4.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 211/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 96/2015

tat-30 ta' April 2015

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2016/1279]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1136/2014 tal-24 ta' Ottubru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 283/2013 dwar il-miżuri tranżitorji rigward il-proċeduri li jikkonċernaw il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiżdied mal-punt 13b (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 283/2013) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“, kif emendat bi:

—

32014 R 1136: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1136/2014 tal-24 ta' Ottubru 2014 (ĠU L 307, 28.10.2014, p. 26).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 1136/2014 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2015, dejjem jekk ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew dakinhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 203/2014 tat-30 ta' Settembru 2014 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' April 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 307, 28.10.2014, p. 26.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.

(2)   ĠU L 202, 30.7.2015, p. 57.