijiet.

Għall-Modalità 2

Fil-BG, CY, CZ, MT, PL, RO, SK, SE: Mingħajr restrizzjonijiet.

Fil-HR: Mingħajr restrizzjonijiet għal servizzi relatati mal-ħruġ ta’ ċertifikati obbligatorji u dokumenti uffiċjali simili.

f) Servizzi ta’ pariri u konsulenza relatati mal-agrikoltura, il-kaċċa u l-forestrija

(parti minn CPC 881)

Għall-Modalità 1

Fl-IT: Mingħajr restrizzjonijiet għal attivitajiet riżervati għal agronomisti “periti agrari”.

Fir-RO, SI: Mingħajr restrizzjonijiet.

Għall-Modalità 2

L-ebda.

g) Servizzi ta’ pariri u konsulenza relatati mas-sajd

(parti minn CPC 882)

Għall-Modalità 1

Fil-LT, LV, MT, RO, SI: Mingħajr restrizzjonijiet.

Għall-Modalità 2

L-ebda.

h) Servizzi ta’ pariri u konsulenza relatati mal-manifattura

(parti minn CPC 884 u parti minn 885)

Għall-Modalitajiet 1 u 2

L-ebda.

i) Servizzi ta’ kollokament u forniment ta’ persunal

i) 1. Tfittxija ta’ persunal eżekuttiv

(CPC 87201)

Għall-Modalità 1

Fl-AT, BG, CY, CZ, DE, EE, ES, FI, HR, IE, LT LV, MT, PL, PT, RO, SK, SE, SI: Mingħajr restrizzjonijiet.

Għall-Modalità 2

Fl-AT, BG, CY, CZ, EE, FI, HR, LV, LT, MT, PL, RO, SK, SI: Mingħajr restrizzjonijiet.

i) 2. Servizzi ta’ kollokament

(CPC 87202)

Għall-Modalità 1

Fl-AT, BE, BG, CY, CZ, DE, DK, EE, EL, ES, FI, FR, HR, IE, IT, LT, LU, LV, MT, NL, PL, PT, RO, SE, SI, SK: Mingħajr restrizzjonijiet.

Għall-Modalità 2

Fl-AT, BG, CY, CZ, EE, FI, HR, LT, LV, MT, PL, RO, SI, SK: Mingħajr restrizzjonijiet.

i) 3. Servizzi ta’ forniment ta’ persunal ta’ sostenn fl-uffiċċju

(CPC 87203)

Għall-Modalità 1

Fl-AT, BG, CY, CZ, DE, EE, FI, FR, HR, IT, IE, LT, LV, MT, NL, PL, PT, RO, SE, SI, SK: Mingħajr restrizzjonijiet.

Għall-Modalità 2

Fl-AT, BG, CY, CZ, EE, FI, HR, LT, LV, MT, PL, RO, SK, SI: Mingħajr restrizzjonijiet.

i) 4. Servizzi ta’ forniment ta’ persunal għal għajnuna domestika, ħaddiema kummerċjali jew industrijali oħra, infermiera u persunal ieħor

(CPCs 87204, 87205, 87206, 87209)

Għall-Modalitajiet 1 u 2

Fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea ħlief fl-HU: Mingħajr restrizzjonijiet.

Fl-HU: L-ebda.

j) 1. Servizzi ta’ investigazzjoni

(CPC 87301)

Għall-Modalitajiet 1 u 2

Fil-BE, BG, CY, CZ, DE, DK, EE, EL, ES, FI, FR, HR, HU, IE, IT, LT, LU, LV, MT, NL, PL, PT, RO, SI, SK: Mingħajr restrizzjonijiet.

j) 2. Servizzi ta’ sigurtà

(CPC 87302, 87303, 87304 u 87305)

Għall-Modalità 1

Fl-HU: Mingħajr restrizzjonijiet għas-CPC 87304, 87305.

Fil-BE, BG, CY, CZ, EE, ES, FI, FR, HR, IT, LT, LV, MT, PT, PL, RO, SI, SK: Mingħajr restrizzjonijiet.

Għall-Modalità 2

Fl-HU: Mingħajr restrizzjonijiet għas-CPC 87304, 87305.

Fil-BG, CY, CZ, EE, HR, LT, LV, MT, PL, RO, SI, SK: Mingħajr restrizzjonijiet.

k) Servizzi relatati ta’ konsulenza xjentifika u teknika

(CPC 8675)

Għall-Modalità 1

Fil-BE, BG, CY, DE, DK, EL, ES, FR, IE, IT, LU, MT, NL, PL, PT, RO: Mingħajr restrizzjonijiet għal servizzi ta’ esplorazzjoni (fi FR: u ta’ prospettar).

Fis-SI: L-esplorazzjoni u l-isfruttament ta’ riżorsi minerali, inklużi s-servizzi ta’ estrazzjoni minerarja regolata, huma soġġetti għall-istabbiliment fi jew iċ-ċittadinanza taż-ŻEE, il-Konfederazzjoni Żvizzera jew Membru tal-OECD, jew ta’ pajjiż terz bil-kundizzjoni ta’ reċiproċità materjali. Il-konformità mal-kundizzjoni ta’ reċiproċità hija vverifikata mill-Ministeru responsabbli għall-estrazzjoni minerarja.

Fil-HR: Servizzi bażiċi ta’ konsulenza ġeoloġika, ġeodetika u tal-minjieri kif ukoll servizzi ta’ konsulenza relatati mal-protezzjoni ambjentali fit-territorju tal-HR jistgħu jitwettqu biss b’mod konġunt ma’ jew permezz ta’ persuni ġuridiċi domestiċi.

Għall-Modalità 2

L-ebda.

l) 1. Manutenzjoni u tiswija ta’ bastimenti

(parti minn CPC 8868)

Għall-Modalità 1

Għal bastimenti tat-trasport marittimu: Fil-BE, BG, CY, DE, DK, EL, ES, FI, FR, HR, IE, IT, LT, MT, NL, PL, PT, RO, SE, SI: Mingħajr restrizzjonijiet.

Għal bastimenti tat-trasport fil-mogħdijiet tal-ilma interni: Fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea ħlief fl-EE, HU, LV: Mingħajr restrizzjonijiet.

Għall-Modalità 2

L-ebda.

l) 2. Manutenzjoni u tiswija ta’ tagħmir tat-trasport ferrovjarju

(parti minn CPC 8868)

Għall-Modalità 1

Fl-AT, BE, BG, DE, CY, CZ, DK, EL, ES, FI, FR, HR, IE, IT, LT, LU, LV, MT, NL, PL, PT, RO, SE, SI, SK: Mingħajr restrizzjonijiet.

Għall-Modalità 2

L-ebda.

l) 3. Manutenzjoni u tiswija ta’ vetturi bil-mutur, muturi, snowmobiles u tagħmir għat-trasport bit-triq

(CPC 6112, 6122, parti minn 8867 u parti minn 8868)

Għall-Modalitajiet 1 u 2

L-ebda.

l) 4. Manutenzjoni u tiswija ta’ inġenji tal-ajru u partijiet tagħhom

(parti minn CPC 8868)

Għall-Modalità 1

Fil-BE, BG, CY, CZ, DE, DK, EL, ES, FI, FR, HR, IE, IT, LT, LU, MT, NL, PT, RO, SE, SI, SK: Mingħajr restrizzjonijiet.

Għall-Modalità 2

L-ebda.

l) 5. Servizzi ta’ manutenzjoni u tiswija ta’ prodotti tal-metall, ta’ makkinarju (mhux tal-uffiċċju), ta’ tagħmir (mhux tat-trasport u mhux tal-uffiċċju) u ta’ prodotti personali u tad-dar 9

(CPC 633, 7545, 8861, 8862, 8864, 8865 u 8866)

Għall-Modalitajiet 1 u 2

L-ebda.

m) Servizzi ta’ tindif tal-bini

(CPC 874)

Għall-Modalità 1

Fl-AT, BE, BG, CY, CZ, DE, DK, EE, EL, ES, FI, FR, HR, IE, IT, LU, LV, MT, NL, PL, PT, RO, SE, SI, SK: Mingħajr restrizzjonijiet.

Għall-Modalità 2

L-ebda.

n) Servizzi fotografiċi

(CPC 875)

Għall-Modalità 1

Fil-BG, EE, MT, PL: Mingħajr restrizzjonijiet għall-provvista ta’ servizzi fotografiċi mill-ajru.

Fil-HR, LV: Mingħajr restrizzjonijiet għal servizzi fotografiċi speċjalizzati (CPC 87504).

Għall-Modalità 2

L-ebda.

o) Servizzi ta’ imballaġġ

(CPC 876)

Għall-Modalitajiet 1 u 2

L-ebda.

p) Stampar u pubblikazzjoni

(CPC 88442)

Għall-Modalitajiet 1 u 2

Fl-SE: Japplika r-rekwiżit ta’ residenza għall-pubblikatur u s-sid tal-kumpanija tal-pubblikazzjoni jew tal-istampar.

q) Servizzi ta’ konvenzjoni

(parti minn CPC 87909)

Għall-Modalitajiet 1 u 2

L-ebda.

r) 1. Servizzi ta’ traduzzjoni u interpretazzjoni

(CPC 87905)

Għall-Modalità 1

Fil-FI: Hija meħtieġa r-residenza fiż-ŻEE għal tradutturi biċ-ċertifikat.

Fil-PL: Mingħajr restrizzjonijiet għal servizzi ta’ interpreti ġuramentati.

Fl-HU, SK: Mingħajr restrizzjonijiet għal traduzzjoni u interpretazzjoni uffiċjali.

Fil-HR: Mingħajr restrizzjonijiet għal dokumenti uffiċjali.

F’CY: Mingħajr restrizzjonijiet.

Għall-Modalità 2

L-ebda.

r) 2. Servizzi tal-iddisinjar ta’ ġewwa u servizzi oħra ta’ ddisinjar speċjalizzat

(CPC 87907)

Għall-Modalità 1

Fil-DE: L-applikazzjoni tar-regoli domestiċi dwar it-tariffi u l-emolumenti għas-servizzi kollha li jitwettqu minn barra l-pajjiż.

Għall-Modalità 2

L-ebda.

r) 3. Servizzi ta’ aġenzija tal-ġbir

(CPC 87902)

Għall-Modalitajiet 1 u 2

Fil-BE, BG, CY, CZ, DE, DK, EE, EL, ES, FI, FR, HR, HU, IE, IT, LT, LU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SI, SE: Mingħajr restrizzjonijiet.

r) 4. Servizzi ta’ rapportar tal-kreditu

(CPC 87901)

Għall-Modalitajiet 1 u 2

Fil-BE, BG, CY, CZ, DE, DK, EE, EL, ES, FI, FR, HR, HU, IE, IT, LT, LU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SI, SE: Mingħajr restrizzjonijiet.

r) 5. Servizzi ta’ duplikazzjoni

(CPC 87904) 10

Għall-Modalità 1

Fl-AT, BE, BG, CY, CZ, DE, DK, EE, EL, ES, FI, FR, HR, HU, IE, IT, LT, LU, MT, NL, PL, PT, RO, SI, SE, SK: Mingħajr restrizzjonijiet.

Għall-Modalità 2

L-ebda.

r) 6. Servizzi ta’ konsulenza dwar it-telekomunikazzjonijiet

(CPC 7544)

Għall-Modalitajiet 1 u 2

L-ebda.

r) 7. Servizzi ta’ tweġib tat-telefown

(CPC 87903)

Għall-Modalitajiet 1 u 2

L-ebda.

s) Bejgħ u kummerċjalizzazzjoni

t) Servizzi ta’ sistema kompjuterizzata ta’ prenotazzjonijiet (CRS, computer reservations system)

Għall-Modalitajiet 1 u 2

UE: Meta t-trasportaturi tal-ajru tal-UE ma jingħatawx, minn fornituri tas-servizzi CRS li joperaw barra mill-UE, trattament ekwivalenti (jiġifieri mhux diskriminatorju) għal dak ipprovdut fl-UE, jew fejn il-fornituri tas-servizzi CRS tal-UE ma jingħatawx, minn trasportaturi tal-ajru mhux tal-UE, trattament ekwivalenti għal dak ipprovdut fl-UE, jistgħu jittieħdu miżuri biex jingħata trattament ekwivalenti, rispettivament, lit-trasportaturi tal-ajru mhux tal-UE mill-fornituri tas-servizzi CRS li joperaw fl-UE, jew lill-fornituri tas-servizzi CRS mhux tal-UE minn trasportaturi tal-ajru tal-UE.

2. Servizzi ta’ komunikazzjoni

A. Servizzi postali u tal-kurrier

(Servizzi relatati mal-immaniġġjar 11 ta’ oġġetti postali 12 skont il-lista li ġejja ta’ sottosetturi, kemm jekk għal destinazzjonijiet domestiċi kif ukoll barranin: (i) Immaniġġjar ta’ komunikazzjonijiet miktubin indirizzati fuq kwalunkwe mezz fiżiku 13 , inkluż is-servizz tal-posta Ibrida u l-posta Diretta; (ii) Immaniġġjar ta’ pakketti u imballaġġi indirizzati 14 ; (iii) Immaniġġjar ta’ prodotti għall-istampa indirizzati 15 ; (iv) Immaniġġjar tal-oġġetti msemmija hawn fuq minn (i) sa (iii) bħala posta rreġistrata jew assigurata; (v) Servizzi ta’ konsenja express 16 għall-oġġetti msemmija hawn fuq minn (i) sa (iii); (vi) Immaniġġjar ta’ oġġetti mhux indirizzati; u (vii) Skambju ta’ dokumenti 17 .

Għall-Modalitajiet 1 u 2

Ebda (bil-kundizzjoni li jkun hemm rabta komparabbli mal-liberalizzazzjoni awtonoma eżistenti mill-Istati Firmatarji tal-MERCOSUR).

Is-sottosetturi (i), (iv) u (v) huma madankollu esklużi jekk jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-servizzi li jistgħu jkunu riżervati għal oġġetti ta’ korrispondenza li l-prezz tagħhom ikun inqas minn 5 (ħames) darbiet tat-tariffa bażika pubblika, jekk ikunu jiżnu inqas minn 50 (ħamsin) gramma 18 , u għas-servizz ta’ posta rreġistrata użat matul proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi.)

(parti minn CPC 751, parti minn 71235 19 u parti minn 73210 20 )

B. Servizzi tat-telekomunikazzjonijiet

Is-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet jeskludu servizzi li jipprovdu, jew jeżerċitaw kontroll editorjali fuq il-kontenut trażmess.

a) Is-servizzi kollha li jikkonsistu fit-trażmissjoni u r-riċezzjoni ta’ sinjali elettromanjetiċi bi kwalunkwe mezz elettromanjetiku 21 , eskluż ix-xandir 22

Għall-Modalitajiet 1 u 2

L-ebda.

3. Kostruzzjoni u Servizzi ta’ Inġinerija Relatati

(CPC 511, 512, 513, 514, 515, 516, 517 u 518)

Għall-Modalità 1

LT: Hija meħtieġa awtorizzazzjoni.

CY: Japplikaw kundizzjonijiet speċifiċi u hija meħtieġa awtorizzazzjoni.

Għall-Modalità 2

L-ebda.

4. Servizzi ta’ distribuzzjoni

(minbarra d-distribuzzjoni ta’ armi, munizzjonijiet, splussivi u materjal ieħor tal-gwerra)

A. Servizzi ta’ aġenti bil-kummissjoni

a) Servizzi ta’ aġenti bil-kummissjoni ta’ vetturi bil-mutur, muturi u snowmobiles u partijiet u aċċessorji minnhom

(parti minn CPC 61111, parti minn 6113 u parti minn 6121)

b) Servizzi oħra ta’ aġenti bil-kummissjoni

(CPC 621)

Għall-Modalitajiet 1 u 2

Fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea minbarra fl-AT, FI, HR, SE, SI: Mingħajr restrizzjonijiet għad-distribuzzjoni ta’ prodotti kimiċi u ta’ metalli u ħaġar prezzjużi.

Fl-AT: Mingħajr restrizzjonijiet għad-distribuzzjoni ta’ prodotti pirotekniċi, ta’ oġġetti li jaqbdu u apparati splussivi u sustanzi tossiċi.

Fl-AT, BG: Mingħajr restrizzjonijiet għad-distribuzzjoni ta’ prodotti għal użu mediku bħal apparat mediku u kirurġiku, prodotti farmaċewtiċi, sustanzi jew oġġetti mediċi.

Fil-HR: Mingħajr restrizzjonijiet għad-distribuzzjoni ta’ prodotti tat-tabakk.

B. Servizzi ta’ kummerċ bl-ingrossa

a) Servizzi ta’ kummerċ bl-ingrossa ta’ vetturi bil-mutur, muturi u snowmobiles u partijiet u aċċessorji minnhom

(parti minn CPC 61111, parti minn 6113 u parti minn 6121)

b) Servizzi ta’ kummerċ bl-ingrossa ta’ tagħmir terminali tat-telekomunikazzjonijiet

(parti minn CPC 7542)

c) Servizzi ta’ kummerċ bl-ingrossa oħra

(CPC 622 minbarra servizzi ta’ kummerċ bl-ingrossa ta’ prodotti tal-enerġija 23 )

Għall-Modalità 1

Fl-AT, BG, FR, PL, RO: Mingħajr restrizzjonijiet għad-distribuzzjoni ta’ tabakk u prodotti tat-tabakk.

Fl-IT: Għal servizzi ta’ kummerċ bl-ingrossa, il-monopolju tal-Istat fuq it-tabakk.

Fil-BG, FI, PL, RO: Mingħajr restrizzjonijiet għad-distribuzzjoni ta’ xorb alkoħoliku.

Fl-SE: Mingħajr restrizzjonijiet għad-distribuzzjoni bl-imnut ta’ xorb alkoħoliku.

F’CY, CZ, FI, FR, RO, SI, SK: Mingħajr restrizzjonijiet għad-distribuzzjoni ta’ prodotti farmaċewtiċi.

Fil-BG, HU, PL: Mingħajr restrizzjonijiet għas-servizzi ta’ sensara ta’ komodità.

Fi FR: Għas-servizzi tal-aġenti kummissjonanti, mingħajr restrizzjonijiet għall-kummerċjanti u s-sensara li jaħdmu fis-17 (sbatax-il) suq ta’ interess nazzjonali fuq prodotti tal-ikel frisk.

F’MT: Mingħajr restrizzjonijiet għal servizzi ta’ aġenti bil-kummissjoni.

Fil-BE, BG, CY, DE, DK, EL, ES, FR, IE, IT, LU, MT, NL, PL, PT, SK: Għal servizzi ta’ bejgħ bl-imnut, mingħajr restrizzjonijiet, ħlief għal bejgħ bil-korrispondenza.

Fil-LT: Id-distribuzzjoni ta’ pirotekniċi hija soġġetta għal liċenzjar. Persuni ġuridiċi stabbiliti fl-UE biss jistgħu jiksbu liċenzja.

Fi ES: Monopolju tal-Istat għall-bejgħ bl-imnut jew il-provvista tat-tabakk.

C. Servizzi ta’ bejgħ bl-imnut 24

Servizzi ta’ bejgħ bl-imnut ta’ vetturi bil-mutur, muturi u snowmobiles u partijiet u aċċessorji minnhom

(CPC 61112, parti minn 6113 u parti minn 6121)

Servizzi ta’ bejgħ bl-imnut ta’ tagħmir terminali tat-telekomunikazzjonijiet

(parti minn CPC 7542)

Servizzi ta’ bejgħ bl-imnut ta’ ikel

(CPC 631)

Servizzi ta’ bejgħ bl-imnut ta’ prodotti oħra (mhux tal-enerġija), ħlief bejgħ bl-imnut ta’ prodotti farmaċewtiċi, mediċi u ortopediċi 25

(CPC 632 minbarra 63211 (ħlief għall-HU) u 63297)

D. Franchising

(CPC 8929)

5. Servizzi edukattivi (servizzi ffinanzjati mill-privat biss)

A. Servizzi ta’ edukazzjoni primarja

(CPC 921)

Għall-Modalità 1

Fil-BG, CY, FI, FR, HR, IT, MT, RO, SE, SI: Mingħajr restrizzjonijiet.

Għall-Modalità 2

F’CY, FI, HR, MT, RO, SE, SI: Mingħajr restrizzjonijiet.

B. Servizzi ta’ edukazzjoni sekondarja

(CPC 922)

Għall-Modalità 1

Fil-BG, CY, FI, FR, HR, IT, MT, RO, SE: Mingħajr restrizzjonijiet.

Għall-Modalità 2

F’CY, FI, MT, RO, SE: Mingħajr restrizzjonijiet.

Għall-Modalitajiet 1 u 2

Fil-LV: Mingħajr restrizzjonijiet għal servizzi edukattivi relatati ma’ servizzi ta’ edukazzjoni sekondarja teknika u vokazzjonali għal studenti b’diżabilità (CPC 9224).

C. Servizzi ta’ edukazzjoni ogħla

(CPC 923)

Għall-Modalità 1

Fl-AT, BG, CY, FI, MT, RO, SE: Mingħajr restrizzjonijiet.

Fi FR: Hija meħtieġa nazzjonalità Franċiża jew nazzjonalità oħra tal-UE biex tgħallem f’istituzzjoni edukattiva ffinanzjata mill-privat. Madankollu, iċ-ċittadini barranin jistgħu jiksbu awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti biex jgħallmu f’istituzzjonijiet edukattivi ta’ livell ogħla. Iċ-ċittadini barranin jistgħu jiksbu wkoll awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti sabiex jistabbilixxu u jħaddmu jew jimmaniġġjaw istituzzjonijiet edukattivi ta’ livell ogħla. Awtorizzazzjoni bħal din tingħata fuq bażi diskrezzjonali.

Fl-IT: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għall-fornituri ta’ servizzi biex ikunu awtorizzati joħorġu diplomi rikonoxxuti mill-Istat.

Għall-Modalità 2

Fl-AT, BG, CY, FI, MT, RO, SE: Mingħajr restrizzjonijiet.

Għall-Modalitajiet 1 u 2

Fiċ-CZ, SK: Mingħajr restrizzjonijiet għal servizzi ta’ edukazzjoni ogħla, minbarra servizzi ta’ edukazzjoni post-sekondarji tekniċi u vokazzjonali (CPC 92310).

D. Servizzi ta’ edukazzjoni għall-adulti

(CPC 924)

Għall-Modalitajiet 1 u 2

F’CY, FI, MT, RO, SE: Mingħajr restrizzjonijiet.

Għall-Modalità 1

Fl-AT: Mingħajr restrizzjonijiet għal servizzi ta’ edukazzjoni lill-adulti permezz tax-xandir bir-radju jew bit-televiżjoni.

E. Servizzi edukattivi oħra

(CPC 929)

Għall-Modalitajiet 1 u 2

Fl-AT, BE, BG, CY, DE, DK, EE, EL, ES, FI, FR, HU, IE, IT, LT, LU, LV, MT, NL, PL, PT, RO, SE, SI: Mingħajr restrizzjonijiet.

Għall-Modalità 1

Fil-HR: L-ebda għal edukazzjoni bil-korrispondenza jew għal edukazzjoni permezz tat-telekomunikazzjonijiet.

6. Servizzi ambjentali

A. Servizzi tal-ilma mormi

(CPC 9401) 26

B. Immaniġġjar ta’ skart solidu jew perikoluż, minbarra t-trasport transfruntier ta’ skart perikoluż

a) Servizzi ta’ rimi ta’ skart

(CPC 9402)

b) Servizzi sanitarji u servizzi simili

(CPC 9403)

C. Protezzjoni tal-arja ambjentali u l-klima

(CPC 9404) 27

Għall-Modalità 1

UE: Mingħajr restrizzjonijiet, ħlief għal servizzi ta’ konsulenza.

Għall-Modalità 2

L-ebda.

D. Rimedjar u tindif ta’ ħamrija u ilmijiet

a) It-trattament, ir-rimedju ta’ ħamrija u ilma kkontaminati jew imniġġsa

(parti minn CPC 94060) 28

E. Tnaqqis tal-istorbju u l-vibrazzjoni

(CPC 9405)

F. Protezzjoni tal-bijodiversità u l-pajsaġġ

a) Servizzi għall-protezzjoni tan-natura u tal-pajsaġġ

(parti minn CPC 9406)

G. Servizzi ambjentatli u anċillari oħra

(CPC 94090)

7. Servizzi finanzjarji

A. Servizzi ta’ assigurazzjoni u servizzi relatati mal-assigurazzjoni

Għall-Modalitajiet 1 u 2

FL-AT, BE, CZ, DE, DK, EL, ES, FI, FR, HU, IE, IT, LU, NL, PL, PT, RO, SK, SE, SI: Mingħajr restrizzjonijiet għal servizzi ta’ assigurazzjoni diretta, ħlief għall-assigurazzjoni ta’ riskji relatati ma’:

(a)    it-tbaħħir marittimu, l-avjazzjoni kummerċjali u l-varar fl-ispazju u l-merkanzija (inklużi s-satelliti), b’assigurazzjoni li tkopri kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin jew kollha kemm huma: l-oġġetti li jkunu qed jiġu trasportati, il-vettura li tittrasporta l-oġġetti u kwalunkwe responsabbiltà li tirriżulta minnhom; jew

(b)    oġġetti fi tranżitu internazzjonali.

Fl-AT: Attività u intermedjazzjoni promozzjonali f’isem kumpanija sussidjarja mhux stabbilita fl-UE jew f’isem fergħa mhux stabbilita fl-AT (ħlief għar-riassigurazzjoni u r-retroċessjoni) huma pprojbiti. L-assigurazzjoni obbligatorja għat-trasport bl-ajru, ħlief għall-assigurazzjoni ta’ trasport internazzjonali kummerċjali bl-ajru, tista’ tiġi sottoskritta biss minn kumpanija sussidjarja stabbilita fl-UE jew minn fergħa stabbilita fl-AT.

Fid-DK: L-assigurazzjoni obbligatorja għat-trasport bl-ajru tista’ tiġi sottoskritta biss minn ditti stabbiliti fl-UE. Persuni jew kumpaniji (inklużi kumpaniji tal-assigurazzjoni) ma jistgħux, għal skopijiet ta’ negozju fid-DK, jassistu fit-twettiq ta’ assigurazzjoni diretta għal persuni residenti fid-Danimarka, għal bastimenti Daniżi jew għal proprjetà fid-DK, ħlief għal kumpaniji tal-assigurazzjoni liċenzjati mil-liġi Daniża jew mill-awtoritajiet Daniżi kompetenti.

Fil-DE: Politiki ta’ assigurazzjoni obbligatorja għat-trasport bl-ajru jistgħu jiġu sottoskritti biss permezz ta’ kumpanija sussidjarja stabbilita fl-UE jew minn fergħa stabbilita fil-Ġermanja. Jekk kumpanija barranija tal-assigurazzjoni tkun stabbiliet fergħa fil-Ġermanja, tista’ tikkonkludi kuntratti tal-assigurazzjoni fil-Ġermanja relatati mat-trasport internazzjonali biss permezz tal-fergħa stabbilita fil-Ġermanja.

Fi FR: L-assigurazzjoni tar-riskji marbuta mat-trasport fuq l-art tista’ tiġi sottoskritta biss minn ditti tal-assigurazzjoni stabbiliti fl-UE.

Fil-PL: Mingħajr restrizzjonijiet ħlief għal riassigurazzjoni, retroċessjoni u assigurazzjoni ta’ prodotti fil-kummerċ internazzjonali.

Fil-PT: L-assigurazzjoni tat-trasport bl-ajru u t-trasport marittimu, li tkopri prodotti, inġenji tal-ajru, il-buq u r-responsabbiltà, tista’ tkun sottoskritta biss minn ditti stabbiliti fl-UE. Persuni jew kumpaniji stabbiliti fl-UE biss jistgħu jaġixxu bħala intermedjarji għal dawn in-negozji ta’ assigurazzjoni fil-Portugall.

Fir-RO: Ir-riassigurazzjoni fis-suq internazzjonali hija permessa biss jekk ir-riskju riassigurat ma jistax jitqiegħed fis-suq Rumen.

SK: L-assigurazzjoni tat-trasport bl-ajru u marittimu, li tkopri inġenji tal-ajru jew bastimenti u responsabbiltà, tista’ tiġi sottoskritta biss minn kumpaniji tal-assigurazzjoni stabbiliti fl-UE jew mill-uffiċċju tal-fergħa tal-kumpaniji tal-assigurazzjoni mhux stabbiliti fl-UE awtorizzati fis-Slovakkja.

Għall-Modalità 1

Fl-AT, BE, CZ, DE, DK, EL, ES, FI, FR, HU, IE, IT, LU, NL, PT, RO, SK, SE, SI: Mingħajr restrizzjonijiet għal servizzi ta’ intermedjazzjoni ta’ assigurazzjoni diretta, ħlief għall-assigurazzjoni ta’ riskji relatati ma’:

(a)    tbaħħir marittimu, avjazzjoni kummerċjali u tlugħ fl-ispazju u trasport (inklużi s-satelliti), b’tali assigurazzjoni li tkopri kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin jew kollha kemm huma: l-oġġetti li jkunu qed jiġu trasportati, il-vettura li tittrasporta l-oġġetti u kwalunkwe responsabbiltà li tirriżulta minnhom; jew

(b)    oġġetti fi tranżitu internazzjonali.

Fil-BG: Mingħajr restrizzjonijiet għal assigurazzjoni diretta, ħlief għal servizzi provduti minn fornituri barranin lil persuni barranin fit-territorju tal-Bulgarija. L-assigurazzjoni tat-trasport li tkopri l-oġġetti, l-assigurazzjoni tal-vetturi bħala tali u l-assigurazzjoni tar-responsabbiltà fir-rigward tar-riskji li jinsabu fil-Bulgarija ma jistgħux jiġu sottoskritti direttament minn kumpaniji tal-assigurazzjoni barranin. Kumpanija tal-assigurazzjoni barranija tista’ tikkonkludi kuntratti tal-assigurazzjoni biss permezz ta’ fergħa fl-UE. Mingħajr restrizzjonijiet għall-assigurazzjoni ta’ depożiti u skemi simili ta’ kumpens, kif ukoll skemi ta’ assigurazzjoni obbligatorja.

F’CY, LV, MT: Mingħajr restrizzjonijiet għal servizzi ta’ assigurazzjoni diretta ħlief għall-assigurazzjoni ta’ riskju li għandhom x’jaqsmu ma’:

(a)    tbaħħir marittimu, avjazzjoni kummerċjali u tlugħ fl-ispazju u trasport (inklużi s-satelliti), b’tali assigurazzjoni li tkopri kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin jew kollha kemm huma: l-oġġetti li jkunu qed jiġu trasportati, il-vettura li tittrasporta l-oġġetti u kwalunkwe responsabbiltà li tirriżulta minnhom; jew

(b)    oġġetti fi tranżitu internazzjonali.

Fil-LT: Mingħajr restrizzjonijiet għal servizzi ta’ assigurazzjoni diretta, ħlief għall-assigurazzjoni ta’ riskji relatati ma’:

(a)    tbaħħir marittimu, avjazzjoni kummerċjali u tlugħ fl-ispazju u trasport (inklużi s-satelliti), b’tali assigurazzjoni li tkopri kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin jew kollha kemm huma: l-oġġetti li jkunu qed jiġu trasportati, il-vettura li tittrasporta l-oġġetti u kwalunkwe responsabbiltà li tirriżulta minnhom; jew

(b)    oġġetti fi tranżitu internazzjonali, ħlief jekk relatati mat-trasport fuq l-art fejn ir-riskju jinsab fil-Litwanja.

Fil-BG, LT, LV, PL: Mingħajr restrizzjonijiet għall-intermedjazzjoni tal-assigurazzjoni.

Fil-FI: Huma biss l-assiguraturi li għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom fl-UE jew li għandhom il-fergħa tagħhom fil-Finlandja li jistgħu joffru servizzi ta’ assigurazzjoni diretta (inkluża l-koassigurazzjoni). Il-forniment ta’ servizzi ta’ sensar tal-assigurazzjoni huwa suġġett għal post tan-negozju permanenti fl-UE. Tal-anqas ½ (nofs) tal-membri tal-bord tad-diretturi u tal-bord superviżorju, u d-direttur maniġerjali ta’ kumpanija tal-assigurazzjoni li tipprovdi skema statutorja ta’ pensjoni għandu jkollhom il-post tar-residenza tagħhom fiż-ŻEE, sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux taw eżenzjoni. Tal-anqas awditur wieħed (1) għandu jkollu r-residenza permanenti tiegħu fiż-ŻEE. L-aġent ġenerali ta’ kumpanija tal-assigurazzjoni tal-Istati Firmatarji tal-MERCOSUR irid ikollu l-post tar-residenza tiegħu fil-Finlandja, sakemm il-kumpanija ma jkollhiex l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-UE.

Fil-HR: Mingħajr restrizzjonijiet għal assigurazzjoni diretta u servizzi ta’ intermedjazzjoni ta’ assigurazzjoni diretta, ħlief:

(a)    għall-provvista ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja lil persuni barranin residenti fil-Kroazja;

(b)    għall-provvista ta’ assigurazzjoni mhux tal-ħajja minbarra r-responsabbiltà marbuta mal-karozzi lil persuni barranin residenti fil-Kroazja; u

(c)    għall-provvista ta’ assigurazzjoni mhux tal-ħajja għall-baħar, għall-avjazzjoni, għat-trasport.

Fl-HU: Il-provvista ta’ assigurazzjoni diretta fit-territorju tal-Ungerija minn kumpaniji tal-assigurazzjoni mhux stabbiliti fl-UE hija permessa biss permezz ta’ fergħa rreġistrata fl-Ungerija.

Fl-IT: Mingħajr restrizzjonijiet għall-professjoni attwarjali. L-assigurazzjoni għat-trasport tal-merkanzija, l-assigurazzjoni tal-vetturi bħala tali u l-assigurazzjoni tar-responsabbiltà fir-rigward tar-riskji li jinsabu fl-Italja jistgħu jiġu sottoskritti biss minn kumpaniji tal-assigurazzjoni stabbiliti fl-UE. Din ir-riżerva ma tapplikax għat-trasport internazzjonali li jinvolvi importazzjonijiet fl-Italja.

Fl-SE: Il-provvista ta’ assigurazzjoni diretta hija permessa biss permezz ta’ fornitur ta’ servizz tal-assigurazzjoni awtorizzat fl-Iżvezja, sakemm il-fornitur ta’ servizz barrani u l-kumpanija tal-assigurazzjoni Żvediża jappartjenu għall-istess grupp ta’ kumpaniji jew ikollhom ftehim ta’ kooperazzjoni bejniethom.

Fi ES: Għall-professjoni attwarjali hija meħtieġa r-residenza jew sentejn (2) esperjenza.

Għall-Modalità 2

Fl-AT, BE, BG, CY, CZ, DE, DK, EL, ES, FI, FR, HU, IE, IT, LU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SE, SI: Mingħajr restrizzjonijiet għall-intermedjazzjoni.

Fil-BG: Għal assigurazzjoni diretta, persuni fiżiċi u ġuridiċi Bulgari, kif ukoll persuni barranin li jwettqu attività ta’ negozju fit-territorju tal-Bulgarija, jistgħu jikkonkludu kuntratti tal-assigurazzjoni biss ma’ fornituri li huma liċenzjati biex iwettqu attività tal-assigurazzjoni fil-Bulgarija fir-rigward tal-attività tagħhom fil-Bulgarija. Il-kumpens tal-assigurazzjoni li jirriżulta minn dawn il-kuntratti għandu jitħallas fil-Bulgarija. Japplikaw mingħajr restrizzjonijiet għall-assigurazzjoni tad-depożiti u skemi simili ta’ kumpens, kif ukoll skemi ta’ assigurazzjoni obbligatorja.

Fil-HR: Mingħajr restrizzjonijiet għal assigurazzjoni diretta u servizzi ta’ intermedjazzjoni ta’ assigurazzjoni diretta, ħlief:

(a)    fir-rigward tal-assigurazzjoni tal-ħajja, għall-kapaċità ta’ persuni barranin residenti fl-Kroazja li jiksbu assigurazzjoni tal-ħajja;

(b)    fir-rigward tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja, għall-kapaċità ta’ persuni barranin residenti fil-Kroazja li jiksbu assigurazzjoni mhux tal-ħajja minbarra r-responsabbiltà tal-vetturi u għal assigurazzjoni tar-riskju personali jew tal-proprjetà li ma tkunx disponibbli fil-Kroazja; kumpaniji li jixtru assigurazzjoni barra mill-pajjiż b’konnessjoni ma’ xogħlijiet ta’ investiment barra mill-pajjiż inkluż it-tagħmir għal dawk ix-xogħlijiet; biex ikun żgurat ir-ritorn ta’ self barrani (assigurazzjoni kollaterali); assigurazzjoni personali u tal-proprjetà ta’ intrapriżi akkwiżiti totalment u impriżi konġunti li jwettqu attività ekonomika f’pajjiż barrani, jekk dan ikun f’konformità mar-regolamenti ta’ dak il-pajjiż jew huwa meħtieġ mir-reġistrazzjoni tiegħu; vapuri taħt kostruzzjoni u rinnovazzjoni jekk ikun stipulat mill-kuntratt konkluż mal-klijent barrani (ix-xerrej); u

(c)    għall-provvista ta’ assigurazzjoni mhux tal-ħajja għall-baħar, l-avjazzjoni u t-trasport.

Fl-IT: L-assigurazzjoni għat-trasport tal-merkanzija, l-assigurazzjoni tal-vetturi bħala tali u l-assigurazzjoni tar-responsabbiltà fir-rigward tar-riskji li jinsabu fl-Italja jistgħu jiġu sottoskritti biss minn kumpaniji tal-assigurazzjoni stabbiliti fl-UE. Din ir-riżerva ma tapplikax għat-trasport internazzjonali li jinvolvi importazzjonijiet fl-Italja.

B. Servizzi bankarji u servizzi finanzjarji oħra (minbarra l-assigurazzjoni)

Għall-Modalità 1

Fl-AT, BE, BG, CZ, DE, DK, EL, ES, FI, FR, HU, IE, IT, LU, NL, PL, PT, SE, SK: Mingħajr restrizzjonijiet, ħlief għall-għoti ta’ informazzjoni finanzjarja u l-ipproċessar ta’ data finanzjarja u għal servizzi ta’ konsulenza u servizzi awżiljarji oħra minbarra l-intermedjazzjoni.

Fil-BE: Huwa meħtieġ stabbiliment fil-Belġju għall-provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza dwar l-investiment.

Fil-BG: Jistgħu japplikaw limitazzjonijiet u kundizzjonijiet relatati mal-użu tan-network tat-telekomunikazzjonijiet.

F’CY: Mingħajr restrizzjonijiet ħlief għan-negozjar ta’ titoli trasferibbli, għall-għoti ta’ informazzjoni finanzjarja u l-ipproċessar ta’ data finanzjarja u għal servizzi ta’ konsulenza u servizzi awżiljarji oħra minbarra l-intermedjazzjoni.

Fl-EE: Għall-aċċettazzjoni ta’ depożiti, hija meħtieġa awtorizzazzjoni mill-Awtorità ta’ Superviżjoni Finanzjarja tal-Estonja u reġistrazzjoni skont il-Liġi Estonjana bħala kumpanija b’ishma konġunti, sussidjarja jew fergħa.

Huwa meħtieġ l-istabbiliment ta’ kumpanija maniġerjali speċjalizzata biex jitwettqu l-attivitajiet ta’ ġestjoni ta’ fondi ta’ investiment u huma biss ditti li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fl-UE li jistgħu jaġixxu bħala depożitarji tal-assi ta’ fondi ta’ investiment.

Fil-HR: Mingħajr restrizzjonijiet, ħlief għal servizzi ta’ self, lokazzjoni finanzjarja, ħlas u servizzi ta’ trażmissjoni ta’ flus, garanziji u impenji, senserija tal-flus, għoti u trasferiment ta’ informazzjoni finanzjarja u servizzi ta’ konsulenza u servizzi finanzjarji awżiljari oħra, minbarra l-intermedjazzjoni.

Fil-LT: Huwa meħtieġ l-istabbiliment ta’ kumpanija maniġerjali speċjalizzata biex jitwettqu l-attivitajiet ta’ ġestjoni ta’ fiduċjarji ta’ unitajiet u kumpaniji ta’ investiment u huma biss dawk il-kumpaniji li għandhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom fl-UE li jistgħu jaġixxu bħala depożitarji tal-assi ta’ fondi ta’ investiment.

Fl-IE: Il-provvista ta’ servizzi ta’ investiment jew pariri dwar l-investiment teħtieġ jew (a) awtorizzazzjoni fl-Irlanda, li normalment tirrikjedi li l-entità tkun inkorporata jew tkun soċjetà jew negozjant uniku, f’kull każ b’uffiċċju prinċipali jew reġistrat fl-Irlanda (tista’ ma tkunx meħtieġa awtorizzazzjoni f’ċerti każijiet, pereżempju, jekk fornitur ta’ servizz barrani ma jkollu l-ebda preżenza kummerċjali fl-Irlanda u s-servizz ma jkunx ipprovdut għal individwi privati); jew (b) awtorizzazzjoni fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea skont id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE, ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.

Fl-IT: Mingħajr restrizzjonijiet għal bejjiegħa finanzjarji “promotori di servizi finanziari”.

Fil-LV: Mingħajr restrizzjonijiet, ħlief għall-parteċipazzjoni fil-ħruġ ta’ kull tip ta’ titoli, għall-għoti ta’ informazzjoni finanzjarja u l-ipproċessar ta’ data finanzjarja u għal servizzi ta’ konsulenza u servizzi awżiljarji oħra, minbarra l-intermedjazzjoni.

Fil-LT: Hija meħtieġa l-preżenza kummerċjali għall-ġestjoni ta’ fondi ta’ pensjonijiet.

F’MT: Mingħajr restrizzjonijiet ħlief għall-aċċettazzjoni ta’ depożiti, għal self ta’ kull tip, għall-għoti ta’ informazzjoni finanzjarja u l-ipproċessar ta’ data finanzjarja u għal servizzi ta’ konsulenza u servizzi awżiljarji oħra minbarra l-intermedjazzjoni.

Fil-PL: Għall-għoti u t-trasferiment ta’ informazzjoni finanzjarja u l-ipproċessar ta’ data finanzjarja u software relatat, japplika r-rekwiżit li jintuża n-network pubbliku tat-telekomunikazzjoni jew in-network ta’ operatur awtorizzat ieħor.

