|
9.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 453/2 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10249 — DERICHEBOURG ENVIRONNEMENT / GROUPE ECORE HOLDING)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 453/02)
1.
Fis-26 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Derichebourg Environnement (Franza), li tappartjeni għall-grupp Dericheburg; |
|
— |
Ecore Holding Group SAS (“Ecore Holding Group”, Franza). |
Derichebourg takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Ecore kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet ta’ negozju tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Derichebourg Environment: attiva f’servizzi ambjentali (ġbir u rkupru ta’ skart tal-metall, servizzi komunitarji bħall-ġbir ta’ skart domestiku) u servizzi fin-negozju (servizzi ta’ ndafa (tindif), servizzi temporanji ta’ aġenzija, servizzi ajronawtiċi esternalizzati, enerġija, eċċ.). |
|
— |
Ecore Holding Group: attiv fl-attivitajiet kollha fil-katina tar-riċiklaġġ, jiġifieri l-ġbir, l-irkupru u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ materjali li ma għadhomx jintużaw. L-attività ewlenija tagħha hija r-riċiklaġġ tal-metalli. Hija involuta wkoll fir-riċiklaġġ tal-kartun tal-karta u tal-iskart tal-plastik. |
3.
Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jippreżentawlha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Dawn il-kummenti jeħtieġ li jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara id-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10249 — DERICHEBOURG ENVIRONNEMENT / GROUPE ECORE HOLDING
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
Commission européenne |
|
Direction générale de la concurrence |
|
Greffe des concentrations |
|
1049 Bruxelles |
|
BELGIQUE |
(1) ĠU L 24 du 29 ta’ Jannar 2004, p. 1 ((ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).