Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - It-Tielet parti - Politika tal-Komunita' - TITOLU V - It-Trasport - Artikolu 71
Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0070 - 0071
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0061 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0205 - Consolidated version
Official Journal C 224 , 31/08/1992 P. 0027 - Consolidated version
(EEC Treaty - no official publication available)
Artikolu 71 1. Bl-iskop li jwettaq l-Artikolu 70, u filwaqt illi jqis il-fatturi partikolari tat-trasport, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 u wara li jikkonsulta mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandu jistabbilixxi: a) regoli komuni li japplikaw għat-trasport internazzjonali lejn jew mit-territorju ta’ Stat Membru jew li jaqsam it-territorju ta’ Stat Membru wieħed jew aktar; b) il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-mod li bih trasportaturi mhux residenti jistgħu joperaw servizzi ta’ trasport f’xi Stat Membru; ċ) miżuri li jtejbu s-sigurtà fit-trasport; d) provvedimenti oħra xierqa. 2. Bħala deroga mill-proċedura msemmija fil-paragrafu 1, meta l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet li jirrigwardaw il-prinċipji tas-sistema regolatorja għat-trasport jista’ jkollha effett serju fuq il-livell ta’ għajxien u fuq l-impjieg f’ ċerti arei u fuq l-operat tal-faċilitajiet tat-trasporti, dawn għandhom jiġu stabbiliti mill-Kunsill filwaqt li jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni, wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali. Filwaqt li jagħmel dan, il-Kunsill għandu jqis il-bżonn għall-adattament għall-iżvilupp ekonomiku li jkun se jirriżulta mill-istabbiliment tas-suq komuni. --------------------------------------------------