Fir-RO: Mingħajr restrizzjonijiet għal self finanzjarju, għan-negozjar ta’ strumenti tas-suq monetarju, is-suq tal-kambju, prodotti derivattivi, strumenti tar-rata tal-kambju u tar-rata tal-imgħax, titoli trasferibbli u strumenti negozjabbli oħra u assi finanzjarji, għall-parteċipazzjoni fil-ħruġ ta’ kull tip ta’ titoli, għall-ġestjoni tal-assi u għas-servizzi ta’ saldu u kklerjar għal assi finanzjarji. Is-servizzi ta’ pagamenti u ta’ trażmissjoni tal-flus huma permessi biss permezz ta’ bank stabbilit fir-Rumanija.

Fis-SI:

(a)    Parteċipazzjoni fil-ħruġ ta’ bonds tat-Teżor, ġestjoni tal-fondi ta’ pensjonijiet: Mingħajr restrizzjonijiet.

(b)    Mingħajr restrizzjonijiet, ħlief għal: self ta’ kull tip; l-aċċettar ta’ garanziji u impenji minn istituzzjonijiet ta’ kreditu barranin minn entitajiet legali domestiċi u kummerċjanti waħdiena; l-għoti u t-trasferiment ta’ informazzjoni finanzjarja, u l-ipproċessar ta’ data finanzjarja u s-software relatat minn fornituri ta’ servizzi finanzjarji oħra; u servizzi ta’ konsulenza u servizzi finanzjarji awżiljari oħra relatati mas-servizzi bankarji u servizzi finanzjarji oħra.

Il-membri tal-Borża Slovena jridu jkunu inkorporati fis-Slovenja jew ikunu fergħat ta’ ditti jew banek ta’ investiment barranin.

Skema tal-pensjoni tista’ tiġi pprovduta permezz ta’ fond ta’ pensjoni mutwu (li mhijiex entità ġuridika u li hija għalhekk ġestita minn kumpanija tal-assigurazzjoni, bank jew kumpanija tal-pensjoni), kumpanija tal-pensjoni jew kumpanija tal-assigurazzjoni. Barra minn hekk, skema tal-pensjoni tista’ tiġi offruta wkoll minn fornituri ta’ skemi tal-pensjoni stabbiliti f’konformità mar-regolamenti applikabbli fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.

Għall-Modalità 2

Fil-BG: Jistgħu japplikaw limitazzjonijiet u kundizzjonijiet relatati mal-użu tan-network tat-telekomunikazzjonijiet.

Fil-PL: Għall-għoti u t-trasferiment ta’ informazzjoni finanzjarja u l-ipproċessar ta’ data finanzjarja u s-software relatat, japplika rekwiżit biex jintuża n-network pubbliku tat-telekomunikazzjoni jew in-network ta’ operatur awtorizzat ieħor.

8. Servizzi tas-saħħa u servizzi soċjali

(servizzi ffinanzjati mill-privat biss)

UE: Mingħajr restrizzjonijiet fir-rigward ta’ attivitajiet jew servizzi li jiffurmaw parti minn pjan pubbliku tal-irtirar jew sistema statutorja ta’ sigurtà soċjali.

A. Servizzi ta’ sptar

(CPC 9311)

C. Faċilitajiet ta’ saħħa residenzjali minbarra servizzi ta’ sptar

(CPC 93193)

Għall-Modalità 1

Fl-AT, BE, BG, DE, CY, CZ, DK, EE, EL, ES, FI, FR, HR, IE, IT, LT, LU, LV, MT, NL, PL, PT, RO, SE, SI, SK: Mingħajr restrizzjonijiet.

Għall-Modalità 2

L-ebda.

D. Servizzi soċjali

(CPC 933)

Għall-Modalità 1

Fl-AT, BE, BG, CY, CZ, DE, DK, EE, EL, ES, FI, HR, HU, IE, IT, LU, MT, PL, PT, RO, SE, SI, SK: Mingħajr restrizzjonijiet.

Fi FR: Mingħajr restrizzjonijiet għal servizzi soċjali minbarra servizzi relatati ma’ djar ta’ konvalexxenza u ta’ mistrieħ u djar tal-anzjani.

Għall-Modalità 2

Fil-BE: Mingħajr restrizzjonijiet ħlief għal djar ta’ konvalexxenza u ta’ mistrieħ kif ukoll djar tal-anzjani.

9. Servizzi relatati mat-turiżmu u l-ivvjaġġar

A. Lukanda, ristoranti u Catering

(CPC 641, 642 u 643)

minbarra catering fis-servizzi tat-trasport bl-ajru 29

Għall-Modalità 1

Fl-AT, BE, BG, CY, CZ, DE, DK, EL, ES, FR, IE, IT, LT, LU, LV, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SE, SI: Mingħajr restrizzjonijiet ħlief għall-catering.

Fil-HR: Mingħajr restrizzjonijiet.

Għall-Modalità 2

L-ebda.

B. Servizzi ta’ aġenziji tal-ivvjaġġar u operaturi turistiċi

(inklużi maniġers tat-tours)

(CPC 7471)

Għall-Modalità 1

Fil-BG, CY, HU: Mingħajr restrizzjonijiet.

Għall-Modalità 2

L-ebda.

C. Servizzi ta’ gwidi turistiċi

(CPC 7472)

Għall-Modalità 1

Fil-BG, CY, CZ, HU, IT, LT, MT, PL, SI, SK: Mingħajr restrizzjonijiet.

Fi FR: In-nazzjonalità ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea għall-provvista ta’ servizzi ta’ gwida turistika fit-territorju tagħha.

Fi ES: Japplika r-rekwiżit tan-nazzjonalità.

Għall-Modalità 2

L-ebda.

10. Servizzi rikreattivi, kulturali u sportivi (minbarra servizzi awdjoviżivi)

A. Servizzi ta’ divertiment (inklużi servizzi ta’ teatru, live bands, ċirki u diskoteki)

(CPC 9619)

Għall-Modalità 1

Fil-BE, BG, CY, CZ, DE, DK, EE, EL, ES, FI, FR, HR, HU, IE, IT, LT, LU, LV, MT, NL, PL, PT, RO, SI, SK: Mingħajr restrizzjonijiet.

Għall-Modalità 2

F’CY, CZ, FI, HR, MT, PL, RO, SI, SK: Mingħajr restrizzjonijiet.

Fil-BG: Mingħajr restrizzjonijiet, ħlief għal servizzi ta’ divertiment minn produtturi teatrali, gruppi tal-kant, bands u orkestri (CPC 96191 ); servizzi pprovduti minn awturi, kompożituri, skulturi, entertainers u artisti individwali oħra (CPC 96192 ); u servizzi teatrali anċillari (CPC 96193 ).

Fl-EE: Mingħajr restrizzjonijiet għal servizzi oħra ta’ divertiment (CPC 96199 ), ħlief għal servizzi ta’ swali taċ-ċinema.

Fil-LT, LV: Mingħajr restrizzjonijiet, ħlief għal servizzi ta’ operat tas-swali taċ-ċinema (parti minn CPC 96199 ).

B. Servizzi tal-aġenziji tal-aħbarijiet u tal-istampa

(CPC 962)

Għall-Modalità 1

Fil-BG, CY, CZ, HU, LT, PL, RO, SK: Mingħajr restrizzjonijiet.

Għall-Modalità 2

Fil-BG, CY, CZ, HU, LT, MT, PL, RO, SI, SK: Mingħajr restrizzjonijiet.

C. Libreriji, arkivji, mużewijiet u servizzi kulturali oħra

(CPC 963)

Għall-Modalità 1

Fil-BE, BG, CY, CZ, DE, DK, EE, EL, ES, FI, FR, HR, HU, IE, IT, LT, LU, LV, MT, NL, PL, PT, RO, SE, SI, SK: Mingħajr restrizzjonijiet.

Għall-Modalità 2

Fil-BE, BG, CY, CZ, DE, DK, EL, ES, FI, FR, HR, HU, IE, IT, LU, LV, MT, NL, PL, PT, RO, SE, SI, SK: Mingħajr restrizzjonijiet.

D. Servizzi sportivi

(CPC 9641)

Għall-Modalitajiet 1 u 2

Fl-AT: Mingħajr restrizzjonijiet għal servizzi ta’ skejjel tal-iskijar u ta’ gwidi tal-muntanji.

Fil-BG, CZ, HR, LV, MT, PL, RO, SK: Mingħajr restrizzjonijiet.

Għall-Modalità 1

F’CY, EE: Mingħajr restrizzjonijiet.

E. Servizzi ta’ parks rikreattivi u xtajtiet

(CPC 96491)

Għall-Modalitajiet 1 u 2

L-ebda.

11. Servizzi tat-trasport

A. Trasport marittimu

a) Trasport internazzjonali tal-passiġġieri

(CPC 7211 ħlief it-trasport bil-kabotaġġ nazzjonali 30 ).

b) Trasport internazzjonali tal-merkanzija

(CPC 7212 ħlief it-trasport bil-kabotaġġ nazzjonali 31 )

Għall-Modalitajiet 1 u 2

UE: L-ebda.

D. Trasport bit-triq

a) Trasport tal-passiġġieri

(CPC 7121 u 7122)

b) Trasport tal-merkanzija

(CPC 7123, eskluż it-trasport ta’ oġġetti postali u bil-kurrier fuq kont proprju 32 )

Għall-Modalità 1

UE: Mingħajr restrizzjonijiet.

Għall-Modalità 2

L-ebda.

E. Trasport bil-pipeline ta’ oġġetti minbarra fjuwil 33

(CPC 7139)

Għall-Modalità 1

UE: Mingħajr restrizzjonijiet.

Għall-Modalità 2

Fl-AT, BE, BG, CY, CZ, DE, DK, EE, EL, ES, FI, FR, IE, IT, LU, LV, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SE, SI: Mingħajr restrizzjonijiet.

12. Servizzi awżiljarji għat-trasport 34

A. Servizzi awżiljarji għat-trasport marittimu

a) Servizzi ta’ maniġġ ta’ merkanzija marittima

b) Servizzi ta’ ħżin u magazzinaġġ

(parti minn CPC 742)

c) Servizzi ta’ żdoganar tal-merkanzija

d) Servizzi ta’ stazzjon u ta’ depot tal-kontejners

e) Servizzi ta’ aġenzija marittima

f) Servizzi marittimi ta’ spedizzjoni tal-merkanzija

g) Kiri ta’ bastimenti bl-ekwipaġġ

(CPC 7213)

Għall-Modalità 1

UE: Mingħajr restrizzjonijiet għal servizzi marittimi ta’ maniġġ ta’ merkanzija u servizzi ta’ mbuttar u rmunkar.

UE: Ebda, ħlief ir-rekwiżit ta’ residenza għal servizzi ta’ żdoganar tal-merkanzija.

Fl-AT, BG, CY, CZ, DE, EE, HU, LT, MT, PL, RO, SE, SI, SK: Mingħajr restrizzjonijiet għall-kiri ta’ bastimenti bl-ekwipaġġ.

Fil-HR: Mingħajr restrizzjoni, ħlief għal servizzi ta’ aġenzija ta’ trasport tal-merkanzija.

Għall-Modalità 2

L-ebda.

h) Servizzi ta’ mbuttar u rmunkar

(CPC 7214)

i) Servizzi ta’ appoġġ għat-trasport marittimu

(parti minn CPC 745)

j) Servizzi ta’ appoġġ u awżiljarji oħra

(parti minn CPC 749)

C. Servizzi awżiljarji għat-trasport ferrovjarju

a) Servizzi ta’ maniġġ ta’ merkanzija

(parti minn CPC 741)

b) Servizzi ta’ ħżin u magazzinaġġ

(parti minn CPC 742)

c) Servizzi ta’ aġenzija tat-trasport tal-merkanzija

(parti minn CPC 748)

d) Servizzi ta’ mbuttar u rmunkar

(CPC 7113)

e) Servizzi ta’ appoġġ għal servizzi tat-trasport ferrovjarju

(CPC 743)

f) Servizzi ta’ appoġġ u awżiljarji oħra

(parti minn CPC 749)

Għall-Modalità 1

UE: Mingħajr restrizzjonijiet għal servizzi ta’ mbuttar u rmunkar.

Fil-HR: Mingħajr restrizzjoni, ħlief għal servizzi ta’ aġenzija ta’ trasport tal-merkanzija.

Għall-Modalità 2

L-ebda.

D. Servizzi awżiljarji għat-trasport bit-triq

a) Servizzi ta’ maniġġ ta’ merkanzija

(parti minn CPC 741)

b) Servizzi ta’ ħżin u magazzinaġġ

(parti minn CPC 742)

c) Servizzi ta’ aġenzija tat-trasport tal-merkanzija

(parti minn CPC 748)

d) Kiri ta’ vetturi tat-triq kummerċjali bl-operaturi

(CPC 7124)

e) Servizzi ta’ appoġġ għat-trasport bit-triq

(CPC 744)

f) Servizzi ta’ appoġġ u awżiljarji oħra

(parti minn CPC 749)

Għall-Modalità 1

Fl-AT, BG, CY, CZ, EE, HU, LT, LV, MT, PL, RO, SE, SI, SK: Mingħajr restrizzjonijiet għall-kiri ta’ vetturi tat-triq kummerċjali bl-operaturi.

Fil-HR: Mingħajr restrizzjonijiet, ħlief għal servizzi ta’ aġenzija għat-trasport tal-merkanzija u servizzi ta’ appoġġ għat-trasport bit-triq.

Għall-Modalità 2

L-ebda.

E. Servizzi awżiljarji għas-servizzi tat-trasport bl-ajru

a) Servizzi fuq l-art (inklużi servizzi tal-catering)

Għall-Modalità 1

UE: Mingħajr restrizzjonijiet, ħlief għall-catering.

Għall-Modalità 2

Fil-BG, CY, CZ, HR, HU, MT, PL, RO, SI, SK: Mingħajr restrizzjonijiet.

b) Servizzi ta’ ħżin u magazzinaġġ

(parti minn CPC 742)

Għall-Modalitajiet 1 u 2

L-ebda.

c) Servizzi ta’ aġenzija tat-trasport tal-merkanzija

(parti minn CPC 748)

Għall-Modalitajiet 1 u 2

L-ebda.

F. Servizzi awżiljarji għat-trasport bil-pipeline ta’ oġġetti minbarra l-fjuwil 35

a) Servizzi ta’ ħżin u magazzinaġġ ta’ oġġetti minbarra fjuwil ittrasportat bil-pipelines

(parti minn CPC 742)

Għall-Modalità 1

Fl-AT, BE, BG, CY, CZ, DE, DK, EL, ES, FI, FR, HR, IE, IT, LT, LU, MT, NL, PL, PT, RO, SE, SI, SK: Mingħajr restrizzjonijiet.

Għall-Modalità 2

L-ebda.

13. Servizzi tat-trapsort oħra

Provvista ta’ servizz tat-trasport ikkombinat

Fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea ħlief fl-AT, BG, CY, CZ, EE, HU, LT, LV, MT, PL, RO, SE, SI, SK: L-ebda, mingħajr preġudizzju għal-limitazzjonijiet imniżżla f’din il-lista li jaffettwaw kwalunkwe mod tat-trasport partikolari.

Fl-AT, BG, CY, CZ, EE, HR, HU, LT, LV, MT, PL, RO, SE, SI, SK: Mingħajr restrizzjonijiet.

14. Servizzi tal-enerġija

A. Servizzi inċidentali għall-estrazzjoni minerarja

(CPC 883) 36

Għall-Modalitajiet 1 u 2

L-ebda.

Fis-SI: L-esplorazzjoni għar-riżorsi minerali u l-isfruttar tagħhom, inklużi s-servizzi ta’ estrazzjoni minerarja regolati, huma soġġetti għall-istabbiliment fi jew iċ-ċittadinanza taż-ŻEE, il-Konfederazzjoni Żvizzera jew Membru tal-OECD jew ta’ pajjiż terz bil-kundizzjoni ta’ reċiproċità materjali. Il-konformità mal-kundizzjoni ta’ reċiproċità hija vverifikata mill-Ministeru responsabbli għall-estrazzjoni minerarja.

Fis-SK: Għall-estrazzjoni minerarja, l-attivitajiet relatati mal-estrazzjoni minerarja u l-attività ġeoloġika, hija meħtieġa l-inkorporazzjoni (l-ebda fergħat).

B. It-trasport tal-fjuwils permezz ta’ pipelines

(CPC 7131)

Għall-Modalità 1

UE: Mingħajr restrizzjonijiet.

Għall-Modalità 2

Fl-AT, BE, BG, CY, CZ, DE, DK, EE, EL, ES, FI, FR, IE, IT, LU, LV, MT, NL, PL, PT, RO, SE, SI, SK: Mingħajr restrizzjonijiet.

C. Servizzi ta’ ħżin u magazzinaġġ għall-fjuwil ittrasportat permezz ta’ pipelines

(parti minn CPC 742)

Għall-Modalità 1

Fl-AT, BE, BG, CY, CZ, DE, DK, EL, ES, FI, FR, HR, IE, IT, LT, LU, MT, NL, PL, PT, RO, SE, SI, SK: Mingħajr restrizzjonijiet.

Għall-Modalità 2

L-ebda.

D. Servizzi ta’ kummerċ bl-ingrossa ta’ fjuwils solidi, likwidi u gassużi u prodotti relatati

(CPC 62271)

u servizzi ta’ kummerċ bl-ingrossa tal-elettriku, il-fwar u l-misħun

Għall-Modalità 1

UE: Mingħajr restrizzjonijiet għal servizzi ta’ kummerċ bl-ingrossa ta’ elettriku, fwar u misħun.

Fis-SK: Mingħajr restrizzjonijiet għal fergħat diretti (hija meħtieġa l-inkorporazzjoni) għal fjuwils likwidi u gassużi.

Għall-Modalità 2

L-ebda.

E. Servizzi ta’ bejgħ bl-imnut ta’ fjuwil tal-magni

(CPC 613)

Għall-Modalità 1

UE: Mingħajr restrizzjonijiet.

Għall-Modalità 2

L-ebda.

F. Bejgħ bl-imnut ta’ żejt fjuwil, gass ibbottiljat, faħam u injam

(CPC 63297)

u servizzi ta’ bejgħ bl-imnut ta’ elettriku, gass (mhux ibbottiljat), fwar u misħun

Għall-Modalità 1

UE: Mingħajr restrizzjonijiet għal servizzi ta’ bejgħ bl-imnut ta’ elettriku, gass (mhux ibbottiljat), fwar u misħun.

Fil-BE, BG, CY, CZ, DE, DK, EL, ES, FR, IE, IT, LU, MT, NL, PL, PT, SK: Għall-bejgħ bl-imnut ta’ żejt fjuwil, gass ibbottiljat, faħam u injam, mingħajr restrizzjonijiet ħlief għal bejgħ bil-korrispondenza (l-ebda għall-bejgħ bil-korrispondenza).

Għall-Modalità 2

L-ebda.

G. Servizzi inċidentali għad-distribuzzjoni tal-enerġija

(CPC 887)

Għall-Modalità 1

UE: Mingħajr restrizzjonijiet ħlief għal servizzi ta’ konsulenza (l-ebda għal servizzi ta’ konsulenza).

Għall-Modalità 2

L-ebda.

15. Servizzi oħra mhux inklużi xi mkien ieħor

a) Servizzi tal-ħasil, tat-tindif u tat-tiżbigħ

(CPC 9701)

Għall-Modalità 1

UE: Mingħajr restrizzjonijiet.

Għall-Modalità 2

L-ebda.

b) Servizzi tal-hairdressing

(CPC 97021)

Għall-Modalità 1

UE: Mingħajr restrizzjonijiet.

Għall-Modalità 2

L-ebda.

c) Servizzi ta’ trattamenti kożmetiċi, manicures u pedicures

(CPC 97022)

Għall-Modalità 1

UE: Mingħajr restrizzjonijiet.

Għall-Modalità 2

L-ebda.

d) Servizzi ta’ trattament tas-sbuħija oħra li ma humiex ikklassifikati xi mkien ieħor

(CPC 97029)

Għall-Modalità 1

UE: Mingħajr restrizzjonijiet.

Għall-Modalità 2

L-ebda.

e) Servizzi ta’ spa u massaġġi mhux terapewtiċi, sal-punt li jiġu pprovduti bħala servizzi ta’ rilassament għall-benesseri fiżiku u mhux għal skopijiet mediċi jew ta’ riabilitazzjoni 37

(CPC ver. 1.0 97230)

Għall-Modalità 1

UE: Mingħajr restrizzjonijiet.

Għall-Modalità 2

L-ebda.

g) Servizzi ta’ konnessjoni tat-telekomunikazzjonijiet

(CPC 7543)

Għall-Modalitajiet 1 u 2

L-ebda.

________________

ANNESS 18-B

L-UNJONI EWROPEA

LISTA TA’ IMPENJI DWAR L-ISTABBILIMENT
F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLI 18.3 U 18.4

1.    Il-lista ta’ impenji f’dan l-Anness tindika l-attivitajiet ekonomiċi liberalizzati skont l-Artikoli 18.3 u 18.4 u tispeċifika l-limitazzjonijiet tal-aċċess għas-suq u għat-trattament nazzjonali li japplikaw għall-intrapriżi u l-investituri tal-MERCOSUR f’dawk l-attivitajiet permezz ta’ riżervi. Il-lista f’dan l-Anness hija magħmula minn żewġ kolonni li fihom l-elementi li ġejjin, rispettivament:

(a)    is-settur jew is-sottosettur li fih l-impenn jittieħed mill-Unjoni Ewropea, u l-ambitu tal-liberalizzazzjoni li għalih japplikaw ir-riżervi; u

(b)    deskrizzjoni tar-riżervi applikabbli.

2.    L-istabbiliment f’setturi jew subsetturi koperti mill-Parti III ta’ dan il-Ftehim u mhux imsemmi fil-lista f’dan l-Anness mhuwiex impenjat.

3.    Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, meta jiġu identifikati setturi u sottosetturi individwali:

(a)    “CPC” tfisser il-Klassifikazzjoni Ċentrali Proviżorja tal-Prodotti kif definita fl-Artikolu 9.3 (c);


(b)    “CPC ver. 1.0” tfisser il-Klassifika Ċentrali tal-Prodotti kif stabbilit fl-Uffiċċju tal-Istatistika tan-Nazzjonijiet Uniti, id-Dokumenti dwar l-Istatistika, Serje M, Nru 77, CPC ver 1.0, 1998; u

(c)    “ISIC rev 3.1” tfisser l-Istandard Internazzjonali ta’ Klassifikazzjoni Industrijali tal-Attivitajiet Ekonomiċi kollha kif stabbilit fl-Uffiċċju tal-Istatistika tan-Nazzjonijiet Uniti, id-Dokumenti dwar l-Istatistika, Serje M, Nru 4, ISIC REV 3.1, 2002.

4.    Il-lista f’dan l-Anness ma tinkludix miżuri relatati mar-rekwiżiti u l-proċeduri tal-kwalifiki, l-istandards tekniċi u r-rekwiżiti u l-proċeduri ta’ liċenzjar jekk dawn ma jikkostitwixxux aċċess għas-suq jew limitazzjoni tat-trattament nazzjonali skont it-tifsira tal-Artikolu 18.3 jew l-Artikolu 18.4 rispettivament. Dawk il-miżuri (pereżempju, il-ħtieġa li tinkiseb liċenzja, obbligi ta’ servizz universali, il-ħtieġa li jinkiseb rikonoxximent tal-kwalifiki f’setturi regolati, il-ħtieġa li wieħed jgħaddi minn eżamijiet speċifiċi, inklużi eżamijiet tal-lingwa, u rekwiżit mhux diskriminatorju li ċerti attivitajiet ma jistgħux jitwettqu f’żoni ambjentali protetti jew f’żoni ta’ interess storiku u artistiku partikolari), anke jekk mhumiex elenkati, japplikaw fi kwalunkwe każ għal intrapriżi u investituri ta’ Stat Firmatarju tal-MERCOSUR.

5.    L-Unjoni Ewropea tieħu impenji fir-rigward tal-impenji għall-aċċess għas-suq kif stabbilit fl-Artikolu 18.3(1), differenzjati mill-Istati Membri tagħha, jekk applikabbli.

6.    Għal aktar ċertezza, għall-Unjoni Ewropea, l-obbligu li jingħata trattament nazzjonali ma jinvolvix ir-rekwiżit li jiġi estiż għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi ta’ Stat Firmatarju tal-MERCOSUR it-trattament mogħti fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jew għal kwalunkwe miżura adottata skont dak it-Trattat, inkluża l-implimentazzjoni ta’ dak it-Trattat jew miżuri fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, biex:

(a)    persuni fiżiċi jew residenti ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea; jew


(b)    persuni ġuridiċi kostitwiti jew organizzati skont il-liġi ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea jew dak tal-Unjoni Ewropea u li jkollhom l-uffiċċju reġistrat, l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post prinċipali tan-negozju tagħhom fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.

Tali trattament nazzjonali jingħata lil persuni ġuridiċi li huma kostitwiti jew organizzati skont il-liġi ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew dik tal-Unjoni Ewropea u li għandhom l-uffiċċju rreġistrat, l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post prinċipali tan-negozju tagħhom fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, inklużi dawk li huma proprjetà ta’ jew ikkontrollati minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi ta’ Stat Firmatarju tal-MERCOSUR.

7.    L-abbrevjazzjonijiet li ġejjin huma użati fil-lista f’dan l-Anness:

–    UE    L-Unjoni Ewropea, inklużi l-Istati Membri kollha tagħha

–    ŻEE    Żona Ekonomika Ewropea

–    AT    L-Awstrija

–    BE    Il-Belġju

–    BG    Il-Bulgarija

–    CY    Ċipru

–    CZ    Iċ-Ċekja

–    DE    Il-Ġermanja

–    DK    Id-Danimarka

–    EE    L-Estonja

–    EL    Il-Greċja

–    ES    Spanja

–    FI    Il-Finlandja

–    FR    Franza

–    HR    Il-Kroazja


–    HU    L-Ungerija

–    IE    L-Irlanda

–    IT    L-Italja

–    LV    Il-Latvja

–    LT    Il-Litwanja

–    LU    Il-Lussemburgu

–    MT    Malta

–    NL    In-Netherlands

–    PL    Il-Polonja

–    PT    Il-Portugall

–    RO    Ir-Rumanija

–    SK    Ir-Repubblika Slovakka

–    SI    Is-Slovenja

–    SE    L-Iżvezja


Settur jew sottosettur

Deskrizzjoni tar-riżervi

IS-SETTURI KOLLHA

Proprjetà immobbli

Fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea ħlief fl-AT, BG, CY, CZ, DE, DK, EE, EL, FI, HU, IE, IT, LV, LT, MT, PL, RO, SI, SK, ES: L-ebda.

Fl-AT: L-akkwist, ix-xiri kif ukoll il-kiri jew il-lokazzjoni ta’ proprjetà immobbli minn persuni fiżiċi u ġuridiċi barranin jeħtieġu awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet reġjonali kompetenti (“Länder”) li jikkunsidraw jekk interessi ekonomiċi, soċjali jew kulturali importanti humiex affettwati jew le.

Fil-BG: Persuni fiżiċi u ġuridiċi barranin (inklużi l-fergħat tagħhom) ma jistgħux jakkwistaw sjieda ta’ art. Il-persuni ġuridiċi Bulgari b’parteċipazzjoni barranija ma jistgħux jakkwistaw sjieda ta’ art agrikola. Persuni ġuridiċi barranin u ċittadini barranin b’residenza permanenti barra mill-pajjiż jistgħu jiksbu sjieda ta’ bini u drittijiet ta’ proprjetà limitati 38 ta’ proprjetà immobbli, soġġett għall-permess tal-Ministeru għall-Finanzi. Ir-rekwiżit ta’ permess ma japplikax għal persuni li investew fil-Bulgarija. Ċittadini barranin b’residenza permanenti barra mill-pajjiż, persuni ġuridiċi barranin u intrapriżi li fihom il-parteċipazzjoni barranija tiżgura maġġoranza fl-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet jew jimblokkaw l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet, jistgħu jakkwistaw drittijiet ta’ proprjetà immobbli f’reġjuni ġeografiċi speċifiċi deżinjati mill-Kunsill tal-Ministri, soġġett għal permess.

F’CY: Mingħajr restrizzjonijiet.

Fiċ-CZ: Art agrikola u forestali tista’ tiġi akkwistata minn persuni fiżiċi u ġuridiċi barranin b’residenza permanenti fiċ-Ċekja. Japplikaw regoli speċifiċi għall-art agrikola u forestali li hija proprjetà tal-Istat.

Fil-DE: Jistgħu japplikaw ċerti kundizzjonijiet ta’ reċiproċità.

Fid-DK: Limitazzjonijiet fuq ix‑xiri ta’ proprjetà immobbli minn entitajiet fiżiċi u ġuridiċi mhux residenti. Limitazzjonijiet fuq ix-xiri ta’ art agrikola minn entitajiet fiżici u ġuridiċi barranin.

Fl-EE: Mingħajr restrizzjonijiet għall-akkwist ta’ art agrikola u forestali 39 .

Fil-EL: Skont il-Liġi Nru 1892/90, huwa meħtieġ permess mill-Ministru għad-Difiża biex ċittadin jakkwista art f’żoni qrib il-fruntieri.

Fil-FI: (Il-Gżejjer Åland): Restrizzjonijiet fuq id-dritt ta’ persuni fiżiċi li ma jgawdux minn ċittadinanza reġjonali f’Åland, u ta’ persuni ġuridiċi, li jakkwistaw u jżommu proprjetà immobbli fil-Gżejjer Åland mingħajr permess mill-awtoritajiet kompetenti tal-gżejjer. Restrizzjonijiet fuq id-dritt tal-istabbiliment u d-dritt li jiġu pprovduti servizzi minn persuni fiżiċi li ma jgawdux ċittadinanza reġjonali f’Åland, jew minn kwalunkwe persuna ġuridika, mingħajr il-permess tal-awtoritajiet kompetenti tal-Gżejjer Åland.

Fil-HR: Mingħajr restrizzjonijiet għall-akkwist ta’ proprjetà immobbli minn fornituri ta’ servizzi mhux stabbiliti u inkorporati fil-Kroazja. Huwa permess l-akkwist ta’ proprjetà immobbli meħtieġa għall-forniment ta’ servizzi minn kumpaniji stabbiliti u inkorporati fil-Kroazja bħala persuni ġuridiċi. L-akkwist ta’ proprjetà immobbli meħtieġa għall-provvista ta’ servizzi minn fergħat jeħtieġ l-approvazzjoni tal-Ministeru għall-Ġustizzja. L-art agrikola ma tistax tiġi akkwistata minn barranin.

Fl-HU: Limitazzjonijiet fuq l-akkwist ta’ art u proprjetà immobbli minn investituri barranin 40 .

Fl-IE: Huwa meħtieġ kunsens bil-miktub minn qabel mill-Kummissjoni tal-Artijiiet għall-akkwist ta’ kwalunkwe interess f’art Irlandiża minn kumpaniji domestiċi jew barranin jew minn ċittadini barranin. Meta tali art tkun għall-użu industrijali (iżda mhux l-industrija agrarja), dan ir-rekwiżit jiġi rinunzjat, soġġett għal ċertifikazzjoni għal dan l-iskop mill-Ministeru għall-Intrapriża, il-Kummerċ u l-Impjiegi. Din il-liġi ma tapplikax għal art fil-konfini tal-bliet u l-irħula.

Fl-IT: Ix-xiri ta’ proprjetà immobbli minn persuni fiżiċi u ġuridiċi barranin huwa soġġett għal kundizzjoni ta’ reċiproċità.

Fil-LV: L-akkwist ta’ art huwa mingħajr restrizzjonijiet; il-kiri tal-art li ma jaqbiżx id-99 (disgħa u disgħin) sena huwa permess.

Fil-LT: L-akkwist ta’ art huwa mingħajr restrizzjonijiet 41 .

F’MT: Ir-rekwiżiti tal-liġijiet u r-regolamenti Maltin dwar l-akkwist ta’ proprjetà immobbli għandhom ikomplu japplikaw.

Fil-PL: L-akkwist ta’ proprjetà immobbli, diretta jew indiretta, minn barranin (persuna fiżika jew ġuridika barranija) jeħtieġ permess. L-akkwist ta’ proprjetà tal-Istat huwa mingħajr restrizzjonijiet (pereżempju r-regolamenti li jirregolaw il-proċess ta’ privatizzazzjoni).

Fir-RO: Persuni fiżiċi li ma jkollhomx ċittadinanza Rumena u residenza fir-Rumanija, kif ukoll persuni ġuridiċi li ma jkollhomx ċittadinanza Rumena u l-kwartieri ġenerali tagħhom fir-Rumanija, ma jistax ikollhom sjieda fuq kwalunkwe tip ta’ art, permezz ta’ atti inter vivos.

Fis-SI: Persuni ġuridiċi, stabbiliti fis-Slovenja b’parteċipazzjoni ta’ kapital barrani, jistgħu jakkwistaw proprjetà immobbli fit-territorju tas-Slovenja. Fergħat 42 stabbiliti fis-Slovenja minn persuni barranin jistgħu jakkwistaw biss proprjetà immobbli, ħlief art, li tkun meħtieġa għat-twettiq ta’ attivitajiet ekonomiċi li għalihom dawn ġew stabbiliti.

Fis-SK: Limitazzjoni fuq l-akkwist ta’ proprjetà immobbli minn persuni fiżiċi u ġuridiċi barranin. Entitajiet barranin jistgħu jakkwistaw proprjetà immobbli permezz tal-istabbiliment ta’ entitajiet ġuridiċi Slovakki jew tal-parteċipazzjoni f’impriżi konġunti. Mingħajr restrizzjonijiet għall-art, inkluż pereżempju riżorsi naturali, lagi, xmajjar, toroq pubbliċi.

Fi ES: l-investiment barrani f’attivitajiet relatati direttament mal-investimenti fil-proprjetà immobbli ta’ missjonijiet diplomatiċi minn Stati li mhumiex membri tal-UE jeħtieġ awtorizzazzjoni amministrattiva mill-Kunsill tal-Ministri Spanjol, sakemm ma jkunx hemm fis-seħħ ftehim reċiproku ta’ liberalizzazzjoni.

IS-SETTURI KOLLHA

Utilitajiet pubbliċi

UE: Servizzi meqjusa bħala utilitajiet pubbliċi f’livell nazzjonali jew lokali jistgħu jkunu soġġetti għal monopolji pubbliċi jew għal drittijiet esklussivi mogħtija lil operaturi privati 43   44 .

IS-SETTURI KOLLHA

Tipi ta’ stabbiliment

UE: It-trattament mogħti lil sussidjarji (ta’ persuni ġuridiċi ta’ Stat Firmatarju tal-MERCOSUR) iffurmati f’konformità mal-liġi tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u li jkollhom l-uffiċċju reġistrat, l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post prinċipali tan-negozju tagħhom fl-Unjoni mhuwiex estiż għal fergħat jew aġenziji stabbiliti fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea minn persuni ġuridiċi ta’ Stat Firmatarju tal-MERCOSUR 45 .

Fil-BG: L-istabbiliment ta’ fornituri ta’ servizzi barranin, inklużi impriżi konġunti, jista’ jieħu biss il-forma ta’ kumpanija b’responsabbiltà limitata jew kumpanija b’ishma konġunti b’mill-inqas żewġ azzjonisti. L-istabbiliment ta’ fergħat huwa soġġett għall-awtorizzazzjoni. Mingħajr restrizzjoni għall-uffiċċji rappreżentattivi. L-uffiċċji rappreżentattivi ma jistgħux jinvolvu ruħhom f’attività ekonomika. F’intrapriżi fejn is-sehem pubbliku (statali jew muniċipali) fil-kapital ta’ ekwità jaqbeż it-30 % (tletin fil-mija), it-trasferiment ta’ dawn l-ishma lil partijiet terzi jeħtieġ awtorizzazzjoni.

F’CY: hija meħtieġa ammissjoni sħiħa fil-Kamra tal-Avukati għall-prattika ta’ servizzi legali fir-rigward tal-liġi domestika (tal-UE u tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea), inkluża r-rappreżentanza quddiem il-qrati. Ir-residenza (il-preżenza kummerċjali) u n-nazzjonalità tal-UE huma meħtieġa sabiex tinkiseb ammissjoni sħiħa fil-Kamra tal-Avukati. L-avukati rreġistrati fil-Kamra tal-Avukati biss jistgħu jkunu sħab jew azzjonisti jew membri tal-Bord tad-Diretturi f’kumpanija legali f’Ċipru.

Fl-EE: Minn tal-inqas nofs il-membri tal-bord ta’ ġestjoni għandu jkollhom ir-residenza tagħhom fl-UE.

Fil-FI: Ċittadin ta’ Stat Firmatarju tal-MERCOSUR li jwettaq kummerċ bħala sieħeb f’soċjetà limitata jew ġenerali Finlandiża jeħtieġ permess kummerċjali u jrid ikun residenti permanenti fl-UE. Għas-setturi kollha ħlief is-servizzi tat-telekomunikazzjoni, in-nazzjonalità u r-residenza huma meħtieġa għal minn tal-inqas nofs il-membri ordinarji u viċi membri tal-bord tad-diretturi u għad-direttur maniġerjali; madankollu, jistgħu jingħataw eżenzjonijiet lil ċerti kumpaniji. Għas-servizzi tat-telekomunikazzjoni, hija meħtieġa residenza permanenti għal nofs il-fundaturi u nofs il-membri tal-bord tad-diretturi u għad-direttur maniġerjali. Jekk il-fundatur tkun persuna ġuridika, dik il-persuna ġuridika hija wkoll soġġetta għal rekwiżit ta’ residenza. Jekk organizzazzjoni ta’ Stat Firmatarju tal-MERCOSUR ikollha l-intenzjoni li twettaq negozju jew kummerċ billi tistabbilixxi fergħa fil-Finlandja, ikun meħtieġ permess kummerċjali. Sabiex organizzazzjoni ta’ Stat Firmatarju tal-MERCOSUR jew persuna fiżika li mhijiex ċittadin tal-UE taġixxi bħala fundatur ta’ kumpanija b’responsabbiltà limitata huwa meħtieġ permess.

Fi FR: Id-direttur maniġerjali ta’ attività industrija, kummerċjali jew artiġjanali, jekk ma jkunx id-detentur ta’ permess ta’ residenza, jeħtieġ awtorizzazzjoni speċifika.

Fl-HU: Il-preżenza kummerċjali jenħtieġ li tieħu l‑forma ta’ kumpanija b’responsabbiltà limitata, kumpanija b’ishma konġunti jew uffiċċju rappreżentattiv. Id-dħul inizjali bħala fergħa mhuwiex permess, ħlief għal servizzi finanzjarji.

Fl-IT: L-aċċess għal attivitajiet industrijali, kummerċjali u artiġjanali huwa soġġett għal permess ta’ residenza u awtorizzazzjoni speċifika biex jitwettqu l-attivitajiet.

Fil-BG, PL: Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet ta’ uffiċċju rappreżentant jista’ jinkludi biss ir-reklamar u l-promozzjoni tal-kumpanija omm barranija rrappreżentata mill-uffiċċju.

Fil-PL: Bl-eċċezzjoni tas-servizzi finanzjarji, mingħajr restrizzjonijiet għall-fergħat. L-investituri ta’ Stat Firmatarju tal-MERCOSUR jistgħu jagħmlu u jwettqu attività ekonomika biss fil-forma ta’ soċjetà limitata, soċjetà limitata b’ishma konġunti, kumpanija b’responsabbiltà limitata u kumpanija b’ishma konġunti (fil-każ ta’ servizzi legali, fil-forma ta’ soċjetà rreġistrata u soċjetà limitata biss). Fornituri ta’ servizzi barranin jistgħu jistabbilixxu uffiċċji rappreżentattivi bis-sede tagħhom fil-Polonja. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-azzjoni ta’ uffiċċju rappreżentattiv jista’ jinkludi biss it-twettiq ta’ attività ta’ reklamar u promozzjoni tal-fornituri ta’ servizzi barranin.

Fir-RO: L-amministrattur uniku jew il-president tal-bord ta’ amministrazzjoni kif ukoll nofs l-għadd totali ta’ amministratturi tal-kumpaniji kummerċjali għandhom ikunu ċittadini Rumeni sakemm mhux stipulat mod ieħor fil-kuntratt tal-kumpanija jew fl-istatuti tagħha. Il-maġġoranza tal-awdituri tal-kumpaniji kummerċjali u d-deputati tagħhom għandhom ikunu ċittadini Rumeni.

Fl-SE: Kumpanija barranija, li ma tkunx stabbiliet entità ġuridika fl-Iżvezja jew tkun qiegħda twettaq in-negozju tagħha permezz ta’ aġent kummerċjali, għandha twettaq l-operazzjonijiet kummerċjali tagħha permezz ta’ fergħa, irreġistrata fl-Iżvezja, b’maniġment indipendenti u kontijiet separati. Id-direttur maniġerjali u l-viċi direttur maniġerjali tal-fergħa, iridu jkunu residenti fiż-ŻEE. Persuna fiżika mhux residenti fiż-ŻEE, li twettaq operazzjonijiet kummerċjali fl-Iżvezja, għandha taħtar u tirreġistra rappreżentant residenti responsabbli għall-operazzjonijiet fl-Iżvezja. Għandhom jinżammu kontijiet separati għall-operazzjonijiet fl-Iżvezja. L-awtorità kompetenti tista’ f’każijiet individwali tagħti eżenzjonijiet mir-rekwiżiti tal-fergħat u tar-residenza. Proġetti ta’ bini b’durata ta’ inqas minn 1 (sena), imwettqa minn kumpanija li tinsab jew persuna fiżika residenti barra miż-ŻEE, huma eżentati mir-rekwiżiti li jistabbilixxu fergħa jew li jaħtru rappreżentant residenti. Kumpanija b’responsabbiltà limitata tista’ tkun stabbilita fl-Iżvezja minn persuna fiżika residenti fiż-ŻEE, minn persuna ġuridika Żvediża jew minn persuna ġuridika li tkun ġiet iffurmata skont il-liġi fi stat fiż-ŻEE u li jkollha l-uffiċċju reġistrat, il-kwartieri ġenerali jew il-post prinċipali tan-negozju tagħha fiż-ŻEE. Soċjetà tista’ tkun fundatur biss jekk is-sidien kollha b’responsabbiltà personali illimitata jkunu residenti fiż-ŻEE. Il-fundaturi barra ż-ŻEE jistgħu japplikaw għal permess mill-awtorità kompetenti. Għal kumpaniji b’responsabbiltà limitata u assoċjazzjonijiet ekonomiċi kooperattivi, mill-inqas 50 % (ħamsin fil-mija) tal-membri tal-bord tad-diretturi, mill-inqas 50 % (ħamsin fil-mija) tal-viċi membri tal-bord, id-direttur maniġerjali, il-viċi direttur maniġerjali, u mill-inqas waħda mill-persuni awtorizzati biex jiffirmaw għall-kumpanija, jekk ikun hemm, iridu jkunu residenti fiż-ŻEE. L-awtorità kompetenti tista’ tagħti eżenzjonijiet minn dan ir-rekwiżit. Jekk l-ebda wieħed mir-rappreżentanti tal-kumpanija jew tas-soċjetà ma jirrisjedi fl-Iżvezja, il-bord irid jaħtar u jirreġistra persuna residenti fl-Iżvezja, li tkun ġiet awtorizzata taġixxi bħala indirizz għan-notifika f’isem il-kumpanija jew is-soċjetà. Il-kundizzjonijiet korrispondenti japplikaw għall-istabbiliment tat-tipi l-oħra kollha ta’ entitajiet ġuridiċi.

