02001L0083 — MT — 01.01.2022 — 015.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
ID-DIRETTIVA 2001/83/KEE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311 28.11.2001, p. 67) |
Emendata bi:
Ikkoreġuta bi:
ID-DIRETTIVA 2001/83/KEE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-6 ta' Novembru 2001
dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem
TITOLU I
DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, it-termini li ġejjin għandu jkollhom it-tifsiriet li ġejjin:
▼M4 —————
|
2. |
Prodott mediċinali :
(a)
Kull sustanza jew kombinazzjoni ta' sustanzi prezentati bħala li għandhom proprjetajiet għat-trattament jew il-prevenzjoni ta' mard fil-bniedem; jew
(b)
Kull sustanza jew kombinazzjoni ta' sustanzi li jistgħu jintużaw fil- jew jiġu amministrati lill-bniedem, jew bil-ħsieb li jiġu restawrati, korretti jew modifikati funzjonijiet fiżjoloġiċi bl-eżerċitar ta' azzjoni farmakoloġika, immunoloġika jew metabolika, jew biex isir dijanjosi mediku. |
|
3. |
Sustanza : Kull materja irrispettivament mill-oriġini li tista’ tkun:
—
umana, e.ż.
demm uman u prodotti tad-demm uman;
—
annimal, e.ż.
mikro-organiżmi, annimali sħaħ, partijiet minn organi, tnixxijiet ta' l-annimali, tossini, estratti, prodotti mid-demm;
—
veġetali, e.ż.
mikro-organiżmi, pjanti, partijiet minn pjanti, tnixxijiet tal-ħaxix, estratti;
—
kimika, e.ż.
elementi, materjali kimiċi li jinħolqu b'mod naturali u prodotti kimiċi miksuba b'tibdil kimiku jew b'sinteżi.
|
|
3a. |
Sustanza attiva : Kwalunkwe sustanza jew taħlita ta’ sustanzi maħsuba biex jintużaw fil-manifattura ta’ prodott mediċinali u li, meta użata fil-produzzjoni tagħha, issir ingredjent attiv ta’ dak il-prodott maħsub biex jeżerċita azzjoni farmakoloġika, immunoloġika jew metabolika fir-rigward tar-restawr, tal-korrezzjoni u l-modifika tal-karatteristiċi fiżjoloġiċi jew biex issir dijanjosi medika. |
|
3b. |
Eċċipjent : Kwalunkwe kostitwenti ta’ prodott mediċinali minflok is-sustanza attiva u l-materjal tal-imballaġġ. |
|
4. |
Prodotti mediċinali immunoloġiċi : Kull prodott mediċinali li jikkonsisti f'vaċċini, tossini, serum jew prodotti minn allerġeni:
(a)
vaċċini, tossini jew serum għandhom ikopru b'mod partikolari:
(i)
aġenti wżati biex jipproduċu immunità attiva, bħal vaċċin għall-kolera, BCG, vaċċini għall-poljo, vaċċin għall-ġidri r-riħ;
(ii)
aġenti wżati għad-dijanjosi ta' stat ta' immunità, inklużi b'mod partikolari tuberkulin u tuberkulin PPD, tossini għat-Testijiet Schick u Dick, bruċellina;
(iii)
aġenti wżati biex jipproduċu immunità passiva, bħall-antitossin għad-difterite, globulina kontra l-ġidri r-riħ, globulina antilimfoċitika;
(b)
“prodott ta' allerġen” tfisser kull prodott mediċinali maħsub biex jidentifika jew joħloq xi bidla speċifika miksuba fir-reazzjoni immunoloġika għal xi aġent li jallerġizza. |
|
4a. |
Prodotti mediċinali ta’ terapija avvanzata : Prodott kif definit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1394/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar prodotti mediċinali ta’ terapija avvanzata ( 1 ). |
|
5. |
Prodott mediċinali omeopatiku : Kull prodott mediċinali preparat minn sustanzi imsejħa ħażniet omeopatiċi skond proċedura omeopatika ta' manifattura deskritta fil Farmakopea Ewropea jew, fin-nuqqas ta' dan, mill-farmakopei li bhalissa huma użati uffiċjalment fl-Istati Membri. Prodott mediċinali omeopatiku jista' jkun fih numru ta' prinċipji. |
|
6. |
Radjofarmaċewtiċi : Kull prodott mediċinali li, meta jkun lest għall-użu, ikun fih radjonuklidi (iżotopi radjoattiviti) wieħed jew aktar, inkluż għal għan mediku. |
|
7. |
Ġeneratur tar-radjonuklidi : Kull sistema li tinkorpora nuklide fiss tar-radjo ġenitur li minnu tkun prodotta radjonuklide bint li għandha tkun miksuba b'elużjoni jew b'xi metodu ieħor u wżata f'radjofarmaċewtiku. |
|
8. |
►M4 Kitt ◄ : Kull preparazzjoni li għandha tkun rikostitwita jew magħquda ma’ radjonuklidi fir-radjofarmaċewtiku finali, normalment qabel tkun amministrata. |
|
9. |
Prekursur radjonuklide : Kull radjonuklide ieħor prodott għall-ittikkettjar bir-radjo ta' sustanza oħra qabel l-amministrazzjoni. |
|
10. |
Prodotti mediċinali miksuba minn demm uman jew plażma umana : Prodotti mediċinali bażati fuq kostitwenti tad-demm li huma preparati industrijalment minn stabbilimenti pubbliċi jew privati, prodotti mediċinali bħal dawn inklużi, b'mod partikolari, l-albumina, fatturi koagulanti u immunoglobulini ta' oriġini umana. |
|
11. |
Reazzjoni ħażina : Rispons għal prodott mediċinali li hija ta’ ħsara u li mhux intenzjonata. |
|
12. |
Reazzjoni ħażina serja : Reazzjoni ħażina li twassal għall-mewt, thedded il-ħajja, tinħtieġ kura kontinwa fi sptar jew li ttawwal iż-żmien li wieħed għandu jagħmel fi sptar, twassal għall-diżabilità persistenti jew sinifikanti jew inkapaċità, jew li tkun anomalija konġenitali/difett fit-twelid. |
|
13. |
Reazzjoni ħażina mhux mistennija : Reazzjoni ħażina, li in-natura, severità jew riżultat tagħha ma tkunx konsistenti mas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott. |
▼M10 —————
|
15. |
Studju dwar is-sikurezza wara l-awtorizzazzjoni : Kwalunkwe studju relatat ma’ prodott mediċinali awtorizzat imwettaq bl-għan li jidentifika, jikkaratterizza jew jikkwantifika riskju għas-saħħa, jikkonferma l-profil ta’ sikurezza tal-prodott mediċinali, jew ikejjel l-effettività tal-miżuri tal-ġestjoni tar-riskju. |
|
16. |
Abbuż minn prodotti mediċinali : Użu persistenti jew sporadiku, eċċessiv u intenzjonat ta' prodotti mediċinali li hu akkumpanjat minn effetti ħżiena fiżiċi jew psikoloġiċi. |
|
17. |
Distribuzzjoni bl-ingrossa ta' prodotti mediċinali : L-attivitajiet kollha li jikkonsistu f'kisba, żamma, provvista jew esportazzjoni ta' prodotti mediċinali, barra milli jfornu prodotti mediċinali lill-pubbliku. Attivitajiet bħal dawn jitwettqu mal-produtturi jew mad-depożitarji tagħhom, ma' importaturi, distributuri oħra bl-ingrossa jew ma' spiżjara u persuni awtorizzati jew intitolati li jfornu prodotti mediċinali lill-pubbliku fl-Istat Membru konċernat. |
|
17a. |
Senserija tal-prodotti mediċinali : L-attivitajiet kollha b’rabta mal-bejgħ jew ix-xiri tal-prodotti mediċinali, minbarra d-distribuzzjoni bl-ingrossa, li ma tinkludix it-trattament fiżiku u li tikkonsisti f’negozjati b’mod indipendenti u f’isem ta’ persuna oħra legali jew naturali. |
|
18. |
Obbligu ta' servizz pubbliku : L-obbligu mqiegħed fuq bejjiegħa bl-ingrossa li dejjem jiggarantixxu grupp adegwat ta' prodotti mediċinali li jilħqu l-bżonnijiet ta' żona ġeografika speċifika u biex iwasslu l-provvisti fi żmien qasir ħafna fiż-żona kollha in kwistjoni. |
|
18a. |
Rapprezentant tad-detentur ta' l-awtorizzazzjoni għall-marketing : Il-persuna, soltu magħrufa bħala rapprezentant lokali, nominata mid-dententur ta' l-awtorizzazzjoni għall-marketing biex tirrapprezentah fl-Istat Membru konċernat. |
