Official Journal L 118 , 30/04/1974 P. 0011 - 0011
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 2 P. 0003
Spanish special edition: Chapter 11 Volume 5 P. 0109
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 2 P. 0003
Portuguese special edition Chapter 11 Volume 5 P. 0109
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-20 ta' Lulju 1972 li jikkonkludi l-Ftehim Addizzjonali għall-Ftehim li jikkonċerni l-industrija tal-prodotti ta' l-arloġġ tal-ħajt u ta' l-idejn bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Konfederazzjoni Svizzera (74/215/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 113 tiegħu; Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni; Billi huwa neċessarju, għall-funzjonalità tal-Ftehim li jikkonċerna l-prodotti ta' l-industrija ta' l-arloġġ kemm tal-ħajt u kif ukoll ta' l-idejn bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Konfederazzjoni Svizzera, iffirmat f'Ġeneva fit-30 ta' Ġunju 1967, li disposizzjonijiet addizzjonali jkunu adottati, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim Addizzjonali għall-Ftehim li jikkonċerna l-prodotti ta' l-industrija ta' l-arloġġi kemm tal-ħajt kif ukoll ta' l-idejn bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Konfederazzjoni Svizzera, hawnhekk ikkonkluda f'isem il-Komunità u d-dokument tiegħu jidher fl-Anness. Artikolu 2 Mr Th. C. Hijzen, aġent Direttur-Ġenerali għall-Kummerċ Estern tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej huwa hawnhekk awtorizzat li jiffirma, f'isem il-Kunsill, il-Ftehim speċifikat fl-Artikolu 1. Dan il-Ftehim jorbot il-Komunità. Magħmul fi Brussel, fl-20 ta' Lulju 1972. F'isem il-Kunsill Il-President Th. E. Westerterp --------------------------------------------------