Fis-SK: Persuna fiżika ta’ Stat Firmatarju tal-MERCOSUR li isimha għandu jiġi rreġistrat fir-Reġistru Kummerċjali bħala persuna awtorizzata li taġixxi f’isem l-imprenditur hija meħtieġa tissottometti permess ta’ residenza għar-Repubblika Slovakka.

IS-SETTURI KOLLHA

Investiment

UE: Mingħajr restrizzjonijiet fir-rigward ta’ attivitajiet jew servizzi li jiffurmaw parti minn pjan pubbliku tal-irtirar jew sistema statutorja ta’ sigurtà soċjali.

Fil-BG: F’intrapriżi fejn is-sehem pubbliku (statali jew muniċipali) fil-kapital ta’ ekwità jaqbeż it-30 % (tletin fil-mija), it-trasferiment ta’ dawn l-ishma lil partijiet terzi jeħtieġ awtorizzazzjoni. Ċerti attivitajiet ekonomiċi relatati mal-isfruttar jew l-użu ta’ proprjetà tal-Istat jew pubblika huma soġġetti għal konċessjonijiet mogħtija skont id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Konċessjonijiet. Investituri barranin ma jistgħux jipparteċipaw fil-privatizzazzjoni. Investituri barranin u persuni ġuridiċi Bulgari b’parteċipazzjoni barranija ta’ kontroll jeħtieġu permess għal: a) il-prospettar, l-iżvilupp jew l-estrazzjoni ta’ riżorsi naturali mill-ibħra territorjali, mill-blata kontinentali jew miż-żona ekonomika esklużiva; u b) l-akkwist ta’ interess ta’ ekwità ta’ kontroll f’kumpaniji involuti fi kwalunkwe waħda mill-attivitajiet speċifikati taħt “a)”.

F’CY: Entitajiet li għandhom parteċipazzjoni barranija jridu kapital imħallas li jikkorrispondi għar-rekwiżiti finanzjarji tagħhom u l‑persuni mhux residenti jridu jiffinanzjaw il-kontribuzzjoni tagħhom permezz tal-importazzjoni tal-munita barranija. Jekk il-parteċipazzjoni ta’ persuni mhux residenti taqbeż l-24 % (erbgħa u għoxrin fil-mija), kwalunkwe finanzjament addizzjonali għar-rekwiżiti ta’ kapital operatorju jew mod ieħor jenħtieġ li jinġabar minn sorsi lokali u barranin fi proporzjon mal-parteċipazzjoni ta’ residenti u persuni mhux residenti fl-ekwità tal‑entità. Fil-każ ta’ fergħat ta’ kumpaniji barranin, il-kapital kollu għall-investiment inizjali jrid jiġi minn sorsi barranin. Is-self minn sorsi lokali huwa permess biss wara l-implimentazzjoni inizjali tal-proġett, għall-finanzjament ta’ rekwiżiti ta’ kapital operatorju.

Fil-FI: L-akkwist ta’ ishma minn sidien barranin li jagħti aktar minn terz tad-drittijiet tal-vot ta’ kumpanija ewlenija Finlandiża jew negozju ewlieni (b’aktar minn 1 000 (elf) impjegat, b’fatturat ta’ aktar minn 168 (mija u tmienja u sittin) miljun euro jew b’total tal-karta bilanċjali 46 ta’ aktar minn 168 (mija u tmienja u sittin) miljun euro huwa soġġett għall-konferma mill-awtoritajiet Finlandiżi. Din il-konferma tista’ ma tingħatax biss jekk ikun mhedded xi interess nazzjonali importanti. Dawn il-limitazzjonijiet ma japplikawx għas-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet.

Fi FR: Skont l-Artikoli L151–1 u R153–1 sec tal-kodiċi finanzjarju u monetarju, l-investimenti barranin fi Franza fis-setturi elenkati fl-Artikolu R153–2 tal-kodiċi finanzjarju u monetarju huma soġġetti għal approvazzjoni minn qabel mill-Ministru għall-Ekonomija. Franza tirriżerva d-dritt li tillimita l-parteċipazzjoni barranija f’kumpaniji privatizzati ġodda għal ammont varjabbli, iddeterminat mill-gvern ta’ Franza fuq bażi ta’ każ b’każ, tal-ekwità offruta lill-pubbliku.

Fl-HU: Mingħajr restrizzjonijiet għall-parteċipazzjoni barranija f’kumpaniji li jkunu għadhom kemm ġew privatizzati.

Fl-IT: Drittijiet esklussivi jistgħu jingħataw lil jew jinżammu fir-rigward ta’ kumpaniji li jkunu għadhom kemm ġew privatizzati. F’xi każijiet, id-drittijiet tal-vot f’kumpaniji li jkunu għadhom kemm ġew privatizzati jistgħu jiġu ristretti. Għal perjodu ta’ 5 (ħames) snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, l-akkwist ta’ ishma kbar ta’ ekwità ta’ kumpaniji li joperaw fl-oqsma tad-difiża, tas-servizzi tat-trasport, tat-telekomunikazzjoni u tal-enerġija jista’ jkun soġġett għall-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti.

Fil-LT: Intrapriżi ta’ importanza strateġika għas-sigurtà nazzjonali li jridu jappartjenu lill-Istat bid-dritt tas-sjieda (proporzjon tal-kapital li jista’ jinżamm minn persuni privati, nazzjonali jew barranin li jikkonformaw mal-interessi tas-sigurtà nazzjonali, fir-rigward tal-investiment f’intrapriżi, setturi u faċilitajiet ta’ importanza strateġika għas-sigurtà nazzjonali u proċeduri u kriterji għad-determinazzjoni tal-konformità ta’ investituri nazzjonali potenzjali u parteċipanti potenzjali fl-intrapriżi, fost l-oħrajn).

F’MT: Kumpaniji bil-parteċipazzjoni ta’ persuni ġuridiċi jew fiżiċi mhux residenti jeħtieġu kapital azzjonarju minimu li minnu 50 % (ħamsin fil-mija) għandu jitħallas. Il-perċentwal tal-ekwità ta’ dawk mhux residenti għandu jitħallas b’fondi li joriġinaw minn barra l-pajjiż. F’termini tat-Taqsima 17 tal-Att dwar il-Kontroll tal-Kambju, persuni mhux residenti f’Malta, li jixtiequ jipprovdu xi servizz permezz ta’ preżenza kummerċjali f’Malta, jistgħu jagħmlu dan biss billi jirreġistraw kumpanija lokali bil-permess minn qabel tal-Bank Ċentrali ta’ Malta.

Fil-PT: Il-parteċipazzjoni barranija f’kumpaniji li għadhom kemm ġew ipprivatizzati tista’ tkun limitata għal ammont varjabbli, determinat mill-Gvern tal-Portugall fuq bażi ta’ każ b’każ, tal-ekwità offruta lill-pubbliku.

Fis-SI: Għas-servizzi finanzjarji, toħroġ awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet indikati f’impenji speċifiċi għas-settur u skont il-kundizzjonijiet indikati f’impenji speċifiċi għas-settur. Ma hemm l-ebda limitazzjoni fuq l-istabbiliment ta’ negozju ġdid (investimenti f’żoni ġodda).

IS-SETTURI KOLLHA

Żoni ġeografiċi

Fil-FI: Fil-Gżejjer Åland, limitazzjonijiet fuq id-dritt ta’ stabbiliment minn persuni fiżiċi li ma jgawdux minn ċittadinanza reġjonali f’Åland jew minn kwalunkwe persuna ġuridika.

1. L-AGRIKOLTURA, IL-KAĊĊA, IL-FORESTRIJA

A. L-agrikoltura, il-kaċċa

(ISIC rev 3.1: 011, 012, 013, 014, 015) esklużi servizzi ta’ għoti ta’ pariri u konsulenza 47

UE: Japplikaw restrizzjonijiet kwantitattivi għall-produzzjoni ta’ prodotti agrikoli.

Fl-AT, HR, HU, MT, RO: Mingħajr restrizzjonijiet għal attivitajiet agrikoli.

F’CY: Il-parteċipazzjoni tal-investituri ta’ Stat Firmatarju tal-MERCOSUR hija permessa biss sa 49 % (disgħa u erbgħin fil-mija).

Fil-FI: Iċ-ċittadini taż-ŻEE li jgħixu fiż-żona tal-merħla tar-renni biss jistgħu jkunu sidien ta’ renni u jeżerċitaw it-trobbija tar-renni. Jistgħu jingħataw drittijiet esklużivi.

Fi FR: L-istabbiliment ta’ farms u kooperattivi agrikoli minn investituri mhux tal-UE huwa soġġett għal awtorizzazzjoni.

Fl-IE: L-istabbiliment minn residenti ta’ Stat Firmatarju tal-MERCOSUR f’attivitajiet ta’ tħin tad-dqiq huwa soġġett għall-awtorizzazzjoni.

Fl-SE: In-nies Sami biss jistgħu jkunu s-sidien u jeżerċitaw it-trobbija tar-renni.

B. Il-forestrija u l-qtugħ tas-siġar għall-injam

(ISIC rev 3.1: 020) esklużi servizzi ta’ għoti ta’ pariri u konsulenza 48

Fil-BG: Mingħajr restrizzjonijiet għall-attivitajiet tal-qtugħ tas-siġar għall-injam.

2. IS-SAJD U L-AKKWAKULTURA

(ISIC rev. 3.1: 0501, 0502) esklużi servizzi ta’ għoti ta’ pariri u konsulenza 49

UE: Mingħajr restrizzjonijiet.

3. L-ESTRAZZJONI MILL-MINJIERI U L-BARRIERI

A. Estrazzjoni tal-faħam u tal-linjite; l-estrazzjoni tal-pit

(ISIC rev 3.1: 10)

B. Estrazzjoni ta’ żejt mhux maħdum u gass naturali 50

(ISIC rev 3.1: 1110)

C. Estrazzjoni ta’ minerali tal-metall

(ISIC rev 3.1: 13)

D. Estrazzjonijiet oħra mill-minjieri u mill-barrieri

(ISIC rev 3.1: 14)

UE: Mingħajr restrizzjonijiet għal persuni ġuridiċi kkontrollati minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi ta’ pajjiż mhux tal-UE li jammontaw għal aktar minn 5 % (ħamsa fil-mija) tal-importazzjonijiet taż-żejt jew tal-gass naturali tal-UE. Mingħajr restrizzjonijiet għal fergħat diretti (l-inkorporazzjoni hija meħtieġa).

UE: Riżerva fuq il-prospettar, l-esplorazzjoni u l-isfruttar tal-idrokarburi: f’konformità mad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi, ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3, kull meta jkun jidher li pajjiż terz mhux qed jagħti lill-entitajiet tal-UE, fir-rigward tal-aċċess għal u l-eżerċitar ta’ dawn l-attivitajiet, trattament komparabbli ma’ dak li l-UE tagħti lil entitajiet minn dak il-pajjiż, il-Kunsill jista’, fuq proposta tal-Kummissjoni, jawtorizza Stat Membru tal-Unjoni Ewropea li jirrifjuta awtorizzazzjoni lil entità li hija effettivament ikkontrollata mill-pajjiż terz ikkonċernat jew minn ċittadini ta’ dak il-pajjiż (reċiproċità).

UE: Mingħajr restrizzjonijiet għall-estrazzjoni ta’ żejt mhux maħdum u gass naturali.

Fil-BG, HU, LT, MT, CZ, SK, CY: Mingħajr restrizzjonijiet.

Fi ES: Riżerva dwar investiment li joriġina f’pajjiżi mhux tal-UE f’minerali strateġiċi.

Fid-DK: Id-dritt tal-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi u l-potenzjal ġeotermali huwa soġġett għal konċessjoni mill-Ministru Daniż għall-Affarijiet Ekonomiċi u Kummerċjali. Il-parteċipazzjoni tal-Istat hija meħtieġa fl-esplorazzjoni għall-produzzjoni tal-idrokarburi. L-Istat jista’ jirrikjedi li detentur ta’ liċenzja jidħol fi ftehim ta’ unità ma’ detenturi oħra ta’ liċenzja, li jkollhom konċessjoni għal żona kontigwa. Operatur li japplika għal liċenzja b’residenza barra mid-Danimarka jrid ikollu uffiċċju rreġistrat fit-territorju tal-UE.

Fil-EL: Id-dritt tal-esplorazzjoni u l-isfruttament tal-minerali kollha, ħlief l-idrokarburi, il-fjuwils solidi, il-minerali radjuattivi u l-potenzjal ġeotermali huwa soġġett għal konċessjoni mill-Greċja, wara approvazzjoni mill-Kunsill tal-Ministri.

Fi FR: L-istabbiliment minn persuna mhux residenti fl-industriji estrattivi jrid isir fil-forma ta’ sussidjarja Franċiża jew Ewropea, li l-maniġer tagħha jrid ikun residenti fi Franza jew fi Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea u jiddikjara l-post tar-residenza tiegħu jew tagħha lill-awtoritajiet tal-prefett lokali.

Fin-NL: Il-parteċipazzjoni tal-Istat hija meħtieġa fil-produzzjoni tal-idrokarburi. Din tinkludi l-parteċipazzjoni fil-faċilitajiet tal-produzzjoni. L-Istat jista’ jirrikjedi li detentur ta’ liċenzja jidħol fi ftehim ta’ unità ma’ detentur ieħor ta’ liċenzja li jkollu konċessjoni għal żona kontigwa.

Fis-SI: L-esplorazzjoni għar-riżorsi minerali u l-isfruttar tagħhom, inklużi s-servizzi ta’ estrazzjoni minerarja regolati, huma soġġetti għall-istabbiliment fi jew iċ-ċittadinanza taż-ŻEE, il-Konfederazzjoni Żvizzera jew Membru tal-OECD jew ta’ pajjiż terz bil-kundizzjoni ta’ reċiproċità materjali. Il-konformità mal-kundizzjoni ta’ reċiproċità hija vverifikata mill-Ministeru responsabbli għall-estrazzjoni minerarja.

4. IL-MANIFATTURA 51

A. Manifattura ta’ prodotti tal-ikel u x-xorb

(ISIC rev 3.1: 15)

L-ebda.

B. Produzzjoni ta’ prodotti tat-tabakk

(ISIC rev 3.1: 16)

L-ebda.

C. Produzzjoni ta’ tessili

(ISIC rev 3.1: 17)

L-ebda.

D. Manifattura ta’ ħwejjeġ li jintlibsu; tlestija u tiżbigħ ta’ fer

(ISIC rev 3.1: 18)

L-ebda.

E. Kunzatura u tlestija tal-ġilda; manifattura ta’ bagalji, basktijiet tal-idejn, prodotti tas-sarġ, xdud u żraben

(ISIC rev 3.1: 19)

L-ebda.

F. Manifattura ta’ injam u ta’ prodotti tal-injam u s-sufra, ħlief għamara; manifattura ta’ oġġetti tat-tiben u materjali tad-dfir

(ISIC rev 3.1: 20)

L-ebda.

G. Manifattura ta’ karti u prodotti tal-karti

(ISIC rev 3.1: 21)

L-ebda.

H. Pubblikazzjoni, stampar u riproduzzjoni ta’ midja rreġistrata 52

(ISIC rev 3.1: 22, ħlief il-pubblikazzjoni u l-istampar fuq bażi ta’ tariffa jew ta’ kuntratt 53 )

Fl-IT: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għas-sidien ta’ kumpaniji tal-pubblikazzjoni u tal-istampar.

Fl-SE: Rekwiżit ta’ residenza għall-pubblikatur u s-sid ta’ kumpanija tal-pubblikazzjoni jew tal-istampar.

Fil-HR: Rekwiżit ta’ residenza.

I. Manifattura ta’ prodotti tal-fran tal-kokk

(ISIC rev 3.1: 231)

L-ebda.

J. Manifattura ta’ prodotti tal-petroleum raffinat

(ISIC rev 3.1: 232)

UE: Mingħajr restrizzjonijiet għal persuni ġuridiċi kkontrollati minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi ta’ pajjiż mhux tal-UE li jammontaw għal aktar minn 5 % (ħamsa fil-mija) tal-importazzjonijiet taż-żejt jew tal-gass naturali tal-UE. Mingħajr restrizzjonijiet għal fergħat diretti (l-inkorporazzjoni hija meħtieġa).

K. Manifattura ta’ sustanzi kimiċi u ta’ prodotti kimiċi ħlief splussivi

(ISIC rev 3.1: 24 minbarra l-manifattura tal-isplussivi)

L-ebda.

L. Manifattura ta’ prodotti tal-gomma u tal-plastik

(ISIC rev 3.1: 25)

L-ebda.

M. Manifattura ta’ prodotti minerali mhux metalliċi oħra

(ISIC rev 3.1: 26)

L-ebda.

N. Manifattura ta’ metalli bażiċi

(ISIC rev 3.1: 27)

L-ebda.

O. Manifattura ta’ prodotti tal-metall iffabbrikat, ħlief makkinarju u tagħmir

(ISIC rev 3.1: 28)

L-ebda.

P. Manifattura ta’ makkinarju

a) Manifattura ta’ makkinarju għal użu ġenerali

(ISIC rev 3.1: 291)

L-ebda.

b) Manifattura ta’ makkinarju b’użu speċjali ħlief armi u munizzjonijiet

(ISIC rev 3.1: 2921, 2922, 2923, 2924, 2925, 2926, 2929)

L-ebda.

c) Manifattura ta’ apparati domestiċi n.e.c.

(ISIC rev 3.1: 293)

L-ebda.

d) Manifattura ta’ makkinarju għall-uffiċċju, il-kontabilità u tal-computing

(ISIC rev 3.1: 30)

L-ebda.

e) Manifattura ta’ makkinarju u apparat elettriku n.e.c.

(ISIC rev 3.1: 31)

L-ebda.

f) Manifattura ta’ tagħmir u apparat tar-radju, tat-televiżjoni u tal-komunikazzjoni

(ISIC rev 3.1: 32)

L-ebda.

Q. Manifattura ta’ strumenti mediċi, ta’ preċiżjoni u ottiċi, arloġġi tal-idejn u arloġġi

(ISIC rev 3.1: 33)

L-ebda.

R. Manifattura ta’ vetturi bil-mutur, trejlers u semitrejlers

(ISIC rev 3.1: 34)

L-ebda.

S. Manifattura ta’ tagħmir ieħor tat-trasport (mhux militari)

(ISIC rev 3.1: 35 ħlief il-manifattura ta’ vapuri tal-gwerra, ajruplani tal-gwerra u tagħmir ieħor tat-trasport għall-użu militari)

L-ebda.

T. Manifattura ta’ għamara; manifattura n.e.c.

(ISIC rev 3.1: 361, 369)

L-ebda.

U. Riċiklaġġ

(ISIC rev 3.1: 37)

L-ebda.

5. PRODUZZJONI; TRAŻMISSJONI U DISTRIBUZZJONI GĦALL-KONT PROPRJU TAL-ELETTRIKU, IL-GASS, IL-FWAR U L-MISĦUN

(ĦLIEF IL-ĠENERAZZJONI NUKLEARI TAL-ELETTRIKU)

A. Produzzjoni ta’ elettriku; trażmissjoni u distribuzzjoni tal-elettriku għall-kont proprju

(parti mill-ISIC rev 3.1: 4010) 54

UE: Mingħajr restrizzjonijiet.

B. Manifattura ta’ gass; distribuzzjoni ta’ fjuwil gassuż permezz tal-mejns għall-kont proprju

(parti mill-ISIC rev 3.1: 4020) 55

UE: Mingħajr restrizzjonijiet.

C. Produzzjoni ta’ fwar u misħun; distribuzzjoni tal-fwar u l-misħun għall-kont proprju

(parti mill-ISIC rev 3.1: 4030) 56

UE: Mingħajr restrizzjonijiet għal persuni ġuridiċi kkontrollati minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi ta’ pajjiż mhux tal-UE li jammontaw għal aktar minn 5 % (ħamsa fil-mija) tal-importazzjonijiet taż-żejt jew tal-gass naturali tal-UE. Mingħajr restrizzjonijiet għal fergħat diretti (l-inkorporazzjoni hija meħtieġa).

Fil-BG, DE, CZ, HU, LT, MT, SK: Mingħajr restrizzjonijiet.

Fl-AT: Mingħajr restrizzjonijiet għat-trattament nazzjonali.

Fil-EL: Għall-fjuwils solidi, il-minerali radjuattivi u l-enerġija ġeotermali, tista’ ma tingħatax liċenzja għall-esplorazzjoni lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi mhux tal-UE. Id-dritt ta’ sfruttament huwa soġġett għal konċessjoni mill-Greċja, wara l-approvazzjoni mill-Kunsill tal-Ministri.

Fil-FI: Riżerva fuq investiment f’intrapriża involuta f’attivitajiet li jinvolvu l-enerġija nukleari jew materja nukleari. Mingħajr restrizzjonijiet għal netwerks ta’ trażmissjoni u distribuzzjoni u sistemi ta’ enerġija u ta’ fwar u misħun.

Fi FR: Mingħajr restrizzjonijiet fir-rigward tal-produzzjoni tal-elettriku.

Fil-LV: Monopolju tal-Istat fis-settur tal-elettroenerġija.

6. SERVIZZI TAN-NEGOZJU

A. Servizzi professjonali

a) Servizzi legali

(CPC 861) 57

esklużi pariri legali u dokumenti legali u servizzi ta’ ċertifikazzjoni pprovduti minn professjonisti legali inkarigati b’funzjonijiet pubbliċi, bħal nutara, “huissiers de justice” jew “officiers publics et ministériels” oħra.

Fl-AT, ES, EL, LT, MT, PL, SK: L-ammissjoni sħiħa fil-Kamra tal-Avukati, meħtieġa għall-prattika tal-liġi domestika (tal-UE u tal-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea), hija soġġetta għal rekwiżit ta’ nazzjonalità. Fis-SK flimkien mar-rekwiżit ta’ residenza fis-SK.

Fl-AT: Il-parteċipazzjoni fl-ekwità u fl-ishma ta’ avukati minn Stat Firmatarju tal-MERCOSUR (li jridu jkunu kkwalifikati għalkollox fi Stat Firmatarju tal-MERCOSUR) ma tistax taqbeż il-25 % (ħamsa u għoxrin fil-mija) fir-riżultati operattivi ta’ kwalunkwe ditta legali. Ma jistax ikollhom influwenza deċiżiva fit-teħid tad-deċiżjonijiet.

Fil-BE: L-ammissjoni sħiħa fil-Kamra tal-Avukati meħtieġa għal servizzi ta’ rappreżentanza legali, hija soġġetta għal rekwiżit ta’ nazzjonalità. L-eżenzjoni tista’ tingħata taħt kundizzjonijiet speċifiċi (ir-rekwiżit ta’ residenza u r-reċiproċità fost l-oħrajn). Il-kwoti japplikaw għar-rappreżentanza quddiem il-“Cour de Cassation” f’kawżi mhux kriminali.

F’CY: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità u r-rekwiżit ta’ residenza japplikaw għall-provvista ta’ servizzi legali u hija meħtieġa ammissjoni sħiħa fil-Kamra tal-Avukati. L-ammissjoni sħiħa fil-Kamra tal-Avukati hija soġġetta għar-rekwiżit ta’ nazzjonalità, flimkien mar-rekwiżit ta’ residenza. L-avukati rreġistrati fil-Kamra tal-Avukati biss jistgħu jkunu sħab jew azzjonisti jew membri tal-Bord tad-Diretturi f’kumpanija legali f’Ċipru.

Fil-HR: Ir-rappreżentanza tal-partijiet quddiem il-qrati tista’ tiġi pprattikata biss mill-membri tal-Kunsill tal-Kamra tal-Avukati tal-Kroazja (titolu Kroat: “odvjetnici”). Rekwiżit ta’ ċittadinanza għal sħubija fil-Kunsill tal-Kamra tal-Avukati.

Fid-DK: Huma biss avukati b’liċenzja Daniża biex jipprattikaw u uffiċċji legali rreġistrati fid-Danimarka li jistgħu jkollhom ishma f’uffiċċju legali Daniż. Huma biss avukati b’liċenzja Daniża biex jipprattikaw li jistgħu jkunu fuq bord jew ikunu parti mill-amministrazzjoni ta’ uffiċċju legali Daniż. Rekwiżit ta’ eżami legali Daniż sabiex tinkiseb liċenzja Daniża.

Fi FR: Hija meħtieġa ammissjoni sħiħa fil-Kamra tal-Avukati għall-prattika ta’ servizzi legali fir-rigward tal-liġi domestika Franċiża, inkluża r-rappreżentanza quddiem il-qrati. Hija meħtieġa r-residenza (il-preżenza kummerċjali) sabiex tinkiseb ammissjoni sħiħa fil-Kamra tal-Avukati. Sabiex jiġu pprovduti servizzi legali fir-rigward tal-liġi domestika (tal-UE u tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea), il-preżenza kummerċjali tista’ tkun meħtieġa li tieħu waħda mill-forom legali li huma permessi skont il-liġi nazzjonali fuq bażi mhux diskriminatorja. Xi tipi ta’ forom legali (“association d’avocats” u “société en participation d’avocat”) jistgħu jiġu riżervati esklużivament għal avukati ammessi għalkollox fil-Kamra tal-Avukati fi Franza, anke fuq bażi mhux diskriminatorja. Ir-rappreżentanza quddiem il-“Cour de Cassation” u l-“Conseil d’Etat” hija soġġetta għal kwoti. F’ditta legali li tipprovdi servizzi fir-rigward tal-liġi Franċiża jew tad-dritt tal-UE, id-drittijiet ta’ parteċipazzjoni azzjonarja u tal-vot jistgħu jkunu soġġetti għal restrizzjonijiet kwantitattivi relatati mal-attività professjonali tas-sħab.

Fl-HU: Il-preżenza kummerċjali jenħtieġ li tieħu l-forma ta’ soċjetà b’barrister Ungeriż (“ügyvéd”) jew uffiċċju ta’ barrister (“ügyvédi iroda”), jew uffiċċju rappreżentattiv.

Fl-IE: Hija meħtieġa ammissjoni sħiħa fil-Kamra tal-Avukati għall-prattika ta’ servizzi legali fir-rigward tal-liġi domestika Irlandiża, inkluża r-rappreżentanza quddiem il-qrati. Hija meħtieġa r-residenza (preżenza kummerċjali) sabiex tinkiseb ammissjoni sħiħa fil-Kamra tal-Avukati. L-avukati fl-Irlanda huma maqsuma f’żewġ kategoriji distinti: solicitors u barristers. Il-Law Society of Ireland hija l-korp professjonali legali statutorju li jirregola l-ammissjoni tas-solicitors fl-Irlanda. L’Honourable Society of King’s Inns tirregola l-ammissjoni ta’ barristers fl-Irlanda.

Fil-PL: Filwaqt li tipi oħra ta’ forom legali huma disponibbli għall-avukati tal-UE, avukati barranin għandhom aċċess biss għall-forom legali ta’ soċjetà reġistrata u soċjetà limitata.

Fil-PT: Ir-rikonoxximent tal-kwalifiki għall-prattika tal-Liġi Portugiża huwa soġġett għall-kundizzjoni ta’ reċiproċità. Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għall-aċċess għall-professjoni ta’ “solicitadores” u għal aġent tal-proprjetà industrijali. Id-ditti legali fejn l-ishma jappartjenu esklużivament lill-avukati ammessi fil-Kamra tal-Avukati Portugiża biss jistgħu jipprattikaw fil-Portugall.

Fis-SI: Ir-rappreżentanza tal-klijenti quddiem il-qorti bi ħlas hija kkundizzjonata mill-preżenza kummerċjali fis-Slovenja. Avukat barrani li għandu d-dritt li jipprattika l-liġi f’pajjiż barrani jista’ jwettaq servizzi legali jew jipprattika l-liġi taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 34a tal-Att dwar l-Avukati, dment li tiġi ssodisfata l-kundizzjoni ta’ reċiproċità attwali. Il-konformità mal-kundizzjoni tar-reċiproċità hija vverifikata mill-Ministeru għall-Ġustizzja. Il-preżenza kummerċjali għall-avukati maħtura mill-Assoċjazzjoni tal-Kamra tal-Avukati Slovena hija ristretta għal impriża individwali, ditta legali b’responsabilità limitata (soċjetà) jew għal ditta legali b’responsabilità illimitata (soċjetà) biss. L-attivitajiet ta’ ditta legali għandhom ikunu ristretti għall-prattika tal-liġi. L-avukati biss jistgħu jkunu sħab f’ditta legali.

Fl-SE: L-ammissjoni fil-Kamra tal-Avukati meħtieġa biss għall-użu tat-titlu Żvediż “advokat”, hija soġġetta għar-rekwiżit ta’ residenza.

b) 1. Servizzi ta’ kontabilità u żamma tal-kotba

(CPC 86212 ħlief “servizzi ta’ awditjar”, CPC 86213, CPC 86219 u CPC 86220)

Fl-AT: Il-parteċipazzjoni fl-ekwità u fl-ishma ta’ accountants minn Stat Firmatarju tal-MERCOSUR (li jridu jkunu awtorizzati skont il-liġi ta’ Stat Firmatarju tal-MERCOSUR) ma tistax taqbeż il-25 % (ħamsa u għoxrin fil-mija) fir-riżultati operattivi ta’ kwalunkwe entità ġuridika Awstrijaka jekk ma jkunux membri tal-Korp Professjonali Awstrijak.

F’CY: L-aċċess huwa soġġett għat-test tal-ħtiġijiet ekonomiċi. Kriterji prinċipali: is-sitwazzjoni tal-impjiegi fis-sottosettur.

Fid-DK: Sabiex jidħlu fi sħubiji ma’ accountants awtorizzati Daniżi, accountants barranin iridu jiksbu permess mill-Aġenzija Daniża tan-Negozju.

Fi FR: Forniment permezz tas-SEL (“société anonyme, à responsabilité limitée ou en commandite par actions”),l-AGC (“Association de gestion et comptabilité”) jew l-SCP (“société en commandite par actions”) biss.

b) 2. Servizzi ta’ awditjar

(CPC 86211 u 86212 minbarra servizzi ta’ kontabilità)

Fl-AT: Il-parteċipazzjoni fl-ekwità u fl-ishma ta’ awdituri minn Stat Firmatarju tal-MERCOSUR (li jridu jkunu awtorizzati skont il-liġi ta’ Stat Firmatarju tal-MERCOSUR) ma tistax taqbeż il-25 % (ħamsa u għoxrin fil-mija) fir-riżultati operattivi ta’ kwalunkwe entità ġuridika Awstrijaka jekk ma jkunux membri tal-Korp Professjonali Awstrijak.

F’CY: Liċenzja speċjali tingħata lil awdituri ta’ pajjiżi terzi, soġġetta għal ċerti kundizzjonijiet.

Fiċ-CZ u s-SK: Mill-inqas 60 % (sittin fil-mija) tas-sehem kapitali jew tad-drittijiet tal-vot huma riżervati għaċ-ċittadini.

Fid-DK: Sabiex jidħlu fi sħubiji ma’ accountants awtorizzati Daniżi, l-accountants barranin għandhom jiksbu permess mill-Aġenzija Daniża tal-Kumpaniji u l-Kummerċ.

Fil-FI: Rekwiżit ta’ residenza għal mill-inqas wieħed mill-awdituri ta’ kumpanija Finlandiża b’responsabbiltà limitata u ta’ kumpaniji li huma taħt l-obbligu li jwettqu awditu. Awditur irid ikun awditur b’liċenzja lokali jew ditta ta’ awditjar b’liċenzja lokali.

Fi FR: Għal awditi statutorji, il-provvista permezz ta’ kwalunkwe forma ta’ kumpanija ħlief l-SNC (“société en noms collectifs”) u l-SCS (“société en commandite simple”).

Fil-HR: L-ebda, ħlief li l-awditjar jista’ jsir biss minn persuni ġuridiċi.

Fil-LV: Is-sid tal-ishma jew il-kap tad-ditta jenħtieġ li jkun ikkwalifikat bħala awditur bil-liċenzja fil-Latvja. F’kumpanija kummerċjali ta’ awdituri bil-liċenzja, aktar minn 50 % (ħamsin fil-mija) tal-ishma tal-kapital bi dritt tal-vot għandhom ikunu proprjetà ta’ awdituri bil-liċenzja jew kumpaniji kummerċjali ta’ awdituri bil-liċenzja tal-UE.

Fil-LT: Mhux inqas minn 75 % (ħamsa u sebgħin fil-mija) tal-ishma jenħtieġ li jkunu ta’ awdituri jew kumpaniji tal-awditjar tal-UE.

Fil-PL: Id-ditti tal-awditjar jistgħu jiġu stabbiliti biss f’ċerti forom legali Pollakki b’sede fl-UE.

Fir-RO: Mingħajr restrizzjonijiet.

Fl-SE: Awdituri approvati fl-Iżvezja, awdituri awtorizzati u ditti tal-awditjar irreġistrati biss jistgħu jwettqu servizzi ta’ awditjar statutorju f’xi entitajiet ġuridiċi, inkluż fil-kumpaniji b’responsabbiltà limitata kollha, kif ukoll persuni fiżiċi. Awdituri approvati fl-Iżvezja u ditti tal-awditjar pubbliċi rreġistrati biss jistgħu jkunu azzjonisti jew jiffurmaw sħubiji f’kumpaniji li jipprattikaw awditjar ikkwalifikat (għal skopijiet uffiċjali). Ir-residenza fiż-ŻEE hija meħtieġa għall-awtorizzazzjoni jew għall-approvazzjoni. It-titoli ta’ “awditur approvat” u “awditur awtorizzat” jistgħu jintużaw biss minn awdituri approvati jew awtorizzati fl-Iżvezja. L-awdituri ta’ assoċjazzjonijiet ekonomiċi kooperattivi u ċerti intrapriżi oħra li ma humiex kontabilisti awtorizzati jew approvati jridu jkunu residenti fiż-ŻEE. L-awtorità kompetenti tista’ tagħti eżenzjonijiet minn dan ir-rekwiżit.

Fis-SI: Il-preżenza kummerċjali jenħtieġ li tieħu l-forma ta’ persuna ġuridika. Entità tal-awditjar ta’ pajjiż terz jista’ jkollha ishma jew tifforma sħubiji f’kumpaniji tal-awditjar Sloveni jekk, skont il-liġi tal-pajjiż li fih tkun inkorporata l-entità tal-awditjar tal-pajjiż terz, il-kumpaniji tal-awditjar Sloveni jista’ jkollhom ishma jew jiffurmaw sħubija f’entità tal-awditjar f’dak il-pajjiż. Residenza permanenti fis-Slovenja hija meħtieġa għal tal-inqas membru wieħed tal-bord tal-maniġment ta’ kumpanija tal-awditjar stabbilita fis-Slovenja.

Fi ES: Ir-rekwiżit tan-nazzjonalità għall-awdituri statutorji u għall-amministraturi, id-diretturi u s-sħab ta’ kumpaniji minbarra dawk koperti mid-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE, ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87.

c) Servizzi ta’ konsulenza dwar it-tassazzjoni

(CPC 863) 58

Fl-AT: Il-parteċipazzjoni fl-ekwità u fl-ishma ta’ konsulenti tat-taxxa minn Stat Firmatarju tal-MERCOSUR (li jridu jkunu awtorizzati skont il-liġi ta’ Stat Firmatarju tal-MERCOSUR) ma jistgħux jaqbżu l-25 % (ħamsa u għoxrin fil-mija), fir-riżultati operattivi ta’ kwalunkwe entità ġuridika Awstrijaka jekk ma jkunux membri tal-Korp Professjonali Awstrijak.

F’CY: L-aċċess huwa soġġett għat-test tal-ħtiġijiet ekonomiċi. Kriterji prinċipali: is-sitwazzjoni tal-impjiegi fis-sottosettur.

Fi FR: Forniment permezz tal-SEL (“société anonyme, à responsabilité limitée ou en commandite par actions”) jew tal-SCP (“société anonyme, à responsabilité limitée ou en commandite par actions”) biss.

Fil-BG, PL, SI, RO: Mingħajr restrizzjonijiet.

d) Servizzi arkitettoniċi

u

e) Servizzi arkitettoniċi ta’ ppjanar urban u pajsaġġ

(CPC 8671 u CPC 8674)

Fil-BG: Għal proġetti ta’ sinifikat nazzjonali jew reġjonali, l-investituri minn Stat Firmatarju tal-MERCOSUR iridu jaġixxu fi sħubija ma’ investituri lokali jew, bħala sottokuntratturi tagħhom.

F’CY: Rekwiżit ta’ nazzjonalità.

Fi FR: Perit jista’ biss jistabbilixxi ruħu fi Franza sabiex jipprovdi servizzi ta’ arkitettura bl-użu ta’ waħda mill-forom ġuridiċi li ġejjin (fuq bażi mhux diskriminatorja): SA (“sociétés anonymes”) u SARL (“sociétés anonymes, à responsabilité limitée”), EURL (“enterprise unipersonelle à responsabilité limitée”), SCP (“en commandite par actions”), SCOP (“société coopérative ouvrière de production”), SELARL (“société d’exercice liberal à responsabilité limitée”), SELAFA (“société d’exercice liberal à forme anonyme”), SELAS (“société d’exercice libéral par actions simplifiée”) jew SAS (“Société par actions simplifiée”) jew bħala individwu jew bħala sieħeb f’ditta arkitettonika.

Fil-LV: Għas-servizzi arkitettoniċi, sabiex wieħed jirċievi liċenzja biex jinvolvi ruħu f’attività kummerċjali b’firxa sħiħa ta’ responsabbiltajiet legali u drittijiet għall-iffirmar ta’ proġett, huma meħtieġa 3 (tliet) snin ta’ prattika fil-Latvja fil-qasam tal-projezzjoni u lawrja universitarja.

Fis-SK: Għall-provvista ta’ dawn is-servizzi minn persuna fiżika preżenti fit-territorju tar-Repubblika Slovakka, is-sħubija fil-Kamra Slovakka tal-Periti jew fil-Kamra Slovakka tal-Inġiniera hija obbligatorja. Ir-residenza Slovakka hija meħtieġa għas-sħubija.

f) Servizzi ta’ inġinerija

u

g) Servizzi ta’ inġinerija integrati

(CPC 8672 u CPC 8673)

Fil-BG: Għal proġetti ta’ sinifikat nazzjonali jew reġjonali, l-investituri minn Stat Firmatarju tal-MERCOSUR iridu jaġixxu fi sħubija ma’ jew bħala sottokuntratturi ta’, investituri lokali.

F’CY: Rekwiżit ta’ nazzjonalità.

h) Servizzi mediċi (inklużi psikologi) u dentali

(CPC 9312 u parti minn CPC 85201)

F’CY, EE, FI, MT: Mingħajr restrizzjonijiet.

Fl-AT: Mingħajr restrizzjonijiet ħlief għall-psikologi u l-psikoterapisti.

Fil-DE: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi jekk it-tobba u d-dentisti jkunu awtorizzati li jittrattaw membri ta’ skemi ta’ assigurazzjoni pubblika. Kriterji prinċipali: nuqqas ta’ tobba u dentisti fir-reġjun partikolari.

Fi FR: Filwaqt li tipi oħra ta’ forma legali huma disponibbli għall-investituri tal-UE, investituri barranin għandhom aċċess biss għall-forom legali ta’ “société d’exercice liberal” u “société civile professionnelle”. In-nazzjonalità hija meħtieġa. Madankollu, l-aċċess mill-barranin huwa possibbli fil-limiti tal-kwoti annwali stabbiliti.

Fil-HR: Il-persuni kollha li jipprovdu servizzi direttament lill-pazjenti jew li jittrattaw il-pazjenti jeħtieġu liċenzja mill-kamra tal-professjonisti.

Fil-LV: Għal servizzi mediċi u dentali, ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità. Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi. Kriterji prinċipali: nuqqas ta’ tobba u dentisti fir-reġjun partikolari.

Fil-BG, LT: Il-provvista tas-servizz hija soġġett għall-awtorizzazzjoni li hija bbażata fuq pjan ta’ servizzi tas-saħħa stabbilit skont il-ħtiġijiet, fid-dawl tal-popolazzjoni u s-servizzi dentali u mediċi diġà eżistenti.

Fil-PL: Rekwiżit ta’ nazzjonalità.

Fir-RO: Mingħajr restrizzjonijiet.

Fl-SE: Jiġi applikat test tal-ħtiġijiet ekonomiċi biex jiġi deċiż l-għadd ta’ prattiki privati li għandhom jiġu ssussidjati permezz ta’ finanzjament pubbliku.

Fis-SI: Il-persuni kollha li jipprovdu servizzi direttament lill-pazjenti jew li jittrattaw il-pazjenti jeħtieġu liċenzja u awtorizzazzjoni għall-għoti ta’ servizzi tas-saħħa mill-Ministeru għas-Saħħa jew mill-Kamra Medika. Mingħajr restrizzjonijiet għal servizzi ta’ mediċina soċjali, sanitarji, epidemjoloġiċi, mediċi jew ekoloġiċi; il-provvista ta’ demm, il-preparazzjonijiet tad-demm u t-trapjanti u l-awtopsja.

i) Servizzi veterinarji

(CPC 932)

Fl-AT, CY, EE, HU, MT, SI: Mingħajr restrizzjonijiet.