|
19. |
Riċetta mediċinali : Kull riċetta mediċinali maħruġa minn persuna professjonali kkwalifikata biex tagħmel dan. |
|
20. |
L-isem tal-prodott mediċinali : L-isem, li jista' jkun jew isem inventat li x'aktarx ma joħloqx konfużjoni ma' l-isem komuni, jew isem komuni jew xjentifiku akkumpanjat b'marka tal-kummerċ jew bl-isem tad-detentur ta' l-awtorizzazzjoni għall-marketing. |
|
21. |
Isem komuni : L-isem internazzjonali mhux proprjetarju rrikmandat mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, jew, jekk ma jeżistix, l-isem komuni tas-soltu. |
|
22. |
Il-qawwa tal-prodott mediċinali : Il-kontenut ta' sustanzi attivi espress kwantitattivament għal kull unità ta' dożaġġ, kull unità ta' volum jew piż skond il-forma tad-dożaġġ. |
|
23. |
L-imballaġġ immedjat : Il-kontenitur jew forma oħra ta' imballaġġ li jkun immedjatament f'kuntatt mal-prodott mediċinali. |
|
24. |
L-imballaġġ ta' barra : L-imballaġġ li fih jitqiegħed l-imballaġġ immedjat. |
|
25. |
It-tikkettjar : Informazzjoni fuq l-imballaġġ immedjat jew ta' barra. |
|
26. |
Il-Fuljett fil-pakkett : Fuljett informattiv li jkun mal-prodott mediċinali. |
|
26a. |
Varjazzjoni jew varjazzjoni għat-termini ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq : Emenda għall-kontenuti tal-informazzjoni u tad-dokumenti msemmija:
(a)
fl-Artikolu 8(3) u fl-Artikoli 9 sa 11 ta’ din id-Direttiva u l-Anness I tagħha, fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004, u fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1394/2007; kif ukoll
(b)
fit-termini tad-deċiżjoni li tagħti l-awtorizzazzjoni għatt-tqegħid fis-suq, għal prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem, inkluż is-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott u kwalunkwe kundizzjoni, obbligu, jew restrizzjoni li jaffettwaw l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq”, jew tibdil fit-tikkettar jew fil-fuljett tal-pakkett relatat ma’ tibdil fis-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott. |
|
27. |
Aġenzija : L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 726/2004 ( 2 ). |
|
28. |
Riskji relatati ma' l-użu tal-prodott mediċinali :
—
kull riskju relatat mal-kwalità, sigurezza jew efficjenza tal-prodott mediċinali fir-rigward tas-saħħa tal-pazjent jew tas-saħħa pubblika;
—
kull riskju ta' effetti m'humiex mixtieqa fuq l-ambjent.
|
|
28a. |
Bilanċ riskju-benefiċċju : Valutazzjoni ta' l-effetti pożittivi terapewtiċi tal-prodott mediċinali b'relazzjoni mar-riskji kif definiti fil-punt 28, l-ewwel inċiż. |
|
28b. |
Sistema tal-ġestjoni tar-riskju : sensiela ta’ attivitajiet u interventi ta’ farmakoviġilanza imfassla biex jidentifikaw, jikkaratterizzaw, jevitaw jew jimminimizzaw ir-riskji relatati ma’ prodott mediċinali, inkluża l-evalwazzjoni tal-effettività ta’ dawk l-attivitajiet u l-interventi. |
|
28c. |
Pjan tal-ġestjoni tar-riskju : deskrizzjoni dettaljata tas-sistema tal-ġestjoni tar-riskju. |
|
28d. |
Sistema ta’ farmakoviġilanza : sistema użata mid-detentur ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u mill-Istati Membri biex jitwettqu l-kompiti u r-responsabbiltajiet imniżżla fit-Titolu IX u mfassla biex tissorvelja s-sikurezza tal-prodotti mediċinali awtorizzati u biex tiżvela kwalunkwe bidla fil-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tagħhom. |
|
28e. |
Master fajl għas-sistema ta’ farmakoviġilanza : Deskrizzjoni dettaljata tas-sistema ta’ farmakoviġilanza użata mid-detentur ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq fir-rigward ta’ prodott mediċinali awtorizzat wieħed jew aktar. |
|
29. |
Prodott mediċinali veġetali tradizzjonali : prodott mediċinali veġetali li jikkonforma mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 16a (1). |
|
30. |
Prodott mediċinali veġetali : kull prodott mediċinali li jkun esklussivament fih bħala ingredjenti attivi sustanza veġetali waħda aktar jew preparazzjoni veġetali waħda jew aktar, jew dik is-sustanza veġetali waħda jew aktar ikkombinata ma' din il-preparazzjoni veġetali waħda jew aktar. |
|
31. |
Sustanzi veġetali : Prinċipalment pjanti sħaħ kollha, fragmentati jew maqtugħa, partijiet ta' pjanti, alka, funġi, likeni f'forma mhux proċessata, normalment imnixxfa, iżda kull tant friski. Ċerti efużjonijiet li ma jkunux ġew suġġetti għal trattament speċifiku huma wkoll meqjusa li jkunu sustanzi veġetali. Is-sustanzi veġetali huma definiti preċiżament permezz tal-parti tal-pjanta wżata u l-isem botaniku skond is-sistema bonomja (tip, speċji, varjetà u awtur). |
|
32. |
Preparazzjonijiet veġetali : preparazzjonijiet miksuba billi sustanzi veġetali jiġu suġġetti għal trattamenti bħal estrazzjoni, distillazzjoni, espressjoni, tqassim fi frazzjonijiet, purifikazzjoni, konċentrazzjoni jew fermentazzjoni. Dawn jinkludi sustanzi veġetali mfarrka jew magħmula trab, tinturi, estratti, żjut essenzali, sugi espressi u efużjonijiet proċessati. |
|
33. |
Prodotti mediċinali ffalsifikati : Kull prodott mediku b’rappreżentanza falza ta’:
(a)
l-identità tiegħu, inkluż l-imballaġġ u t-tikkettjar tiegħu, ismu jew il-kompożizzjoni tiegħu fir-rigward ta’ kull wieħed mill-ingredjenti tiegħu inklużi l-eċċipjenti u s-saħħa ta’ dawk l-ingredejenti:
(b)
is-sors tiegħu, inkluż il-manifattur tiegħu, il-pajjiż tal-manifattura tiegħu, il-pajjiż tal-oriġini tiegħu, jew dak li għandu l-awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq tiegħu; jew
(c)
l-istorja tiegħu, inklużi r-rekords u d-dokumenti li jirrelataw mal-kanali tad-distribuzzjoni użati. Din id-definizzjoni ma tinkludix difetti fil-kwalità mhux intenzjonati u hi mingħajr preġudizzju għall-ksur ta’ drittijiet tal-proprjetà intellettwali. |
TITOLU II
L-GĦAN
Artikolu 2
Artikolu 3
Din id-Direttiva ma tapplikax għal:
Kull prodott mediċinali ippreparat ġo spiżerija skond riċetta medika għal pazjent individwali (magħrufa l-aktar bħala l-formola maġistrali);
Kull prodott mediċinali li jkun preparat fi spiżerija skond ir-riċetti ta' farmakopea u huma maħsuba li jiġu provduti direttament lill-pażjenti servuti mill-ispiżerija in kwistjoni (komunement magħrufa bħala formola uffiċinali);
Prodotti mediċinali maħsuba għar-riċerka u provi ta' żvilupp, iżda mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 2001/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta' April 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li jirrelataw għall-implimentazzjoni ta' prattika ta' klinika tajba fit-twettieq ta' provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem ( 3 );
Prodotti intermedjarji maħsuba għal aktar proċessar minn manifattur awtorizzat;
Kull nuklide tar-radjo fil-forma ta' għejun siġillati;
Demm sħiħ, plażma u ċelluli tad-demm ta' oriġini uman, ħlief għall-plażma li hija preparata b'metodu li jinvolvi proċess industrijali.
