20.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 137/10


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11056 – ONE / MACQUARIE / TRAPAC)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 137/08)

1.   

Fit-13 ta’ April 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Ocean Network Express Pte Ltd (“ONE”, Singapore), ikkontrollata minn Ocean Network Express Holdings, Ltd (il-Ġappun), joint venture (JV) bejn Nippon Yusen Kabushiki Kaisha, Mitsui O.S.K. Lines u Kawasaki Kisen Kaisha;

—

Palamit Terminal Holdings (“Skipjack”, l-Istati Uniti tal-Amerka), li finalment hija kkontrollata minn Macquarie Asset Management (“Macquarie”, l-Awstralja);

—

International Transportation Inc. (“ITI”, l-Istati Uniti tal-Amerka), li bħalissa hija kkontrollata minn Mitsui O.S.K. Lines (“MOL”, il-Ġappun).

One u Skipjack se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ ITI, il-kumpanija azzjonista ta’ TraPac LLC (“TraPac” u “JV”, l-Istati Uniti tal-Amerka) (it-“Tranżazzjoni”).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

ONE jopera negozju globali tat-tbaħħir bil-containers,

—

Shipjack huwa veikolu bi skop speċjali ġestit minn Macquarie, fornitur globali ta’ servizzi ta’ ġestjoni tal-assi,

—

ITI hija l-kumpanija azzjonista ta’ TraPac. TraPac tħaddem servizzi ta’ burdnara tat-terminals tal-containers marittimi f’terminals f’Los Angeles u f’Oakland (California).

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11056 – ONE / MACQUARIE / TRAPAC

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.