Fil-BG: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi. Kriterji prinċipali: popolazzjoni u densità tan-negozju eżistenti. Mingħajr restrizzjonijiet għas-servizzi kollha relatati mal-kontrolli veterinarji fil-fruntieri, il-prevenzjoni, il-lokalizzazzjoni, il-kura u oħrajn ta’ mard epiżootiku infettiv u parassitiku u l-analiżi dijanjostika relatata magħhom u l-kontrolli eżerċitati fuq il-prodotti tal-annimali.

Fi FR: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità limitat għaċ-ċittadini tal-UE u taż-ŻEE. Sa fejn il-MERCOSUR jippermetti liċ-ċittadini Franċiżi jipprovdu servizzi veterinarji, Franza għandha tippermetti lill-fornituri ta’ servizzi tal-MERCOSUR jipprovdu servizzi veterinarji bl-istess kundizzjonijiet. Il-forom legali disponibbli għal kumpanija li tipprovdi servizzi veterinarji huma limitati għal tliet tipi ta’ kumpaniji (SEP (“société en participation”); SCP (“société en commandite par actions”); SEL (“société anonyme, à responsabilité limitée ou en commandite par actions”)).

Fis-SK: L-aċċess huwa ristrett għal persuni fiżiċi biss. Hija meħtieġa awtorizzazzjoni mill-amministrazzjoni veterinarja.

Fl-SE: Jiġi applikat test tal-ħtiġijiet ekonomiċi biex jiġi deċiż l-għadd ta’ prattiki privati li għandhom jiġu ssussidjati permezz ta’ finanzjament pubbliku.

Fi ES: L-aċċess huwa ristrett għal persuni fiżiċi.

j) 1. Servizzi tal-qwiebel

(parti minn CPC 93191)

Fil-BG, CY, CZ, EE, FI, HU, MT, RO, SK: Mingħajr restrizzjonijiet.

Fi FR: Filwaqt li tipi oħra ta’ forma legali huma disponibbli għall-investituri tal-UE, investituri barranin għandhom aċċess biss għall-forom legali ta’ “société d’exercice liberal” u “société civile professionnelle”. In-nazzjonalità hija meħtieġa. Madankollu, l-aċċess mill-barranin huwa possibbli fi ħdan kwota stabbilita kull sena.

Fil-HR: Il-persuni kollha li jipprovdu servizzi direttament lil pazjenti/it-trattament tal-pazjent jeħtieġu liċenzja minn kamra tal-professjonisti.

Fil-LT: Jista’ jiġi applikat test tal-ħtiġijiet ekonomiċi. Kriterji prinċipali: is-sitwazzjoni tal-impjiegi fis-sottosettur.

Fis-SI: Il-persuni kollha li jipprovdu servizzi direttament lill-pazjenti jew li jittrattaw il-pazjenti jeħtieġu liċenzja u awtorizzazzjoni għall-għoti ta’ servizzi tas-saħħa mill-Ministeru għas-Saħħa jew mill-Kamra Medika.

Fl-SE: Ġie applikat test tal-ħtiġijiet ekonomiċi biex jiġi deċiż l-għadd ta’ prattiki privati li għandhom jiġu ssussidjati permezz ta’ finanzjament pubbliku.

j) 2. Servizzi pprovduti minn infermiera, fiżjoterapisti u persunal paramediku

(parti minn CPC 93191)

Fil-BG, CY, CZ, EE, HU, MT, SI, SK: Mingħajr restrizzjonijiet.

Fl-AT: L-investituri barranin huma permessi biss fl-attivitajiet li ġejjin: infermiera, fiżjoterapisti, terapisti okkupazzjonali, logoterapisti, esperti tad-dieta u nutrizzjonisti.

Fil-FI, SI: Mingħajr restrizzjonijiet għall-fiżjoterapisti u l-persunal paramediku.

Fi FR: Filwaqt li tipi oħra ta’ forma legali huma disponibbli għall-investituri tal-UE, investituri barranin għandhom aċċess biss għall-forom legali ta’ “société d’exercice liberal” u “société civile professionnelle”. In-nazzjonalità hija meħtieġa. Madankollu, l-aċċess mill-barranin huwa possibbli fi ħdan kwota stabbilita kull sena.

Fil-HR: Il-persuni kollha li jipprovdu servizzi direttament lill-pazjenti jew li jittrattaw il-pazjenti jeħtieġu liċenzja mill-kamra tal-professjonisti.

Fil-LT: Jista’ jiġi applikat test tal-ħtiġijiet ekonomiċi. Kriterji prinċipali: is-sitwazzjoni tal-impjiegi fis-sottosettur.

Fil-PL: Rekwiżit ta’ nazzjonalità.

Fl-SE: Ġie applikat test tal-ħtiġijiet ekonomiċi biex jiġi deċiż l-għadd ta’ prattiki privati li għandhom jiġu ssussidjati permezz ta’ finanzjament pubbliku.

k) Bejgħ bl-imnut ta’ prodotti farmaċewtiċi u bejgħ bl-imnut ta’ prodotti mediċi u ortopediċi

(CPC 63211)

u servizzi oħra fornuti mill-ispiżjara 59

Fl-AT, BG, CY, CZ, EE, FI, HU, LV, MT, PL, RO, SE, SI, SK: Mingħajr restrizzjonijiet.

Fil-BE, DE, DK, ES, FR, IT, HR, IE, PT: L-awtorizzazzjoni hija soġġetta għal test tal-ħtiġijiet ekonomiċi. Kriterji prinċipali: il-popolazzjoni u d-densità ġeografika tal-ispiżeriji eżistenti.

Fil-DE: Persuni fiżiċi biss jistgħu jipprovdu servizzi ta’ bejgħ bl-imnut ta’ prodotti farmaċewtiċi u oġġetti mediċi speċifiċi lill-pubbliku. Il-persuni li ma jkunux għaddew mill-eżami tal-farmaċija Ġermaniż jistgħu jiksbu biss liċenzja biex jieħu f’idejhom spiżerija li diġà kienet teżisti fit-tliet snin ta’ qabel. Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi mhux fiż-ŻEE ma jistgħux jiksbu liċenzja biex jistabbilixxu spiżerija. In-numru totali ta’ spiżeriji għal kull persuna huwa ristrett għal spiżerija waħda u sa 3 (tliet) fergħat ta’ spiżerija.

Fi FR: in-nazzjonalità taż-ŻEE jew Żvizzera hija meħtieġa għat-tħaddim ta’ spiżerija. L-ispiżeriji barranin jistgħu jitħallew jiġu stabbiliti fi ħdan il-kwoti annwali stabbiliti. Il-preżenza kummerċjali trid tieħu waħda mill-forom legali li huma permessi skont il-liġi nazzjonali fuq bażi mhux diskriminatorja: SEL (“sociétè anonyme, à responsabilité limitée ou en commandite par actions”), SNC (“société en noms collectifs”), “société de participations financières de profession libérale de pharmaciens d’offiċina” u SARL (“sociétés anonymes, à responsabilité limitée”) biss.

Fi ES: persuni fiżiċi biss, li huma spiżjara liċenzjati, jistgħu jkunu sidien ta’ spiżerija u huma permessi jipprovdu servizzi bl-imnut ta’ farmaċewtiċi u oġġetti mediċi speċifiċi (CPC 63211) lill-pubbliku. Kull spiżjar ma jistax jikseb aktar minn liċenzja waħda.

B. Servizzi tal-kompjuter u servizzi relatati

(CPC 84)

L-ebda.

C. Servizzi ta’ riċerka u żvilupp

a) Servizzi ta’ R&Ż dwar ix-xjenzi naturali

(CPC 851)

Fl-AT, BG, EE, HU, LV, SE, SI: Għas-servizzi ta’ R&Ż, li jirċievu finanzjament pubbliku jew appoġġ mill-Istat fi kwalunkwe forma u għalhekk ma jitqisux li huma ffinanzjati privatament, id-drittijiet esklużivi jew l-awtorizzazzjonijiet jistgħu jingħataw biss lil ċittadini ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.

Fil-BE, HR, CY, CZ, DE, DK, ES, FI, FR, EL, IE, IT, LT, LU, MT, NL, PL, PT, RO, SK: Mingħajr restrizzjonijiet.

b) Servizzi ta’ R&Ż dwar ix-xjenzi soċjali u umanistiċi

(CPC 852 esklużi s-servizzi ta’ psikologi) 60

L-ebda.

c) Servizzi ta’ R&Ż interdixxiplinari

(CPC 853)

Fl-AT, BG, EE, HU, LV, SE, SI: Għal servizzi ta’ R&Ż iffinanzjati pubblikament, id-drittijiet esklużivi jew l-awtorizzazzjonijiet jistgħu jingħataw biss lil ċittadini ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u lil persuni ġuridiċi tal-UE li jkollhom il-kwartieri ġenerali tagħhom fl-UE.

Fil-BE, CY, CZ, DE, DK, ES, FI, FR, EL, IE, IT, LT, LU, MT, NL, PL, PT, RO, SK: Mingħajr restrizzjonijiet.

D. Servizzi ta’ proprjetà immobbli 61

a) Tinvolvi proprjetà proprja jew lokata

(CPC 821)

Fil-BG, CY, CZ, EE, HU, LV, LT, MT, PL, RO, SK, SI: Mingħajr restrizzjonijiet.

b) Fuq bażi ta’ tariffa jew kuntratt

(CPC 822)

Fil-BG, CY, CZ, EE, HU, LV, LT, MT, PL, RO, SK, SI: Mingħajr restrizzjonijiet.

Fid-DK: L-awtorizzazzjoni għal aġent tal-proprjetà awtorizzat tista’ tillimita l-kamp ta’ applikazzjoni tal-attività.

E. Servizzi ta’ kiri/lokazzjoni mingħajr operaturi

a) Relatati mal-bastimenti

(CPC 83103)

Fl-AT, BE, DE, DK, ES, EE, FI, FR, EL, HU, IE, IT, LT, LV LU, NL, PT, SI, SE: Mingħajr restrizzjonijiet għall-istabbiliment ta’ kumpanija reġistrata sabiex topera flotta taħt il-bandiera nazzjonali tal-Istat tal-istabbiliment.

Fil-LT: Il-vapuri jridu jkunu proprjetà ta’ persuni fiżiċi Litwani jew ta’ kumpaniji stabbiliti fil-Litwanja.

Fl-SE: Biex tittajjar bandiera Żvediża trid tingħata prova ta’ influwenza operattiva Żvediża dominanti f’każ ta’ interess ta’ sjieda barranija fil-vapuri. “Influwenza Żvediża dominanti” tfisser sehem proporzjonalment kbir ta’ sjieda Żvediża fil-vapur u li l-operazzjoni tal-vapur tinsab fl-Iżvezja.

Fil-BG, CY, CZ, MT, PL, RO, SK: Mingħajr restrizzjonijiet.

b) Relatati mal-inġenji tal-ajru

(CPC 83104)

Fl-AT, BE, DE, DK, ES, EE, FI, FR, EL, HU, IE, IT, LT, LV LU, NL, PT, SI, SE: Għall-kiri jew il-lokazzjoni ta’ inġenji tal-ajru mingħajr ekwipaġġ (dry lease), inġenji tal-ajru użati minn trasportatur tal-ajru tal-UE huma soġġetti għar-rekwiżiti applikabbli ta’ reġistrazzjoni tal-inġenji tal-ajru. Il-ftehim tal-kiri mingħajr ekwipaġġ li għalih trasportatur tal-ajru tal-UE huwa parti, għandu jkun soġġett għar-rekwiżiti fid-dritt tal-UE jew fil-liġi nazzjonali dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni, bħall-approvazzjoni minn qabel u kundizzjonijiet oħra applikabbli għall-użu tal-inġenji tal-ajru rreġistrati ta’ pajjiżi terzi. Biex ikunu reġistrati, inġenji tal-ajru jistgħu jkunu meħtieġa li jkunu proprjetà ta’ persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji speċifiċi ta’ nazzjonalità jew ta’ intrapriżi li jissodisfaw kriterji speċifiċi dwar is-sjieda tal-kapital u l-kontroll.

Fil-BG, CY, CZ, MT, PL, RO, SK: Mingħajr restrizzjonijiet.

c) Relatati ma’ tagħmir ieħor tat-trasport

(CPC 83101, CPC 83102 u CPC 83105)

Fil-BG, CY, CZ, LV, LT, MT, PL, RO, SK: Mingħajr restrizzjonijiet.

d) Relatati ma’ makkinarju u tagħmir ieħor

(CPC 83106, CPC 83107, CPC 83108 u CPC 83109)

Fil-BG, CY, CZ, MT, PL, RO, SK: Mingħajr restrizzjonijiet.

e) Relatati ma’ prodotti personali u tad-dar

(CPC 832)

Fl-AT, BE, BG, CY, CZ, DE, DK, ES, FI, FR, EL, IE, IT, LU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SI: Mingħajr restrizzjonijiet.

f) Kiri ta’ tagħmir tat-telekomunikazzjonijiet

(CPC 7541)

L-ebda.

F. Servizzi kummerċjali oħra

a) Reklamar

(CPC 871)

Fir-RO: Mingħajr restrizzjonijiet.

b) Riċerka dwar is-suq u stħarriġ tal-opinjoni

(CPC 864)

Fir-RO, PL: Mingħajr restrizzjonijiet.

c) Servizzi ta’ konsulenza maniġerjali

(CPC 865)

L-ebda.

d) Servizzi relatati mal-konsulenza maniġerjali

(CPC 866)

Fl-HU: Mingħajr restrizzjonijiet għal servizzi ta’ arbitraġġ u konċiljazzjoni (CPC 86602).

Fil-BG: Mingħajr restrizzjonijiet.

e) Servizzi ta’ ttestjar u analiżi tekniċi

(CPC 8676)

Fil-BG, CY, CZ, MT, PL, RO, SK: Mingħajr restrizzjonijiet.

f) Servizzi ta’ pariri u konsulenza relatati mal-agrikoltura, il-kaċċa u l-forestrija

(parti minn CPC 881)

Fir-RO, SI: Mingħajr restrizzjonijiet.

Fiċ-CZ: Marbuta biss għal servizzi ta’ konsulenza dwar il-metodi għat-titjib tal-produttività, it-tnaqqis tal-kostijiet tal-produzzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-produzzjoni fl-oqsma tal-agrikoltura, il-kaċċa u l-forestrija.

g) Servizzi ta’ pariri u konsulenza relatati mas-sajd

(parti minn CPC 882)

F’CY, CZ, EE, LV, LT, MT, PL, RO, SK, SI: Mingħajr restrizzjonijiet.

h) Servizzi ta’ pariri u konsulenza relatati mal-manifattura

(parti minn CPC 884 u parti minn CPC 885)

Fl-AT, BE, CY, CZ, DE, DK, ES, FI, FR, EL, IE, IT, LV, LT, LU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SI: Mingħajr restrizzjonijiet.

i) Servizzi ta’ kollokament u forniment ta’ persunal

i) 1. Tfittxija ta’ persunal eżekuttiv

(CPC 87201)

Fl-AT, BG, CY, CZ, DE, EE, FI, HR, LV, LT, MT, PL, PT, RO, SK, SI: Mingħajr restrizzjonijiet.

Fi ES: Monopolju tal-Istat.

i) 2. Servizzi ta’ kollokament

(CPC 87202)

Fl-AT, BG, CY, CZ, DE, EE, FI, HR, LV, LT, MT, PL, PT, RO, SI, SK: Mingħajr restrizzjonijiet.

Fil-BE, ES, FR, IT: Monopolju tal-Istat.

i) 3. Servizzi ta’ forniment ta’ persunal ta’ sostenn fl-uffiċċju

(CPC 87203)

Fl-AT, BG, CY, CZ, DE, EE, FI, FR, HR, LV, LT, MT, PL, PT, RO, SK, SI: Mingħajr restrizzjonijiet.

Fl-IT: Monopolju tal-Istat.

i) 5. Servizzi ta’ forniment ta’ persunal għal għajnuna domestika, ħaddiema kummerċjali jew industrijali oħra, infermiera u persunal ieħor

(CPCs 87204, 87205, 87206, 87209)

Fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea ħlief fl-HU: Mingħajr restrizzjonijiet.

Fl-HU: L-ebda.

j) 1. Servizzi ta’ investigazzjoni

(CPC 87301)

Fil-BE, BG, CY, CZ, DE, ES, EE, FR, EL, HR, HU, IE, IT, LV, LT, LU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SI: Mingħajr restrizzjonijiet.

j) 2. Servizzi ta’ sigurtà

(CPC 87302, CPC 87303, CPC 87304 u CPC 87305)

Fid-DK: Rekwiżiti ta’ nazzjonalità u ta’ residenza għall-membri tal-bord. Mingħajr restrizzjonijiet għall-forniment ta’ servizzi ta’ gwardja tal-ajruport.

Fil-BG, CZ, EE, LV, LT, MT, PL, RO, SI, SK: Il-liċenzja tista’ tingħata biss liċ-ċittadini u lil organizzazzjonijiet nazzjonali rreġistrati.

Fi ES: L-aċċess hu soġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel. Fl-għoti tal-awtorizzazzjoni, il-Kunsill tal-Ministri jqis kundizzjonijiet bħall-kompetenza, l-integrità professjonali u l-indipendenza, l-adegwatezza tal-protezzjoni prevista għas-sigurtà tal-popolazzjoni u l-ordni pubblika.

Fil-FI: Il-liċenzji biex jiġu forniti servizzi ta’ sigurtà jistgħu jingħataw biss lil persuni fiżiċi residenti fiż-ŻEE jew persuni ġuridiċi stabbiliti fiż-ŻEE.

Fil-HR, CY: Mingħajr restrizzjonijiet.

k) Servizzi relatati ta’ konsulenza xjentifika u teknika

(CPC 8675)

Fi FR: Għall-istħarriġ, aċċess permezz ta’ SEL (“société anonyme, à responsabilité limitée ou en commandite par actions”), SCP (“société en commandite par actions”), SA (“sociétés anonymes”) u SARL (“sociétés anonymes, à responsabilité limitée”) biss. L-investituri barranin huma meħtieġa li jkollhom awtorizzazzjoni speċifika għas-servizzi ta’ esplorazzjoni u prospettar.

F’CY: Mingħajr restrizzjonijiet.

Fis-SI: L-esplorazzjoni għar-riżorsi minerali u l-isfruttar tagħhom, inklużi s-servizzi ta’ estrazzjoni minerarja regolati, huma soġġetti għall-istabbiliment fi jew iċ-ċittadinanza taż-ŻEE, il-Konfederazzjoni Żvizzera jew Membru tal-OECD jew ta’ pajjiż terz bil-kundizzjoni ta’ reċiproċità materjali. Il-konformità mal-kundizzjoni ta’ reċiproċità hija vverifikata mill-Ministeru responsabbli għall-estrazzjoni minerarja.

l) 1. Manutenzjoni u tiswija ta’ bastimenti

(parti minn CPC 8868)

L-ebda.

l) 2. Manutenzjoni u tiswija ta’ tagħmir tat-trasport ferrovjarju

(parti minn CPC 8868)

Fil-LT: Monopolju tal-Istat.

Fl-SE: Japplika test tal-ħtiġijiet ekonomiċi jekk investitur ikollu l-ħsieb li jistabbilixxi l-faċilitajiet tal-infrastruttura tat-terminals tiegħu stess. Kriterji prinċipali: limitazzjonijiet ta’ spazju u kapaċità.

l) 3. Manutenzjoni u tiswija ta’ vetturi bil-mutur, muturi, snowmobiles u tagħmir għat-trasport bit-triq

(CPC 6112, CPC 6122, parti minn CPC 8867 u parti minn CPC 8868)

Fl-SE: Japplika test tal-ħtiġijiet ekonomiċi jekk investitur ikollu l-ħsieb li jistabbilixxi l-faċilitajiet tal-infrastruttura tat-terminals tiegħu stess. Kriterji prinċipali: limitazzjonijiet ta’ spazju u kapaċità.

l) 4. Manutenzjoni u tiswija ta’ inġenji tal-ajru u partijiet minnhom

(parti minn CPC 8868)

L-ebda.

l) 5. Servizzi ta’ manutenzjoni u tiswija ta’ prodotti tal-metall, ta’ makkinarju (mhux tal-uffiċċju), ta’ tagħmir (mhux tat-trasport u mhux tal-uffiċċju) u ta’ prodotti personali u tad-dar 62

(CPC 633, CPC 7545, CPC 8861, CPC 8862, CPC 8864, CPC 8865 u CPC 8866)

L-ebda.

m) Servizzi ta’ tindif tal-bini

(CPC 874)

L-ebda.

n) Servizzi fotografiċi

(CPC 875)

L-ebda.

o) Servizzi ta’ imballaġġ

(CPC 876)

L-ebda.

p) Stampar u pubblikazzjoni

(CPC 88442)

Fil-HR: Rekwiżit ta’ residenza għall-pubblikatur u l-bord editorjali.

Fil-LT, LV: Id-drittijiet ta’ stabbiliment fis-settur tal-pubblikazzjoni jingħataw biss lil persuni ġuridiċi inkorporati nazzjonalment (mhux lill-fergħat).

Fil-PL: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għall-editur kap ta’ gazzetti u ġurnali.

Fl-SE: Rekwiżit ta’ residenza għall-pubblikatur u s-sid ta’ kumpaniji tal-pubblikazzjoni u tal-istampar.

q) Servizzi ta’ konvenzjoni

(parti minn CPC 87909)

L-ebda.

r) 1. Servizzi ta’ traduzzjoni u interpretazzjoni

(CPC 87905)

Fid-DK: L-awtorizzazzjoni għal tradutturi u interpreti pubbliċi awtorizzati tista’ tillimita l-ambitu tal-attività tagħhom.

Fil-HR: Mingħajr restrizzjonijiet għal servizzi ta’ traduzzjoni u interpretazzjoni għal jew quddiem il-qrati Kroati.

Fil-PL: Mingħajr restrizzjonijiet għall-forniment ta’ servizzi ta’ interpretazzjoni ġuramentata.

Fil-BG, HU, SK: Mingħajr restrizzjonijiet għal traduzzjoni u interpretazzjoni uffiċjali.

F’CY: Mingħajr restrizzjonijiet għal servizzi ta’ traduzzjoni u interpretazzjoni.

r) 2. Servizzi tal-iddisinjar ta’ ġewwa u servizzi oħra ta’ ddisinjar speċjalizzat

(CPC 87907)

L-ebda.

r) 3. Servizzi ta’ aġenzija tal-ġbir

(CPC 87902)

Fl-IT, PT: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għall-investituri.

r) 4. Servizzi ta’ rapportar tal-kreditu

(CPC 87901)

Fil-BE: Għall-banek tad-data tal-kreditu tal-konsumatur, ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għall-investituri.

Fl-IT, PT: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għall-investituri.

r) 5. Servizzi ta’ duplikazzjoni

(CPC 87904) 63

L-ebda.

r) 6. Servizzi ta’ konsulenza dwar it-telekomunikazzjonijiet

(CPC 7544)

L-ebda.

r) 7. Servizzi ta’ tweġib tat-telefown

(CPC 87903)

L-ebda.

r) Bejgħ u Kummerċjalizzazzjoni

r) Servizzi ta’ sistema kompjuterizzata ta’ prenotazzjonijiet (CRS, computer reservations system)

UE: Meta trasportaturi tal-ajru tal-UE ma jingħatawx, minn fornituri ta’ servizzi CRS li joperaw barra mill-UE, trattament ekwivalenti (jiġifieri mhux diskriminatorju) għal dak ipprovdut fl-UE jew fejn il-fornituri tas-servizzi CRS tal-UE ma jingħatawx, minn trasportaturi tal-ajru mhux tal-UE, trattament ekwivalenti għal dak ipprovdut fl-UE, jistgħu jittieħdu miżuri biex jingħata trattament ekwivalenti, rispettivament, lit-trasportaturi tal-ajru mhux tal-UE mill-fornituri tas-servizzi CRS li joperaw fl-UE jew lill-fornituri tas-servizzi CRS mhux tal-UE mit-trasportaturi tal-ajru tal-UE.

Fil-BG: Mingħajr restrizzjonijiet għal fergħat diretti (l-inkorporazzjoni hija meħtieġa).

7. SERVIZZI TA’ KOMUNIKAZZJONI

A. Servizzi postali u tal-kurrier

(Servizzi relatati mal-immaniġġjar 64 ta’ oġġetti postali 65 skont il-lista li ġejja ta’ sottosetturi, kemm jekk għal destinazzjonijiet domestiċi kif ukoll barranin: (i) l-immaniġġjar ta’ komunikazzjonijiet miktubin indirizzati fuq kwalunkwe mezz fiżiku 66 , inkluż is-servizz tal-posta ibrida u l-posta diretta, (ii) l-immaniġġjar ta’ pakketti u imballaġġi indirizzati 67 , (iii) l-immaniġġjar ta’ prodotti għall-istampa indirizzati 68 , (iv) l-immaniġġjar tal-oġġetti msemmija hawn fuq minn (i) sa (iii) bħala posta rreġistrata jew assigurata; (v) servizzi ta’ konsenja express 69 għall-oġġetti msemmija hawn fuq minn (i) sa (iii), (vi) l-immaniġġjar ta’ oġġetti mhux indirizzati u (vii) l-iskambju ta’ dokumenti 70 .

L-ebda.

Is-sottosetturi (i), (iv) u (v) huma madankollu esklużi jekk jaqgħu fl-ambitu tas-servizzi li jistgħu jkunu riżervati għal oġġetti ta’ korrispondenza li l-prezz tagħhom ikun inqas minn ħames darbiet it-tariffa bażika pubblika, jekk ikunu jiżnu inqas minn 50 gramma 71 , u għas-servizz tal-posta rreġistrata użat matul proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi.)

(parti minn CPC 751, parti minn CPC 71235 72 u parti minn CPC 73210 73 )

B. Servizzi tat-telekomunikazzjonijiet

Is-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet jeskludu servizzi li jipprovdu, jew jeżerċitaw kontroll editorjali fuq il-kontenut trażmess.

F’CY: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għal servizzi ta’ trażmissjoni tax-xandir.

a) Is-servizzi kollha li jikkonsistu fit-trażmissjoni u r-riċezzjoni ta’ sinjali elettromanjetiċi bi kwalunkwe mezz elettromanjetiku 74 , eskluż ix-xandir 75

L-ebda.

F’CY: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għal servizzi ta’ trażmissjoni tax-xandir.

8. KOSTRUZZJONI U SERVIZZI TA’ INĠINERIJA RELATATI

(CPC 511, CPC 512, CPC 513, CPC 514, CPC 515, CPC 516, CPC 517 u CPC 518)

F’CY: Japplikaw kundizzjonijiet speċifiċi u hija meħtieġa awtorizzazzjoni għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi.

9. SERVIZZI TA’ DISTRIBUZZJONI

(minbarra d-distribuzzjoni ta’ armi, munizzjonijiet, splussivi u materjal ieħor tal-gwerra)

Is-sottosetturi kollha msemmija hawn taħt

Fl-AT: Mingħajr restrizzjonijiet għad-distribuzzjoni ta’ prodotti pirotekniċi, ta’ oġġetti li jaqbdu u apparati splussivi u sustanzi tossiċi. Għad-distribuzzjoni ta’ prodotti farmaċewtiċi u prodotti tat-tabakk, id-drittijiet esklużivi jew l-awtorizzazzjonijiet jistgħu jingħataw biss lil ċittadini ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u lil persuni ġuridiċi tal-UE li jkollhom il-kwartieri ġenerali tagħhom fl-UE.

Fil-FI: Mingħajr restrizzjonijiet għad-distribuzzjoni ta’ xorb alkoħoliku u prodotti farmaċewtiċi.

Fil-HR: Mingħajr restrizzjonijiet għad-distribuzzjoni ta’ prodotti tat-tabakk.

A. Servizzi ta’ aġenti bil-kummissjoni

a) Servizzi ta’ aġenti bil-kummissjoni ta’ vetturi bil-mutur, muturi u snowmobiles u partijiet u aċċessorji minnhom

(parti minn CPC 61111, parti minn CPC 6113 u parti minn CPC 6121)

L-ebda.

b) Servizzi oħra tal-aġenti bil-kummissjoni

(CPC 621)

L-ebda.

B. Servizzi ta’ kummerċ bl-ingrossa

a) Servizzi ta’ kummerċ bl-ingrossa ta’ vetturi bil-mutur, muturi u snowmobiles u partijiet u aċċessorji minnhom

(parti minn CPC 61111, parti minn CPC 6113 u parti minn CPC 6121)

L-ebda.

b) Servizzi ta’ kummerċ bl-ingrossa ta’ tagħmir terminali tat-telekomunikazzjonijiet

(parti minn CPC 7542)

L-ebda.

c) Servizzi ta’ kummerċ bl-ingrossa oħra

(CPC 622 minbarra servizzi ta’ kummerċ bl-ingrossa ta’ prodotti tal-enerġija 76 )

Fi FR, IT: Monopolju tal-Istat fuq it-tabakk.

Fi FR: L-awtorizzazzjoni ta’ spiżeriji bl-ingrossa hija soġġetta għal test tal-ħtiġijiet ekonomiċi. Kriterji prinċipali: il-popolazzjoni u d-densità ġeografika tal-ispiżeriji eżistenti.

C. Servizzi ta’ bejgħ bl-imnut 77

Servizzi ta’ bejgħ bl-imnut ta’ vetturi bil-mutur, muturi u snowmobiles u partijiet u aċċessorji minnhom

(CPC 61112, parti minn CPC 6113 u parti minn CPC 6121)

Servizzi ta’ bejgħ bl-imnut ta’ tagħmir terminali tat-telekomunikazzjonijiet

(parti minn CPC 7542)

Servizzi ta’ bejgħ bl-imnut ta’ ikel

(CPC 631)

Servizzi ta’ bejgħ bl-imnut ta’ prodotti oħra (mhux tal-enerġija), ħlief bejgħ bl-imnut ta’ prodotti farmaċewtiċi, mediċi u ortopediċi 78

(CPC 632 ħlief CPC 63211 u 63297)

Fi ES, FR, IT: Monopolju tal-Istat fuq it-tabakk.

Fi FR: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għal bejjiegħa tat-tabakk (“buraliste”).

Fil-BE, BG, DK, FR, IT, MT, PT: L-awtorizzazzjoni għal department stores (għal Franza u l-Portugall għal department stores kbar biss) hija soġġetta għal test tal-ħtiġijiet ekonomiċi. Kriterji prinċipali: in-numru ta’ u l-impatt fuq il-ħwienet eżistenti, id-densità tal-popolazzjoni, il-firxa ġeografika, l-impatt fuq il-kundizzjonijiet tat-traffiku u l-ħolqien ta’ impjiegi ġodda.

Fl-IE, SE: Mingħajr restrizzjonijiet għall-bejgħ bl-imnut ta’ xorb alkoħoliku.

D. Franchising

(CPC 8929)

L-ebda.

10. SERVIZZI EDUKATTIVI (servizzi ffinanzjati mill-privat biss)

A. Servizzi ta’ edukazzjoni primarja

(CPC 921)

B. Servizzi ta’ edukazzjoni sekondarja

(CPC 922)

C. Servizzi ta’ edukazzjoni ogħla

(CPC 923)

D. Servizzi ta’ edukazzjoni għall-adulti

(CPC 924)

UE: Meta tkun permessa l-provvista ta’ servizzi edukattivi ffinanzjati mill-privat minn fornitur barrani, il-parteċipazzjoni ta’ operaturi privati fis-sistema edukattiva tista’ tkun soġġetta għal konċessjoni allokata fuq bażi mhux diskriminatorja.

Fl-AT: Mingħajr restrizzjonijiet għal servizzi ta’ edukazzjoni għolja u għal skejjel għall-adulti permezz ta’ xandir bir-radju jew bit-televiżjoni.

Fil-BG: Mingħajr restrizzjonijiet għall-provvista ta’ servizzi ta’ edukazzjoni primarja jew sekondarja minn persuni fiżiċi u assoċjazzjonijiet barranin, u għall-provvista ta’ servizzi ta’ edukazzjoni għolja.

Fiċ-CZ, SK: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għall-maġġoranza tal-membri tal-bord. Mingħajr restrizzjonijiet għall-provvista ta’ servizzi ta’ edukazzjoni ogħla, ħlief għal servizzi ta’ edukazzjoni postsekondarja teknika u vokazzjonali (CPC 92310).

F’CY, FI, MT, RO, SE: Mingħajr restrizzjonijiet.

Fil-HR: Mingħajr restrizzjonijiet għal servizzi ta’ edukazzjoni primarja (CPC 921). Għal servizzi ta’ edukazzjoni sekondarja: l-ebda għal persuni ġuridiċi.

Fil-EL: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għall-maġġoranza tal-membri tal-bord fl-iskejjel primarji u sekondarji. Mingħajr restrizzjonijiet għal istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla li jagħtu diplomi statali rikonoxxuti.

Fi ES, IT: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi għall-istabbiliment ta’ universitajiet privati awtorizzati li joħorġu diplomi jew lawrji rikonoxxuti. Il-proċedura rilevanti tinvolvi parir tal-Parlament. Kriterji prinċipali: popolazzjoni u densità ta’ stabbilimenti eżistenti.

Fi FR: Hija meħtieġa nazzjonalità Franċiża jew tal-UE sabiex wieħed jgħallem f’istituzzjoni edukattiva ffinanzjata mill-privat. Madankollu, iċ-ċittadini barranin jistgħu jiksbu awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti sabiex jgħallmu f’istituzzjonijiet edukattivi ta’ livell primarju, sekondarju u ogħla. Iċ-ċittadini barranin jistgħu jiksbu wkoll awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti sabiex jistabbilixxu u joperaw jew jimmaniġġjaw istituzzjonijiet edukattivi primarji, sekondarji u ta’ livell ogħla. Awtorizzazzjoni bħal din tingħata fuq bażi diskrezzjonali.

Fl-HU: L-għadd ta’ skejjel li jiġu stabbiliti jista’ jiġi limitat mill-awtoritajiet lokali (jew fil-każ ta’ high schools u istituzzjonijiet oħra ta’ edukazzjoni ogħla mill-awtoritajiet ċentrali) inkarigati mill-għoti ta’ liċenzji.

Fis-SK: L-għadd ta’ skejjel li jkunu qed jiġu stabbiliti jista’ jkun limitat mill-awtoritajiet.

Fil-LV: Mingħajr restrizzjonijiet għall-provvista ta’ servizzi edukattivi marbuta ma’ servizzi edukattivi tat-tip ta’ skejjel sekondarji tekniċi u vokazzjonali għal studenti b’diżabilità (CPC 9224).

Fis-SI: Mingħajr restrizzjonijiet għal skejjel primarji. Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għall-maġġoranza tal-membri tal-bord fl-iskejjel sekondarji u high schools.

E. Servizzi edukattivi oħra

(CPC 929)

Fl-AT, BE, BG, CY, DE, DK, ES, EE, FI, FR, EL, HU, IE, IT, LV, LT, LU, MT, NL, PL, PT, RO, SI, SE: Mingħajr restrizzjonijiet.

Fiċ-CZ, SK: Il-parteċipazzjoni ta’ operaturi privati fin-netwerk tal-edukazzjoni hija soġġetta għal konċessjoni. Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għall-maġġoranza tal-membri tal-bord.

11. SERVIZZI AMBJENTALI

A. Servizzi tal-ilma mormi

(CPC 9401) 79

B. Immaniġġar ta’ skart solidu/perikoluż, eskluż it-trasport transfruntier ta’ skart perikoluż

a) Servizzi ta’ rimi ta’ skart

(CPC 9402)

b) Servizzi sanitarji u servizzi simili

(CPC 9403)

C. Protezzjoni tal-arja ambjentali u l-klima

(CPC 9404) 80

L-ebda.

D. Rimedju u tindif ta’ ħamrija u ilmijet

a) Trattament, rimedju ta’ ħamrija u ilma kkontaminati/imniġġsa

(parti minn CPC 9406) 81

E. Tnaqqis tal-istorbju u l-vibrazzjoni

(CPC 9405)

F. Protezzjoni tal-bijodiversità u l-pajsaġġ

a) Servizzi għall-protezzjoni tan-natura u tal-pajsaġġ

(parti minn CPC 9406)

G. Servizzi ambjentali u anċillari oħra

(CPC 9409)

12. SERVIZZI FINANZJARJI

A. Servizzi ta’ assigurazzjoni u servizzi relatati mal-assigurazzjoni

Fl-AT: Il-liċenzja għal fergħat ta’ uffiċċji ta’ assiguraturi minn Stat Firmatarju tal-MERCOSUR għandha tiġi miċħuda jekk l-assiguratur f’MERCOSUR ma għandux forma ġuridika li tikkorrispondi jew li tista’ titqabbel ma’ kumpanija b’ishma konġunti jew assoċjazzjoni tal-assigurazzjoni reċiproka.

Fil-BG, ES: Qabel ma jistabbilixxi fergħa jew aġenzija fil-Bulgarija jew fi Spanja biex tipprovdi ċerti klassijiet ta’ assigurazzjoni, assiguratur minn Stat Firmatarju tal-MERCOSUR irid ikun ġie awtorizzat jopera fl-istess klassijiet ta’ assigurazzjoni fi Stat Firmatarju tal-MERCOSUR għal mill-inqas 5 (ħames) snin. Fi ES: fergħat diretti mhux permessi għall-intermedjazzjoni tal-assigurazzjoni għax dawn huma riżervati għal kumpaniji ffurmati skont il-liġi ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea. Fi ES: Għal servizzi attwarji, rekwiżit ta’ residenza u 3 (tliet) snin esperjenza rilevanti.

Fil-EL: Id-dritt ta’ stabbiliment ma jkoprix il-ħolqien ta’ uffiċċji rappreżentattivi jew preżenza permanenti oħra ta’ kumpaniji tal-assigurazzjoni, ħlief jekk dawn l-uffiċċji jkunu stabbiliti bħala aġenziji, fergħat jew uffiċċji prinċipali.

Fil-FI: Mill-inqas nofs il-promoturi u l-membri tal-bord tad-diretturi u l-bord superviżorju, id-direttur maniġerjali ta’ kumpanija tal-assigurazzjoni li tipprovdi assigurazzjoni statutorja tal-pensjoni għandu jkollhom il-post tar-residenza tagħhom fiż-ŻEE, sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux taw eżenzjoni. L-assiguraturi barranin ma jistgħux jiksbu liċenzja fil-Finlandja bħala fergħa sabiex jipprovdu assigurazzjoni statutorja tal-pensjoni. Mill-inqas awditur wieħed għandu jkollu r-residenza permanenti tiegħu jew tagħha fiż-ŻEE.

Fl-IT: L-awtorizzazzjoni għall-istabbiliment tal-fergħat hija fl-aħħar mill-aħħar soġġetta għall-valutazzjoni tal-awtoritajiet ta’ sorveljanza.

Fil-BG, PL: L-inkorporazzjoni lokali (l-ebda fergħa) hija meħtieġa għall-intermedjarji tal-assigurazzjoni.

Fil-PT: Sabiex tiġi stabbilita fergħa fil-Portugall, il-persuni ġuridiċi tal-assigurazzjoni minn Stat Firmatarju tal-MERCOSUR jeħtieġ li juru esperjenza operazzjonali preċedenti ta’ mill-inqas 5 (ħames) snin. Fergħat diretti mhumiex permessi għall-intermedjazzjoni tal-assigurazzjoni. Dawn huma riżervati għal kumpaniji ffurmati skont il-liġi ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.

Fis-SK: Iċ-ċittadini ta’ Stat Firmatarju tal-MERCOSUR jistgħu jistabbilixxu kumpanija tal-assigurazzjoni fil-forma ta’ kumpanija b’ishma konġunti jew jistgħu jwettqu negozju tal-assigurazzjoni permezz tas-sussidjarji tagħhom b’uffiċċju rreġistrat fir-Repubblika Slovakka (mhux fergħat). L-awtorizzazzjoni fiż-żewġ każijiet hija soġġetta għall-evalwazzjoni ta’ awtorità ta’ sorveljanza.

Fis-SI: L-investituri barranin ma jistgħux jipparteċipaw f’kumpaniji tal-assigurazzjoni taħt privatizzazzjoni. Sħubija tal-istituzzjoni tal-assigurazzjoni reċiproka hija limitata għal kumpaniji stabbiliti fis-Slovenja (mhux fergħat) u persuni fiżiċi domestiċi. Entitajiet li jagħtu servizz ta’ konsulenza u riżoluzzjoni tal-klejms iridu jiġu inkorporati bħala entitajiet legali (mhux fergħat).

Fl-SE: Impriżi tal-assigurazzjoni mhux inkorporati fl-Iżvezja jistgħu jiġu stabbiliti biss permezz ta’ fergħa.

B. Servizzi bankarji u servizzi finanzjarji oħra (minbarra l-assigurazzjoni)

UE: Ditti biss li jkollhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fl-UE jistgħu jaġixxu bħala depożitorji tal-assi ta’ fondi għall-investiment. L-istabbiliment ta’ kumpanija tal-immaniġġjar speċjalizzata, li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha u l-uffiċċju rreġistrat tagħha fl-istess Stat Membru tal-Unjoni Ewropea huwa meħtieġ li jwettqa l-attivitajiet ta’ mmaniġġjar ta’ fiduċjarji ta’ unità u ta’ kumpaniji tal-investiment.

Fil-BG: L-assikurazzjoni tal-pensjonijiet għandha tiġi implimentata permezz ta’ parteċipazzjoni f’kumpaniji inkorporati tal-assikurazzjoni tal-pensjonijiet (mhux fergħat). Ir-residenza permanenti fil-Bulgarija hija meħtieġa biss għall-president tal-bord ta’ mmaniġġjar u għall-president tal-bord tad-diretturi.

Fil-HR: L-ebda, ħlief għal servizzi ta’ riżoluzzjoni u ta’ kklerjar fejn l-Aġenzija Depożitarja Ċentrali (minn hawn ’il quddiem imsejħa “CDA”, Central Depositary Agency) tkun l-uniku fornitur fil-Kroazja. L-aċċess għas-servizzi tas-CDA għandu jingħata lil persuni mhux residenti fuq bażi mhux diskriminatorja.