Kull prodott mediċinali ta’ terapija avvanzata, kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1394/2007, li huwa ppreparat fuq bażi mhux regolari skond standards ta’ kwalità speċifiċi u wżat fl-istess Stat Membru fi sptar taħt ir-responsabbiltà professjonali esklussiva ta’ tabib skond preskrizzjoni medika individwali għal prodott ippreparat apposta għal pazjent individwali.
Il-manifattura ta’ dawn il-prodotti għandha tkun awtorizzata mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti ta’ traċċabilità u ta’ viġilanza farmakoloġika, kif ukoll l-istandards speċifiċi ta’ kwalità li jirreferi għalihom dan il-paragrafu huma ekwivalenti għal dawk li huma pprovduti fuq il-livell Komunitarju rigward prodotti mediċinali ta’ terapija avvanzata li jeħtieġu awtorizzazzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ( 4 ).
Artikolu 4
Artikolu 5
Artikolu 5a
B’deroga mill-Artikolu 6, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq jistgħu jawtorizzaw temporanjament il-provvista, lill-pazjenti fl-Irlanda ta’ Fuq, ta’ prodott mediċinali li jappartjeni għall-kategoriji msemmija fl-Artikolu 3(1) u fl-Artikolu (2) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 dment li l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu ssodisfati:
il-prodott mediċinali kkonċernat ikun ingħata awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq mill-awtorità kompetenti tar-Renju Unit għall-partijiet tar-Renju Unit għajr l-Irlanda ta’ Fuq;
il-prodott mediċinali kkonċernat isir disponibbli biss għall-pazjenti jew għall-konsumaturi finali fit-territorju tal-Irlanda ta’ Fuq u ma jsir disponibbli f“ebda Stat Membru.
Il-validità massima tal-awtorizzazzjoni temporanja għandha tkun ta’ sitt xhur. Minkejja l-validità speċifikata, l-awtorizzazzjoni temporanja ma għandhiex tibqa’ valida jekk il-prodott mediċinali kkonċernat ikun ingħata awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004, jew jekk it-tali awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tkun ġiet irrifjutata f’konformità ma’ dak l-Artikolu.
TITOLU III
TQEGĦID FIS-SUQ
KAPITOLU 1
Awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq
Artikolu 6
Meta prodott mediċinali jkun ingħata awtorizzazzjoni inizjali għall-marketing skond l-ewwel sub-paragrafu, kull saħħiet addizzjonali, formoli farmaċewtiċi, rotot amministrattivi, prezentazzjonijiet, kif ukoll varjazzjonijiet u estensjonijiet għandhom ukoll jingħataw awtorizzazzjoni skond l-ewwel sub-paragrafu jew jiġu inklużi fl-awtorizzazzjoni inizjali għall-marketing. Dawn l-awtorizzazzjonijiet kollha għall-marketing għandhom jitqiesu bħala li jappartjenu għall-istess awtorizzazzjoni globali għall-marketing, b'mod partikolari għall-fini ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 10(1).
Artikolu 7
Awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq m'għandhiex tkun meħtieġa għal xi radjofarmaċewtiku preparat waqt l-użu minn persuna jew minn stabbiliment awtorizzat, skond il-liġi nazzjonali, biex juża prodotti mediċinali bħal dawn fi stabbiliment approvat tas-saħħa esklussivament minn ġeneraturi awtorizzati ta' radjonuklidi, ►M4 kittijiet ◄ jew prekursuri radjonuklidi skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur.
Artikolu 8
L-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq u, sal-31 ta’ Diċembru 2024, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Ċipru, tal-Irlanda u ta’ Malta, jistgħu jestendu l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq li diġà ngħataw qabel l-20 ta’ April 2022 għad-detenturi tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq stabbiliti f’partijiet tar-Renju Unit għajr l-Irlanda ta’ Fuq.
L-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq mogħtija jew estiżi mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Ċipru, tal-Irlanda jew ta’ Malta f’konformità mal-ewwel u mat-tieni subparagrafu ma għandhomx jibqgħu validi sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2026.
L-applikazzjoni għandu jkollha magħha id-dettalji u d-dokumenti li ġejjin, sottomessi skond l-Anness I:
L-isem jew l-isem tal-kumpanija u l-indirizz permanenti ta' l-applikant u, meta applikabbli, tal-manifattur;
Isem tal-prodott mediċinali;
Dettalji kwalitattivi u kwantitattivi tal-kostitwenti kollha tal-prodott mediċinali, inkluża r-referenza għall-isem internazzjonali tiegħu mhux proprjetarju (INN) rakkomandat mill-WHO, fejn teżisti INN għall-prodott mediċinali, jew referenza għall-isem relevanti kimiku;
Il-valutazzjoni tar-riskji potenzali ambjentali maħluqa mill-prodott mediċinali. L-impatt għandu jiġi stmat u, fuq il-bażi ta' każ b'każ, għandhom jiġu maħsuba arranġamenti speċifiċi biex jillimitawh;
Deskrizzjoni tal-metodu tal-manifattura;
Indikazzjonijiet terapewtiċi, indikazzjonijiet kuntrarji u reazzjonijiet ħżiena;
Posoloġija, forma farmaċewtika, metodu u rotta ta' amministrazzjoni u tul mistenni ta' ħajja fil-ħażna;
Ir-raġunijiet għall-miżuri ta' prekawzjoni jew sigurezza li għandhom jittieħdu għall-ħażna tal-prodott mediċinali, l-amministrazzjoni tiegħu lill-pazjenti u għad-disponiment tal-fdal tal-prodotti, flimkien ma' indikazzjoni tar-riskji potenzali presentati mill-prodtt mediċinali għall-ambjent;
Deskrizzjoni tal-metodi ta' kontroll użati mill-manifattur;
Konferma bil-miktub li l-manifattur tal-prodott mediċinali vverifika l-konformità tal-manifattur tas-sustanza attiva mal-prinċipji u l-linji gwida ta’ prattika tajba ta’ manifattura billi jsiru verifiki, skont il-punt (f) tal-Artikolu 46. Il-konferma bil-miktub għandu jkun fiha referenza għad-data tal-verifika u dikjarazzjoni li r-riżultat tal-konfermi tal-verifika li l-manifattura hija konformi mal-prinċipji u l-linji gwida ta’ prattika tajba ta’ manifattura;
Ir-riżultati ta':
Sommarju tas-sistema ta’ farmakoviġilanza tal-applikant li għandha tinkludi l-elementi li ġejjin:
Il-pjan tal-ġestjoni tar-riskju li jiddeskrivi s-sistema tal-immaniġġjar tar-riskju li l-applikant għandu jintroduċi għall-prodott mediċinali kkonċernat, flimkien ma’ sommarju tiegħu.
Dikjarazzjoni fis-sena li l-provi kliniċi mwettqa barra l-Unjoni Ewropea jikkonformaw mal-ħtiġiet etiċi tad-Direttiva 2001/20/KE;
Sommarju, skond l-Artikolu 11, tal-karatteristiċi tal-prodott, mudell ta'l- imballaġġ ta' barra, li jkun fih id-dettalji previsti fl-Artikolu 54, u ta' l- imballaġġ immedjat tal-prodott mediċinali, li jkun fih id-dattalji previsti fl-Artikolu 55, flimkien mal-fuljett tal-pakkett skond l-Artikolu 59;
Dokument li juri li l-manifattur huwa awtorizzat f'pajjiżu biex jipproduċi prodotti mediċinali;
Kopji ta’ dawn li ġejjin:
Kopja ta' kull isem tal-prodott mediċinali bħala prodott orfni mediċinali taħt ir-Regolament (KE) Nru 141/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1999 dwar il-prodotti orfni mediċinali ( 8 ), flimkien ma' ta' l-opinjoni relevanti ta' l-Aġenzija;
▼M10 —————
Id-dokumenti u l-informazzjoni li jikkonċernaw ir-riżultati tat-testijiet farmaċewtiċi u pre-kliniċi u l-provi kliniċi msemmija fil-punt (i) ta' l-ewwel subparagrafu għandhom ikunu akkumpanjati b'sommarji dettaljati skond l-Artikolu 12.
Is-sistema tal-immaniġġjar tar-riskju msemmija fil-punt (iaa) tal-ewwel subparagrafu għandha tkun proporzjonata mar-riskji identifikati u r-riskji potenzjali tal-prodott mediċinali, u mal-ħtieġa tad-data dwar is-sikurezza ta’ wara l-awtorizzazzjoni.
