15.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 270/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-14 ta’ Ottubru 2009

dwar il-proroga tal-mandat tal- Grupp Ewropew għall-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda u tal-perjodu tal-ħatra tal-membri tiegħu

(2009/757/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Billi:

(1)

Il-mandat tal-Grupp Ewropew għall-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda (il-GEE) ġġedded permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/383/KE (1).

(2)

Il-ħatra tal-membri tal-GEE ġġeddet għal perjodu ta’ erba’ snin permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/754/KE (2).

(3)

Il-mandat kurrenti tal-GEE u l-perjodu kurrenti tal-ħatra tal-membri tiegħu għalhekk jaslu fi tmiemhom fl-20 ta’ Ottubru 2009.

(4)

Huwa xieraq li l-Kummissjoni l-ġdida tirrevedi kemm is-suġġett tal-mandat tal-GEE kif ukoll il-ħatra tal-membri tiegħu.

(5)

Sabiex il-GEE jkun jista’ jibqa’ jiffunzjona sakemm jittieħdu deċiżjonijiet ġodda dwar il-mandat tiegħu u dwar il-ħatra tal-membri tiegħu, il-mandat kurrenti tal-GEE u l-perjodu kurrenti tal-ħatra tal-membri tiegħu għandhom jiġu pprorogati.

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-mandat kurrenti tal-GEE, kif provdut għalih fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/383/KE, qiegħed b’dan jiġi pprorogat sakemm dik id-deċiżjoni tiġi sostitwita.

Il-perjodu kurrenti tal-ħatra tal-membri tal-GEE, kif provdut għalih fid-Deċiżjoni 2005/754/KE, qiegħed b’dan jiġi pprorogat sakemm dik id-deċiżjoni tiġi sostitwita.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Ottubru 2009.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)   ĠU L 127, 20.5.2005, p. 17.

(2)   ĠU L 284, 27.10.2005, p. 6.