Fl-HU: Fergħat ta’ istituzzjonijiet minn Stat Firmatarju tal-MERCOSUR mhumiex permessi jipprovdu servizzi ta’ mmaniġġjar tal-assi għal fondi ta’ pensjoni privati jew ġestjoni ta’ kapital ta’ riskju. Il-Bord ta’ istituzzjoni finanzjarja jenħtieġ li jinkludi mill-inqas 2 (żewġ) membri, li huma ċittadini Ungeriżi, residenti fis-sens tar-regolamenti rilevanti dwar il-kambju u li għandhom residenza permanenti fl-Ungerija għal mill-inqas 1 (sena).

Fl-IE: Fil-każ ta’ skemi kollettivi ta’ investiment kostitwiti bħala fiduċjarja ta’ unità u kumpaniji ta’ kapital varjabbli (minbarra impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli, minn hawn ’il quddiem imsejħa “UCITS”), il-fiduċjarju/depożitarju u l-kumpanija ta’ mmaniġġjar huma meħtieġa li jkunu inkorporati fl-Irlanda jew fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea (mhux fergħat). Fil-każ ta’ soċjetà tal-investiment b’responsabbiltà limitata, mill-inqas soċju ġenerali wieħed irid ikun inkorporat fl-Irlanda. Biex issir membru ta’ borża fl-Irlanda, entità trid jew: (a) tkun awtorizzata fl-Irlanda, li teħtieġ li tkun inkorporata jew tkun soċjetà, b’uffiċċju prinċipali jew irreġistrat fl-Irlanda; jew (b) tkun awtorizzata fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea skont id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE, ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.

Fl-IT: Sabiex tkun awtorizzata timmaniġġja s-sistema ta’ saldu tat-titoli bi stabbiliment fl-Italja, kumpanija hija meħtieġa tkun inkorporata fl-Italja (mhux fergħat). Sabiex tkun awtorizzata timmaniġġja s-servizzi ta’ depożitarju ċentrali tat-titoli bi stabbiliment fl-Italja, il-kumpaniji huma meħtieġa jkunu inkorporati fl-Italja (mhux fergħat). Fil-każ ta’ skemi kollettivi ta’ investiment minbarra UCITS armonizzati skont il-leġiżlazzjonijiet tal-UE, il-fiduċjarju jew id-depożitarju huwa meħtieġ li jkun inkorporat fl-Italja jew fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea u stabbilit permezz ta’ fergħa fl-Italja. Il-kumpaniji tal-immaniġġjar ta’ UCITS li mhumiex armonizzati skont il-leġiżlazzjoni tal-UE huma wkoll meħtieġa jkunu inkorporati fl-Italja (mhux fergħat). Huma biss il-banek, il-kumpaniji tal-assigurazzjoni, id-ditti tal-investiment u l-kumpaniji li jimmaniġġjaw l-UCITS armonizzati skont il-leġiżlazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, li għandhom l-uffiċċju prinċipali legali tagħhom fl-UE, kif ukoll UCITS inkorporati fl-Italja, li jistgħu jwettqu attività ta’ mmaniġġjar tar-riżorsi tal-fondi tal-pensjonijiet. Biex ikunu jistgħu jbiegħu bieb bieb, l-intermedjarji jridu jqabbdu bejjiegħa tal-prodotti finanzjarji awtorizzati residenti fit-territorju ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea. Uffiċċji rappreżentattivi ta’ intermedjarji barranin ma jistgħux iwettqu attivitajiet li l-għan tagħhom huwa li jipprovdu servizzi ta’ investiment.

Fil-LT: Għall-fini ta’ mmaniġġjar ta’ assi, hija neċessarja l-inkorporazzjoni ta’ kumpanija speċjalizzata fl-immaniġġjar (mhux fergħat). Dawk l-intrapriżi li għandhom l-uffiċċju rreġistrat fil-Litwanja biss jistgħu jaġixxu bħala depożitarji tal-assi. Mill-inqas kap wieħed mill-amministrazzjoni tal-bank irid jitkellem il-lingwa Litwana.

Fil-PT: L-immaniġġjar tal-fondi tal-pensjoni tista’ tiġi pprovduta biss minn kumpaniji inkorporati fil-Portugall u speċjalizzati għal dak l-għan u minn kumpaniji tal-assigurazzjoni stabbiliti fil-Portugall u awtorizzati biex jibdew negozju tal-assigurazzjoni tal-ħajja jew minn entitajiet awtorizzati għall-immaniġġjar tal-fondi tal-pensjonijiet fi Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea (mingħajr restrizzjonijiet għal fergħat diretti minn pajjiżi mhux tal-UE).

Fir-RO: Fergħat ta’ istituzzjonijiet barranin mhumiex permessi jipprovdu servizzi ta’ mmaniġġjar tal-assi.

Fis-SK: Servizzi ta’ investiment fir-Repubblika Slovakka jistgħu jiġu pprovduti minn banek, kumpaniji ta’ investiment, fondi ta’ investiment u operaturi titolari li jkollhom forma ġuridika ta’ kumpanija b’ishma konġunti b’kapital ta’ ekwità skont il‑liġi (mhux fergħat).

Fis-SI: Mingħajr restrizzjonijiet għall-parteċipazzjoni f’banek taħt privatizzazzjoni u għal fondi privati tal-pensjonijiet (fondi tal-pensjonijiet mhux obbligatorji).

Fl-SE: Fundatur ta’ bank tat-tfaddil għandu jkun persuna fiżika residenti fl-UE.

13. SERVIZZI TAS-SAĦĦA U SERVIZZI SOĊJALI

(servizzi ffinanzjati mill-privat biss)

A. Servizzi ta’ sptar

(CPC 9311)

B. Servizzi ta’ ambulanzi

(CPC 93192)

C. Faċilitajiet ta’ saħħa residenzjali minbarra servizzi ta’ sptar

(CPC 93193)

D. Servizzi soċjali

(CPC 933)

UE: Il-parteċipazzjoni ta’ operaturi privati fin-netwerk soċjali u tas-saħħa hija soġġetta għal konċessjoni. It-test tal-ħtiġijiet ekonomiċi jista’ japplika. Kriterji prinċipali: l-għadd ta’ stabbilimenti eżistenti u l-impatt fuqhom, l-infrastruttura tat-trasport, id-densità tal-popolazzjoni, il-firxa ġeografika u l-ħolqien ta’ impjiegi ġodda.

Fl-AT: Mingħajr restrizzjonijiet għas-servizzi ta’ ambulanza.

Fis-SI: Il-persuni kollha li jipprovdu servizzi direttament lill-pazjenti jew li jittrattaw il-pazjenti jeħtieġu liċenzja u awtorizzazzjoni għall-għoti ta’ servizzi tas-saħħa mill-Ministeru għas-Saħħa jew mill-Kamra Medika.

Fil-BG: Mingħajr restrizzjonijiet għal servizzi ta’ sptar, għal servizzi tal-ambulanza u għal faċilitajiet tas-saħħa residenzjali li mhumiex servizzi tal-isptar.

F’CY, CZ, FI, MT, SE, SK, SI: Mingħajr restrizzjonijiet.

Fi FR: Mingħajr restrizzjonijiet għal servizzi soċjali minbarra servizzi relatati ma’ djar ta’ konvalexxenza u ta’ mistrieħ u djar tal-anzjani.

Fil-HR: L-ebda, ħlief li l-istabbiliment ta’ xi faċilitajiet ta’ kura soċjali jistgħu jkunu soġġetti għal limiti bbażati fuq il-ħtiġijiet f’żoni ġeografiċi partikolari. Il-persuni kollha li jipprovdu servizzi direttament lill-pazjenti jew li jittrattaw il-pazjenti jeħtieġu liċenzja mill-kamra tal-professjonisti.

Fl-HU: Mingħajr restrizzjonijiet għas-servizzi soċjali.

Fil-PL: Mingħajr restrizzjonijiet għal servizzi ta’ ambulanza, għal faċilitajiet ta’ saħħa residenzjali li mhumiex servizzi tal-isptar u għal servizzi soċjali.

Fil-BE, DE, ES: Mingħajr restrizzjonijiet għal servizzi tal-ambulanza, għal faċilitajiet ta’ saħħa residenzjali li mhumiex servizzi tal-isptar u għal servizzi soċjali li mhumiex djar konvalexxenti u tal-mistrieħ jew djar tal-anzjani.

Fil-DE: Is-servizzi ta’ salvataġġ u “servizzi kkwalifikati ta’ ambulanza” jistgħu jkunu riżervati għal operaturi bla skop ta’ qligħ. L-għadd ta’ fornituri tas-servizzi tal-ICT jista’ jkun limitat biex jiggarantixxi l-interoperabbiltà, il-kompatibbiltà u l-istandards tas-sikurezza meħtieġa.

14. SERVIZZI RELATATI MAT-TURIŻMU U L-IVVJAĠĠAR

A. Lukanda, ristoranti u catering

(CPC 641, CPC 642 u CPC 643)

eskluż il-catering fis-servizzi tat-trasport bl-ajru 82

Fil-BG: Hija meħtieġa l-inkorporazzjoni (mhux fergħat).

Fl-IT: Japplika t-test tal-ħtiġijiet ekonomiċi fuq ħwienet tax-xorb, ħwienet tal-kafè u ristoranti. Kriterji prinċipali: popolazzjoni u densità ta’ stabbilimenti eżistenti.

Fil-HR: Il-post fiż-żoni protetti ta’ interess storiku u artistiku partikolari u fil-parks nazzjonali jew ta’ pajsaġġ huwa soġġett għall-approvazzjoni mill-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja li tista’ tiġi miċħuda.

B. Servizzi ta’ aġenziji tal-ivvjaġġar u ta’ operaturi turistiċi (inklużi l-maniġers tat-tours)

(CPC 7471)

Fil-BG: Mingħajr restrizzjonijiet għal fergħat diretti (l-inkorporazzjoni hija meħtieġa).

F’CY: Mingħajr restrizzjonijiet.

C. Servizzi ta’ gwidi turistiċi

(CPC 7472)

L-ebda.

F’CY: Mingħajr restrizzjonijiet.

15. SERVIZZI RIKREAZZJONALI, KULTURALI U SPORTIVI (minbarra servizzi awdjoviżivi)

A. Servizzi ta’ divertiment (inklużi servizzi ta’ teatru, live bands, ċirki u: diskoteki)

(CPC 9619)

F’CY, CZ, FI, MT, PL, RO, SI, SK: Mingħajr restrizzjonijiet.

Fil-BG: Mingħajr restrizzjonijiet ħlief għal servizzi ta’ divertiment minn produtturi teatrali, gruppi tal-kant, bands u orkestri (CPC 96191 ), servizzi pprovduti minn awturi, kompożituri, skulturi, u artisti individwali oħra (CPC 96192 ) u servizzi teatrali anċillari (CPC 96193 ).

Fl-EE: Mingħajr restrizzjonijiet għal servizzi oħra ta’ divertiment (CPC 96199 ) ħlief għal servizzi ta’ swali taċ-ċinema.

Fil-LV: Mingħajr restrizzjonijiet ħlief għal servizzi ta’ operat ta’ swali taċ-ċinema (parti minn CPC 96199 ).

B. Servizzi tal-aġenziji tal-aħbarijiet u tal-istampa

(CPC 962)

Fi FR: Il-parteċipazzjoni barranija f’kumpaniji eżistenti li jippubblikaw pubblikazzjonijiet bil-lingwa Franċiża ma tistax taqbeż l-20 % (għoxrin fil-mija) tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot fil-kumpanija. L-istabbiliment ta’ aġenziji tal-istampa barranin huwa soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fir-regolamentazzjoni domestika. L-istabbiliment ta’ aġenziji tal-istampa minn investituri barranin huwa soġġett għar-reċiproċità.

Fil-BG, CY, CZ, HU, LT, RO, PL, SK: Mingħajr restrizzjonijiet.

Fil-PT: Kumpaniji ġodda, inkorporati fil-Portugall fil-forma ġuridika ta’ “Sociedade Anónima”, irid ikollhom il-kapital soċjali fil-forma ta’ stokks nominali.

C. Libreriji, arkivji, mużewijiet u servizzi kulturali oħra

Fil-BE, BG, CY, CZ, DE, DK, ES, EE, FI, FR, EL, HR, HU, IE, IT, LV, LU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SI, SE: Mingħajr restrizzjonijiet.

Fl-AT, LT: Il-parteċipazzjoni ta’ operaturi privati f’libreriji, arkivji, mużewijiet u network ta’ servizzi kulturali oħra hija soġġetta għal konċessjoni jew liċenzja.

D. Servizzi sportivi

(CPC 9641)

Fl-AT, SI: Mingħajr restrizzjonijiet għal servizzi ta’ skejjel tal-iskijar u ta’ gwidi tal-muntanji.

Fil-BG, CY, CZ, EE, LV, MT, PL, RO, SK: Mingħajr restrizzjonijiet.

E. Servizzi ta’ parks rikreattivi u xtajtiet

(CPC 96491)

L-ebda.

16. SERVIZZI TAT-TRASPORT

A. Trasport marittimu

a) Trasport internazzjonali tal-passiġġieri

(CPC 7211 mingħajr it-trasport bil-kabotaġġ nazzjonali 83 )

b) Trasport internazzjonali tal-merkanzija

(CPC 7212 mingħajr it-trasport bil-kabotaġġ nazzjonali 84 )

Fl-AT, BE, BG, CY, CZ, DE, DK, ES, EE, FI, FR, EL, HU, IE, IT, LT, LU, NL, PL, PT, RO, SK, SI, SE: Mingħajr restrizzjonijiet għall-istabbiliment ta’ kumpanija rreġistrata sabiex topera flotta taħt bandiera nazzjonali tal-Istat tal-istabbiliment.

D. Trasport bit-triq

a) Trasport tal-passiġġieri

(CPC 7121 u CPC 7122)

UE: L-investituri barranin ma jistgħux jipprovdu servizzi tat-trasport fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (kabotaġġ), ħlief għall‑kiri ta’ servizzi mhux elenkati ta’ karozzi tal-linja ma’ operatur.

UE: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi għas-servizzi tat-taxi. Kriterji prinċipali: in-numru ta’ stabbilimenti eżistenti u l-impatt fuqhom, id-densità tal-popolazzjoni, il-firxa ġeografika, l-impatt fuq il-kundizzjonijiet tat-traffiku u l-ħolqien ta’ impjiegi ġodda.

Fl-AT, BG: Id-drittijiet esklużivi jew l-awtorizzazzjoni jistgħu jingħataw biss lil ċittadini ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u lil persuni ġuridiċi tal-UE li jkollhom il-kwartieri ġenerali tagħhom fl-UE.

Fil-BG, CZ: Mingħajr restrizzjonijiet għal fergħat diretti (l-inkorporazzjoni hija meħtieġa).

Fil-FI, LV: L-awtorizzazzjoni hija meħtieġa, iżda mhux estiża għal vetturi rreġistrati barra.

Fil-LV u fl-SE: Rekwiżit għal entitajiet stabbiliti biex jużaw vetturi b’reġistrazzjoni nazzjonali.

Fi ES: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi għal CPC 7122. Kriterji prinċipali: id-domanda lokali.

Fl-IT, PT: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi għal servizzi ta’ limousine. Kriterji prinċipali: in-numru ta’ stabbilimenti eżistenti u l-impatt fuqhom, id-densità tal-popolazzjoni, il-firxa ġeografika, l-impatt fuq il-kundizzjonijiet tat-traffiku u l-ħolqien ta’ impjiegi ġodda.

Fi ES, IE, IT: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi għas-servizzi ta’ karozzi tal-linja bejn belt u oħra. Kriterji prinċipali: in-numru ta’ stabbilimenti eżistenti u l-impatt fuqhom, id-densità tal-popolazzjoni, il-firxa ġeografika, l-impatt fuq il-kundizzjonijiet tat-traffiku u l-ħolqien ta’ impjiegi ġodda.

Fi FR: Mingħajr restrizzjonijiet għal servizzi ta’ karozzi tal-linja bejn belt u oħra.

b) Trasport tal-merkanzija

(CPC 7123, eskluż it-trasport ta’ oġġetti postali u bil-kurrier fuq kont proprju 85 )

Fl-AT, BG: Id-drittijiet esklużivi jew l-awtorizzazzjoni jistgħu jingħataw biss lil ċittadini ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u lil persuni ġuridiċi tal-UE li jkollhom il-kwartieri ġenerali tagħhom fl-UE.

Fi ES: L-awtorizzazzjoni għall-istabbiliment ta’ preżenza kummerċjali fi Spanja tista’ tiġi rifjutata għal fornituri ta’ servizzi, li l-pajjiż tal-oriġini tagħhom ma jagħtix aċċess effettiv għas-suq lill-fornituri tas-servizz minn Spanja (CPC 7123).

Fil-BG, CZ: Mingħajr restrizzjonijiet għal fergħat diretti (l-inkorporazzjoni hija meħtieġa).

Fil-FI, LV: L-awtorizzazzjoni hija meħtieġa, iżda mhux estiża għal vetturi rreġistrati barra.

Fil-LV u fl-SE: Rekwiżit għal entitajiet stabbiliti biex jużaw vetturi b’reġistrazzjoni nazzjonali.

Fl-IT, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi. Kriterji prinċipali: id-domanda lokali.

E. Trasport bil-pipeline ta’ oġġetti minbarra fjuwil 86

(CPC 7139)

Fl-AT: Id-drittijiet esklużivi jistgħu jingħataw biss lil ċittadini ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u lil persuni ġuridiċi tal-UE li jkollhom il-kwartieri ġenerali tagħhom fl-UE.

17. SERVIZZI AWŻILJARJI GĦAT-TRASPORT 87

A. Servizzi awżiljarji għat-trasport marittimu

a) Servizzi marittimi ta’ mmaniġġar tal-merkanzija

b) Servizzi ta’ ħżin u magazzinaġġ

(parti minn CPC 742)

c) Servizzi ta’ żdoganar tal-merkanzija

d) Servizzi ta’ stazzjon u ta’ depot tal-kontejners

e) Servizzi ta’ aġenzija marittima

Fl-AT, BE, BG, CY, CZ, DE, DK, ES, EE, FI, FR, EL, HU, IE, IT, LT, LU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SI, SE: Mingħajr restrizzjonijiet għall-istabbiliment ta’ kumpanija rreġistrata bl-għan li topera flotta taħt il-bandiera nazzjonali tal-Istat tal-istabbiliment.

Fl-IT: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi 88 għal servizzi marittimi ta’ maniġġ tal-merkanzija. Kriterji prinċipali: in-numru ta’ u l-impatt fuq l-istabbilimenti eżistenti, id-densità tal-popolazzjoni, il-firxa ġeografika u l-ħolqien ta’ impjiegi ġodda.

Fil-BG: Mingħajr restrizzjonijiet għal fergħat diretti (l-inkorporazzjoni hija meħtieġa). Is-servizzi awżiljarji għat-trasport marittimu li jeħtieġu l-użu ta’ bastimenti jistgħu jiġu pprovduti biss minn bastimenti li joperaw taħt il-bandiera Bulgara.

f) Servizzi marittimi ta’ spedizzjoni tal-merkanzija

g) Kiri ta’ bastimenti bl-ekwipaġġ

(CPC 7213)

h) Servizzi ta’ mbuttar u rmunkar

(CPC 7214)

i) Servizzi ta’ appoġġ għat-trasport marittimu

(parti minn CPC 745)

j) Servizzi awżiljarji u ta’ appoġġ oħra (inkluż il-catering)

(parti minn CPC 749)

Fis-SI: Huma biss il-persuni ġuridiċi stabbiliti fis-Slovenja (mhux fergħat) li jistgħu jipprovdu servizzi ta’ żdoganar tal-merkanzija.

Fil-FI: Servizzi jistgħu jiġu pprovduti biss minn vapuri li joperaw taħt il-bandiera Finlandiża.

Fil-HR: Mingħajr restrizzjonijiet għal c) Servizzi ta’ żdoganar tal-merkanzija, d) Servizzi ta’ stazzjon u ta’ ħżin tal-kontejners, e) Servizzi ta’ aġenziji marittimi u f) Servizzi marittimi ta’ spedizzjoni tal-merkanzija. Għal a) Servizzi marittimi ta’ mmaniġġar tal-merkanzija, b) Servizzi ta’ ħżin u magazzinaġġ, j) Servizzi awżiljarji u ta’ appoġġ oħra (inkluż il-catering), h) Servizzi ta’ mbuttar u rmunkar u i) Servizzi ta’ appoġġ għat-trasport marittimu: L-ebda, ħlief li l-persuna ġuridika barranija hija meħtieġa li tistabbilixxi kumpanija fil-Kroazja li jenħtieġ li tingħata konċessjoni mill-awtorità tal-port, wara proċedura pubbliċi ta’ sejħa għal offerti. In-numru ta’ fornituri tas-servizz jista’ jkun limitat biex jirrifletti l-limiti ta’ kapaċità tal-port.

C. Servizzi awżiljarji għat-trasport ferrovjarju

a) Servizzi ta’ maniġġ ta’ merkanzija

(parti minn CPC 741)

b) Servizzi ta’ ħżin u magazzinaġġ

(parti minn CPC 742)

c) Servizzi ta’ aġenzija tat-trasport tal-merkanzija

(parti minn CPC 748)

d) Servizzi ta’ mbuttar u rmunkar

(CPC 7113)

e) Servizzi ta’ appoġġ għal servizzi tat-trasport ferrovjarju

(CPC 743)

f) Servizzi ta’ appoġġ u awżiljarji oħra

(parti minn CPC 749)

Fil-BG: Mingħajr restrizzjonijiet għal fergħat diretti (l-inkorporazzjoni hija meħtieġa). Il-parteċipazzjoni f’kumpanija Bulgara hija limitata għal 49 % (disgħa u erbgħin fil-mija).

Fiċ-CZ: Mingħajr restrizzjonijiet għal fergħat diretti (l-inkorporazzjoni hija meħtieġa).

Fis-SI: Huma biss il-persuni ġuridiċi stabbiliti fis-Slovenja (mhux fergħat) li jistgħu jipprovdu servizzi ta’ żdoganar tal-merkanzija.

Fil-HR: Mingħajr restrizzjonijiet għal servizzi ta’ mbuttar u rmunkar.

D. Servizzi awżiljarji għat-trasport bit-triq

a) Servizzi ta’ maniġġ ta’ merkanzija

(parti minn CPC 741)

b) Servizzi ta’ ħżin u magazzinaġġ

(parti minn CPC 742)

c) Servizzi ta’ aġenzija tat-trasport tal-merkanzija

(parti minn CPC 748)

d) Kiri ta’ Vetturi Kummerċjali tat-Triq bl-Operaturi

(CPC 7124)

e) Servizzi ta’ appoġġ għat-tagħmir tat-trasport bit-triq

(CPC 744)

f) Servizzi ta’ appoġġ u awżiljarji oħra

(parti minn CPC 749)

Fl-AT: Għall-kiri ta’ vetturi kummerċjali tat-triq bl-operaturi, l-awtorizzazzjoni tista’ tingħata biss lil ċittadini ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u lil persuni ġuridiċi tal-UE li jkollhom il-kwartieri ġenerali tagħhom fl-UE.

Fil-BG: Mingħajr restrizzjonijiet għal fergħat diretti (l-inkorporazzjoni hija meħtieġa). Il-parteċipazzjoni f’kumpanija Bulgara hija limitata għal 49 % (disgħa u erbgħin fil-mija).

Fiċ-CZ: Mingħajr restrizzjonijiet għal fergħat diretti (l-inkorporazzjoni hija meħtieġa).

Fil-FI: Għall-kiri ta’ vetturi kummerċjali tat-triq bl-operaturi, l-awtorizzazzjoni hija meħtieġa, iżda mhux estiża għal vetturi rreġistrati barra.

Fis-SI: Huma biss il-persuni ġuridiċi stabbiliti fis-Slovenja (mhux fergħat) li jistgħu jipprovdu servizzi ta’ żdoganar tal-merkanzija.

Fil-HR, CY: Mingħajr restrizzjonijiet għall-kiri ta’ vetturi tat-triq kummerċjali bl-operaturi.

E. Servizzi awżiljarji għas-servizzi tat-trasport bl-ajru

a) Servizzi fuq l-art (inkluż il-catering)

Fl-UE: Mingħajr restrizzjonijiet, ħlief għall-aċċess għas-suq. Il-kategoriji tal-attivitajiet jiddependu fuq id-daqs tal-ajruport. L-għadd ta’ fornituri tas-servizzi f’kull ajruport jista’ jkun limitat, minħabba restrizzjonijiet ta’ spazju disponibbli u minħabba li mhux inqas minn 2 (żewġ) fornituri għal raġunijiet oħra.

Fil-BG: Mingħajr restrizzjonijiet għal fergħat diretti (l-inkorporazzjoni hija meħtieġa).

b) Servizzi ta’ ħżin u magazzinaġġ

(parti minn CPC 742)

Fil-BG: Mingħajr restrizzjonijiet għal fergħat diretti (l-inkorporazzjoni hija meħtieġa).

Fil-PL: Għal servizzi ta’ ħżin ta’ prodotti ffriżati jew imkessħin u servizzi ta’ ħżin bl-ingrossa ta’ likwidi jew gassijiet, il-kategoriji ta’ attivitajiet jiddependu mid-daqs tal-ajruport. L-għadd ta’ fornituri ta’ servizzi f’kull ajruport jista’ jkun limitat, minħabba restrizzjonijiet ta’ spazju disponibbli u għal raġunijiet oħra, u minħabba li mhux inqas minn żewġ fornituri.

c) Servizzi ta’ aġenzija tat-trasport tal-merkanzija

(parti minn CPC 748)

F’CY, CZ, HU, MT, PL, RO, SK: Mingħajr restrizzjonijiet.

Fil-BG: Persuni barranin jistgħu jipprovdu servizzi biss permezz tal-parteċipazzjoni f’kumpaniji Bulgari b’limitazzjoni ta’ 49 % (disgħa u erbgħin fil-mija) fuq il-parteċipazzjoni fl-ekwità u permezz ta’ fergħat.

Fis-SI: Huma biss il-persuni ġuridiċi stabbiliti fis-Slovenja (mhux fergħat) li jistgħu jipprovdu servizzi ta’ żdoganar tal-merkanzija.

F. Servizzi awżiljarji għat-trasport bil-pipeline ta’ oġġetti minbarra l-fjuwil 89

a) Servizzi ta’ ħżin u magazzinaġġ ta’ oġġetti minbarra fjuwil ittrasportat bil-pipelines

(parti minn CPC 742)

L-ebda.

18. SERVIZZI OĦRA TA’ TRAPSORT

Provvista ta’ servizz tat-trasport ikkombinat

Fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea ħlief fl-AT, BG, CY, CZ, EE, HR, HU, LT, LV, MT, PL, RO, SE, SI, SK: L-ebda, mingħajr preġudizzju għal-limitazzjonijiet imniżżla f’din il-lista li jaffettwaw kwalunkwe mod tat-trasport partikolari.

Fl-AT, BG, CY, CZ, EE, HR, HU, LT, LV, MT, PL, RO, SE, SI, SK: Mingħajr restrizzjonijiet.

19. SERVIZZI TAL-ENERĠIJA

A. Servizzi inċidentali għall-estrazzjoni minerarja

(CPC 883) 90

F’CY: Mingħajr restrizzjonijiet.

Fis-SI: L-esplorazzjoni għar-riżorsi minerali u l-isfruttar tagħhom, inklużi s-servizzi ta’ estrazzjoni minerarja regolati, huma soġġetti għall-istabbiliment fi jew iċ-ċittadinanza taż-ŻEE, il-Konfederazzjoni Żvizzera jew Membru tal-OECD jew ta’ pajjiż terz bil-kundizzjoni ta’ reċiproċità materjali. Il-konformità mal-kundizzjoni ta’ reċiproċità hija vverifikata mill-Ministeru responsabbli għall-estrazzjoni minerarja.

B. It-trasport tal-fjuwils permezz ta’ pipelines

(CPC 7131)

Fl-AT, BE, BG, CY, CZ, DE, DK, ES, EE, FI, FR, EL, IE, IT, LV, LU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SI, SE: Mingħajr restrizzjonijiet.

C. Servizzi ta’ ħżin u magazzinaġġ għall-fjuwil ittrasportat permezz ta’ pipelines

(parti minn CPC 742)

F’CY, CZ, MT, PL, SK: L-investituri minn pajjiżi li huma fornituri tal-enerġija jistgħu jkunu pprojbiti milli jiksbu kontroll tal-attività. Mingħajr restrizzjonijiet għal fergħat diretti (l-inkorporazzjoni hija meħtieġa).

Fil-FI: Mingħajr restrizzjonijiet għall-kontroll jew is-sjieda ta’ terminal tal-gass naturali likwifikat (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “LNG”) (inklużi dawk il-partijiet tat-terminal tal-LNG użati għall-ħżin jew il-rigassifikazzjoni tal-LNG) minn persuni jew intrapriżi barranin għal raġunijiet ta’ sigurtà tal-enerġija.

D. Servizzi ta’ kummerċ bl-ingrossa ta’ fjuwils solidi, likwidi u gassużi u prodotti relatati

(CPC 62271)

u servizzi ta’ kummerċ bl-ingrossa tal-elettriku, il-fwar u l-misħun

UE: Mingħajr restrizzjonijiet għal servizzi ta’ kummerċ bl-ingrossa ta’ elettriku, fwar u misħun.

Fil-FI: Mingħajr restrizzjonijiet għall-importazzjoni, il-bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut tal-elettriku. Japplikaw restrizzjonijiet kwantitattivi fil-forma ta’ monopolji jew drittijiet esklussivi għall-importazzjoni ta’ gass naturali u għall-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ fwar u misħun.

Fis-SK: Mingħajr restrizzjonijiet għal fergħat diretti (hija meħtieġa l-inkorporazzjoni) għal fjuwils likwidi u gassużi.

E. Servizzi ta’ bejgħ bl-imnut ta’ fjuwil tal-magni

(CPC 613)

F. Bejgħ bl-imnut ta’ żejt fjuwil, gass ibbottiljat, faħam u injam

(CPC 63297)

u servizzi ta’ bejgħ bl-imnut ta’ elettriku, gass (mhux ibbottiljat), fwar u misħun

UE: Mingħajr restrizzjonijiet għas-servizzi ta’ bejgħ bl-imnut ta’ fjuwil tal-magni, elettriku, gass (mhux ibbottiljat), fwar u misħun.

Fil-BE, BG, DK, FR, IT, MT, PT: Għall-bejgħ bl-imnut ta’ żejt fjuwil, gass ibbottiljat, faħam u injam, l-awtorizzazzjoni għad-department stores (għal FR u PT għal ħwienet kbar biss) hija soġġetta għal test tal-ħtiġijiet ekonomiċi. Kriterji prinċipali: in-numru tal-ħwienet eżistenti u l-impatt tagħhom, id-densità tal-popolazzjoni, il-firxa ġeografika, l-impatt fuq il-kundizzjonijiet tat-traffiku u l-ħolqien ta’ impjiegi ġodda.

G. Servizzi inċidentali għad-distribuzzjoni tal-enerġija

(CPC 887)

Fl-AT, BE, BG, CY, CZ, DE, DK, ES, EE, FI, FR, EL, IE, HU, IT, LU, LT, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SE: Mingħajr restrizzjonijiet ħlief għal servizzi ta’ konsulenza u l-ebda għal servizzi ta’ konsulenza.

Fis-SI: Mingħajr restrizzjonijiet ħlief għal servizzi relatati mad-distribuzzjoni tal-gass u l-ebda restrizzjoni għad-distribuzzjoni tal-gass.

20. SERVIZZI OĦRA MHUX INKLUŻI XI MKIEN IEĦOR

a) Servizzi tal-ħasil, tat-tindif u tat-tiżbigħ

(CPC 9701)

L-ebda.

b) Servizzi tal-hairdressing

(CPC 97021)

F’CY: Mingħajr restrizzjonijiet.

Fl-IT: Japplika t-test tal-ħtiġijiet ekonomiċi fuq bażi ta’ trattament nazzjonali. Kriterji prinċipali: popolazzjoni u densità tan-negozju eżistenti.

c) Servizzi ta’ trattamenti kożmetiċi, manicures u pedicures

(CPC 97022)

Fl-IT: Japplika t-test tal-ħtiġijiet ekonomiċi fuq bażi ta’ trattament nazzjonali. Kriterji prinċipali: popolazzjoni u densità tan-negozju eżistenti.

F’CY: Rekwiżit ta’ nazzjonalità.

d) Servizzi oħra ta’ trattament tas-sbuħija m.k.b.

(CPC 97029)

Fl-IT: Japplika t-test tal-ħtiġijiet ekonomiċi fuq bażi ta’ trattament nazzjonali. Kriterji prinċipali: popolazzjoni u densità tan-negozju eżistenti.

F’CY: Japplika r-rekwiżit tan-nazzjonalità.

e) Servizzi ta’ spa u massaġġi mhux terapewtiċi, sal-punt li jiġu pprovduti bħala servizzi ta’ rilassament għall-benesseri fiżiku u mhux għal skopijiet mediċi jew ta’ riabilitazzjoni 91

(CPC ver. 1.0 97230)

F’CY: Japplika r-rekwiżit tan-nazzjonalità.

f) Servizzi ta’ konnessjoni tat-telekomunikazzjoni

(CPC 7543)

L-ebda.

________________

ANNESS 18-C

UNJONI EWROPEA

LISTA TA’ LIMITAZZJONIJIET F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLI 18.3, 18.4, 18.8 U 18.9
(PERSUNAL EWLIENI, TRAINEED GRADWATI U NEGOZJANTI)

1.    Il-lista ta’ limitazzjonijiet f’dan l-Anness tindika l-attivitajiet ekonomiċi liberalizzati skont l-Artikoli 18.3 u 18.4 u tispeċifika, permezz ta’ riżervi, il-limitazzjonijiet li japplikaw għall-persunal ewlieni, l-apprendisti gradwati u l-bejjiegħa kummerċjali skont l-Artikoli 18.8 u 18.9. Il-lista f’dan l-Anness hija magħmula minn żewġ kolonni li fihom l-elementi li ġejjin, rispettivament:

(a)    is-settur jew is-sottosettur li fih japplikaw il-limitazzjonijiet; u

(b)    deskrizzjoni tal-limitazzjonijiet applikabbli.

L-Unjoni Ewropea ma tieħu l-ebda impenn għal persunal ewlieni u apprendisti gradwati f’attivitajiet ekonomiċi li għalihom ma tiħux impenji dwar l-istabbiliment f’konformità mal-Anness 18-B u lanqas ma tieħu impenji għal bejjiegħa kummerċjali f’attivitajiet ekonomiċi li għalihom ma tieħu l-ebda impenn dwar il-forniment transfruntier ta’ servizzi f’konformità mal-Annessi 18-A u 18-B.

2.    Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, meta jiġu identifikati setturi u sottosetturi individwali:

(a)    “CPC” tfisser il-Klassifikazzjoni Ċentrali tal-Prodotti kif definita fl-Artikolu 9.3 (c);


(b)    “CPC ver. 1.0” tfisser il-Klassifikazzjoni Ċentrali tal-Prodotti kif stabbilit fl-Uffiċċju tal-Istatistika tan-Nazzjonijiet Uniti, id-Dokumenti dwar l-Istatistika, Serje M, Nru 77, CPC ver 1.0, 1998; u

(c)    “ISIC rev 3.1” tfisser l-Istandard Internazzjonali ta’ Klassifikazzjoni Industrijali tal-Attivitajiet Ekonomiċi kollha kif stabbilit fl-Uffiċċju tal-Istatistika tan-Nazzjonijiet Uniti, id-Dokumenti dwar l-Istatistika, Serje M, Nru 4, ISIC REV 3.1, 2002.

3.    L-impenji fuq il-persunal ewlieni u t-trainees gradwati ma japplikawx jekk l-intenzjoni jew l-effett tas-soġġorn temporanju tagħhom ikun li jinterferixxu ma’, jew b’xi mod ieħor jaffettwaw l-eżitu ta’ kwalunkwe tilwima ta’ xogħol jew maniġment jew negozjar.

4.    Il-lista f’dan l-Anness ma tinkludix miżuri relatati mar-rekwiżiti u l-proċeduri tal-kwalifiki, l-istandards tekniċi u r-rekwiżiti u l-proċeduri tal-liċenzji jekk dawn ma jikkostitwixxux limitazzjoni skont it-tifsira tal-Artikoli 18.3 u 18.4. Dawk il-miżuri (pereżempju, il-ħtieġa li tinkiseb liċenzja, il-ħtieġa li jinkiseb rikonoxximent tal-kwalifiki f’setturi regolati, il-ħtieġa li wieħed jgħaddi minn eżamijiet speċifiċi, inklużi eżamijiet tal-lingwa, u l-ħtieġa li jkun hemm indirizz postali fit-territorju fejn titwettaq l-attività ekonomika), anke jekk mhux elenkati hawn taħt, japplikaw fi kwalunkwe każ għall-persunal ewlieni u t-trainees gradwati ta’ Stat Firmatarju tal-MERCOSUR.

5.    Sa fejn l-impenji ma jittiħdux fil-Kapitolu 18, ir-rekwiżiti l-oħra kollha tal-liġijiet u r-regolamenti ta’ kull Parti rigward id-dħul u s-soġġorn temporanju jkomplu japplikaw, inklużi dawk li jikkonċernaw il-perjodu tas-soġġorn.

6.    Minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, ir-rekwiżiti kollha tal-liġijiet u r-regolamenti ta’ kull Parti rigward l-impjiegi u l-miżuri tas-sigurtà soċjali għandhom ikomplu japplikaw, inklużi r-regolamenti li jikkonċernaw il-pagi minimi u l-ftehimiet kollettivi dwar il-pagi.


7.    Il-lista f’dan l-Anness hija mingħajr preġudizzju għall-eżistenza ta’ monopolji pubbliċi u drittijiet esklużivi, kif stabbilit mill-Unjoni Ewropea fl-Anness 18-B.

8.    Fis-setturi fejn jiġu applikati testijiet tal-ħtiġijiet ekonomiċi, il-kriterji ewlenin tagħhom għandhom ikunu l-valutazzjoni tas-sitwazzjoni rilevanti tas-suq fl-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea jew fir-reġjun fejn għandu jiġi pprovdut is-servizz, inkluż fir-rigward tal-għadd ta’ fornituri ta’ servizzi eżistenti u l-impatt fuqhom.

9.    L-Unjoni Ewropea tieħu impenji fir-rigward tal-aċċess għas-suq kif stabbilit fl-Artikolu 18.3 (1), differenzjati mill-Istati Membri tagħha, jekk applikabbli.

10.    Għal aktar ċertezza, għall-Unjoni Ewropea, l-obbligu li jingħata trattament nazzjonali ma jinvolvix ir-rekwiżit li jiġi estiż lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi ta’ Stat Firmatarju tal-MERCOSUR it-trattament mogħti fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jew għal kwalunkwe miżura adottata skont dak it-Trattat, inkluża l-implimentazzjoni ta’ dak it-Trattat jew tali miżuri fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, lil:

(a)    persuni fiżiċi jew residenti ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea; jew

(b)    persuni ġuridiċi kostitwiti jew organizzati skont il-liġi ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea jew dik tal-Unjoni Ewropea u li jkollhom l-uffiċċju reġistrat, l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post prinċipali tan-negozju tagħhom fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.


Tali trattament nazzjonali jingħata lil persuni ġuridiċi li huma kostitwiti jew organizzati skont il-liġi ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew dik tal-Unjoni Ewropea u li għandhom l-uffiċċju rreġistrat, l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post prinċipali tan-negozju tagħhom fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, inklużi dawk li huma proprjetà ta’ jew ikkontrollati minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi ta’ Stat Firmatarju tal-MERCOSUR.

11.    L-abbrevjazzjonijiet li ġejjin huma użati fil-lista f’dan l-Anness:

–    UE    L-Unjoni Ewropea, inklużi l-Istati Membri kollha tagħha

–    ŻEE    Żona Ekonomika Ewropea

–    AT    L-Awstrija

–    BE    Il-Belġju

–    BG    Il-Bulgarija

–    CY    Ċipru

–    CZ    Iċ-Ċekja

–    DE    Il-Ġermanja

–    DK    Id-Danimarka

–    EE    L-Estonja

–    EL    Il-Greċja

–    ES    Spanja

–    FI    Il-Finlandja

–    FR    Franza

–    HR    Il-Kroazja

–    HU    L-Ungerija

–    IE    L-Irlanda

–    IT    L-Italja

–    LV    Il-Latvja


–    LT    Il-Litwanja

–    LU    Il-Lussemburgu

–    MT    Malta

–    NL    In-Netherlands

–    PL    Il-Polonja

–    PT    Il-Portugall

–    RO    Ir-Rumanija

–    SK    Ir-Repubblika Slovakka

–    SI    Is-Slovenja

–    SE    L-Iżvezja




Settur jew sottosettur

Deskrizzjoni tar-riżervi

Is-setturi kollha

Kamp ta’ applikazzjoni ta’ ħaddiema bi trasferiment intraazjendali

Fil-BG: L-għadd ta’ ħaddiema bi trasferiment intraazjendali ma għandux jaqbeż l-10 % (għaxra fil-mija) tan-numru annwali medju taċ-ċittadini tal-UE impjegati mill-persuna ġuridika Bulgara rispettiva. Jekk jiġu impjegati inqas minn 100 (mitt) persuna, l-għadd ta’ ħaddiema bi trasferiment intraazjendali jista’, soġġett għal awtorizzazzjoni, jaqbeż l-10 % (għaxra fil-mija) ta’ dak tal-impjegati totali.

Fl-HU: Il-kategorija ta’ ħaddiema bi trasferiment intraazjendali hija mingħajr restrizzjonijiet għal persuna fiżika li kienet sieħeb f’persuna ġuridika ta’ Stat Firmatarju tal-MERCOSUR.

Is-setturi kollha

Speċjalisti 92

UE: Fil-valutazzjoni tal-għarfien speċjalizzat tal-persuna fiżika, għandu jitqies mhux biss l-għarfien speċifiku għall-intrapriża, iżda wkoll jekk il-persuna għandhiex livell għoli ta’ kwalifika, inkluża esperjenza professjonali adegwata, b’referenza għal tip ta’ xogħol jew attività li tirrikjedi għarfien tekniku speċifiku, inkluż sħubija possibbli fi professjoni akkreditata.

Is-setturi kollha

Trainess gradwati

Fil-BG, HU: Testijiet tal-ħtiġijiet ekonomiċi għat-trainees gradwati 93 .