It-tagħrif imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi aġġornat fejn u meta jkun xieraq.
Artikolu 9
Barra mill-ħtiġiet stabbiliti fl-Artikoli 8 u 10(1), applikazzjoni għal awtorizzazzjoni biex jitqiegħed fis-suq ġeneratur radjonuklidu għandu jkun fiha wkoll l-informazzjoni u d-dettalji li ġejjin:
Artikolu 10
Prodott ġeneriku mediċinali awtorizzat skond din id-disposizzjoni ma għandux jitqiegħed fis-suq sakemm ma jkunux għaddew għaxar snin mill-awtorizzazzjoni inizjali tal-prodott ta' referenza.
L-ewwel subparagrafu għandu jgħodd ukoll jekk il-prodott mediċinali ta' referenza ma kienx awtorizzat fl-Istat Membru li fih tintbagħat l-applikazzjoni għall-prodott ġeneriku mediċinali. F'dan il-każ, l-applikant għandu juri fil-formola ta 'l-applikazzjoni l-isem ta' l-Istat Membru li fih il-prodott mediċinali ta' referenza huwa jew kien ġie awtorizzat. Fuq it-talba ta' l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fih tintbagħat l-applikazzjoni, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru l-ieħor għandha tibgħat fi żmien perjodu ta' xahar, konferma li l-prodott mediċinali ta' referenza huwa jew kien ġie awtorizzat flimkien mal-komposizzjoni sħiħa tal-prodott ta' referenza u fejn meħtieġ dokumentazzjoni oħra relevanti.
Il-perjodu ta' għaxar snin imsemmi fit-tieni subparagrafu għandu jiġi mtawwal għal massimu ta' ħdax-il sena jekk, matul l-ewwel tmin snin ta' dawk l-għaxar snin, id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni għall-marketing jikseb awtorizzazzjoni għal indikazzjoni waħda jew aktar terapewtika ġdida li, matul il-valutazzjoni xjentifika qabel l-awtorizzazzjoni tagħhom, ikunu kunsidrati li jkunu ta' benefiċċju sinifikanti kliniku meta mqabbla ma' terapiji eżistenti.
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu:
“prodott mediċinali ta' referenza”; għandha tfisser prodott mediċinali awtorizzat taħt l-Artikolu 6, skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8;
“prodott ġeneriku mediċinali”; għandha tfisser prodott mediċinali li jkollu l-istess komposizzjoni kwalitattiva u kwantitattiva f'sustanzi attivi u l-istess forma farmaċewtika bħal dik tal-prodott ta' referenza, u li l-bioekwivaleza tiegħu mal-prodott mediċinali ta' referenza tkun ġiet murija permezz ta' studji xierqa ta' bijodisponibilità. L-imluħ differenti, esteri, eteri, isomeri, taħliet ta' isomeri, komplessi jew derivattivi ta' sustanza attiva għandhom jitqiesu li jkunu l-istess sustanza attivi, kemm-il darba ma jkunux ivarjaw sinjifikament fil-proprjetajiet fir-rigward ta' sigurezza u/jew effikaċja. F'dawk il-każi, informazzjoni addizzjonali li tipprovdi prova tas-sigurezza u/jew effikaċja ta' l-imluħ varji, esteri jew derivattivi ta' sustanza attiva awtorizzata għandha tiġi provduta mill-applikant. Il-forom farmaċewtiċi orali varji ta' rilaxx immedjat għandhom jitqiesu li jkunu l-istess forma farmaċewtika. Mhux meħtieġ li l-istudji ta' bijodisponibilità jiġu meħtieġa mill-applikant jekk huwa jkun jista' juri li prodott ġeneriku mediċinali jkun jikkonforma mal-kriterji relevanti kif definiti fil-linji gwida dettaljati xierqa.
Artikolu 10a
B'deroga mill-Artikolu 8(3)(i), u mingħajr preġudizzju għal-liġi li tirrelata mal-protezzjoni ta' proprjetà industrijali jew kummerċjali, l-applikant ma għandux ikun meħtieġ li jipprovdi r-riżultati tat-testijiet pre-kliniċi jew tal-provi kliniċi jekk huwa jkun jista' jipprova li s-sustanzi attivi tal-prodott mediċinali jkunu f'użu mediċinali ben stabbilit ġewwa l-Komunità għal ta' l-anqas għaxar snin, b'effikaċja rikonoxxuta u livell aċċettabbli ta' sigurezza skond il-kondizzjonijiet stipulati fl-Anness I. F'dak il-każ ir-riżultati tat-testijiet u l-provi għandhom jiġu sostitwiti bil-lettaratura xjentifika adatta.
Artikolu 10b
Fil-każ ta' prodotti mediċinali li jkun fihom sustanzi attivi wżati fil-komposizzjoni ta' prodotti mediċinali awtorizzati iżda li sa issa ma jkunux użati f'kombinazzjoni għal għanijiet terapewtiċi, ir-riżultati tat-testijiet pre-kliniċi l-ġodda jew tal-provi kliniċi l-ġodda li jirrelataw ma' dik il-kombinazzjoni għandhom ikunu provduti skond l-Artikolu 8(3)(i), iżda ma għandux ikun meħtieġ li jiġu provduti referenzi xjentifiċi li jirrelataw ma' kull sustanza attiva individwali.
Artikolu 10c
Wara l-għoti ta' awtorizzazzjoni għall-marketing, id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni jista' jippermetti li jsir użu tad-dokumentazzjoni farmaċewtika, pre-klinika u klinika li tkun tinsab fil-file tal-prodott mediċinali, bil-ħsieb li jiġu eżaminati applikazzjonijiet sussegwenti li għandhom x'jaqsmu ma' prodotti mediċinali oħra li jkunu jipposjedu l-istess komposizzjoni kwalitattiva u kwantitattiva fit-termini tas-sustanzi attivi u l-istess forma farmaċewtika.
Artikolu 11
Is-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott għandu jkun fihom, fl-ordni indikat hawn taħt, l-informazzjoni li ġejja:
l-isem tal-prodott mediċinali segwit bis-saħħa u l-forma farmaċewtika.
il-komposizzjoni kwalitattiva u kwantitattiva fit-termini tas-sustanzi attivi u kostitwenti ta' l-eċċipjent, li l-għarfien tiegħu huwa essenzjali għall-amministrazzjoni kif imiss tal-prodott mediċinali. L-isem normali komuni jew deskrizzjoni kimika għandu jintuża.
forma farmaċewtika.
dettalji kliniċi
indikazzjonijiet terapewtiċi,
pożoloġija u metodu ta' amministrazzjoni għall-adulti u fejn meħtieġ għat-tfal,
kontra-indikazzjonijiet,
twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu u, fil-każ ta' prodotti mediċinali immunoloġiċi, kull prekawzjoniji speċjali li għandha tittieħed minn persuni li jimmaniġġaw dawk il-prodotti u jamministrawhom lill-pazjenti, flimkien ma' kull prekawzjoni li għandha tittieħed mill-pazjenti,
interazzjoni ma' forom mediċinali oħra u forom oħra ta' interazzjonijiet,
użu matul it-tqala u t-treddigħ,
effetti fuq l-abbiltà ta' sewqan u użu ta' makni,
effetti m'humiex mixtieqa,
doża żejda (sintomi, proċedura ta' emerġenza, antidoti).
proprjetajiet farmakoloġiċi:
proprjetajiet farmakodinamiċi,
proprjetajiet farmokokinetiċi,
data ta' sigurezza pre-klinika,
dettalji farmaċewtiċi:
lista ta' eċċipjenti,
inkompatibilitajiet prinċipali,
tul ta' żmien kemm jibqgħu tajbin, fejn meħtieġ wara rikostituzzjoni tal-prodott mediċinali jew fejn l- imballaġġ immedjat jinfetaħ għall-ewwel darba,
prekawzjonijet speċjali għall-ħażna,
natura u kontenuti tal-kontenitur,
prekawzjonijiet speċjali għad-disponiment ta' prodott mediċinali wżat jew fdal ta' materjali ta' dak il-prodott mediċinali, fejn xieraq.
detentur ta' l-awtorizzazzjoni għall-marketing.
numru/i ta' l-awtorizzazzjoni għall-marketing.
data ta' l-ewwel awtorizzazzjoni jew tiġdid ta' l-awtorizzazzjoni.
data tar-reviżjoni tat-test.
għal radjufarmaċewtiċi, dettalji sħaħ tad-dożimetrija interna ta' radjazzjoni.
għal radjufarmaċewtiċi, struzzjonijiet dettaljati addizzjonali għall-preparazzjoni improvizzata u l-kontroll tal-kwalità ta' dik il-preparazzjoni u, fejn xieraq, iż-żmien massimu ta' ħażna li matulu kull preparazzjoni intermedja bħal elużjoni jew il-farmaċewtiku lest għall-użu jibqa' jikkonforma ma' l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu.
