|
6.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 187/8 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ ATALANTA/2/2013
tat-2 ta’ Lulju 2013
dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)
(2013/356/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta’ Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 6(1) tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (“KPS”) sabiex jieħu d-deċiżjonijiet biex jinħatar il-Kmandat tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin ta’ atti ta’ piraterija u serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (“Kmandat tal-Forza tal-UE”). |
|
(2) |
Fit-22 ta’ Marzu 2013, il-KPS adotta d-Deċiżjoni Atalanta/1/2013 (2) li taħtar il-Komodor Jorge NOVO PALMA bħala Kmandant tal-Forza tal-UE. |
|
(3) |
Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE irrakkomanda l-ħatra ta’ Komodor Peter LENSELINK bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE bħala s-suċċessur tal-Komodor Jorge NOVO PALMA |
|
(4) |
Il-Kumitat Militari tal-UE jappoġġa dik ir-rakkomandazzjoni. |
|
(5) |
F’konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implementazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta’ difiża, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Komodor Peter LENSELINK huwa b’dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-Unjoni Ewropea għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, prevenzjoni u trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja mis-6 ta’ Awwissu 2013.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni Atalanta/1/2013 hija b’dan imħassra.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-6 ta’ Awwissu 2013.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Lulju 2013.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
W. STEVENS
(1) ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.
(2) Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà Atalanta/1/2013 tat-22 ta’ Marzu 2013 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) (ĠU L 87, 27.3.2013, p. 12).