Fl-AT, DE, ES, FR, HU, LT, SK: It-taħriġ irid ikun marbut ma’ lawrja tal-università li nkisbet.

Is-setturi kollha

Diretturi maniġerjali u awdituri

Fl-AT: Id-diretturi maniġerjali ta’ fergħat ta’ persuni ġuridiċi jridu jkunu residenti fl-Awstrija. Il-persuni fiżiċi fi ħdan entità ġuridika jew fergħa li tkun responsabbli għall-osservanza tal-Att dwar il-Kummerċ tal-Awstrija jrid ikollhom domiċilju fl-Awstrija.

Fil-FI: Barrani li jwettaq kummerċ bħala imprenditur privat jeħtieġ permess kummerċjali u jrid ikun id-detentur ta’ permess ta’ residenza permanenti fl-UE. Għas-setturi kollha, ħlief għas-servizzi tat-telekomunikazzjoni, japplikaw ir-rekwiżiti tan-nazzjonalità u tar-residenza għad-direttur maniġerjali ta’ kumpanija b’responsabbiltà limitata. Għas-servizzi tat-telekomunikazzjoni, hija meħtieġa residenza permanenti għad-direttur maniġerjali.

Fi FR: Id-direttur maniġerjali ta’ attività kummerċjali, industrijali jew artiġjanali, jekk mhux detentur ta’ permess ta’ residenza, jeħtieġ awtorizzazzjoni speċifika.

Fir-RO: Il-maġġoranza tal-awdituri tal-kumpaniji kummerċjali u d-deputati tagħhom għandhom ikunu ċittadini Rumeni.

Fl-SE: Id-direttur maniġerjali ta’ persuna ġuridika jew fergħa għandu jkun jgħix fl-Iżvezja.

Is-setturi kollha

Tip ta’ intrapriża

Fl-AT, CZ, SK: Ħaddiema bi trasferiment intraazjendali, trainees gradwati u negozjanti jeħtieġu li jiġu impjegati minn intrapriża li mhijiex organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ; inkella mingħajr restrizzjonijiet.

Fil-FI: Persunal għoli jrid jiġi impjegat minn intrapriża li ma tkunx organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ.

Is-setturi kollha

Rikonoxximent

UE: Id-Direttivi tal-UE dwar ir-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi japplikaw biss għaċ-ċittadini tal-UE. Id-dritt li wieħed jipprattika servizz professjonali regolat fi Stat Membru wieħed tal-Unjoni Ewropea ma jagħtix id-dritt li wieħed jipprattika fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea 94 .

1. L-AGRIKOLTURA, IL-KAĊĊA, IL-FORESTRIJA

A. L-agrikoltura, il-kaċċa

(ISIC rev 3.1: 011, 012, 013, 014, 015) esklużi servizzi ta’ għoti ta’ pariri u konsulenza 95

Fl-AT, DE, DK, HU, LT, MT, RO: Mingħajr restrizzjonijiet għal attivitajiet agrikoli.

F’CY: Il-parteċipazzjoni tal-investituri tal-MERCOSUR hija permessa biss sa 49 % (disgħa u erbgħin fil-mija).

Fi FR: L-għoti ta’ awtorizzazzjoni minn qabel huwa meħtieġ sabiex wieħed isir membru jew jaġixxi bħala direttur ta’ kooperattiva agrikola.

Fil-FI: iċ-ċittadini taż-ŻEE residenti fiż-żona tal-merħla tar-renni biss jistgħu jkunu sidien ta’ renni u jeżerċitaw it-trobbija tar-renni. Jistgħu jingħataw drittijiet esklużivi.

Fl-IE: L-istabbiliment minn residenti ta’ Stat Firmatarju tal-MERCOSUR f’attivitajiet ta’ tħin tad-dqiq huwa soġġett għall-awtorizzazzjoni.

B. Il-forestrija u l-qtugħ tas-siġar għall-injam

(ISIC rev 3.1: 020) esklużi servizzi ta’ għoti ta’ pariri u konsulenza 96

Fil-BG, DE, LT: Mingħajr restrizzjonijiet għall-attivitajiet tal-qtugħ tas-siġar għall-injam.

2. IS-SAJD U L-AKKWAKULTURA

(ISIC rev.3.1: 0501, 0502) esklużi servizzi ta’ għoti ta’ pariri u konsulenza 97

Mingħajr restrizzjonijiet.

3. Estrazzjoni mill-minjieri u l-barrieri 98

A. Estrazzjoni tal-faħam u tal-linjite; l-estrazzjoni tal-pit

(ISIC rev 3.1: 10)

B. Estrazzjoni ta’ żejt mhux maħdum u gass naturali 99

(ISIC rev 3.1: 1110)

C. Estrazzjoni ta’ minerali tal-metall

(ISIC rev 3.1: 13)

D. Estrazzjonijiet oħra mill-minjieri u mill-barrieri

(ISIC rev 3.1: 14)

UE: Mingħajr restrizzjonijiet għal persuni ġuridiċi kkontrollati minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi ta’ pajjiż mhux tal-UE, li jammontaw għal aktar minn 5 % (ħamsa fil-mija) tal-importazzjonijiet taż-żejt jew tal-gass naturali tal-UE. Mingħajr restrizzjonijiet għal fergħat diretti (l-inkorporazzjoni hija meħtieġa). Mingħajr restrizzjonijiet għall-estrazzjoni ta’ żejt mhux maħdum u gass naturali.

F’CY: Mingħajr restrizzjonijiet.

4. IL-MANIFATTURA 100

H. Pubblikazzjoni, stampar u riproduzzjoni ta’ midja rrekordjata

(ISIC rev 3.1: 22), minbarra l-pubblikazzjoni u l-istampar fuq bażi ta’ tariffa jew ta’ kuntratt 101

Fl-IT: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għall-pubblikaturi.

Fil-PL: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għall-editur kap ta’ gazzetti u ġurnali.

Fl-SE: Ir-rekwiżit ta’ residenza għall-pubblikaturi u s-sidien ta’ djar tal-pubblikazzjoni u kumpaniji tal-istampar.

6. SERVIZZI TAN-NEGOZJU

A. Servizzi professjonali

a) Servizzi legali

(CPC 861) 102

esklużi servizzi ta’ għoti ta’ pariri legali u ta’ dokumentazzjoni u ċertifikazzjoni legali pprovduti minn professjonisti legali fdati b’funzjonijiet pubbliċi, bħal nutara, “huissiers de justice” jew “officiers publics et ministériels” oħra

Fl-AT, ES, EL, LT, MT, RO, SK: L-ammissjoni sħiħa fil-Kamra tal-Avukati, meħtieġa għall-prattika tal-liġi domestika (tal-UE u tal-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea), hija soġġetta għal rekwiżit ta’ nazzjonalità. Fi ES, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu eżenzjonijiet. Fis-SK, dan huwa abbinat mar-rekwiżit ta’ residenza.

F’CY, FI: Rekwiżit ta’ nazzjonalità u residenza. Hija meħtieġa ammissjoni sħiħa fil-Kamra tal-Avukati għall-provvista ta’ servizzi legali. L-ammissjoni fil-Kamra tal-Avukati hija soġġetta għal rekwiżit ta’ nazzjonalità, flimkien ma’ rekwiżit ta’ residenza. L-avukati rreġistrati fil-Kamra tal-Avukati biss jistgħu jkunu sħab, azzjonisti jew membri tal-Bord tad-Diretturi f’kumpanija legali f’Ċipru.

Fil-BE: L-ammissjoni sħiħa fil-Kamra tal-Avukati, meħtieġa għal servizzi ta’ rappreżentanza legali, hija soġġetta għar-rekwiżit ta’ nazzjonalità. L-eżenzjoni tista’ tingħata taħt kundizzjonijiet speċifiċi (fost l-oħrajn, ir-rekwiżit ta’ residenza u ta’ reċiproċità). Il-kwoti japplikaw għar-rappreżentanza quddiem il-“Cour de Cassation” f’kawżi mhux kriminali.

Fil-BG: L-avukati tal-Mercosur jistgħu jipprovdu biss servizzi ta’ rappreżentanza legali ta’ ċittadin ta’ Stat Firmatarju tal-MERCOSUR u soġġett għar-reċiproċità u l-kooperazzjoni ma’ avukat Bulgaru. Għal servizzi ta’ medjazzjoni legali, hija meħtieġa r-residenza permanenti.

Fiċ-CZ: Hija meħtieġa ammissjoni sħiħa fil-Kamra tal-Avukati għall-prattika ta’ servizzi legali, inkluż rappreżentanza quddiem il-qrati. Japplikaw rekwiżiti mhux diskriminatorji għall-forma ġuridika. Għall-prattika ta’ servizzi legali fir-rigward tal-liġi domestika (tal-UE u tal-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea), inkluża r-rappreżentanza quddiem il-qrati, hija meħtieġa ċ-ċittadinanza taż-ŻEE jew Żvizzera u r-residenza fir-Repubblika Ċeka.

Fid-DK: It-twettiq ta’ servizzi legali taħt it-titolu “Advokat” huwa permess biss għal avukati b’liċenzja Daniża biex jipprattikaw. Ir-rappreżentanza quddiem il-qrati hija prinċipalment riżervata għall-avukati b’liċenzja Daniża biex jipprattikaw. Persuni oħra għajr avukati b’liċenzja Daniża biex jipprattikaw jistgħu jwettqu servizzi legali f’konformità mal-Att Daniż dwar is-Servizzi Legali, iżda ma humiex permessi jużaw it-titolu “Advokat”.

Fi ES: Hija meħtieġa ċ-ċittadinanza taż-ŻEE għall-prattika tas-servizzi ta’ aġent tal-proprjetà industrijali.

Fil-HR: L-ammissjoni sħiħa fil-Kamra tal-Avukati, meħtieġa għal servizzi ta’ rappreżentanza legali, hija soġġetta għar-rekwiżit ta’ nazzjonalità jew rekwiżit ta’ ċittadinanza ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.

Fil-FI: L-aġent tal-privattivi jrid ikun residenti fiż-ŻEE sabiex jiġi rreġistrat fir-Reġistru tal-Aġenti tal-Privattivi, li huwa meħtieġ għall-prattika tal-professjoni.

Fi FR: Hija meħtieġa ammissjoni sħiħa fil-Kamra tal-Avukati għall-prattika ta’ servizzi legali fir-rigward tal-liġi Franċiża, inkluża r-rappreżentanza quddiem il-qrati. Hija meħtieġa r-residenza (il-preżenza kummerċjali) sabiex tinkiseb ammissjoni sħiħa fil-Kamra tal-Avukati. Sabiex jiġu pprovduti servizzi legali fir-rigward tal-liġi domestika (tal-UE u tal-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea), il-preżenza kummerċjali tista’ tkun meħtieġa li tieħu waħda mill-forom legali li huma permessi skont il-liġi nazzjonali fuq bażi mhux diskriminatorja. Xi tipi ta’ forom legali jistgħu jiġu riżervati esklużivament għal avukati ammessi fil-Kamra tal-Avukati, anke fuq bażi mhux diskriminatorja. Ir-rappreżentanza quddiem il-“Cour de Cassation” u l-“Conseil d’Etat” hija soġġetta għal kwoti. F’ditta legali li tipprovdi servizzi fir-rigward tal-liġi Franċiża jew tad-dritt tal-UE, id-drittijiet ta’ parteċipazzjoni azzjonarja u tal-vot jistgħu jkunu soġġetti għal restrizzjonijiet kwantitattivi relatati mal-attività professjonali tas-sħab.

Fl-HU: L-ammissjoni sħiħa fil-Kamra tal-Avukati hija soġġetta għar-rekwiżit ta’ nazzjonalità, flimkien ma’ rekwiżit ta’ residenza. Għal avukati barranin, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet legali huwa limitat għall-għoti ta’ parir legali, li għandu jseħħ abbażi ta’ kuntratt ta’ kollaborazzjoni konkluż ma’ avukat Ungeriż jew ditta legali Ungeriża.

Fil-LV: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għal avukati bil-liċenzja, li għalihom ir-rappreżentanza legali fi proċedimenti kriminali hi riżervata.

Fil-PT: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għall-aċċess għall-professjoni ta’ “solicitadores” u għal aġent tal-proprjetà industrijali.

Fis-SI: ir-rappreżentazzjoni bi ħlas tal-klijenti quddiem il-qorti hija kkundizzjonata mill-preżenza kummerċjali fis-Slovenja. Avukat barrani li għandu d-dritt li jipprattika l-liġi f’pajjiż barrani jista’ jwettaq servizzi legali jew jipprattika l-liġi taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 34a tal-Att dwar l-Avukati, dment li tiġi ssodisfata l-kundizzjoni ta’ reċiproċità attwali. Il-konformità mal-kundizzjoni tar-reċiproċità hija vverifikata mill-Ministeru għall-Ġustizzja. Il-preżenza kummerċjali għall-avukati maħtura mill-Assoċjazzjoni tal-Kamra tal-Avukati Slovena hija ristretta għal impriża individwali, ditta legali b’responsabilità limitata (soċjetà) jew għal ditta legali b’responsabilità illimitata (soċjetà) biss. L-attivitajiet ta’ ditta legali għandhom ikunu ristretti għall-prattika tal-liġi. L-avukati biss jistgħu jkunu sħab f’ditta legali.

Fl-SE: L-ammissjoni fil-Kamra tal-Avukati meħtieġa biss għall-użu tat-titlu Żvediż “advokat”, hija soġġetta għar-rekwiżit ta’ residenza.

b) 1. Servizzi ta’ kontabilità u żamma tal-kotba

(CPC 86212 minbarra “servizzi ta’ verifika”, CPC 86213, CPC 86219 u CPC 86220)

Fl-AT: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għar-rappreżentanza quddiem awtoritajiet kompetenti.

Fi FR: Il-provvista ta’ servizzi ta’ kontabilità u żamma tal-kotba minn fornitur barrani tiddependi fuq deċiżjoni tal-Ministru tal-Ekonomija, il-Finanzi u l-Industrija, bi qbil mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin.

F’CY: Tingħata liċenzja speċjali lil professjonisti ta’ pajjiżi terzi, soġġetta għal ċerti kundizzjonijiet.

b) 2. Servizzi ta’ awditjar

(CPC 86211 u 86212 minbarra servizzi ta’ kontabilità)

Fl-AT: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għal rappreżentanza quddiem l-awtoritajiet kompetenti u għat-twettiq ta’ awditi previsti f’liġijiet Awstrijaċi speċifiċi (fost l-oħrajn, il-liġi dwar il-kumpaniji b’ishma konġunti, il-liġi tal-borża u l-liġi bankarja).

Fid-DK: Rekwiżit ta’ residenza.

Fi ES: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità jew awdituri statutorji u għal amministraturi, diretturi u sħab ta’ kumpaniji għajr dawk koperti mid-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE, ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87.

Fil-FI: Ir-rekwiżit ta’ residenza għal mill-inqas wieħed mill-awdituri ta’ kumpanija b’responsabbiltà limitata Finlandiża.

Fil-HR: L-awdituri ċċertifikati li għandhom liċenzja rikonoxxuta formalment mill-Kamra tal-Awdituri Kroata biss jistgħu jipprovdu servizzi ta’ awditjar.

Fl-IT: Il-kundizzjoni tar-rekwiżit ta’ nazzjonalità għall-amministraturi, id-diretturi u s-sħab ta’ kumpaniji għajr dawk koperti mid-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE, ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87. Ir-rekwiżit ta’ residenza għal awdituri li huma persuni fiżiċi.

Fl-SE: L-awdituri approvati fl-Iżvezja biss jistgħu jwettqu servizzi ta’ awditjar legali f’ċerti entitajiet legali, fost l-oħrajn, fil-kumpaniji b’responsabbiltà limitata kollha. Ir-residenza hija meħtieġa għall-approvazzjoni.

F’CY: Liċenzja speċjali tingħata lil awdituri ta’ pajjiżi terzi, soġġetta għal ċerti kundizzjonijiet.

c) Servizzi ta’ konsulenza dwar it-tassazzjoni

(CPC 863) 103

Fl-AT: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għar-rappreżentanza quddiem awtoritajiet kompetenti.

Fil-BG: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għall-ispeċjalisti.

Fl-HU: Rekwiżit ta’ residenza.

F’CY: Tingħata liċenzja speċjali lil professjonisti ta’ pajjiżi terzi, soġġetta għal ċerti kundizzjonijiet.

d) Servizzi arkitettoniċi

u

e) Servizzi arkitettoniċi ta’ ppjanar urban u pajsaġġ

(CPC 8671 u CPC 8674)

Fl-EE: Mill-inqas persuna waħda responsabbli (maniġer tal-proġett jew konsulent) trid tkun residenti fl-Estonja.

Fil-BG: L-ispeċjalisti barranin irid ikollhom esperjenza ta’ mill-inqas sentejn (2) fil-qasam tal-kostruzzjoni. Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għall-ippjanar urban u s-servizzi arkitettoniċi tal-pajsaġġ.

Fiċ-CZ, EL, HR, HU: Rekwiżit ta’ residenza.

F’CY: Japplika r-rekwiżit tan-nazzjonalità.

Fis-SK: Ir-rekwiżit ta’ residenza u r-rekwiżit ta’ nazzjonalità.

f) Servizzi ta’ inġinerija

u

g) Servizzi ta’ inġinerija integrati

(CPC 8672 u CPC 8673)

Fl-EE: Mill-inqas persuna waħda responsabbli (maniġer tal-proġett jew konsulent) trid tkun residenti fl-Estonja.

Fil-BG: L-ispeċjalisti barranin irid ikollhom esperjenza ta’ mill-inqas sentejn (2) fil-qasam tal-kostruzzjoni.

Fil-HR: Rekwiżit ta’ residenza.

Fl-EL, HU: Ir-rekwiżit ta’ residenza (għal CPC 8673, rekwiżit ta’ residenza japplika biss għal trainees gradwati).

F’CY: Japplika r-rekwiżit tan-nazzjonalità.

Fis-SK: Ir-rekwiżit ta’ residenza u r-rekwiżit ta’ nazzjonalità.

h) Servizzi mediċi (inklużi psikologi) u dentali

(CPC 9312 u parti minn CPC 85201)

Fiċ-CZ, IT, LT, SK: Rekwiżit ta’ residenza.

Fiċ-CZ, SK: L-awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti hija meħtieġa għal persuni fiżiċi barranin.

Fil-BE, LU, SI: Għal trainees gradwati, l-awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti hija meħtieġa għal persuni fiżiċi barranin.

Fil-BG, CY, MT: Rekwiżit ta’ nazzjonalità.

Fid-DK: L-awtorizzazzjoni limitata biex titwettaq funzjoni speċifika tista’ tingħata għal massimu ta’ 18-il (tmintax-il) xahar u teħtieġ ir-residenza.

Fi FR: Rekwiżit ta’ nazzjonalità. Madankollu, l-aċċess huwa possibbli fi ħdan il-kwoti stabbiliti kull sena.

Fil-HR: Il-persuni kollha li jipprovdu servizzi direttament lill-pazjenti jew li jittrattaw il-pazjenti jeħtieġu liċenzja mill-kamra tal-professjonisti.

Fil-LV: Testijiet tal-ħtiġijiet ekonomiċi għat-tobba u d-dentisti f’reġjun partikolari.

Fil-PL: Il-prattika tal-professjoni medika mill-barranin teħtieġ permess. It-tobba barranin għandhom drittijiet limitati ta’ elezzjoni fil-kmamar tal-professjonisti.

Fil-PT: Ir-rekwiżit ta’ residenza għall-psikologi.

i) Servizzi veterinarji

(CPC 932)

Fil-BG, CY, DE, EL, FR, HR, HU: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità (fi FR: limitat għaċ-ċittadini tal-UE u taż-ŻEE).

Fiċ-CZ, SK: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità u r-rekwiżit ta’ residenza.

Fid-DK, IT: Rekwiżit ta’ residenza.

Fil-PL: Rekwiżit ta’ nazzjonalità. Il-persuni barranin jistgħu japplikaw għal permess biex jipprattikaw.

j) 1. Servizzi tal-qwiebel

(parti minn CPC 93191)

Fil-BE, LU: Għal trainees gradwati, l-awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti hija meħtieġa għal persuni fiżiċi barranin.

Fid-DK: Tista’ tingħata awtorizzazzjoni limitata sa 18 (tmintax-il) xahar biex titwettaq funzjoni speċifika u teħtieġ residenza.

Fi FR: Rekwiżit ta’ nazzjonalità. Madankollu, l-aċċess huwa possibbli fi ħdan il-kwoti stabbiliti kull sena.

Fil-HR: Il-persuni kollha li jipprovdu servizzi direttament lill-pazjenti jew li jittrattaw il-pazjenti jeħtieġu liċenzja mill-kamra tal-professjonisti.

F’CY, HU: Rekwiżit ta’ nazzjonalità.

Fiċ-CZ: Mingħajr restrizzjonijiet.

Fid-DK: L-awtorizzazzjoni limitata biex titwettaq funzjoni speċifika tista’ tingħata għal massimu ta’ 18-il (tmintax-il) xahar u teħtieġ ir-residenza.

Fl-IT, SK: Rekwiżit ta’ residenza.

Fil-LV: Soġġetti għal testijiet tal-ħtiġijiet ekonomiċi, determinati min-numru totali ta’ qwiebel f’reġjun partikolari, awtorizzati mill-awtoritajiet tas-saħħa lokali.

Fil-LT: L-awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti hija meħtieġa għal persuni fiżiċi barranin.

Fil-PL: Rekwiżit ta’ nazzjonalità. Il-persuni barranin jistgħu japplikaw għal permess biex jipprattikaw.

j) 2. Servizzi pprovduti minn infermiera, fiżjoterapisti u persunal paramediku

(parti minn CPC 93191)

Fil-BE, FR, LU: Għal trainees gradwati, l-awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti hija meħtieġa għal persuni fiżiċi barranin.

Fir-RO, SK: L-awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti hija meħtieġa għal persuni fiżiċi barranin.

Fid-DK: L-awtorizzazzjoni limitata biex titwettaq funzjoni speċifika tista’ tingħata għal massimu ta’ 18-il (tmintax-il) xahar u teħtieġ ir-residenza.

Fil-HR: Il-persuni kollha li jipprovdu servizzi direttament lill-pazjenti jew li jittrattaw il-pazjenti jeħtieġu liċenzja mill-kamra tal-professjonisti.

Fl-HU, CY: Rekwiżit ta’ nazzjonalità.

Fil-LV: Soġġetti għal testijiet tal-ħtiġijiet ekonomiċi, determinati min-numru totali ta’ infermiera f’reġjun partikolari, awtorizzati mill-awtoritajiet tas-saħħa lokali.

Fil-LT: L-awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti hija meħtieġa għal persuni fiżiċi barranin.

Fis-SK: Rekwiżit ta’ residenza.

k) Bejgħ bl-imnut ta’ prodotti farmaċewtiċi u bejgħ bl-imnut ta’ prodotti mediċi u ortopediċi

(CPC 63211)

u servizzi oħra fornuti mill-ispiżjara 104

Fi FR: in-nazzjonalità taż-ŻEE jew Żvizzera hija meħtieġa għat-tħaddim ta’ spiżerija. L-ispiżjara barranin jistgħu jingħataw permexx ta’ stabbiliment fi ħdan kwoti stabbiliti.

Fil-DE, EL, SK, CY: Rekwiżit ta’ nazzjonalità.

Fl-HU: Ir-rekwiżit tan-nazzjonalità ħlief għal bejgħ bl-imnut ta’ farmaċewtiċi u bejgħ bl-imnut ta’ oġġetti mediċi u ortopediċi (CPC 93191).

Fl-IT, PT, SK: Rekwiżit ta’ residenza.

D. Servizzi ta’ proprjetà immobbli 105

a) L-involviment ta’ proprjetà proprja jew mikrija

(CPC 821)

Fi FR, HU, IT, PT: Rekwiżit ta’ residenza.

Fis-SI: Rekwiżit ta’ nazzjonalità.

b) Fuq bażi ta’ tariffa jew ta’ kuntratt

(CPC 822)

Fid-DK: Ir-rekwiżit ta’ residenza sakemm ma jiġix revokat mill-Awtorità Daniża għan-Negozju.

Fi FR, HU, IT, PT: Rekwiżit ta’ residenza.

Fis-SI: Rekwiżit ta’ nazzjonalità.

E. Servizzi ta’ kiri/lokazzjoni mingħajr operaturi

e) Relatati ma’ prodotti personali u tad-dar

(CPC 832)

UE: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għall-ispeċjalisti u għat-trainees gradwati.

f) Kiri ta’ tagħmir tat-telekomunikazzjonijiet

(CPC 7541)

UE: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għall-ispeċjalisti u għat-trainees gradwati.

F. Servizzi kummerċjali oħra

e) Servizzi ta’ ttestjar u analiżi tekniċi

(CPC 8676)

Fl-IT, PT: Rekwiżit ta’ residenza għall-bijologi u l-analisti kimiċi.

f) Servizzi ta’ pariri u konsulenza relatati mal-agrikoltura, il-kaċċa u l-forestrija

(parti minn CPC 881)

Fl-IT: Ir-rekwiżit ta’ residenza għall-agronomisti (“periti agrari”).

j) 2. Servizzi ta’ sigurtà

(CPC 87302, CPC 87303, CPC 87304 u CPC 87305)

Fil-BE: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità u r-rekwiżit ta’ residenza għall-persunal maniġerjali.

Fil-BG, CY, CZ, EE, LV, LT, MT, PL, RO, SI, SK: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità u r-rekwiżit ta’ residenza.

Fid-DK: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità u r-rekwiżit tar-residenza għall-maniġers u għas-servizzi tal-gwardjani tal-ajruport.

Fil-PT: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għall-persunal speċjalizzat.

Fi FR: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għal diretturi maniġerjali u diretturi.

Fl-IT: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità u r-rekwiżit ta’ residenza sabiex tinkiseb l-awtorizzazzjoni meħtieġa għal servizzi ta’ gwardja tas-sigurtà u t-trasport ta’ oġġetti ta’ valur.

Fi ES: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għall-persunal tas-sigurtà.

K) Servizzi Konsultattivi Xjentifiċi u Tekniċi Relatati

(CPC 8675)

Fil-BG: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għall-ispeċjalisti.

Fil-DE: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għas-surveyors maħtura pubblikament.

Fi FR: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għall-operazzjonijiet ta’ “stħarriġ” relatati mal-istabbiliment ta’ drittijiet ta’ proprjetà u mal-liġi tal-artijiet.

Fl-IT, PT: Rekwiżit ta’ residenza.

l) 1. Manutenzjoni u tiswija ta’ bastimenti

(parti minn CPC 8868)

F’MT: Rekwiżit ta’ nazzjonalità.

l) 2. Manutenzjoni u tiswija ta’ tagħmir tat-trasport ferrovjarju

(parti minn CPC 8868)

Fil-LV: Rekwiżit ta’ nazzjonalità.

l) 3. Manutenzjoni u tiswija ta’ vetturi bil-mutur, muturi, snowmobiles u tagħmir għat-trasport fuq it-triq

(CPC 6112, CPC 6122, parti minn CPC 8867 u parti minn CPC 8868)

UE: Għall-manutenzjoni u t-tiswija ta’ vetturi bil-mutur, muturi u snowmobiles, ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għall-ispeċjalisti u għat-trainees gradwati.

l) 5. Servizzi ta’ manutenzjoni u tiswija ta’ prodotti tal-metall, ta’ makkinarju (mhux tal-uffiċċju), ta’ tagħmir (mhux tat-trasport u mhux tal-uffiċċju) u ta’ prodotti personali u tad-dar 106

(CPC 633, CPC 7545, CPC 8861, CPC 8862, CPC 8864, CPC 8865 u CPC 8866)

UE: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għall-ispeċjalisti u għat-trainees gradwati, ħlief għal:

–    BE, DE, DK, ES, FR, EL, HU, IE, IT, LU, MT, NL, PL, PT, RO, SE għal CPC 633, 8861, 8866;

–    Il-BG għas-servizzi ta’ tiswija ta’ prodotti personali u tad-dar (eskluża l-ġojjellerija): CPC 63301, 63302, parti minn 63303, 63304, 63309;

–    L-AT għal CPC 633, 8861–8866;

–    EE, FI, LV, LT għal CPC 633, 8861–8866;

–    CZ, SK għal CPC 633, 8861–8865; u

–    SI għal CPC 633, 8861, 8866.

m) Servizzi ta’ tindif tal-bini

(CPC 874)

F’CY, EE, HR, MT, PL, RO, SI: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għall-ispeċjalisti.

n) Servizzi fotografiċi

(CPC 875)

Fil-HR, LV: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għal servizzi fotografiċi ta’ speċjalità.

Fil-PL: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għall-provvista ta’ servizzi fotografiċi mill-ajru.

p) Stampar u pubblikazzjoni

(CPC 88442)

Fl-SE: Ir-rekwiżit ta’ residenza għall-pubblikaturi u s-sidien ta’ djar tal-pubblikazzjoni u kumpaniji tal-istampar.

Fil-HR: Ir-rekwiżit ta’ residenza għall-pubblikaturi.

q) Servizzi ta’ konvenzjonijiet

(parti minn CPC 87909)

Fis-SI: Rekwiżit ta’ nazzjonalità.

r) 1. Servizzi ta’ traduzzjoni u interpretazzjoni

(CPC 87905)

Fil-FI: Ir-rekwiżit ta’ residenza għat-tradutturi biċ-ċertifikat.

F’CY: Rekwiżit ta’ nazzjonalità u residenza.

r) 3. Servizzi ta’ aġenziji tal-ġbir

(CPC 87902)

Fil-BE, EL, IT: Rekwiżit ta’ nazzjonalità.

r) 4. Servizzi ta’ rapportar tal-kreditu

(CPC 87901)

Fil-BE, EL, IT: Rekwiżit ta’ nazzjonalità.

r) 5. Servizzi ta’ duplikazzjoni

(CPC 87904) 107

UE: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għall-ispeċjalisti u għat-trainees gradwati.

8. KOSTRUZZJONI U SERVIZZI TA’ INĠINERIJA RELATATI

(CPC 511, CPC 512, CPC 513, CPC 514, CPC 515, CPC 516, CPC 517 u CPC 518)

Fil-BG: L-ispeċjalisti barranin irid ikollhom esperjenza ta’ mill-inqas sentejn (2) fil-qasam tal-kostruzzjoni.

F’CY: Japplikaw kundizzjonijiet speċifiċi u hija meħtieġa awtorizzazzjoni.

9. SERVIZZI TA’ DISTRIBUZZJONI

(eskluża d-distribuzzjoni ta’ armi, munizzjonijiet u materjal tal-gwerra)

F’CY: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità u ta’ residenza għad-distribuzzjoni tal-enerġija.

C. Servizzi ta’ bejgħ bl-imnut 108

F’CY: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għall-prodotti farmaċewtiċi, mediċi u ortopediċi u servizzi oħra pprovduti minn spiżjara.

c) Servizzi ta’ bejgħ bl-imnut tal-ikel

(CPC 631)

Fi FR: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għal bejjiegħa tat-tabakk (“buraliste”).

10. SERVIZZI EDUKATTIVI (servizzi ffinanzjati mill-privat biss)

A. Servizzi ta’ edukazzjoni primarja

(CPC 921)

Fi FR: In-nazzjonalità tal-UE hija meħtieġa sabiex wieħed jgħallem f’istituzzjoni edukattiva ffinanzjata mill-privat. Madankollu, iċ-ċittadini barranin jistgħu jiksbu awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti sabiex jgħallmu f’istituzzjonijiet edukattivi primarji. Iċ-ċittadini barranin jistgħu jiksbu wkoll awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti sabiex jistabbilixxu u joperaw jew jimmaniġġjaw istituzzjonijiet edukattivi primarji. Awtorizzazzjoni bħal din tingħata fuq bażi diskrezzjonali.

Fl-IT: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għal fornituri ta’ servizzi li huma awtorizzati joħorġu diplomi rikonoxxuti mill-Istat.

Fil-EL: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għall-għalliema.

B. Servizzi ta’ edukazzjoni sekondarja

(CPC 922)

Fi FR: In-nazzjonalità tal-UE hija meħtieġa sabiex wieħed jgħallem f’istituzzjoni edukattiva ffinanzjata mill-privat. Madankollu, iċ-ċittadini barranin jistgħu jiksbu awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti sabiex jgħallmu f’istituzzjonijiet edukattivi sekondarji. Iċ-ċittadini barranin jistgħu jiksbu wkoll awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti sabiex jistabbilixxu u joperaw jew jimmaniġġjaw istituzzjonijiet edukattivi sekondarji. Awtorizzazzjoni bħal din tingħata fuq bażi diskrezzjonali.

Fl-IT: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għal fornituri ta’ servizzi li huma awtorizzati joħorġu diplomi rikonoxxuti mill-Istat.

Fil-EL: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għall-għalliema.

Fil-LV: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għal servizzi edukattivi tekniċi u vokazzjonali tat-tip tal-iskola sekondarja għal studenti b’diżabilità (CPC 9224).

C. Servizzi ta’ edukazzjoni ogħla

(CPC 923)

Fi FR: In-nazzjonalità tal-UE hija meħtieġa sabiex wieħed jgħallem f’istituzzjoni edukattiva ffinanzjata mill-privat. Madankollu, iċ-ċittadini barranin jistgħu jiksbu awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti sabiex jgħallmu f’istituzzjonijiet edukattivi ta’ livell ogħla. Iċ-ċittadini barranin jistgħu jiksbu wkoll awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti sabiex jistabbilixxu u jħaddmu jew jimmaniġġjaw istituzzjonijiet edukattivi ta’ livell ogħla. Awtorizzazzjoni bħal din tingħata fuq bażi diskrezzjonali.

Fiċ-CZ, SK: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għal servizzi ta’ edukazzjoni għolja, ħlief għal servizzi ta’ edukazzjoni teknika u vokazzjonali postsekondarja (CPC 92310).

Fl-IT: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għal fornituri ta’ servizzi li huma awtorizzati joħorġu diplomi rikonoxxuti mill-Istat.

Fid-DK: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għall-professuri.

12. SERVIZZI FINANZJARJI

A. Servizzi ta’ assigurazzjoni u servizzi relatati mal-assigurazzjoni

Fl-AT: L-amministrazzjoni ta’ fergħa trid tikkonsisti minn 2 (żewġ) persuni fiżiċi residenti fl-Awstrija.

Fl-EE: Għal assigurazzjoni diretta, il-korp maniġerjali ta’ kumpanija tal-assigurazzjoni b’ishma konġunti b’parteċipazzjoni kapitali tal-MERCOSUR jista’ jinkludi ċittadini ta’ Stat Firmatarju tal-MERCOSUR biss fi proporzjon għall-parteċipazzjoni tal-MERCOSUR u fi kwalunkwe każ mhux aktar minn nofs il-membri tal-korp maniġerjali. Il-kap tal-maniġment ta’ sussidjarja jew ta’ kumpanija indipendenti jrid ikun id-detentur ta’ permess ta’ residenza permanenti fl-Estonja.

Fi ES: Ir-rekwiżit ta’ residenza għall-professjoni attwarjali (jew alternattivament 2 (sentejn) esperjenza)

Fl-IT: Ir-rekwiżit ta’ residenza għall-professjoni attwarjali.

Fil-HR: Rekwiżit ta’ residenza.

Fil-FI: Mill-inqas nofs il-membri tal-bord tad-diretturi u l-bord superviżorju għandu jkollhom il-post tar-residenza tagħhom fiż-ŻEE, sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux taw eżenzjoni. Mill-inqas awditur wieħed għandu jkollu r-residenza permanenti tiegħu fiż-ŻEE. L-aġent ġenerali ta’ kumpanija tal-assigurazzjoni tal-MERCOSUR irid ikollu l-post tar-residenza tiegħu fil-Finlandja, sakemm il-kumpanija ma jkollhiex l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-UE.

B. Servizzi bankarji u servizzi finanzjarji oħra (minbarra l-assigurazzjoni)

Fil-BG: Ir-residenza permanenti fil-Bulgarija hi meħtieġa għad-diretturi eżekuttivi u l-aġent maniġerjali.

Fil-FI: Direttur maniġerjali u mill-inqas awditur wieħed ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jkollhom il-post ta’ residenza tagħhom fl-UE, sakemm l-Awtorità ta’ Superviżjoni Finanzjarja ma tkunx tat eżenzjoni. Is-sensar (persuna fiżika) fuq skambju ta’ derivattivi għandu jkollu l-post tar-residenza tiegħu fl-UE.

Fl-IT: Il-kundizzjoni tar-residenza fit-territorju ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea għall-“promotori di servizi finanziari” (bejjiegħa finanzjarji).

Fil-LT: Mill-inqas kap wieħed mill-amministrazzjoni tal-bank irid jitkellem il-lingwa Litwana.

Fil-PL: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għal mill-anqas wieħed mill-uffiċjali eżekuttivi tal-bank.

Fil-HR: Rekwiżit ta’ residenza. Il-bord maniġerjali għandu jidderieġi n-negozju ta’ istituzzjoni tal-kreditu mit-territorju tal-Kroazja. Mill-inqas membru wieħed tal-bord maniġerjali jrid ikun jaf jitkellem sew bil-lingwa Kroata.

13. SERVIZZI TAS-SAĦĦA U SERVIZZI SOĊJALI

(servizzi ffinanzjati mill-privat biss)

A. Servizzi ta’ sptar

(CPC 9311)

B. Servizzi ta’ ambulanzi

(CPC 93192)

C. Faċilitajiet ta’ saħħa residenzjali minbarra servizzi ta’ sptar

(CPC 93193)

E. Servizzi soċjali

(CPC 933)

Fi FR: Għal servizzi ta’ sptar u ambulanza, għal faċilitajiet tas-saħħa residenzjali (minbarra faċilitajiet ta’ sptar) u għas-servizzi soċjali, hija meħtieġa awtorizzazzjoni sabiex jiġu eżerċitati funzjonijiet ta’ mmaniġġjar. Il-proċess ta’ awtorizzazzjoni iqis id-disponibbiltà ta’ maniġers lokali.

Fil-LV: Testijiet tal-ħtiġijiet ekonomiċi għat-tobba, dentisti, qwiebel, infermiera, fiżjoterapisti u persunal paramediku.

Fil-PL: Il-prattika tal-professjoni medika mill-barranin teħtieġ permess. It-tobba barranin għandhom drittijiet limitati ta’ elezzjoni fil-kmamar tal-professjonisti.

Fil-HR: Il-persuni kollha li jipprovdu servizzi direttament lill-pazjenti jew li jittrattaw il-pazjenti jeħtieġu liċenzja mill-kamra tal-professjonisti.

Fis-SI: Il-persuni kollha li jipprovdu servizzi direttament lill-pazjenti jew li jittrattaw il-pazjenti jeħtieġu liċenzja u awtorizzazzjoni għall-provvista ta’ servizzi tas-saħħa mill-Ministeru għas-Saħħa.

14. SERVIZZI RELATATI MAT-TURIŻMU U L-IVVJAĠĠAR

A. Lukanda, ristoranti u catering

(CPC 641, CPC 642 u CPC 643)

minbarra l-catering fis-servizzi tat-trasport bl-ajru

Fil-BG: In-numru ta’ maniġers barranin ma għandux jaqbeż in-numru ta’ maniġers li huma ċittadini Bulgari, jekk is-sehem pubbliku (statali jew muniċipali) fil-kapital ta’ ekwità ta’ kumpanija Bulgara jaqbeż il-50 % (ħamsin fil-mija).

Fil-HR: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għal servizzi ta’ ospitalità u catering f’unitajiet domestiċi u proprjetajiet residenzjali rurali.

B. Servizzi ta’ aġenziji tal-ivvjaġġar u ta’ operaturi turistiċi (inklużi l-maniġers tat-tours)

(CPC 7471)

Fil-BG: In-numru ta’ maniġers barranin ma għandux jaqbeż in-numru ta’ maniġers li huma ċittadini Bulgari, jekk is-sehem pubbliku (statali jew muniċipali) fil-kapital ta’ ekwità ta’ kumpanija Bulgara jaqbeż il-50 % (ħamsin fil-mija).

Fil-HR: Approvazzjoni tal-Ministeru għat-Turiżmu għall-pożizzjoni ta’ maniġer ta’ uffiċċju.

C. Servizzi ta’ gwidi turistiċi

(CPC 7472)

Fil-BG, CY, ES, HR, HU, IT, LT, MT, PL, SK: Rekwiżit ta’ nazzjonalità.

Fil-EL: Hija meħtieġa diploma mill-Iskejjel għall-Gwidi Turistiċi tal-Ministeru Grieg għat-Turiżmu. Tista’ tiġi revokata jekk jiġi kkonfermat in-nuqqas ta’ gwida turistika għal lingwa speċifika.

Fi FR: Franza tirriżerva d-dritt li tirrikjedi n-nazzjonalità tal-UE għall-provvista ta’ servizzi ta’ gwida turistika fit-territorju tagħha.

15. SERVIZZI TA’ RIKREAZZJONI, KULTURALI U SPORTIVI

(għajr servizzi awdjoviżivi)

A. Servizzi ta’ divertiment (inklużi servizzi ta’ teatru, live bands, ċirki u diskoteki)

(CPC 9619)

Fi FR: L-awtorizzazzjoni hija meħtieġa għall-aċċess għal funzjonijiet ta’ mmaniġġjar. L-awtorizzazzjoni hija soġġetta għar-rekwiżit ta’ nazzjonalità jekk tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għal aktar minn 2 (sentejn).

16. SERVIZZI TA’

TRASPORT

A. Trasport marittimu

a) Trasport internazzjonali tal-passiġġieri

(CPC 7211 mingħajr it-trasport ta’ kabottaġġ nazzjonali).

b) Trasport internazzjonali tal-merkanzija

(CPC 7212 mingħajr it-trasport ta’ kabotaġġ nazzjonali)

UE: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għall-ekwipaġġ tal-vapuri.

Fl-AT: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għall-maġġoranza tad-diretturi maniġerjali.

D. Trasport bit-triq

a) Trasport tal-passiġġieri

(CPC 7121 u CPC 7122)

Fl-AT: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għal persuni u azzjonisti intitolati li jirrappreżentaw persuna ġuridika jew soċjetà.

Fid-DK, HR: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità u r-rekwiżit ta’ residenza għall-maniġers.