Għal awtorizzazzjonijiet taħt l-Artikolu 10, dawk il-partijiet tas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott tal-prodott mediċinali ta' referenza li jirreferu għall-indikazzjonijiet jew forom ta' doża li kienu għadhom koperti bil-liġi tal-patenti fiż-żmien meta mediċina ġenerika kienet marketed ma humiex meħtieġa.
Għall-prodotti mediċinali inklużi fil-lista msemmija fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004, is-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott għandu jinkludi din id-dikjarazzjoni: “Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal sorveljanza addizzjonali”. Din id-dikjarazzjoni għandha tkun preċeduta mis-simbolu iswed imsemmi fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 u segwuta minn sentenza spjegattiva standardizzata xierqa.
Għall-prodotti mediċinali kollha, għandu jiddaħħal test standard li jitlob b’mod espress lill-professjonisti tas-saħħa biex jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni ħażina suspettata f’konformita’ mas-sistema nazzjonali ta’ rappurtar spontanju msemmija fl-Artikolu 107a(1). Modi differenti ta’ rappurtar, inkluż ir- rappurtar elettroniku, għandhom ikunu disponibbli (u oħrajn) f’konformita’ mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 107a(1).
Artikolu 12
KAPITOLU 2
Disposizzjonijiet speċifiċi applikabbli għal prodotti mediċinali omeopatiċi
Artikolu 13
Artikolu 14
Prodotti mediċinali omeopatiċi biss li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin jistgħu jkunu suġġetti għall-proċedura ta' reġistrazzjoni speċjali u simplifikata:
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 121a li jemendaw it-tielet inċiż tal-ewwel subparagrafu jekk l-evidenza xjentifika ġdida titlob dan.
Fil-ħin tar-reġistrazzjoni, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-klassifika għall-għoti tal-prodott mediċinali.
▼M4 —————
Artikolu 15
Applikazzjoni għal reġistrazzjoni speċjali u ssimplifikata tista' tkopri serje ta' prodotti mediċinali miksuba mill-istess ħażna jew ħażniet omeopatiċi. Id-dokumenti li ġejjin għandhom ikunu inklużi ma' l-applikazzjoni biex juru, b'mod partikolari, il-kwalità farmaċewtika u l-omoġenità lott b'lott tal-prodotti ikkonċernati:
Artikolu 16
F'dan il-każ, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika l-Kummissjoni bir-regoli speċifiċi fis-seħħ.
KAPITOLU 2a
Disposizzjonijiet speċifiċi applikabbli għal prodotti mediċinali veġetali tradizzjonali
Artikolu 16a
Proċedura ta' reġistrazzjoni simplifikata (hawnhekk iżjed 'l quddiem imsejjħa “reġistrazzjoni ta' użu tradizzjonali”) hija b'dan stabbilita għall-prodotti mediċinali veġetali li jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:
ikollhom indikazzjonijiet esklussivament adatti għall-prodotti mediċinali veġetali tradizzjonali li, bis-saħħa tal-komposizzjoni u l-iskop tagħhom, huma maħsuba u disinjati għal użu mingħajr sorveljanza ta' prattikant tal-mediċina għal finijiet dijanjostiċi jew għal riċetta jew monitoraġġ tat-trattament;
jintużaw esklussivament għal amministrazzjoni skond is-saħħa speċifika u l-pożoloġija;
ikunu preparazzjoni orali, esterna u/jew biex jinġibdu ‘l ġewwa man-nifs;
il-perjodu ta' użu tradizzjonali kif preskritt fl-Artikolu 16c(1)(c) ikun skada;
id-data dwar l-użu tradizzjonali tal-prodott mediċinali tkun suffiċjenti; b'mod partikolari l-prodott jagħti prova li ma jkunx ta' ħsara f'kondizzjonijiet speċifiċi ta' użu u l-effetti framakoloġiċi jew l-effikaċja tal-prodott mediċinali jkunu plawżibbli fuq il-bażi ta' użu fit-tul u esperjenza.
Artikolu 16b
Artikolu 16ċ
L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata:
bil-partikolaritajiet u d-dokumenti:
msemmija fl-Artikolu 8(3)(a) sa (h), (j) u (k);
ir-riżultati tat-testijiet farmaċewtiċi msemmija fit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 8(3)(i);
is-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott, mingħajr id-data speċifikata fl-Artikolu 11(4);
f'każi ta' kombinazzjonijiet, kif imsemmija fl-Artikolu 1(30) jew l-Artikolu 16a(2), l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 16a(1)(e) li tirrelata mal-kombinazzjoni bħala tali; jekk l-ingredjenti individwali attivi ma jkunux suffiċjentement magħrufa, id-data għandha wkoll tirrelata ma' l-ingredjenti individwali attivi;
kull awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni miksuba mill-applikant fi Stat Membru ieħor, jew f'pajjiż terz, biex jitqiegħed il-prodott mediċinali fis-suq, u dettalji ta' kull deċiżjoni ta' rifjut li tingħata awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni, sew fil-Komunità jew f'pakjjiż terz, u r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni;
xhieda bibljografika jew esperta fis-sens li l-prodott mediċinali in kwistjoni, jew prodott li jikkorrispondi kellu użu mediċinali matul perjodu sħiħ ta' l-anqas ta' 30 sena li jiġu qabel id-data ta' l-applikazzjoni, inklużi ta' l-anqas 15-il sena ġewwa l-Komunità. Fuq it-talba ta' l-Istat Membru fejn l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni għal użu tradizzjonali tkun intbagħtet, il-Kumitat dwar il-Prodotti Mediċinali Veġetali għandu jħejji opinjoni dwar l-adegwatezza tax-xhieda ta' l-użu f'perjodu twil tal-prodott, jew tal-prodott li jikkorrispondi. L-Istat Membru għandu jissottometti id-dokumentazzjoni relevanti li tappoġġa r-referenza;
reviżjoni bibljografika ta' l-informazzjoni ta' sigurezza b'rapport espert, u fejn meħtieġ mill-awtorità kompetenti, fuq talba addizzjonali, id-data meħtieġa biex issir stima tas-sigurezza tal-prodott mediċinali.
L-Anness I għandu jgħodd b'analoġija għall-partikolaritajiet u d-dokumenti speċifikati fil-punt (a).
Il-Kumitat għandu jikkonsidra dwar jekk il-kriterji l-oħra għar-reġistrazzjoni simplifikata kif imsemmija fl-Artikolu 16a ikunux tħarsu kollha kemm huma. Jekk il-Kumitat iqis dan possibbli, huwa għandu jistabbilixxi monografu veġetali tal-Komunità kif imsemmi fl-Artikolu 16h(3) li għandu jittieħed kont tiegħu mill-Istat Membru meta jieħu d-deċiżjoni finali tiegħu.
Artikolu 16d
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16h(1), il-Kapitolu 4 tat-Titolu III għandu jgħodd b'analoġija għal reġistrazzjonijiet mogħtija skond l-Artikolu 16a, kemm-il darba li:
monografu veġetali tal-Komunità jkun ġie stabbilit skond l-Artikolu 16h(3), jew
il-prodott mediċinali veġetali jkun jikkonsisti f'sustanzi veġetali, preparazzjonijiet jew kombinazzjonijiet tagħhom li jinsabu fil-lista msemmija fl-Artikolu16f.
Artikolu 16e
Reġistrazzjoni għal użu tradizzjonali għandha tiġi rifjutata jekk l-applikazzjoni ma tkunx konformi ma' l-Artikoli 16a, 16b jew 16c jew jekk ta' l-anqas waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin ma tiġix imħarsa:
il-komposizzjoni kwalitattivà u/jew kwantitattivà ma tkunx kif dikjarata;
l-indikazzjonijiet ma jkunux jikkonformaw mal-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 16a;
il-prodott jista' ikun ta' ħsara taħt kondizzjonijiet normali ta' użu;
id-data dwar l-użu tradizzjonali tkun insuffiċjenti, speċjalment jekk l-effetti farmakoloġiċi jew l-effikaċja ma jkunux plawżibbli fuq il-bażi ta' użu għal perjodu fit-tul u esperjenza;
il-kwalità farmaċewtika ma tiġix sodisfaċjentement murija.
Artikolu 16f
Artikolu 16g
B'żieda mal-ħtiġiet ta' l-Artikoli 54 sa 65, kull tikkettjar u fuljetti tal-pakkett għall-utent għandu jkun fihom dikjarazzjoni fis-sens li:
il-prodott huwa prodott mediċinali veġetali tradizzjonali għall-użu f'indikazzjoni/jiet speċifiċi esklussivament ibbażati fuq użu għal perjodu twil; u
l-utent għandu jikkonsulta tabib jew prattikant tal-kura tas-saħħa kwalifikat jekk is-sintomi jippersistu matul l-użu tal-prodott mediċinali jew jekk iseħħu xi effetti kuntrarji mhux imsemmija fil-fuljett tal-pakkett.
Stat Membru jista' jeħtieġ li l-ittikkettjar u l-fuljett tal-pakkett għall-utent għandu wkoll jiddikjara n-natura tat-tradizzjoni in kwistjoni.
Artikolu 16h
Kumitat dwar Prodotti Mediċinali Veġetali huwa b'dan stabbilit. Dak il-Kumitat għandu jkun parti mill-Aġenzija u għandu jkollu l-kompetenza li ġejja:
fir-rigward ta' reġistrazzjonijiet simplifikati, biex:
fir-rigward ta' awtorizzazzjonijiet ta' prodotti mediċinali veġetali, biex jistabbilixxi monografi veġetali tal-Komunità għal prodotti mediċinali veġetali, kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu;
fir-rigward ta' riferimenti lill-aġenzija taħt il-Kapitolu 4 tat-Titolu III, b'relazzjoni għall-prodotti mediċinali veġetali kif imsemmija fl-Artikolu 16a, li jwettaq il-kompiti stipulati fl-Artikolu 32;
fejn prodotti mediċinali oħra li jkun fihom sustanzi veġetali jiġu riferiti lill-Aġenzija skond il-kapitolu 4 tat-Titolu III, biex jagħti opinjoni dwar is-sustanza veġetali fejn xieraq.
Finalment, il-Kumitat dwar Prodotti Mediċinali Veġetali għandu jwettaq kull kompitu ieħor konferit fuqu bil-liġi tal-Komunità.
Il-koordinazzjoni adatta mal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Umani għandha tiġi assigurata permezz ta' proċedura li għandha tiġi stabbilita mid-Direttur Esekuttiv ta' l-Aġenzija skond l-Artikolu 57(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2309/93.
L-alternati għandhom jirrappresentaw u jivvotaw għall-membri fl-assenza tagħhom. Il-membri u l-alternati għandhom jintgħażlu għar-rwol u l-esperjenza tagħhom fil-valutazzjoni ta' prodotti mediċinali veġetali u għandhom jirrappresentaw lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali.
L-imsemmi Kumitat jista' jikkoptja sa massimu ta' ħames membri addizzjonali magħżula fuq il-bażi tal-kompetenza speċifika xjentifika tagħhom. Dawn il-membri għandhom jinħatru għal terminu ta' tliet snin, li jista' jiġġedded, u ma għandux ikollhom alternati.
Bil-ħsieb ta' l-ikkoptjar ta' dawk il-membri, l-imsemmi Kumitat jista' jidentifika il-kompetenza xjentifika komplementari speċifika tal-membru/i addizzjonali. Il-membri kkooptjati għandhom jintgħażlu minn fost esperti nominati mill-Istati Membri jew mill-Aġenzija.
Il-membri ta' l-imsemmi Kumitat jistgħu jkunu akkumpanjati minn esperti f'oqsma speċifiċi xjentifiċi jew tekniċi.
Fejn monografi veġetali tal-Komunità skond it-tifsira ta' dan il-paragrafu jkunu ġew stabbiliti, għandu jittieħed kont tagħhom mill-Istati Membri meta jeżaminaw applikazzjoni. Fejn ebda monografu veġetali tal-Komunità bħal dan ma jkun għadu ġie stabbilit, tista' ssir referenza għal monografi oħra xierqa, pubblikazzjonijiet jew informazzjoni.
Fejn monografi ġodda veġetali tal-Komunità jiġu stabbiliti, id-detentur tar-reġistrazzjoni għandu jikkonsidra jekk ikunx meħtieġ li hekk jimmodifika l-inkartament tar-reġistrazzjoni. Id-detentur tar-reġistrazzjoni għandu jinnotifika kull modifikazzjoni bħal din lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru konċernat.
Il-monografi veġetali għandhom jiġu ppublikati.
Artikolu 16i
Qabel it-30 ta' April 2007, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu.
Ir-rapport għandu jinkludi stima dwar il-possibbiltà ta' l-estensjoni tar-reġistrazzjoni ta' użu tradizzjonali għal kategoriji oħra ta' prodotti mediċinali.
KAPITOLU 3
Proċeduri relevanti għall-awtorizzazzjoni ta' bejgħ
Artikolu 17
L-applikazzjonijiet ta' l-awtorizzazzjonijiet għall-marketing f'żewġ Stati Membri jew aktar fir-rigward ta' l-istess prodott mediċinali għandhom jintbagħtu skond l- ►M10 Artikoli 28 ◄ sa 39.
Artikolu 18
Fejn Stat Membru jiġi informat skond l-Artikolu 8(3)(1) li Stat Membru ieħor ikun awtorizza prodott mediċinali li huwa s-suġġett ta' applikazzjoni ta' awtorizzazzjoni għall-marketing fl-Istat Membru konċernat, huwa għandu jirrifjuta l-applikazzjoni sakemm ma tkunx ġiet sottomessa b'konformità ma' l- ►M10 Artikoli 28 ◄ sa 39.
Artikolu 18a
B’deroga mill-Artikolu 17(1), it-tieni subparagrafu, l-Artikolu 17(2) u l-Artikolu 18, jekk applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tiġi sottomessa fi Stat Membru wieħed jew aktar u fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq, jew jekk applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tiġi sottomessa fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq għal prodott mediċinali li diġà jkun qiegħed jiġi eżaminat jew li diġà kien awtorizzat fi Stat Membru, l-applikazzjoni għar-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq ma għandhiex għalfejn tiġi sottomessa f’konformità mal-Artikolu 28 sal-Artikolu 39 dment li l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu ssodisfati:
l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għar-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq tingħata mill-awtorità kompetenti għar-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, u t-tali konformità mad-dritt tal-Unjoni tiġi żgurata matul il-perjodu ta’ validità ta’ dik l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq;
il-prodotti mediċinali awtorizzati mill-awtorità kompetenti għar-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq jitqiegħdu għad-disponibbiltà tal-pazjenti jew tal-konsumaturi finali biss fit-territorju tal-Irlanda ta’ Fuq, u ma jsiru disponibbli f’ebda Stat Membru.
Artikolu 19
Biex teżamina l-applikazzjoni sottomessa skond ►M4 l-Artikoli 8, 10, 10a, 10b u 10ċ ◄ , l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru kkonċernat:
għandha tivverifika jekk id-dettalji mibgħuta b'appoġġ għall-applikazzjoni humiex skond ►M4 l-Artikoli 8, 10, 10a, 10b u 10ċ ◄ imsemmija u teżamina jekk il-kondizzjonijiet għall-ħruġ ta' awtorizzazzjoni biex jitqiegħed prodott mediċinali fis-suq (awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq) humiex imħarsa;
tista’ tibgħat il-prodott mediċinali, il-materjali tal-bidu tiegħu, u jekk ikun hemm bżonn, il-prodotti intermedjarji tiegħu jew xi materjali kostitwenti oħra, għall-ittestjar minn ►M4 Laboratorju Uffiċjali tal-Kontroll ta' Mediċini jew laboratorju li Stat Membru jkun innomina għal dak il-għan ◄ biex ikun żgurat li l-metodi ta' kontroll użati mill-manifattur u deskritti fid-dokumenti ma’ l-applikazzjoni skond l-Artikolu 8(3)(h), huma sodisfaċenti;
tista’, meta approprjat, titlob lill-applikant biex jissupplimenta d-dettalji li hemm ma’ l-applikazzjoni dwar l-oġġetti elenkati ►M4 fl-Artikoli 8(3), 10, 10a, 10b u 10ċ ◄ . Meta l-awtorità kompetenti tuża din il-possibiltà, il-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 17 għandhom ikunu sospiżi sakemm l-informazzjoni supplimentari mitluba tingħata. Bl-istess mod, dawn il-limiti ta' żmien għandhom ikunu sospiżi għaż-żmien mogħti lill-applikant, meta approprjat, biex jagħti spjegazzjoni bil-fomm jew bil-miktub.