Fil-BG, MT, CY: Rekwiżit ta’ nazzjonalità.

b) Trasport tal-merkanzija

(CPC 7123, eskluż it-trasport ta’ oġġetti postali u bil-kurrier fuq kont proprju)

Fl-AT: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għal persuni u azzjonisti intitolati li jirrappreżentaw persuna ġuridika jew soċjetà.

Fil-BG, MT: Rekwiżit ta’ nazzjonalità.

Fil-HR: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità u r-rekwiżit ta’ residenza għall-maniġers.

E. Trasport bil-pipeline ta’ oġġetti minbarra fjuwil 109

(CPC 7139)

Fl-AT: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għad-diretturi maniġerjali.

17. SERVIZZI AWŻILJARJI GĦAT-TRASPORT 110

A. Servizzi awżiljarji għat-trasport marittimu

a) Servizzi ta’ maniġġ ta’ merkanzija marittima

b) Servizzi ta’ ħżin u magazzinaġġ

(parti minn CPC 742)

c) Servizzi ta’ żdoganar tal-merkanzija

d) Servizzi ta’ stazzjon u depot tal-kontejners

e) Servizzi ta’ aġenzija marittima

Fl-AT: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għall-maġġoranza tad-diretturi maniġerjali.

Fil-BG, MT: Rekwiżit ta’ nazzjonalità.

Fid-DK: Ir-rekwiżit ta’ residenza għal servizzi ta’ żdoganar tal-merkanzija.

Fil-EL: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għal servizzi ta’ żdoganar tal-merkanzija.

Fl-IT: Ir-rekwiżit ta’ residenza għal “raccomandatorio marittimo” (aġent tat-trasport marittimu).

f) Servizzi marittimi ta’ spedizzjoni tal-merkanzija

g) Kiri ta’ bastimenti bl-ekwipaġġ

(CPC 7213)

h) Servizzi ta’ mbuttar u rmunkar

(CPC 7214)

i) Servizzi ta’ appoġġ għat-trasport marittimu

(parti minn CPC 745)

j) Servizzi awżiljarji u ta’ appoġġ oħra (eskluż il-catering)

(parti minn CPC 749)

D. Servizzi awżiljarji għat-trasport bit-triq

d) Kiri ta’ vetturi kummerċjali tat-triq bl-operaturi

(CPC 7124)

Fl-AT: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għal persuni u azzjonisti intitolati li jirrappreżentaw persuna ġuridika jew soċjetà.

Fil-BG, MT, Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità.

F’CY: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għas-sewwieqa tat-taxi.

F. Servizzi awżiljarji għat-trasport bil-pipeline ta’ oġġetti minbarra l-fjuwil 111

a) Servizzi ta’ ħżin u magazzinaġġ ta’ oġġetti minbarra fjuwil ittrasportat bil-pipelines

(parti minn CPC 742)

Fl-AT: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għad-diretturi maniġerjali.

19. SERVIZZI TAL-ENERĠIJA

A. Servizzi inċidentali għall-estrazzjoni minerarja

(CPC 883) 112

Fis-SK: Rekwiżit ta’ residenza.

F’CY: Mingħajr restrizzjonijiet.

20. SERVIZZI OĦRA MHUX INKLUŻI XI MKIEN IEĦOR

a) Servizzi tal-ħasil, tat-tindif u tat-tiżbigħ

(CPC 9701)

UE: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għall-ispeċjalisti u għat-trainees gradwati.

b) Servizzi tal-hairdressing

(CPC 97021)

UE: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għall-ispeċjalisti u għat-trainees gradwati.

c) Servizzi ta’ trattamenti kożmetiċi, manicures u pedicures

(CPC 97022)

UE: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għall-ispeċjalisti u għat-trainees gradwati.

d) Servizzi oħra ta’ trattament tas-sbuħija m.k.b.

(CPC 97029)

UE: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għall-ispeċjalisti u għat-trainees gradwati.

e) Servizzi ta’ spa u massaġġi mhux terapewtiċi, sal-punt li jiġu pprovduti bħala servizzi ta’ rilassament għall-benesseri fiżiku u mhux għal skopijiet mediċi jew ta’ riabilitazzjoni 113

(CPC ver. 1.0 97230)

UE: Ir-rekwiżit ta’ nazzjonalità għall-ispeċjalisti u għat-trainees gradwati.

________________

ANNESS 18-D

UNJONI EWROPEA

LISTA TA’ IMPENJI FIR-RIGWARD TAL-FORNITURI TA’ SERVIZZI KUNTRATTWALI
U PROFESSJONISTI INDIPENDENTI

F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLI 18.3 U 18.4

1.    Il-lista ta’ impenji f’dan l-Anness tindika l-attivitajiet ekonomiċi liberalizzati skont l-Artikoli 18.3 u 18.4 għall-kategoriji ta’ fornituri ta’ servizzi kuntrattwali u professjonisti indipendenti, u tispeċifika l-limitazzjonijiet li japplikaw permezz ta’ riżervi. Il-lista f’dan l-anness hija magħmula minn żewġ kolonni kif ġej:

(a)    l-ewwel kolonna tindika s-settur jew is-sottosettur li għalih il-kategorija ta’ fornituri ta’ servizzi kuntrattwali u professjonisti indipendenti hija liberalizzata; u

(b)    it-tieni kolonna tiddeskrivi r-riżervi applikabbli.

L-Unjoni Ewropea ma twettaq l-ebda impenn għal fornituri ta’ servizzi kuntrattwali f’attivitajiet ekonomiċi li mhumiex elenkati fl-ewwel kolonna tal-lista.

2.    Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, meta jiġu identifikati setturi u sottosetturi individwali:

(a)    “CPC” tfisser il-Klassifikazzjoni Ċentrali tal-Prodotti kif definita fl-Artikolu 9.3 (c); u


(b)    “CPC ver. 1.0” tfisser il-Klassifika Ċentrali tal-Prodotti kif stabbilit fl-Uffiċċju tal-Istatistika tan-Nazzjonijiet Uniti, id-Dokumenti dwar l-Istatistika, Serje M, Nru 77, CPC ver 1.0, 1998.

3.    L-impenji għall-fornituri ta’ servizzi kuntrattwali u għall-professjonisti indipendenti ma japplikawx f’każijiet fejn l-intenzjoni jew l-effett tas-soġġorn temporanju tagħhom jinterferixxu ma’, jew b’xi mod ieħor jaffettwa l-eżitu ta’, kwalunkwe tilwima jew negozjar tax-xogħol jew tal-maniġment.

4.    Il-lista ta’ impenji f’dan l-Anness ma tinkludix miżuri relatati mar-rekwiżiti u l-proċeduri tal-kwalifiki, l-istandards tekniċi u r-rekwiżiti u l-proċeduri tal-liċenzjar jekk dawn ma jikkostitwixxux limitazzjoni skont it-tifsira tal-Artikoli 18.3 u 18.4. Dawk il-miżuri (pereżempju, il-ħtieġa li tinkiseb liċenzja, il-ħtieġa li jinkiseb rikonoxximent tal-kwalifiki f’setturi regolati, il-ħtieġa li wieħed jgħaddi minn eżamijiet speċifiċi, inklużi eżamijiet tal-lingwa u l-ħtieġa li jkun hemm indirizz postali fit-territorju fejn titwettaq l-attività ekonomika), anke jekk mhux elenkati f’dan l-Anness, japplikaw fi kwalunkwe każ għall-fornituri ta’ servizzi kuntrattwali u għall-professjonisti indipendenti ta’ Stat Firmatarju tal-MERCOSUR.

5.    Sal-punt li l-impenji ma jsirux mill-Unjoni Ewropea, ir-rekwiżiti kollha tal-liġijiet ta’ kull Parti rigward id-dħul u s-soġġorn temporanju jkomplu japplikaw, inklużi dawk li jikkonċernaw il-perjodu tas-soġġorn.

6.    Minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, ir-rekwiżiti kollha tal-liġijiet u r-regolamenti ta’ kull Parti rigward l-impjiegi u l-miżuri tas-sigurtà soċjali għandhom ikomplu japplikaw, inklużi r-regolamenti dwar il-pagi minimi u l-ftehimiet kollettivi dwar il-pagi.

7.    Il-lista ta’ impenji f’dan l-Anness hija mingħajr preġudizzju għall-eżistenza ta’ monopolji pubbliċi jew drittijiet esklużivi fis-setturi rilevanti, kif deskritt fl-Anness 18-B.


8.    Fis-setturi fejn jiġu applikati testijiet tal-ħtiġijiet ekonomiċi, il-kriterji ewlenin tagħhom għandhom ikunu l-valutazzjoni tas-sitwazzjoni rilevanti tas-suq fl-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea jew fir-reġjun tiegħu fejn għandu jiġi pprovdut is-servizz, inkluż fir-rigward tal-għadd ta’ fornituri ta’ servizzi eżistenti u l-impatt fuqhom.

9.    Id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mil-lista ta’ impenji f’dan l-Anness ma għandu jkollhom l-ebda effett awtoeżekuttiv u b’hekk ma jikkonferixxu l-ebda dritt direttament lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi.

10.    Id-dħul u s-soġġorn temporanju ta’ fornituri ta’ servizzi kuntrattwali huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)    il-persuna ġuridika li timpjega l-persuna fiżika la tkun aġenzija għas-servizzi ta’ kollokament u ta’ provvista ta’ persunal u lanqas ma taġixxi permezz ta’ tali aġenzija;

(b)    il-persuni fiżiċi li jidħlu fl-Unjoni Ewropea joffru dawn is-servizzi bħala impjegati tal-persuna ġuridika li tipprovdi s-servizzi għal mill-inqas 1 (waħda) sena immedjatament qabel id-data tas-sottomissjoni ta’ applikazzjoni għad-dħul u, barra minn hekk, ikollhom, fid-data tas-sottomissjoni ta’ applikazzjoni għad-dħul fl-Unjoni Ewropea, mill-inqas 3 (tliet) snin ta’ esperjenza professjonali 114 fis-settur tal-attività li hija s-suġġett tal-kuntratt;


(c)    il-persuni fiżiċi li jidħlu fl-Unjoni Ewropea jkollhom:

(i)    lawrja universitarja jew kwalifika li turi għarfien ta’ livell ekwivalenti 115 ; u

(ii)    kwalifiki professjonali, jekk dawn il-kwalifiki jkunu meħtieġa biex tiġi eżerċitata attività skont il-liġijiet u r-regolamenti tal-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea fejn jiġi pprovdut is-servizz;

(d)    l-għadd ta’ persuni koperti mill-kuntratt ta’ servizz ma jkunx ogħla milli meħtieġ biex jiġi ssodisfat il-kuntratt, f’konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tal-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea fejn jiġi pprovdut is-servizz;

(e)    f’konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 18.10 (1), id-dħul u s-soġġorn temporanju ta’ persuni fiżiċi fl-Unjoni Ewropea jkun għal perjodu kumulattiv ta’ mhux aktar minn 6 (sitt) xhur fi kwalunkwe perjodu ta’ 12 (tnax-il) xahar jew għad-durata tal-kuntratt, skont liema minnhom ikun l-inqas; u

(f)    il-kuntratt ta’ servizz jikkonċerna waħda mill-attivitajiet li ġejjin:

–    servizzi ta’ għoti ta’ pariri legali fir-rigward tad-dritt internazzjonali pubbliku u l-liġi ta’ pajjiż li mhuwiex Stat Membru tal-Unjoni Ewropea;

–    servizzi ta’ kontabilità u żamma tal-kotba;

–    servizzi ta’ pariri dwar it-tassazzjoni;

–    servizzi ta’ arkitettura, ippjanar urban u servizzi ta’ arkitettura tal-pajsaġġ;


–    servizzi ta’ inġinerija u servizzi ta’ inġinerija integrata;

–    servizzi tal-kompjuter u servizzi relatati;

–    servizzi ta’ riċerka u żvilupp;

–    reklamar;

–    servizzi ta’ konsulenza maniġerjali;

–    servizzi relatati ma’ konsulenza maniġerjali;

–    servizzi ta’ ttestjar u analiżi tekniċi;

–    servizzi relatati ma’ konsulenza xjentifika u teknika;

–    manutenzjoni u tiswija ta’ tagħmir;

–    servizzi ta’ traduzzjoni;

–    servizzi ta’ kostruzzjoni;

–    xogħol ta’ investigazzjoni ta’ siti;

–    servizzi ta’ edukazzjoni ogħla;

–    servizzi ambjentali;

–    servizzi ta’ aġenziji tal-ivvjaġġar u operaturi tat-tours; u

–    servizzi ta’ divertiment.

11.    Id-dħul u s-soġġorn temporanju ta’ professjonisti indipendenti huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)    il-kuntratt tal-persuna fiżika biex tipprovdi servizzi ma’ konsumatur finali fit-territorju tal-Unjoni Ewropea ma jiġix konkluż permezz ta’ aġenzija kif definit f’CPC 872;

(b)    il-persuni fiżiċi li jidħlu fl-Unjoni Ewropea jkollhom, fid-data tas-sottomissjoni ta’ applikazzjoni għad-dħul, mill-inqas 6 (sitt) snin ta’ esperjenza professjonali fis-settur tal-attività li huwa s-suġġett tal-kuntratt;


(c)    il-persuni fiżiċi li jidħlu fl-Unjoni Ewropea jkollhom:

(i)    lawrja universitarja jew kwalifika li turi għarfien ta’ livell ekwivalenti 116 ; u

(ii)    kwalifiki professjonali, jekk dawn il-kwalifiki jkunu meħtieġa biex tiġi eżerċitata attività skont il-liġijiet u r-regolamenti tal-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea fejn jiġi pprovdut is-servizz;

(d)    f’konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 18.10 (1) id-dħul u s-soġġorn temporanju ta’ persuni fiżiċi fl-Unjoni Ewropea jkun għal perjodu kumulattiv ta’ mhux aktar minn 6 (sitt) xhur fi kwalunkwe perjodu ta’ 12 (tnax-il) xahar jew għad-durata tal-kuntratt, skont liema minnhom ikun l-inqas; u

(e)    il-kuntratt ta’ servizz jikkonċerna waħda mill-attivitajiet li ġejjin:

–    servizzi ta’ arkitettura, ippjanar urban u servizzi ta’ arkitettura tal-pajsaġġ;

–    servizzi ta’ inġinerija u servizzi ta’ inġinerija integrata;

–    servizzi tal-kompjuter u servizzi relatati;

–    servizzi ta’ konsulenza maniġerjali;

–    servizzi relatati ma’ konsulenza maniġerjali; u

–    servizzi ta’ traduzzjoni.


12.    Għal aktar ċertezza, għall-Unjoni Ewropea, l-obbligu li jingħata trattament nazzjonali ma jinvolvix ir-rekwiżit li jiġi estiż lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi ta’ Stat Firmatarju tal-MERCOSUR it-trattament mogħti fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jew għal kwalunkwe miżura adottata skont dak it-Trattat, inkluża l-implimentazzjoni ta’ dak it-Trattat jew tali miżuri fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, lil:

(a)    persuni fiżiċi jew residenti ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea; jew

(b)    persuni ġuridiċi kostitwiti jew organizzati skont il-liġi ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea jew dik tal-Unjoni Ewropea u li jkollhom l-uffiċċju reġistrat, l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post prinċipali tan-negozju tagħhom fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.

Tali trattament nazzjonali jingħata lil persuni ġuridiċi li huma kostitwiti jew organizzati skont il-liġi ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew dik tal-Unjoni Ewropea u li għandhom l-uffiċċju rreġistrat, l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post prinċipali tan-negozju tagħhom fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, inklużi dawk li huma proprjetà ta’ jew ikkontrollati minn persuni fiżiċi ta’ Stat Firmatarju tal-MERCOSUR.

13.    L-Unjoni Ewropea tieħu impenji kif stabbiliti fl-Artikoli 18.3, 18.4, u 18.10, differenzjati skont l-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea, jekk applikabbli.

14.    L-abbrevazzjonijiet li ġejjin jintużaw fil-lista ta’ hawn taħt:

–    UE    L-Unjoni Ewropea, inklużi l-Istati Membri kollha tagħha

–    ŻEE    Żona Ekonomika Ewropea

–    AT    L-Awstrija


–    BE    Il-Belġju

–    BG    Il-Bulgarija

–    CY    Ċipru

–    CZ    Iċ-Ċekja

–    DE    Il-Ġermanja

–    DK    Id-Danimarka

–    EE    L-Estonja

–    EL    Il-Greċja

–    ES    Spanja

–    FI    Il-Finlandja

–    FR    Franza

–    HR    Il-Kroazja

–    HU    L-Ungerija

–    IE    L-Irlanda

–    IT    L-Italja

–    LV    Il-Latvja

–    LT    Il-Litwanja

–    LU    Il-Lussemburgu

–    MT    Malta

–    NL    In-Netherlands

–    PL    Il-Polonja

–    PT    Il-Portugall

–    RO    Ir-Rumanija

–    SK    Ir-Repubblika Slovakka

–    SI    Is-Slovenja

–    SE    L-Iżvezja







Settur jew sottosettur

Deskrizzjoni tar-riżervi

IS-SETTURI KOLLHA

Rikonoxximent

UE: Id-Direttivi tal-UE dwar ir-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi japplikaw biss għal persuni fiżiċi li għandhom in-nazzjonalità tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Id-dritt li wieħed jipprattika servizz professjonali regolat fi Stat Membru wieħed tal-Unjoni Ewropea ma jagħtix id-dritt li wieħed jipprattika fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea 117 .

Servizzi ta’ għoti ta’ pariri legali fir-rigward tad-dritt internazzjonali pubbliku u l-liġi barranija (il-liġi ta’ pajjiż li mhuwiex Stat Membru tal-Unjoni Ewropea)

(parti minn CPC 861) 118

Il-fornituri ta’ servizz kuntrattwali:

Fl-AT, BE, DE, EE, EL, ES, IE, IT, LU, NL, PL, PT, SE: L-ebda.

Fil-BG, CZ, DK, FI, HU, LT, LV, MT, RO, SI, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

Fid-DK: Il-kummerċjalizzazzjoni ta’ attivitajiet ta’ pariri legali hija ristretta għal avukati b’liċenzja Daniża biex jipprattikaw. Rekwiżit ta’ eżami legali Daniż sabiex tinkiseb liċenzja Daniża.

Fi FR: Hi meħtieġa ammissjoni sħiħa (simplifikata) fil-Kamra tal-Avukati permezz ta’ test tal-kapaċitajiet. L-aċċess tal-avukati għall-professjonijiet ta’ “avocat auprès de la Cour de cassation¨ u “avocat auprès du Conseil d’Etat” huwa soġġett għal kwoti u rekwiżit ta’ nazzjonalità.

Fil-HR: L-ammissjoni sħiħa fil-Kamra tal-Avukati meħtieġa għal servizzi ta’ rappreżentanza legali, hija soġġetta għal rekwiżit ta’ nazzjonalità.

F’CY: Rekwiżit ta’ nazzjonalità u residenza. Hija meħtieġa ammissjoni sħiħa fil-Kamra tal-Avukati għall-provvista ta’ servizzi legali flimkien ma’ rekwiżit ta’ residenza. L-“advogates” irreġistrati fil-Kamra tal-Avukati biss jistgħu jkunu azzjonisti jew membri tal-Bord tad-diretturi f’kumpanija legali f’CY.

Professjonisti indipendenti:

UE: Mingħajr restrizzjonijiet.

Servizzi ta’ kontabilità u ta’ żamma tal-kotba

(CPC 86212 minbarra “servizzi ta’ awditjar”, CPC 86213, CPC 86219 u CPC 86220)

Il-fornituri ta’ servizz kuntrattwali:

Fil-BE, DE, EE, ES, IE, IT, LU, NL, PL, PT, SI, SE: L-ebda.

Fil-BG, CZ, CY, DK, EL, FI, FR, HU, LT, LV, MT, RO, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

Fl-AT: L-impjegatur irid ikun membru tal-korp professjonali rilevanti fil-pajjiż ta’ oriġini fejn jeżisti tali korp u jkun hemm rekwiżit ta’ nazzjonalità għar-rappreżentanza quddiem l-awtoritajiet kompetenti.

F’CY: Tingħata liċenzja speċjali lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet.

Fil-FI: Il-persuna fiżika trid turi li għandha għarfien speċjali rilevanti għas-servizz li jkun qed jiġi fornut. Mingħajr restrizzjonijiet għal servizzi ta’ żamma tal-kotba.

Fi FR: Rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni. Il-provvista ta’ servizzi ta’ kontabilità u żamma tal-kotba hi kundizzjonali fuq deċiżjoni tal-Ministeru għall-Ekonomija, il-Finanzi u l-Industrija, bi qbil mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin.

Fil-HR: Rekwiżit ta’ residenza.

Professjonisti Indipendenti:

UE: Mingħajr restrizzjonijiet.

Servizzi ta’ konsulenza dwar it-tassazzjoni

(CPC 863) 119

Il-fornituri ta’ servizz kuntrattwali:

Fil-BE, DE, EE, ES, FR, IE, IT, LU, NL, PL, SI, SE: L-ebda.

Fiċ-CZ, CY, DK, EL, FI, HU, LT, LV, MT, RO, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

Fl-AT: L-impjegatur irid ikun membru tal-korp professjonali rilevanti fil-pajjiż ta’ oriġini fejn jeżisti tali korp u jkun hemm rekwiżit ta’ nazzjonalità għar-rappreżentanza quddiem l-awtoritajiet kompetenti.

Fil-BG: Rekwiżit ta’ nazzjonalità.

Fl-HU, HR: Rekwiżit ta’ residenza.

F’CY: Tingħata liċenzja speċjali lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet.

Fil-PT: Mingħajr restrizzjonijiet.

Professjonisti indipendenti:

UE: Mingħajr restrizzjonijiet.

Servizzi arkitettoniċi

u

ippjanar urban u servizzi ta’ arkitettura tal-pajsaġġ

(CPC 8671 u CPC 8674)

Il-fornituri ta’ servizz kuntrattwali:

Fl-EE, ES, EL, FR, IE, IT, LU, MT, NL, PL, PT, SI, SE: L-ebda.

Fil-BG, CZ, DE, HU, LT, LV, RO: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

Fid-DK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi, ħlief għal soġġorni ta’ fornituri ta’ servizz kuntrattwali sa 3 (tliet) xhur.

Fl-AT: Mingħajr restrizzjonijiet, ħlief għal servizzi purament ta’ ppjanar, li għalihom hemm test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

Fil-BG, CY, SK: Mingħajr restrizzjonijiet.

Fil-FI: Il-persuna fiżika trid turi li għandha għarfien speċjali rilevanti għas-servizz li jkun qed jiġi fornut.

Fl-HU, HR: Rekwiżit ta’ residenza.

Professjonisti indipendenti:

Fil-DE, EE, EL, FR, IE, LU, LV, MT, NL, PL, PT, SI, SE: L-ebda.

Fil-FI: L-ebda, ħlief li l-persuna fiżika trid turi li għandha għarfien speċjali rilevanti għas-servizz li qed jiġi pprovdut.

Fil-BE, CZ, DK, ES, HU, IT, LT, RO: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

Fl-AT: Mingħajr restrizzjonijiet, ħlief għal servizzi purament ta’ ppjanar, li għalihom hemm test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

Fil-BG, CY, SK: Mingħajr restrizzjonijiet.

Fl-HU, HR, SK: Rekwiżit ta’ residenza.

Servizzi ta’ inġinerija

u

servizzi ta’ inġinerija integrata

(CPC 8672 u CPC 8673)

Il-fornituri ta’ servizz kuntrattwali:

Fil-BE, EE, ES, EL, FR, IE, LU, NL, PT, SI, SE: L-ebda.

Fiċ-CZ, DE, HU, MT, RO: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

Fid-DK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi, ħlief għal soġġorni ta’ fornituri ta’ servizz kuntrattwali sa 3 (tliet) xhur.

Fl-AT: Mingħajr restrizzjonijiet ħlief għal servizzi purament ta’ ppjanar, li għalihom hemm test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

Fil-BG, CY, LT, LV, SK: Mingħajr restrizzjonijiet.

Fiċ-CZ, HR, HU, IT, PL: Rekwiżit ta’ residenza.

Fil-FI: Il-persuna fiżika trid turi li għandha għarfien speċjali rilevanti għas-servizz li jkun qed jiġi fornut.

Professjonisti indipendenti:

Fil-DE, EE, EL, FR, IE, LU, LV, NL, PT, SI, SE: L-ebda.

Fil-BE, CZ, DK, ES, HU, IT, MT, RO: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

Fl-AT: Mingħajr restrizzjonijiet ħlief għal servizzi purament ta’ ppjanar, li għalihom hemm test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

Fil-BG, CY, LT, SK: Mingħajr restrizzjonijiet.

Fiċ-CZ, HR, HU, IT, PL: Rekwiżit ta’ residenza.

Fil-FI: Il-persuna fiżika trid turi li għandha għarfien speċjali rilevanti għas-servizz li jkun qed jiġi fornut.

Servizzi tal-kompjuter u servizzi relatati

(CPC 84)

Il-fornituri ta’ servizz kuntrattwali:

Fil-BE, DE, EE, EL, ES, FR, IE, IT, LU, LV, NL, PL, PT, SI, SE: L-ebda.

Fl-AT, BG, CZ, HU, MT, RO, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

Fid-DK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi ħlief għal soġġorni ta’ fornituri ta’ servizzi kuntrattwali sa 3 (tliet) xhur.

F’CY, LT: Mingħajr restrizzjonijiet.

Fil-FI: Il-persuna fiżika trid turi li għandha għarfien speċjali rilevanti għas-servizz li jkun qed jiġi fornut.

Fil-HR: Rekwiżit ta’ residenza.

Professjonisti indipendenti:

Fil-DE, EE, EL, FR, IE, LU, NL, PL, PT, SI, SE: L-ebda.

Fil-FI: L-ebda, ħlief: Il-persuna fiżika trid turi li għandha għarfien speċjali rilevanti għas-servizz li jkun qed jiġi fornut.

Fl-AT, BE, BG, CZ, DK, ES, HU, IT, MT, RO, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

F’CY, HR, LT, LV: Mingħajr restrizzjonijiet.

Servizzi ta’ riċerka u żvilupp

(CPC 851, 852 minbarra servizzi ta’ psikologi 120 , 853)

Il-fornituri ta’ servizz kuntrattwali:

Fl-UE, ħlief fil-BE: Hu meħtieġ ftehim ta’ ospitar ma’ organizzazzjoni approvata tar-riċerka 121 .

Fl--UE ħlief fil-BE, CZ, DK, HR, SK: L-ebda.

Fiċ-CZ, DK, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

Fil-HR: Rekwiżit ta’ residenza.

Fil-BE: Mingħajr restrizzjonijiet.

Professjonisti indipendenti:

UE: Mingħajr restrizzjonijiet.

Reklamar

(CPC 871)

Il-fornituri ta’ servizz kuntrattwali:

Fil-BE, DE, EE, ES, FR, HR, IE, IT, LU, NL, PL, PT, SI, SE: L-ebda.

Fl-AT, BG, CZ, DK, EL, FI, HU, MT, RO, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

F’CY, LT, LV: Mingħajr restrizzjonijiet.

Professjonisti Indipendenti:

UE: Mingħajr restrizzjonijiet.

Servizzi ta’ konsulenza maniġerjali

(CPC 865)

Il-fornituri ta’ servizz kuntrattwali:

Fil-BE, DE, EE, EL, ES, FI, FR, HR, IE, IT, LV, LU, MT, NL, PL, PT, SI, SE: L-ebda.

Fl-AT, BG, CZ, HU, MT, RO, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

Fid-DK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi, ħlief għal soġġorni ta’ fornituri ta’ servizz kuntrattwali sa 3 (tliet) xhur.

Fil-LT, CY: Mingħajr restrizzjonijiet.

Professjonisti indipendenti:

Fil-DE, EE, EL, FI, FR, IE, LV, LU, MT, NL, PL, PT, SI, SE: L-ebda.

Fl-AT, BE, BG, CZ, DK, ES, HR, HU, IT, MT, RO, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

Fil-LT, CY: Mingħajr restrizzjonijiet.

Servizzi relatati ma’ konsulenza maniġerjali

(CPC 866)

Il-fornituri ta’ servizz kuntrattwali:

Fil-BE, DE, EE, EL, ES, FI, FR, HR, IE, IT, LV, LU, MT, NL, PL, PT, SI, SE: L-ebda.

Fl-AT, BG, CZ, MT, RO, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

Fid-DK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi, ħlief għal soġġorni ta’ fornituri ta’ servizz kuntrattwali sa 3 (tliet) xhur.

Fl-HU: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi, ħlief għal servizzi ta’ arbitraġġ u ta’ konċiljazzjoni (CPC 86602), li huma mingħajr restrizzjonijiet.

F’CY, LT: Mingħajr restrizzjonijiet.

Professjonisti indipendenti:

Fil-BE, DE, EE, EL, ES, FI, FR, HR, IE, IT, LV, LU, MT, NL, PL, PT, SI, SE: L-ebda.

Fl-AT, BG, CZ, MT, RO, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

Fid-DK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi, ħlief għal soġġorni ta’ fornituri ta’ servizz kuntrattwali sa 3 (tliet) xhur.

Fl-HU: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi, ħlief għal servizzi ta’ arbitraġġ u ta’ konċiljazzjoni (CPC 86602), li huma mingħajr restrizzjonijiet.

F’CY, LT: Mingħajr restrizzjonijiet.

Servizzi ta’ ttestjar u analiżi tekniċi

(CPC 8676)

Il-fornituri ta’ servizz kuntrattwali:

Fil-BE, DE, EE, EL, ES, FR, HR, IE, IT, LU, NL, PL, SI, SE: L-ebda.

Fl-AT, BG, FI, HU, MT, PT, RO: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

Fid-DK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi ħlief għal soġġorni ta’ fornituri ta’ servizzi kuntrattwali sa 3 (tliet) xhur

F’CY, CZ, LT, LV, SK: Mingħajr restrizzjonijiet.

Professjonisti indipendenti:

UE: Mingħajr restrizzjonijiet.

Servizzi ta’ konsulenzi xjentifiċi u tekniċi relatati

(CPC 8675)

Il-fornituri ta’ servizz kuntrattwali:

Fil-BE, EE, EL, ES, HR, IE, IT, LU, NL, PL, SI, SE: L-ebda.

Fl-AT, CZ,CY, DE, DK, FI, HU, LT, LV, MT, PT, RO, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

Fil-DE: L-ebda, ħlief għal surveyors maħtura pubblikament, li huma mingħajr restrizzjonijiet.

Fil-FI: Il-persuna fiżika trid turi li għandha għarfien speċjali rilevanti għas-servizz li jkun qed jiġi fornut.

Fi FR: L-ebda, ħlief għal operazzjonijiet ta’ stħarriġ relatati mal-istabbiliment ta’ drittijiet tal-proprjetà u mal-liġi tal-artijiet, li huma mingħajr restrizzjonijiet.

Fil-BG: Mingħajr restrizzjonijiet.

Professjonisti indipendenti:

UE: Mingħajr restrizzjonijiet.

Il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ prodotti tal-metall, ta’ makkinarju (mhux tal-uffiċċju), ta’ tagħmir (mhux tat-trasport u mhux tal-uffiċċju) u ta’ prodotti personali u tad-dar 122

(CPC 633, CPC 7545, CPC 8861, CPC 8862, CPC 8864, CPC 8865 u CPC 8866)

Il-fornituri ta’ servizz kuntrattwali:

Fil-BE, EE, EL, ES, FR, HR, IT, LV, LU, MT, NL, PL, PT, SI, SE: L-ebda.

Fil-BG, CZ, CY, DE, DK, HU, IE, LT, RO, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

Fl-AT, FI: Mingħajr restrizzjonijiet, ħlief fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ wara l-bejgħ jew ta’ wara l-kiri, li għalih hemm test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

Professjonisti indipendenti:

UE: Mingħajr restrizzjonijiet.

Servizzi ta’ traduzzjoni

(CPC 87905, ħlief attivitajiet uffiċjali jew ċertifikati)

Il-fornituri ta’ servizz kuntrattwali:

Fil-BE, DE, EE, EL, ES, FR, HR, IT, LU, NL, PT, SI, SE: L-ebda.

Fl-AT, BG, CZ, DK, FI, HU, IE, LV, MT, PL, RO, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

F’CY, LT: Mingħajr restrizzjonijiet.

Fid-DK: Tradutturi u interpreti pubbliċi awtorizzati: ir-rekwiżit ta’ residenza sakemm ma jkunx revokat mill-Aġenzija Daniża tal-Kummerċ u l-Kumpaniji.

Fil-FI: Ir-rekwiżit ta’ residenza għat-tradutturi biċ-ċertifikat.

Professjonisti indipendenti:

Fil-DE, EE, FR, LU, NL, PT, SI, SE: L-ebda.

Fl-AT, BE, BG, CZ, DK, EL, ES, FI, HU, IE, IT, MT, PL, RO, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

F’CY, HR, LT, LV: Mingħajr restrizzjonijiet.

Fid-DK: Tradutturi u interpreti pubbliċi awtorizzati: ir-rekwiżit ta’ residenza sakemm ma jkunx revokat mill-Aġenzija Daniża tal-Kummerċ u l-Kumpaniji.

Fil-FI: Ir-rekwiżit ta’ residenza għat-tradutturi biċ-ċertifikat.

Xogħol ta’ kostruzzjoni

(CPC 51)

Il-fornituri ta’ servizz kuntrattwali:

UE, ħlief fi FR, NL: Mingħajr restrizzjonijiet.

Fi FR: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi. Il-permess tax-xogħol jingħata għal perjodu li ma jaqbiżx is-6 (sitt) xhur.

Fin-NL: L-ebda.

Professjonisti indipendenti:

UE: Mingħajr restrizzjonijiet.

Xogħol ta’ investigazzjoni ta’ siti

(CPC 5111)

Il-fornituri ta’ servizz kuntrattwali:

Fil-BE, DE, EE, EL, ES, FR, HR, IE, IT, LU, MT, NL, PL, PT, SI, SE: L-ebda.

Fiċ-CZ, CY, HU, LT, LV, RO, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

Fid-DK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi, ħlief għal soġġorni ta’ fornituri ta’ servizz kuntrattwali sa 3 (tliet) xhur.

Fl-AT, BG, FI: Mingħajr restrizzjonijiet.

Professjonisti indipendenti:

UE: Mingħajr restrizzjonijiet.

Servizzi ta’ edukazzjoni ogħla

(CPC 923)

Il-fornituri ta’ servizz kuntrattwali:

Fl-UE, ħlief fil-LU: Mingħajr restrizzjonijiet.

Fil-LU: Mingħajr restrizzjonijiet ħlief fir-rigward tad-dħul temporanju ta’ professuri, li għalihom: l-ebda.

Professjonisti indipendenti:

UE: Mingħajr restrizzjonijiet.

Servizzi ambjentali

(CPC 9401 123 , CPC 9402, CPC 9403, CPC 9404 124 , parti minn CPC 94060 125 , CPC 9405, parti minn CPC 9406, CPC 9409)

Il-fornituri ta’ servizz kuntrattwali:

Fil-BE, EE, ES, FI, FR, HR, IE, IT, LU, NL, PL, PT, SI, SE: L-ebda.

Fl-AT, BG, CZ, DE, DK, EL, HU, LV, MT, RO, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

F’CY, LT: Mingħajr restrizzjonijiet.

Fis-SK: Ir-rekwiżit ta’ residenza għall-ipproċessar u r-riċiklaġġ ta’ batteriji u akkumulaturi użati, żejt skartat, karozzi użati u tagħmir elettriku u elettroniku.

Professjonisti indipendenti:

UE: Mingħajr restrizzjonijiet.

Servizzi ta’ aġenziji tal-ivvjaġġar u ta’ operaturi tat-tours (inklużi il-maniġers tat-tours 126 )

(CPC 7471)

Il-fornituri ta’ servizz kuntrattwali:

Fl-AT, CZ, DE, EE, ES, FR, IT, LU, NL, PL, SI, SE: L-ebda.

Fil-BG, EL, FI, HU, LT, LV, MT, PT, RO, SK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

Fid-DK: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi, ħlief għal soġġorni ta’ fornituri ta’ servizz kuntrattwali sa 3 (tliet) xhur.

Fil-BE, IE: Mingħajr restrizzjonijiet, ħlief għal maniġers tat-tours (persuni li l-funzjoni tagħhom hija li jakkumpanjaw grupp turistiku ta’ minimu ta’ 10 (għaxar) persuni, mingħajr ma jaġixxu bħala gwidi f’postijiet speċifiċi), li għalihom hemm: l-ebda.

Fil-HR: Rekwiżit ta’ residenza.

F’CY: Mingħajr restrizzjonijiet.

Professjonisti indipendenti:

UE: Mingħajr restrizzjonijiet.

Servizzi tad-divertiment minbarra servizzi awdjoviżivi (inklużi servizzi ta’ teatru, live bands, ċirki u diskoteki)

(CPC 9619)

Il-fornituri ta’ servizz kuntrattwali:

Fl-UE, minbarra fil-BE, DE, FR: Test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

Fil-BE, DE, FR: Mingħajr restrizzjonijiet.

Fis-SI: It-tul tas-soġġorn huwa limitat għal 7 (sebat) ijiem għal kull avveniment. Għas-servizzi taċ-ċirku u tal-parks tad-divertiment, it-tul tas-soġġorn huwa limitat għal massimu ta’ 30 (tletin) jum għal kull sena kalendarja.

Professjonisti indipendenti:

UE: Mingħajr restrizzjonijiet.