Artikolu 20
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jiżguraw li:
l-awtoritajiet kompetenti jaċċertaw li l-manifatturi u l-importaturi ta' prodotti mediċinali minn pajjiżi terzi jkunu kapaċi jwettqu l-manifattura skond id-dettalji mogħtija skond l-Artikolu 8(3)(d), u/jew li jagħmlu eżamijiet ta' kontroll skond il-metodi deskritti fid-dettaljii li hemm ma’ l-applikazzjoni skond l-Artikolu 8(3)(h);
l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw lill-manifatturi u lill-importaturi ta' prodotti mediċinali minn pajjiżi terzi, ►M4 f'każijiet ġustifikabbli ◄ , li jkollhom ċerti stadji ta' manifattura u/jew ċerti eżamijiet ta' kontroll imsemmija f’(a) magħmula minn partijiet terzi; f'dawn il-każijiet, verifiki mill-awtoritajiet kompetenti għandhom isiru wkoll fl-istabbiliment ikkonċernat.
Fir-rigward tal-ittestjar tal-kontroll tal-kwalità mwettaq f’partijiet tar-Renju Unit għajr l-Irlanda ta’ Fuq fir-rigward ta’ prodotti mediċinali inklużi fil-lista msemmija fl-Artikolu 127d għajr dawk awtorizzati mill-Kummissjoni, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq u, sal-31 ta’ Diċembru 2024, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Ċipru, tal-Irlanda u ta’ Malta jistgħu jkunu tal-fehma li hemm każ ġustifikabbli skont it-tifsira tal-punt (b) tal-ewwel paragrafu, mingħajr ma jwettqu valutazzjoni każ b’każ dment li:
kull lott tal-prodotti mediċinali kkonċernati jiġi rilaxxat minn persuna kkwalifikata f’sit fl-Unjoni jew fl-Irlanda ta’ Fuq jew minn persuna kkwalifikata f’sit f’partijiet tar-Renju Unit għajr l-Irlanda ta’ Fuq li tapplika standards ta’ kwalità li huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 51;
l-istabbiliment maħtur mill-parti terza li jmexxi l-ittestjar tal-kontroll tal-kwalità huwa ssorveljat mill-awtorità kompetenti tar-Renju Unit, inkluż bit-twettiq ta’ kontrolli fuq il-post;
meta r-rilaxx tal-lott jitwettaq minn persuna kkwalifikata li tirrisjedi u topera f’partijiet tar-Renju Unit għajr l-Irlanda ta’ Fuq, id-detentur tal-awtorizzazzjoni tal-manifattura jiddikjara li ma għandux għad-dispożizzjoni tiegħu persuna kkwalifikata li tirrisjedi u topera fl-Unjoni fl-20 ta’ April 2022.
Artikolu 21
L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jagħmlu aċċessibbli pubblikament mingħajr dewmien ir-rapport ta’ evalwazzjoni, flimkien mar-raġunijiet għall-opinjoni tagħhom, wara li jitħassar kwalunkwe tagħrif ta’ natura kummerċjali kunfidenzjali. Il-ġustifikazzjoni għandha tingħata separatament għal kull indikazzjoni li għaliha saret applikazzjoni.
Ir-Rapport ta’ Evalwazzjoni Pubbliku għandu jinkludi sommarju miktub b’mod li hu mifhum mill-pubbliku. Is-sommarju għandu jinkludi, b’mod partikolari, taqsima relatata mal-kondizzjonijiet tal-użu tal-prodott mediċinali.
Artikolu 21a
Flimkien mad-dispożizzjonijiet stipolati fl-Artikolu 19, tista’ tingħata awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali suġġetta għal waħda jew iżjed minn dawn il-kondizzjonijiet:
it-teħid ta’ ċerti miżuri għall-iżgurar tal-użu sikur tal-prodott mediċinali li għandu jiġi inkluż fis-sistema tal-ġestjoni tar-riskju;
it-twettiq ta’ studji dwar is-sikurezza ta’ wara l-awtorizzazzjoni;
il-konformità mal-obbligi dwar reġistrazzjoni jew rappurtar ta’ reazzjonijiet ħżiena suspettati li huma aktar riġidi minn dawk imsemmija fit-Titolu IX;
kwalunkwe kondizzjoni jew restrizzjoni oħra fir-rigward tal-użu sikur u effettiv tal-prodott mediċinali;
l-eżistenza ta’ sistema ta’ farmakoviġilanza adegwata;
it-twettiq ta’ studji ta’ wara l-awtorizzazzjoni dwar l-effikaċja, fejn jiġu identifikati preokkupazzjonijiet relatati ma’ xi aspetti tal-effikaċja tal-prodott mediċinali u jistgħu jiġi riżolti biss wara li l-prodott mediċinali jitqiegħed fis-suq. Tali obbligu dwar it-twettiq ta’ tali studji għandu jkun imsejjes fuq l-atti ddelegati adottati skont l-Artikolu 22b filwaqt li titqies il-gwida xjentifika msemmija fl-Artikolu 108a.
L-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għandha tistipula dati tal-għeluq għat-twettiq ta’ dawn il-kondizzjonijiet fejn meħtieġ.
Artikolu 22
F’ċirkostanzi eċċezzjonali u wara konsultazzjoni mal-applikant, l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tista’ tingħata suġġett għal ċerti kondizzjonijiet, b’mod partikolari dwar is-sikurezza tal-prodott mediċinali, notifika lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ta’ kwalunkwe inċident relatat mal-użu tiegħu, u l-azzjoni li għandha tittieħed.
L-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tista’ tingħata biss meta l-applikant jista’ juri li ma jistax jipprovdi data komprensiva dwar l-effikaċja u s-sikurezza tal-prodott mediċinali taħt kondizzjonijiet tal-użu normali, għal raġunijiet objettivi li jistgħu jiġu vverifikati li jridu jkunu msejsa fuq waħda mir-raġunijiet stipulati fl-Anness I.
Il-kontinwazzjoni tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għandha tkun marbuta mal-evalwazzjoni mill-ġdid ta’ kull sena ta’ dawn il-kondizzjonijiet.
Artikolu 22a
Wara l-għoti ta’ awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-suq, l-awtorità nazzjonali kompetenti tista’ timponi obbligu fuq id-detentur ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq:
li jwettaq studju dwar is-sikurezza wara l-awtorizzazzjoni jekk hemm xi tħassib dwar ir-riskji ta’ prodott mediċinali awtorizzat. Jekk l-istess tħassib japplika għal iktar minn prodott mediċinali wieħed, l-awtorità nazzjonali kompetenti, wara konsultazzjoni mal-Kumitat tal-Evalwazzjoni tar-Riskju fil-qasam tal-Farmakoviġilanza, għandha tinkoraġġixxi d-detenturi ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ikkonċernati biex iwettqu studju konġunt dwar is-sikurezza wara l-awtorizzazzjoni;
li jwettaq studju dwar l-effikaċja wara l-awtorizzazzjoni meta l-fehim tal-marda jew il-metodoloġija klinika jindikaw li l-evalwazzjonijiet preċedenti dwar l-effikaċja jistgħu jkunu jridu jiġu riveduti sinifikatament. L-obbligu li jitwettqu l-istudji dwar l-effikaċja wara l-awtorizzazzjoni għandu jkun ibbażat fuq l-atti ddelegati adottati skont l-Artikolu 22b b’ kont meħud tal-gwida xjentifika msemmija fl-Artikolu 108a.
L-impożizzjoni ta’ tali obbligu għandha tkun iġġustifikata kif xieraq, innotifikata bil-miktub, u għandha tinkludi l-għanijiet u l-qafas ta’ ħin għat-tressiq u t-twettiq tal-istudju.
Artikolu 22b
Artikolu 22c
Artikolu 23
Dawn il-bidliet għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat.