________________

(1)    Il-liġi Bulgara dwar il-proprjetà tirrikonoxxi d-drittijiet limitati ta’ proprjetà li ġejjin: id-dritt tal-użu, id-dritt tal-bini, id-dritt tal-bini ta’ sovrastruttura u servitù.
(2)    Fir-rigward tas-setturi tas-servizzi, dawn il-limitazzjonijiet ma jmorrux lil hinn mil-limiti riflessi fl-impenji eżistenti tal-GATS.
(3)    Skont il-Liġi dwar il-Kumpaniji Kummerċjali, fergħa stabbilita fis-SI mhix meqjusa bħala persuna ġuridika, iżda fir-rigward tal-operat tagħha, it-trattament tagħha huwa l-istess bħal dak ta’ sussidjarju, li huwa konformi mal-Artikolu XXVIII paragrafu (g) tal-GATS.
(4)    Dan jinkludi servizzi ta’ konsulenza legali, servizzi ta’ rappreżentanza legali, arbitraġġ u konċiljazzjoni legali jew servizzi ta’ medjazzjoni, u servizzi ta’ dokumentazzjoni u ċertifikazzjoni legali. L-għoti ta’ servizzi ġuridiċi huwa awtorizzat biss fir-rigward tad-dritt internazzjonli pubbliku, il-liġi tal-UE u l-liġi ta’ kwalunkwe ġurisdizzjoni fejn il-fornitur tas-servizz jew il-persunal tiegħu huwa kkwalifikat biex jipprattika bħala avukat, u, bħall-għoti ta’ servizzi oħra, huwa soġġett għal rekwiżiti ta’ liċenzja u għall-proċeduri applikabbli fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Għal avukati li jipprovdu servizzi legali fir-rigward tad-dritt internazzjonali pubbliku u l-liġi barranija, dawn ir-rekwiżiti u l-proċeduri ta’ liċenzjar jistgħu jieħdu, pereżempju, il-forma ta’ konformità mal-kodiċijiet lokali tal-etika, mat-titolu tal-oriġini (sakemm ma jinkisibx ir-rikonoxximent tat-titolu tal-pajjiż ospitanti), mar-rekwiżiti ta’ assigurazzjoni, mar-reġistrazzjoni sempliċi mal-Kamra tal-Avukati tal-pajjiż ospitanti jew mal-ammissjoni simplifikata mal-Kamra tal-Avukati tal-pajjiż ospitanti permezz ta’ test tal-aptitudni u tad-domiċilju legali jew professjonali fil-pajjiż ospitanti. Fil-prinċipju, is-servizzi legali fir-rigward tad-dritt tal-UE għandhom jitwettqu minn jew permezz ta’ avukat ikkwalifikat għalkollox ammess fil-Kamra tal-Avukati fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea li jaġixxi personalment, u s-servizzi legali fir-rigward tal-liġi ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea għandhom fil-prinċipju jitwettqu minn jew permezz ta’ avukat ikkwalifikat għalkollox ammess fil-Kamra tal-Avukati f’dak l-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea li jaġixxi personalment. L-ammissjoni sħiħa fil-Kamra tal-Avukati fl-Istat Membru rilevanti tal-Unjoni Ewropea tista’ għalhekk tkun meħtieġa għar-rappreżentanza fil-qrati u quddiem awtoritajiet kompetenti oħra fl-Unjoni Ewropea billi dan jinvolvi l-prattika tal-liġi proċedurali tal-UE u dik nazzjonali. Madankollu, f’xi Stati Membri tal-Unjoni Ewropea, l-avukati barranin li ma jkunux ammessi għalkollox fil-Kamra tal-Avukati jitħallew jirrappreżentaw fi proċedimenti ċivili parti li tkun ċittadina tal-Istat li fih l-avukat ikun intitolat li jipprattika jew li tkun tappartjeni għalih.
(5)    Ma jinkludix servizzi ta’ konsulenza legali u ta’ rappreżentanza legali dwar kwistjonijiet tat-taxxa, li jinsabu taħt 1.A.a) Servizzi legali.
(6)    Il-forniment ta’ prodotti farmaċewtiċi lill-pubbliku ġenerali, bħall-għoti ta’ servizzi oħra, huwa soġġett għal rekwiżiti ta’ liċenzji u kwalifiki u l-proċeduri applikabbli fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Bħala regola ġenerali, din l-attività hija riżervata għall-ispiżjara. F’xi Stati Membri tal-Unjoni Ewropea, il-provvista ta’ mediċini bir-riċetta biss hija riżervata għall-ispiżjara.
(7)    Parti minn CPC 85201, li tinsab taħt 1.A.h) Servizzi mediċi (inklużi psikologi) u dentali.
(8)    Is-servizz involut jirrelata mal-professjoni tal-aġenti tal-proprjetà immobbli u ma jaffettwa l-ebda dritt jew restrizzjoni fuq persuni fiżiċi u ġuridiċi li jixtru proprjetà immobbli.
(9)    Servizzi ta’ manutenzjoni u tiswija ta’ tagħmir tat-trasport (CPC 6112, 6122, 8867 u 8868) jinsabu taħt 1. F. l) 1. Manutenzjoni u tiswija ta’ bastimenti għal 1. F. l) 4 Manutenzjoni u tiswija ta’ inġenji tal-ajru u partijiet tagħhom. Is-servizzi ta’ manutenzjoni u tiswija ta’ makkinarju u tagħmir tal-uffiċċju inklużi kompjuters (CPC 845) jinsabu taħt 1.B. Servizzi tal-kompjuters u servizzi relatati.
(10)    Ma jinkludix servizzi ta’ stampar, li jaqgħu taħt CPC 88442 u jinsabu taħt 1.F. p) Stampar u pubblikazzjoni.
(11)    “Immaniġġjar” tirreferi għal attivitajiet bħal approvazzjoni doganali, issortjar, trasport u konsenja.
(12)    “Oġġett postali” tirreferi għal oġġetti mmaniġġjati minn kwalunkwe tip ta’ operatur kummerċjali, kemm pubbliku kif ukoll privat.
(13)    Pereżempju, ittri u kartolini.
(14)    Il-kotba u l-katalgi huma inklużi hawn taħt.
(15)    Ġurnali, gazzetti u perjodiċi.
(16)    Servizzi ta’ konsenja express jistgħu jinkludu, flimkien ma’ veloċità u affidabbiltà akbar, elementi ta’ valur miżjud bħall-ġbir mill-punt tal-oriġini, il-konsenja personali lid-destinatarju, it-traċċar u l-ittrekjar, il-possibbiltà ta’ bdil tad-destinazzjoni u tad-destinatarju waqt it-tranżitu u l-konferma tal-wasla.
(17)    Provvista tal-mezzi, inkluzi l-provvista ta’ bini ad hoc kif ukoll trasport minn parti terza, li tippermetti awtotwassil permezz ta’ skambju reċiproku ta’ oġġetti postali bejn utenti sottoskritti għal dan is-servizz. “Oġġett postali” tirreferi għal oġġetti mmaniġġjati minn kwalunkwe tip ta’ operatur kummerċjali, kemm pubbliku kif ukoll privat.
(18)    “Oġġetti ta’ korrispondenza” tfisser komunikazzjoni bil-miktub fuq kull tip ta’ mezz fiżiku li għandu jintbagħat u jiġi kkonsenjat fl-indirizz indikat mill-ispeditur fuq l-oġġett innifsu jew fuq it-tgeżwir tiegħu. Kotba, katalgi, gazzetti u perjodiċi ma jitqisux bħala oġġetti ta’ korrispondenza.
(19)    Trasport ta’ oġġetti postali u bil-kurrier fuq kont proprju bi kwalunkwe mezz fuq l-art.
(20)    It-trasport ta’ posta għall-kont proprju bl-ajru.
(21)    Dawn is-servizzi ma jinkludux informazzjoni online jew l-ipproċessar tad-data (inkluż l-ipproċessar tat-tranżazzjonijiet) (parti minn CPC 843) li jinsabu taħt 1.B. Servizzi tal-kompjuter u servizzi relatati.
(22)    “Xandir” huwa definit bħala komunikazzjoni bir-radju li fiha t-trażmissjonijiet huma maħsuba għal riċezzjoni diretta mill-pubbliku ġenerali u jistgħu jinkludu trażmissjoni bl-awdjo u trażmissjoni televiżiva.
(23)    Dawn is-servizzi, li jinkludu CPC 62271, jinsabu f’14.D Servizzi ta’ kummerċ bl-ingrossa ta’ fjuwils solidi, likwidi u gassużi u prodotti relatati u servizzi ta’ kummerċ bl-ingrossa ta’ elettriku, fwar u misħun.
(24)    Ma jinkludux servizzi ta’ manutenzjoni u tiswija, li jinsabu fir-riżervi 1.B Servizzi tal-kompjuter u servizzi relatati u 1.F.l) 1. Manutenzjoni u tiswija ta’ bastimenti għal 1. F. l) 4 Manutenzjoni u tiswija ta’ inġenji tal-ajru u partijiet tagħhom.Mhumiex inklużi servizzi ta’ bejgħ bl-imnut ta’ prodotti tal-enerġija li jinsabu f’14.E Servizzi ta’ bejgħ bl-imnut ta’ fjuwil tal-magni u 14.F Bejgħ bl-imnut ta’ żejt tal-fjuwil, gass fil-fliexken, faħam u injam u servizzi ta’ bejgħ bl-imnut ta’ elettriku, gass (mhux bottiljat), fwar u misħun.
(25)    Il-bejgħ bl-imnut ta’ prodotti farmaċewtiċi, mediċi u ortopediċi għandu jinstab taħt Servizzi professjonali f’1.A.k) Bejgħ bl-imnut ta’ farmaċewtiċi u bejgħ bl-imnut ta’ oġġetti mediċi u ortopediċi u servizzi oħra pprovduti minn spiżjara. Għal aktar ċertezza, l-impenn tal-Ungerija għall-Mod 1 f’CPC 63211 taħt servizzi ta’ distribuzzjonijiet huwa “xejn”, filwaqt li huwa “mingħajr restrizzjonijiet” għal CPC 63211 kif impenjat taħt servizzi professjonali.
(26)    Tikkorrispondi għas-servizzi tad-drenaġġ.
(27)    Tikkorrispondi għal servizzi ta’ tindif ta’ gassijiet tal-egżost.
(28)    Tikkorrispondi għal partijiet ta’ servizzi ta’ protezzjoni tan-natura u l-pajsaġġ.
(29)    Il-catering fis-servizzi tat-trasport bl-ajru jinsab fis-Servizzi awżiljarji għat-trasport taħt 12.E.a) Servizzi fuq l-art (inklużi servizzi ta’ catering).
(30)    Mingħajr preġudizzju għall-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet li jistgħu jitqiesu bħala kabotaġġ skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti, din il-lista ma tinkludix it-trasport ta’ kabotaġġ nazzjonali, li huwa preżunt li jkopri t-trasport ta’ passiġġieri jew merkanzija bejn port jew punt li jinsab fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u port jew punt ieħor li jinsab fl-istess Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, inkluż fuq il-blata kontinentali tiegħu kif previst fl-UNCLOS (il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar) u t-traffiku li joriġina u li jintemm fl-istess port jew punt li jinsab fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.
(31)    Mingħajr preġudizzju għall-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet li jistgħu jitqiesu bħala kabotaġġ skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti, din il-lista ma tinkludix it-trasport ta’ kabotaġġ nazzjonali, li huwa preżunt li jkopri t-trasport ta’ passiġġieri jew merkanzija bejn port jew punt li jinsab fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u port jew punt ieħor li jinsab fl-istess Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, inkluż fuq il-blata kontinentali tiegħu kif previst fl-UNCLOS u t-traffiku li joriġina u li jintemm fl-istess port jew punt li jinsab fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.
(32)    Parti minn CPC 71235, li tinsab fis-Servizzi ta’ komunikazzjoni taħt 2.A. Servizzi postali u tal-kurrier.
(33)    It-trasport bil-pipeline tal-fjuwils jinsab fis-Servizzi tal-enerġija taħt 14.B.
(34)    Ma jinkludix servizzi ta’ manutenzjoni u tiswija ta’ tagħmir tat-trasport, li jinsabu fis-Servizzi tan-Negozju taħt 1.F.l) 1. Manutenzjoni u tiswija ta’ bastimenti għal 1. F. l) 4 Manutenzjoni u tiswija ta’ inġenji tal-ajru u partijiet tagħhom.
(35)    Is-servizzi awżiljarji għat-trasport bil-pipelines tal-fjuwils jinsabu fis-Servizzi tal-enerġija taħt 14.C Servizzi ta’ ħżin u mħażen ta’ fjuwils ittrasportati permezz ta’ pipelines.
(36)    Tinkludi s-servizzi li ġejjin mogħtija fuq bażi ta’ tariffa jew kuntratt: servizzi ta’ għoti ta’ pariri u ta’ konsulenza dwar l-estrazzjoni minerarja, dwar it-tħejjija tas-siti fuq l-art, dwar l-installazzjoni tal-impjanti tat-tħaffir fuq l-art, it-tħaffir, is-servizzi tal-golji tat-tħaffir, is-servizzi tal-casing u tat-tubi tat-tħaffir, l-inġinerija tat-tajn u l-provvista, il-kontroll ta’ materjal solidu, l-operazzjonijiet speċjali ta’ rkupru u fil-fond tal-bjar, il-ġeoloġija tas-siti tal-bjar u l-kontroll tat-tħaffir, it-teħid ta’ kampjuni mill-art, l-ittestjar tal-bjar, is-servizzi wireline, il-provvista u t-tħaddim tal-fluwidi tat-tlestija (salmuri), il-provvista u l-installazzjoni tat-tagħmir tat-tlestija, is-simentar (l-ippumpjar taħt pressjoni), is-servizzi ta’ stimulazzjoni (it-tixqiq, l-aċidifikar u l-ippumpjar taħt pressjoni), is-servizzi ta’ workover u ta’ tiswija tal-bjar, u l-issiġillar u l-abbandun tal-bjar.Ma tinkludix l-aċċess dirett għar-riżorsi naturali jew l-isfruttar tagħhom.Ma tinkludix xogħol ta’ preparazzjoni fuq is-sit għall-estrazzjoni minerarja ta’ riżorsi għajr iż-żejt u l-gass (CPC 5115), li jinsab taħt 3. Servizzi ta’ kostruzzjoni u ta’ inġinerija relatati.
(37)    Servizzi ta’ massaġġi terapewtiċi u ta’ kura termali jinsabu f’1.A.h Servizzi mediċi (inklużi psikologi) u dentali u 1.A.j2. Servizzi pprovduti minn infermiera, fiżjoterapisti u persunal paramediku. Servizzi pprovduti minn infermiera, fiżjoterapisti u persunal paramediku u servizzi tas-saħħa jinsabu f’8.A Servizzi ta’ sptar u 8.C Faċilitajiet tas-saħħa residenzjali minbarra servizzi ta’ sptar.
(38)    Il-liġi Bulgara dwar il-proprjetà tirrikonoxxi d-drittijiet ta’ proprjetà limitati li ġejjin: id-dritt tal-użu, id-dritt tal-bini, id-dritt tal-bini ta’ sovrastruttura u servitù.
(39)    Fir-rigward tas-setturi tas-servizzi, dawn il-limitazzjonijiet ma jmorrux lil hinn mil-limiti riflessi fl-impenji eżistenti tal-GATS.
(40)    Fir-rigward tas-setturi tas-servizzi, dawn il-limitazzjonijiet ma jmorrux lil hinn mil-limiti riflessi fl-impenji eżistenti tal-GATS.
(41)    Fir-rigward ta’ setturi tas-servizzi, dawn il-limitazzjonijiet ma jmorrux lil hinn mil-limiti riflessi fl-impenji eżistenti tal-GATS.
(42)    Skont il-Liġi dwar il-Kumpaniji Kummerċjali, fergħa stabbilita fis-SI ma titqiesx bħala persuna ġuridika, iżda fir-rigward tal-operat tagħha, it-trattament tagħha huwa ugwali għal dak ta’ sussidjarja, li huwa konformi mal-Artikolu XXVIII, il-paragrafu (g) tal-GATS.
(43)    L-utilitajiet pubbliċi jeżistu f’setturi bħal servizzi ta’ konsulenza xjentifika u teknika relatati, servizzi ta’ riċerka u żvilupp dwar ix-xjenzi soċjali u l-istudji umanistiċi, servizzi ta’ ttestjar u analiżi tekniċi, servizzi ambjentali, servizzi tas-saħħa, servizzi tat-trasport u servizzi awżiljarji għall-modi kollha tat-trasport. Id-drittijiet esklussivi fuq tali servizzi spiss jingħataw lil operaturi privati, pereżempju operaturi b’konċessjonijiet mill-awtoritajiet pubbliċi, soġġetti għal obbligi ta’ servizz speċifiċi. Minħabba li l-utilitajiet pubbliċi spiss jeżistu wkoll fuq livell subċentrali, l-elenkar dettaljat u eżawrjenti speċifiku għas-settur mhuwiex prattiku.
(44)    Din il-limitazzjoni ma tapplikax għal servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet u għal servizzi tal-kompjuter u servizzi oħra relatati.
(45)    F’konformità mal-Artikolu 54 tat-TFUE, dawn is-sussidjarji jitqiesu bħala persuni ġuridiċi tal-UE. Sakemm għandhom rabta kontinwa u effettiva mal-ekonomija tal-UE, huma benefiċjarji tas-suq intern tal-UE, li jinkludi, fost l-oħrajn, il-libertà li jistabbilixxu u li jipprovdu servizzi fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea.
(46)    Is-somma totali ta’ assi, jew is-somma totali ta’ dejn u kapital.
(47)    Is-servizzi ta’ għoti ta’ pariri marbutin mal-agrikoltura, il-kaċċa, il-forestrija u s-sajd jinsabu fis-SERVIZZI TAN-NEGOZJU f’ 6.F.f) u 6.F.g).
(48)    Is-servizzi ta’ għoti ta’ pariri u konsulenza relatati mal-agrikoltura, il-kaċċa, il-forestrija u s-sajd jinsabu fis-SERVIZZI TAN-NEGOZJU taħt 6.F.f) u 6.F.g).
(49)    Is-servizzi ta’ għoti ta’ pariri u konsulenza relatati mal-agrikoltura, il-kaċċa, il-forestrija u s-sajd jinsabu fis-SERVIZZI TAN-NEGOZJU taħt 6.F.f) u 6.F.g).
(50)    Ma jinkludix servizzi relatati mal-estrazzjoni mill-minjieri mogħtija fuq bażi ta’ tariffa jew ta’ kuntratt f’żoni taż-żejt u tal-gass li jinsabu fis-SERVIZZI TAL-ENERĠIJA taħt 19.A Servizzi relatati mal-estrazzjoni mill-minjieri.
(51)    Dan is-settur ma jinkludix servizzi ta’ għoti ta’ pariri relatati mal-manifattura, li jinsabu fis-SERVIZZI TAN-NEGOZJU taħt 6.F.h).
(52)    Is-settur huwa limitat għall-attivitajiet ta’ manifattura. Ma jinkludix attivitajiet li huma relatati mal-awdjoviżiv jew li jippreżentaw kontenut kulturali.
(53)    Il-pubblikazzjoni u l-istampar fuq bażi ta’ tariffa jew ta’ kuntratt jinsabu fis-SERVIZZI TAN-NEGOZJU taħt 6.F.p) Stampar u pubblikazzjoni.
(54)    Dan ma jinkludix l-operat ta’ sistemi ta’ trażmissjoni u distribuzzjoni tal-elettriku fuq bażi ta’ tariffa jew ta’ kuntratt, li jinsabu taħt SERVIZZI TAL-ENERĠIJA.
(55)    Ma jinkludix it-trasport ta’ gass naturali u fjuwils gassużi bil-pipeline, it-trasmissjoni u d-distribuzzjoni ta’ gass fuq bażi ta’ tariffi jew ta’ kuntratt, u l-bejgħ ta’ gass naturali u fjuwils gassużi, li jinstabu taħt SERVIZZI TAL-ENERĠIJA.
(56)    Ma jinkludix it-trażmissjoni u d-distribuzzjoni ta’ fwar u misħun fuq bażi ta’ ħlas jew ta’ kuntratt u l-bejgħ ta’ fwar u misħun, li jinsabu taħt SERVIZZI TAL-ENERĠIJA.
(57)    Jinkludi servizzi ta’ konsulenza legali, servizzi ta’ rappreżentanza legali, arbitraġġ u konċiljazzjoni legali jew servizzi ta’ medjazzjoni, u servizzi ta’ dokumentazzjoni u ċertifikazzjoni legali. L-għoti ta’ servizzi legali huwa awtorizzat biss fir-rigward tad-dritt internazzjonali pubbliku, il-liġi tal-UE u l-liġi ta’ kwalunkwe ġuriżdizzjoni fejn il-fornitur tas-servizz jew l-impjegati tiegħu jkunu kkwalifikati biex jipprattikaw bħala avukati, u, bħall-għoti ta’ servizzi oħra, ikun soġġett għar-rekwiżiti u l-proċeduri ta’ liċenzjar applikabbli fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Għall-avukati li jipprovdu servizzi legali fir-rigward tad-dritt internazzjonali pubbliku u l-liġi barranija, dawn ir-rekwiżiti u l-proċeduri ta’ liċenzjar jistgħu jieħdu, fost l-oħrajn, il-forma ta’ konformità mal-kodiċijiet lokali tal-etika, l-użu tat-titolu domestiku (sakemm ma jkunx inkiseb rikonoxximent mat-titolu ospitanti), rekwiżiti tal-assigurazzjoni, reġistrazzjoni sempliċi mal-Kamra tal-Avukati tal-pajjiż ospitanti jew ammissjoni simplifikata fil-Kamra tal-Avukati tal-pajjiż ospitanti permezz ta’ test tal-aptitudni u domiċilju legali jew professjonali fil-pajjiż ospitanti. Fil-prinċipju, is-servizzi legali fir-rigward tad-dritt tal-UE għandhom jitwettqu minn jew permezz ta’ avukat ikkwalifikat għalkollox ammess fil-Kamra tal-Avukati fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea li jaġixxi personalment, u s-servizzi legali fir-rigward tal-liġi ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea għandhom fil-prinċipju jitwettqu minn jew permezz ta’ avukat ikkwalifikat għalkollox ammess fil-Kamra tal-Avukati f’dak l-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea li jaġixxi personalment. L-ammissjoni sħiħa fil-Kamra tal-Avukati fl-Istat Membru rilevanti tal-Unjoni Ewropea tista’ għalhekk tkun meħtieġa għar-rappreżentanza quddiem il-qrati u awtoritajiet kompetenti oħra fl-UE minħabba li tinvolvi l-prattika tal-liġi proċedurali nazzjonali u tal-UE. Madankollu, f’xi Stati Membri tal-Unjoni Ewropea, l-avukati barranin li ma jkunux ammessi għalkollox fil-Kamra tal-Avukati jistgħu jirrappreżentaw parti fi proċedimenti ċivili li tkun ċittadina tal-Istat li fih l-avukat ikun intitolat li jipprattika jew li tkun tappartjeni għalih.
(58)    Ma jinkludix servizzi ta’ konsulenza legali u ta’ rappreżentanza legali dwar kwistjonijiet tat-taxxa, li jinsabu taħt 6.A.a) Servizzi legali.
(59)    Il-forniment ta’ prodotti farmaċewtiċi lill-pubbliku ġenerali, bħall-għoti ta’ servizzi oħra, huwa soġġett għal rekwiżiti ta’ liċenzjar u kwalifiki u proċeduri applikabbli fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Bħala regola ġenerali, din l-attività hija riżervata għall-ispiżjara. F’xi Stati Membri tal-Unjoni Ewropea, il-provvista ta’ mediċini bir-riċetta biss hija riżervata għall-ispiżjara.
(60)

   Parti minn CPC 85201, li tinsab taħt 6.A.h) Servizzi mediċi (inklużi l-psikologi) u dentali.

(61)    Is-servizz involut jirrelata mal-professjoni tal-aġenti tal-proprjetà immobbli u ma jaffettwa l-ebda dritt jew restrizzjoni fuq persuni fiżiċi u ġuridiċi li jixtru proprjetà immobbli.
(62)    Servizzi ta’ manutenzjoni u tiswija ta’ tagħmir tat-trasport (CPC 6112, 6122, 8867 u CPC 8868) jinsabu taħt 6.F.l) 1. Manutenzjoni u tiswija ta’ bastimenti għal 6.F.l) 4. Manutenzjoni u tiswija ta’ inġenji tal-ajru u partijiet minnhom.Is-servizzi ta’ manutenzjoni u tiswija ta’ makkinarju u tagħmir tal-uffiċċju inklużi kompjuters (CPC 845) jinsabu taħt 6.B. Servizzi tal-kompjuter u servizzi relatati.
(63)    Ma jinkludix servizzi ta’ stampar, li jaqgħu taħt CPC 88442 u li jinsabu taħt 6.F.p) Stampar u pubblikazzjoni.
(64)    “Immaniġġjar” tirreferi għal attivitajiet bħal approvazzjoni doganali, issortjar, trasport u konsenja.
(65)    “Oġġett postali” tirreferi għal oġġetti mmaniġġjati minn kwalunkwe tip ta’ operatur kummerċjali, kemm pubbliku kif ukoll privat.
(66)    Pereżempju, ittri jew kartolini.
(67)    Il-kotba u l-katalgi huma inklużi hawn taħt.
(68)    Ġurnali, gazzetti u perjodiċi.
(69)    Servizzi ta’ konsenja express jistgħu jinkludu, flimkien ma’ veloċità u affidabbiltà akbar, elementi ta’ valur miżjud bħall-ġbir mill-punt tal-oriġini, il-konsenja personali lid-destinatarju, it-traċċar u l-ittrekjar, il-possibbiltà ta’ bdil tad-destinazzjoni u tad-destinatarju waqt it-tranżitu u l-konferma tal-wasla.
(70)    Provvista tal-mezzi, inkluż il-provvista ta’ bini ad hoc kif ukoll trasport minn parti terza, li tippermetti l-awtotwassil permezz ta’ skambju reċiproku ta’ oġġetti postali bejn utenti sottoskritti għal dan is-servizz. “Oġġett postali” tirreferi għal oġġetti mmaniġġjati minn kwalunkwe tip ta’ operatur kummerċjali, kemm pubbliku kif ukoll privat.
(71)    “Oġġetti ta’ korrispondenza” tfisser komunikazzjoni bil-miktub fuq kull tip ta’ mezz fiżiku li għandu jintbagħat u jiġi kkonsenjat fl-indirizz indikat mill-ispeditur fuq l-oġġett innifsu jew fuq it-tgeżwir tiegħu. Kotba, katalgi, gazzetti u perjodiċi ma jitqisux bħala oġġetti ta’ korrispondenza.
(72)    Trasport ta’ oġġetti postali u bil-kurrier fuq kont proprju bi kwalunkwe mezz fuq l-art.
(73)    It-trasport ta’ posta għall-kont proprju bl-ajru.
(74)    Dawn is-servizzi ma jinkludux informazzjoni online jew l-ipproċessar tad-data (inkluż l-ipproċessar tat-tranżazzjonijiet) (parti minn CPC 843) li jinsabu taħt 6.B. Servizzi tal-kompjuter u servizzi relatati.
(75)    “Xandir” huwa definit bħala komunikazzjoni bir-radju li fiha t-trażmissjonijiet huma maħsuba għal riċezzjoni diretta mill-pubbliku ġenerali u jistgħu jinkludu trażmissjoni bl-awdjo u trażmissjoni televiżiva.
(76)    Dawn is-servizzi, li jinkludu CPC 62271, jinsabu fis-SERVIZZI TAL-ENERĠIJA taħt 19.D Servizzi ta’ kummerċ bl-ingrossa ta’ fjuwils solidi, likwidi u gassużi u prodotti relatati u servizzi ta’ kummerċ bl-ingrossa ta’ elettriku, fwar u misħun.
(77)    Ma jinkludux servizzi ta’ manutenzjoni u tiswija, li jinsabu fis-SERVIZZI TA’ NEGOZJU taħt 6.B. Servizzi tal-kompjuter u servizzi relatati u 6.F.l).Ma jinkludix servizzi ta’ bejgħ bl-imnut ta’ prodotti tal-enerġija, li jinsabu fis-SERVIZZI TAL-ENERĠIJA taħt 19.E. Bejgħ bl-imnut ta’ fjuwil tal-magni u 19. F. Il-bejgħ bl-imnut ta’ żejt fjuwil, gass fil-fliexken, faħam u injam u servizzi ta’ bejgħ bl-imnut ta’ elettriku, gass (mhux ibbottiljat), fwar u misħun.
(78)    Il-bejgħ bl-imnut ta’ oġġetti farmaċewtiċi, mediċi u ortopediċi jinsab taħt SERVIZZI PROFESSJONALI f’6.A.k).
(79)    Tikkorrispondi għas-servizzi tad-drenaġġ.
(80)    Tikkorrispondi għal servizzi ta’ tindif ta’ gassijiet tal-egżost.
(81)    Tikkorrispondi għal partijiet ta’ servizzi ta’ protezzjoni tan-natura u l-pajsaġġ.
(82)    Il-provvista ta’ catering f’servizzi ta’ trasport bl-ajru jinstab f’SERVIZZI AWŻILJARJI GĦAT-TRASPORT taħt 17.E.a) Servizzi fuq l-art.
(83)    Mingħajr preġudizzju għall-ambitu tal-attivitajiet li jistgħu jitqiesu bħala kabotaġġ skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti, l-impenji ma jinkludux it-trasport ta’ kabotaġġ nazzjonali, li huwa preżunt li jkopri t-trasport ta’ passiġġieri jew merkanzija bejn port jew punt li jinsab fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u port jew punt ieħor li jinsab fl-istess Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, inkluż fuq il-blata kontinentali tiegħu kif previst fl-UNCLOS u t-traffiku li joriġina u li jintemm fl-istess port jew punt li jinsab fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.
(84)    Mingħajr preġudizzju għall-ambitu tal-attivitajiet li jistgħu jitqiesu bħala kabotaġġ skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti, l-impenji ma jinkludux it-trasport ta’ kabotaġġ nazzjonali, li huwa preżunt li jkopri t-trasport ta’ passiġġieri jew merkanzija bejn port jew punt li jinsab fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u port jew punt ieħor li jinsab fl-istess Stat Membru, inkluż fuq il-blata kontinentali tiegħu kif previst fl-UNCLOS u t-traffiku li joriġina u li jintemm fl-istess port jew punt li jinsab fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.
(85)    Parti minn CPC 71235, li tinstab fis-SERVIZZI TA’ KOMUNIKAZZJONI taħt 7.A. Servizzi Postali u ta’ Kurrier.
(86)    It-trasport bil-pipeline ta’ fjuwils jinstab fis-SERVIZZI TAL-ENERĠIJA taħt 19.B.
(87)    Ma jinkludix servizzi ta’ manutenzjoni u tiswija ta’ tagħmir tat-trasport, li jinsabu fis-SERVIZZI TAN-NEGOZJU 6.F.l) 1. Manutenzjoni u tiswija ta’ bastimenti għal 6.F.l) 4. Manutenzjoni u tiswija ta’ inġenji tal-ajru u partijiet minnhom.
(88)    Din il-miżura hija applikata fuq bażi mhux diskriminatorja.
(89)    Is-servizzi awżiljarji għat-trasport bil-pipeline ta’ fjuwils jinsabu fis-SERVIZZI TAL-ENERĠIJA taħt 19.C Servizzi ta’ ħżin u magazzinaġġ ta’ fjuwils ittrasportati permezz ta’ pipelines.
(90)    Tinkludi s-servizzi li ġejjin mogħtija fuq bażi ta’ tariffa jew kuntratt: servizzi ta’ għoti ta’ pariri u ta’ konsulenza dwar l-estrazzjoni minerarja, dwar it-tħejjija tas-siti fuq l-art, dwar l-installazzjoni tal-impjanti tat-tħaffir fuq l-art, it-tħaffir, is-servizzi tal-golji tat-tħaffir, is-servizzi tal-casing u tat-tubi tat-tħaffir, l-inġinerija tat-tajn u l-provvista, il-kontroll ta’ materjal solidu, l-operazzjonijiet speċjali ta’ rkupru u fil-fond tal-bjar, il-ġeoloġija tas-siti tal-bjar u l-kontroll tat-tħaffir, it-teħid ta’ kampjuni mill-art, l-ittestjar tal-bjar, is-servizzi wireline, il-provvista u t-tħaddim tal-fluwidi tat-tlestija (salmuri), il-provvista u l-installazzjoni tat-tagħmir tat-tlestija, is-simentar (l-ippumpjar taħt pressjoni), is-servizzi ta’ stimulazzjoni (it-tixqiq, l-aċidifikar u l-ippumpjar taħt pressjoni), is-servizzi ta’ workover u ta’ tiswija tal-bjar, u l-issiġillar u l-abbandun tal-bjar.Ma tinkludix l-aċċess dirett għar-riżorsi naturali jew l-isfruttar tagħhom.Ma tinkludix xogħol ta’ preparazzjoni fuq is-sit għall-estrazzjoni minerarja ta’ riżorsi għajr iż-żejt u l-gass (CPC 5115), li jinsab taħt 8. SERVIZZI TA’ KOSTRUZZJONI U TA’ INĠINERIJA RELATATI.
(91)    Massaġġi terapewtiċi u servizzi ta’ kura termali jinsabu taħt 6.A.h) Servizzi Mediċi u dentali, 6.A.j) 2. Servizzi pprovduti minn infermiera, fiżjoterapisti u persunal paramediku, u servizzi tas-saħħa (13.A Servizzi ta’ sptar u 13.C Faċilitajiet tas-saħħa residenzjali minbarra servizzi ta’ sptar).
(92)    Għal aktar ċertezza, il-maniġers, l-eżekuttivi u l-ispeċjalisti jistgħu jkunu meħtieġa juru li għandhom il-kwalifiki professjonali u l-esperjenza meħtieġa fil-persuna ġuridika li lilha jiġu ttrasferiti.
(93)    Fir-rigward tas-setturi tas-servizzi, dawn il-limitazzjonijiet ma jmorrux lil hinn mil-limiti riflessi fl-impenji eżistenti tal-GATS.
(94)    Sabiex ċittadini ta’ pajjiżi mhux tal-UE jiksbu rikonoxximent fl-UE kollha tal-kwalifiki tagħhom, huwa meħtieġ ftehim ta’ rikonoxximent reċiproku, innegozjat fil-qafas definit fl-Artikolu 18.11.
(95)    Servizzi ta’ għoti ta’ pariri u konsulenza relatati mal-agrikoltura, il-kaċċa, il-forestrija u s-sajd jinsabu fis-SERVIZZI TAN-NEGOZJU taħt 6.F.f).
(96)    Servizzi ta’ għoti ta’ pariri u konsulenza relatati mal-agrikoltura, il-kaċċa, il-forestrija u s-sajd jinsabu fis-SERVIZZI TA’ NEGOZJU taħt 6.F.f).
(97)    Servizzi ta’ għoti ta’ pariri u konsulenza relatati mal-agrikoltura, il-kaċċa, il-forestrija u s-sajd jinsabu fis-SERVIZZI TA’ NEGOZJU taħt 6.F.f).
(98)    Tapplika l-limitazzjoni orizzontali fuq utilitajiet pubbliċi.
(99)    Ma jinkludix servizzi relatati ma’ xogħol fil-minjieri fuq bażi ta’ tariffa jew ta’ kuntratt f’żoni taż-żejt u tal-gass, li jinsabu fis-SERVIZZI TAL-ENERĠIJA taħt 19.A.
(100)    Dan is-settur ma jinkludix servizzi ta’ għoti ta’ pariri relatati mal-manifattura, li jinsabu fis-SERVIZZI TAN-NEGOZJU taħt 6.F.h).
(101)    Il-pubblikazzjoni u l-istampar fuq bażi ta’ tariffa jew ta’ kuntratt jinsabu fis-SERVIZZI TA’ NEGOZJU taħt 6.F.p) Stampar u pubblikazzjoni.
(102)    Jinkludi servizzi ta’ għoti ta’ pariri legali, servizzi ta’ rappreżentanza legali, arbitraġġ u konċiljazzjoni legali jew servizzi ta’ medjazzjoni, u servizzi ta’ dokumentazzjoni u ċertifikazzjoni legali. Il-provvista ta’ servizzi legali huwa awtorizzat biss fir-rigward tad-dritt internazzjonali pubbliku, il-liġi tal-UE u l-liġi ta’ kwalunkwe ġurisdizzjoni fejn il-fornitur tas-servizz jew il-persunal tiegħu huwa kkwalifikat biex jipprattika bħala avukat, u, bħall-provvista ta’ servizzi oħra, hija soġġett għal rekwiżiti u proċeduri ta’ liċenzjar applikabbli fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Għall-avukati li jipprovdu servizzi legali fir-rigward tad-dritt internazzjonali pubbliku u l-liġi barranija, dawn jistgħu jieħdu, fost l-oħrajn, il-forma ta’ konformità mal-kodiċijiet lokali tal-etika, l-użu tat-titolu domestiku (sakemm ma jkunx inkiseb rikonoxximent mat-titolu ospitanti), rekwiżiti tal-assigurazzjoni, reġistrazzjoni sempliċi mal-Kamra tal-Avukati tal-pajjiż ospitanti jew ammissjoni simplifikata fil-Kamra tal-Avukati tal-pajjiż ospitanti permezz ta’ test tal-aptitudni u domiċilju legali jew professjonali fil-pajjiż ospitanti. Is-servizzi legali fir-rigward tal-liġi tal-UE għandhom fil-prinċipju jitwettqu minn jew permezz ta’ avukat ikkwalifikat għalkollox ammess fil-Kamra tal-Avukati fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, li jaġixxi personalment, u s-servizzi legali fir-rigward tal-liġi ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea għandhom fil-prinċipju jitwettqu minn jew permezz ta’ avukat ikkwalifikat għalkollox ammess fil-Kamra tal-Avukati f’dak l-Istat Membru, li jaġixxi personalment. Għaldaqstant għar-rappreżentanza quddiem il-qrati u awtoritajiet kompetenti oħra fl-UE, tista’ tkun meħtieġa l-ammissjoni sħiħa fil-Kamra tal-Avukati fl-Istat Membru rilevanti tal-Unjoni Ewropea, peress li tinvolvi l-prattika tal-liġi proċedurali tal-UE u dik nazzjonali. Madankollu, f’xi Stati Membri tal-Unjoni Ewropea, avukati barranin li ma jkunux ammessi għalkollox fil-Kamra tal-Avukati jistgħu jirrappreżentaw fi proċedimenti ċivili parti li tkun ċittadina tal-Istat li fih l-avukat ikun intitolat li jipprattika jew li jappartjeni għalih.
(103)    Ma jinkludix servizzi ta’ għoti ta’ pariri legali u ta’ rappreżentanza legali dwar kwistjonijiet ta’ taxxa, li jinsabu fis-SERVIZZI LEGALI taħt 6.A.a).
(104)    Il-provvista tal-farmaċewtiċi lill-pubbliku ġenerali, bħall-provvista ta’ servizzi oħra, hija soġġetta għal rekwiżiti ta’ liċenzjar u kwalifiki u proċeduri applikabbli fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Bħala regola ġenerali, din l-attività hija riżervata għall-ispiżjara. F’xi Stati Membri, il-provvista ta’ mediċini bir-riċetta biss hija riżervata għall-ispiżjara.
(105)    Is-servizz involut jirrelata mal-professjoni tal-aġenti tal-proprjetà immobbli u ma jaffettwa l-ebda dritt jew restrizzjoni fuq persuni fiżiċi u ġuridiċi li jixtru proprjetà immobbli.
(106)    Servizzi ta’ manutenzjoni u tiswija ta’ tagħmir tat-trasport (CPC 6112, 6122, 8867 u CPC 8868) jinsabu taħt 6.F.l) 1. Manutenzjoni u tiswija ta’ bastimenti għal 6.F.l) 3. Manutenzjoni u Tiswija ta’ vetturi bil-mutur, muturi, snowmobiles u Tagħmir tat-trasport bit-triq.
(107)    Ma jinkludix servizzi ta’ stampar, li jaqgħu taħt CPC 88442 u li jinsabu taħt 6.F.p) Stampar u pubblikazzjoni.
(108)    Ma jinkludix servizzi ta’ manutenzjoni u tiswija, li jinsabu fis-SERVIZZI TA’ NEGOZJU taħt 6.F.l) 1, 2, 3 u 5.Ma jinkludix servizzi ta’ bejgħ bl-imnut ta’ prodotti tal-enerġija li jinsabu fis-SERVIZZI TAL-ENERĠIJA taħt 19.A.
(109)    It-trasport bil-pipelines ta’ fjuwils jinstab fis-SERVIZZI TAL-ENERĠIJA taħt 19.B.
(110)    Ma jinkludix servizzi ta’ manutenzjoni u tiswija ta’ tagħmir tat-trasport, li jinsabu fis-SERVIZZI TA’ NEGOZJU taħt 6.F.l) 1. Manutenzjoni u tiswija ta’ bastimenti għal 6.F.l) 3. Manutenzjoni u Tiswija ta’ vetturi bil-mutur, muturi, snowmobiles u Tagħmir tat-trasport bit-triq.
(111)    Is-servizzi awżiljarji għat-trasport bil-pipelines tal-fjuwils jinsabu fis-SERVIZZI TAL-ENERĠIJA taħt 19.A.
(112)    Jinkludi s-servizzi li ġejjin mogħtija fuq bażi ta’ tariffa jew ta’ kuntratt: servizzi ta’ għoti ta’ pariri u ta’ konsulenza dwar l-estrazzjoni minerarja, dwar it-tħejjija tas-siti fuq l-art, dwar l-installazzjoni tal-impjanti tat-tħaffir fuq l-art, it-tħaffir, is-servizzi tal-golji tat-tħaffir, is-servizzi tal-casing u tat-tubi tat-tħaffir, l-inġinerija tat-tajn u l-provvista, il-kontroll ta’ materjal solidu, l-operazzjonijiet speċjali ta’ rkupru u fil-fond tal-bjar, il-ġeoloġija tas-siti tal-bjar u l-kontroll tat-tħaffir, it-teħid ta’ kampjuni mill-art, l-ittestjar tal-bjar, is-servizzi wireline, il-provvista u t-tħaddim tal-fluwidi tat-tlestija (salmuri), il-provvista u l-installazzjoni tat-tagħmir tat-tlestija, is-simentar (l-ippumpjar taħt pressjoni), is-servizzi ta’ stimulazzjoni (it-tixqiq, l-aċidifikar u l-ippumpjar taħt pressjoni), is-servizzi ta’ workover u ta’ tiswija tal-bjar, l-issiġillar u l-abbandun tal-bjar.Ma tinkludix l-aċċess dirett għar-riżorsi naturali jew l-isfruttar tagħhom.Ma tinkludix xogħol ta’ preparazzjoni fuq is-sit għall-estrazzjoni minerarja ta’ riżorsi għajr iż-żejt u l-gass (CPC 5115), li jinsab taħt 8. Servizzi ta’ kostruzzjoni u ta’ inġinerija relatati.
(113)    Massaġġi terapewtiċi u servizzi ta’ kura termali jinsabu taħt 6.A.h) Servizzi mediċi (inklużi psikologi) u dentali, 6.A.j) 2. Servizzi pprovduti minn infermiera, fiżjoterapisti u persunal paramediku, u servizzi tas-saħħa (13.A Servizzi ta’ sptar u 13.C Faċilitajiet tas-saħħa residenzjali minbarra servizzi ta’ sptar.
(114)    Din l-esperjenza professjonali trid tinkiseb wara li tkun intlaħqet l-età maġġuri, kif definit skont il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli.
(115)    Jekk il-lawrja jew il-kwalifika ma tkunx inkisbet fl-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea fejn jiġi pprovdut is-servizz, dak l-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea jista’ jevalwa jekk din hijiex ekwivalenti għal lawrja universitarja meħtieġa fit-territorju tiegħu.
(116)    Jekk il-lawrja jew il-kwalifika ma tkunx inkisbet fl-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea fejn jiġi pprovdut is-servizz, dak l-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea jista’ jevalwa jekk din hijiex ekwivalenti għal lawrja universitarja meħtieġa fit-territorju tiegħu.
(117)    Sabiex il-persuni fiżiċi tal-Istati Firmatarji tal-MERCOSUR jiksbu rikonoxximent fl-UE kollha tal-kwalifiki tagħhom, huwa meħtieġ li jiġi nnegozjat ftehim ta’ rikonoxximent reċiproku fil-qafas definit skont l-Artikolu 18.11.
(118)    Bħall-provvista ta’ servizzi oħra, is-servizzi legali huma soġġetti għal rekwiżiti u proċeduri ta’ liċenzjar applikabbli fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Għall-avukati li jipprovdu servizzi legali fir-rigward tad-dritt internazzjonali pubbliku u l-liġi barranija, dawn jistgħu jieħdu, fost l-oħrajn, il-forma ta’ konformità mal-kodiċijiet lokali tal-etika, l-użu tat-titolu domestiku (sakemm ma jkunx inkiseb rikonoxximent mat-titolu ospitanti) rekwiżiti tal-assigurazzjoni, reġistrazzjoni sempliċi mal-Kamra tal-Avukati tal-pajjiż ospitanti jew ammissjoni simplifikata fil-Kamra tal-Avukati tal-pajjiż ospitanti permezz ta’ test tal-aptitudni u rekwiżit li jkollhom id-domiċilju legali jew professjonali tagħhom fil-pajjiż ospitanti. Riżerva għal servizzi legali elenkati fl-Annessi 18-A u 18-B minn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea għal “liġi domestika” li tkopri l-“liġi tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha” tapplika għal dan l-Anness.
(119)    Ma jinkludix servizzi ta’ għoti ta’ pariri legali u ta’ rappreżentanza legali dwar kwistjonijiet ta’ taxxa, li huma elenkati taħt servizzi ta’ għoti ta’ pariri legali fir-rigward tad-dritt internazzjonali pubbliku u l-liġi barranija.
(120)    Parti minn CPC 85201, li hija elenkata taħt Servizzi mediċi u dentali.
(121)    Għall-Istati Membri kollha ħlief, għad-Danimarka, l-approvazzjoni tal-organizzazzjoni ta’ riċerka u l-ftehim ta’ ospitar għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2016/801 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar il-kundizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ riċerka, studji, taħriġ, servizz volontarju, skemi ta’ skambju ta’ skulari jew proġetti edukattivi u au pairing, ĠU L 132, 21.5.2016, p. 21.
(122)    Is-servizzi ta’ manutenzjoni u tiswija ta’ makkinarju u tagħmir tal-uffiċċju inklużi l-kompjuters (CPC 845) huma elenkati taħt Servizzi tal-kompjuter u servizzi relatati.
(123)    Tikkorrispondi għas-servizzi tad-drenaġġ.
(124)    Tikkorrispondi għal servizzi ta’ tindif ta’ gassijiet tal-egżost.
(125)    Tikkorrispondi għal partijiet ta’ servizzi ta’ protezzjoni tan-natura u l-pajsaġġ.
(126)    Il-fornituri ta’ servizzi li l-funzjoni tagħhom hija li jakkumpanjaw grupp turistiku ta’ minimu ta’ 10 (għaxar) persuni, mingħajr ma jaġixxu bħala gwidi f’postijiet speċifiċi.