B’mod partikolari, id-detentur ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għandu javża minnufih lill-awtorità nazzjonali kompetenti bi kwalunkwe projbizzjoni jew restrizzjoni imposta mill-awtoritajiet kompetenti ta’ kwalunkwe pajjiż li fih il-prodott mediċinali tqiegħed fis-suq u bi kwalunkwe tagħrif ġdid ieħor li jista’ jinfluwenza l-valutazzjoni tal-benefiċċji u tar-riskji tal-prodott mediċinali kkonċernat. It-tagħrif għandu jinkludi kemm riżultati pożittivi kif ukoll negattivi ta’ testijiet kliniċi jew ta’ studji oħra għall-indikazzjonijiet u għall-gruppi ta’ pazjenti kollha, kemm jekk inklużi fl-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq kif ukoll jekk le, u wkoll id-data dwar l-użu tal-prodott mediċinali fejn tali jkun barra t-termini tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.
L-awtorità nazzjonali kompetenti tista’ fi kwalunkwe ħin titlob lid-detentur ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq biex iressaq kopja tal-master fajl tas-sistema ta’ farmakoviġilanza. Id-detentur ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għandu jressaq kopja mhux aktar tard minn sebat ijiem wara li tasallu t-talba.
Artikolu 23a
Wara li tkun ingħatat awtorizzazzjoni għall-marketing, id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni għandu jinforma lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li jawtorizza bid-data tal-marketing attwali tal-prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem f'dak l-Istat Membru, waqt li jittieħed kont tal-presentazzjonijiet varji awtorizzati.
Jekk il-prodott ma jibqax jitqiegħed fis-suq ta' Stat Membru, kemm jekk temporanjament kif ukoll b'mod permanenti, id-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għandu javża lill-awtorità lokali kompetenti ta' dak l-Istat Membru. Dik in-notifikazzjoni għandha, ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali, issir f'mhux anqas minn xahrejn qabel l-interruzzjoni fit-tqegħid fis-suq tal-prodott. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għandu jinforma lill-awtorità kompetenti bir-raġunijiet għal tali azzjoni skont l-Artikolu 123(2).
Fuq it-talba mill-awtorità kompetenti, partikolarment fil-kuntest ta' farmako-viġilanza, id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni għall-marketimg għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti bl-informazzjoni kollha li tirrelata mal-volum tal-bejgħ tal-prodott mediċinali, u kull informazzjoni fil-pussess tiegħu li tirrelata mal-volum tar-riċetti.
Artikolu 23b
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 121a sabiex tissupplementa din id-Direttiva billi:
tispeċifika l-kategoriji li fihom il-varjazzjonijiet għandhom jiġu kklassifikati; kif ukoll
tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżami tal-applikazzjonijiet għal varjazzjonijiet fit-termini ta’ awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq.
Artikolu 24
Għal dan l-għan, id-detentur ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għandu jipprovdi lill-awtorità nazzjonali kompetenti b’verżjoni konsolidata tal-fajl fir-rigward tal-kwalità, is-sikurezza u l-effikaċja, inkluża l-valutazzjoni tad-data miżmuma fir-rapporti ta’ reazzjonijiet ħżiena suspettati u fir-rapporti perjodiċi ta’ aġġornament dwar is-sikurezza mressqa skont it-Titolu IX, u informazzjoni dwar il-varjazzjonijiet kollha introdotti minn meta ngħatat l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, mill-inqas disa’ xhur qabel ma tiskadi l-awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 1.
Artikolu 25
Awtorizzazzjoni m'għandhiex taffettwa r-responsabiltà ċivili u kriminali tal-manifattur u, fejn japplika, ta' dak li għandu l-awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq.
Artikolu 26
L-awtorizzazzjonijiet għall-marketing għandhom ikunu rifjutati jekk, wara verifikazzjoni tad-dettalji u d-dokumenti elenkati fl-Artikoli 8, 10, 10a, 10b u 10c, ikun ċar illi:
il-bilanċ tar-riskju-benefiċċju ma jitqiesx li jkun favorevoli; jew
l-effiċjenza terapewtika tiegħu tkun insuffiċjentement sostanzjata mill-applikant; jew
il-komposizzjoni kwalitattiva u kwantitattiva tiegħu mhix kif dikjarata.
Artikolu 27
Għandu jitwaqqaf grupp ta’ koordinazzjoni għall-finijiet li ġejjin:
l-eżami ta’ kwalunkwe kwistjoni relatata ma’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali f’żewġ Stati Membri jew aktar skont il-proċeduri stipulati fil-Kapitolu 4;
l-eżami tal-kwistjonijiet relatati mal-farmakoviġilanza tal-prodotti mediċinali awtorizzati mill-Istati Membri, skont l-Artikoli 107c, 107e, 107g, 107k u 107q;
l-eżami tal-kwistjonijiet relatati ma’ varjazzjonijiet tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq mogħtija mill-Istati Membri, skont l-Artikolu 35(1).
L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti tas-segretarjat għal dan il-grupp ta’ koordinazzjoni.
Fit-twettiq tal-kompiti ta’ farmakoviġilanza tiegħu li jinkludu l-approvazzjoni tas-sistemi ta’ ġestjoni tar-riskju u l-monitoraġġ tal-effettività tagħhom, il-grupp ta’ koordinazzjoni għandu joqgħod fuq l-evalwazzjoni xjentifika u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tal-Evalwazzjoni tar-Riskju fil-qasam tal-Farmakoviġilanza previst fil-punt (aa) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 56 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004.
Il-Membri tal-grupp ta’ koordinazzjoni u l-esperti għandhom, fir-rigward tat-twettiq ta’ kompitihom, joqogħdu fuq ir-riżorsi xjentifiċi u regolatorji disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Kull awtorità nazzjonali kompetenti għandha tissorvelja l-livell ta’ għarfien espert tal-valutazzjonijiet imwettqa u tiffaċilita l-attivitajiet tal-membri maħtura tal-grupp ta’ koordinazzjoni u tal-esperti.
L-Artikolu 63 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 għandu japplika għall-grupp ta’ koordinazzjoni fir-rigward tat-trasparenza u l-indipendenza tal-membri tiegħu.
KAPITOLU 4
Ir-rikonoxximent reċiproku u l-proċedura deċentralizzata
Artikolu 28
L-applikant għandu jitlob lil Stat Membru wieħed biex jaġixxi bħala “Stat Membru ta' referenza” u biex iħejji rapport ta' stima dwar il-prodott mediċinali skond il-paragrafi 2 jew 3.
Artikolu 29
Artikolu 30
Il-grupp ta' kordinazzjoni għandu jistipula lista waqt li jieħu kont tal-proposti mill-Istati Membri kollha u għandu jibgħat din il-lista lill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni jew Stat Membru, bi qbil ma' l-Aġenzija u waqt li jittieħed kont ta' l-ideat tal-partijiet interessati, jista' jirreferi dawn il-prodotti lill-Kumitat skond il-paragrafu 1.
Artikolu 31
Meta r-riferiment jirriżulta mill-evalwazzjoni ta’ data relatata mal-farmakoviġilanza ta’ prodott mediċinali awtorizzat, il-kwistjoni għandha tiġi referuta lill-Kumitat tal-Evalwazzjoni tar-Riskju fil-qasam tal-Farmakoviġilanza u jista’ jiġi applikat l-Artikolu 107j(2). Il-Kumitat tal-Evalwazzjoni tar-Riskju fil-qasam tal-Farmakoviġilanza għandu joħroġ rakkomandazzjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 32. Ir-rakkomandazzjoni finali għandha tiġi sottomessa lill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem jew lill-grupp ta’ koordinazzjoni, kif xieraq, u għandha tiġi applikata l-proċedura stipulata fl-Artikolu 107k.
Madankollu, meta jiġi sodisfatt wieħed mill-kriterji elenkati fl-Artikolu 107i(1), il-proċedura stipulata fl-Artikoli 107i sa 107l għandha tapplika.
L-Istat Membru konċernat jew il-Kummissjoni għandu jidentifika b'mod ċar il-kwistjoni li hija riferita lill-Kumitat għall-konsiderazzjoni u għandu jinforma lill-applikant jew lid-detentur ta' l-awtorizzazzjoni għall-marketing.
L-Istati Membri u l-applikant jew id-detentur ta' awtorizzazzjoni għall-marketing għandhom ifornu lill-Kumitat b'kull informazzjoni li għandha x'taqsam mal-materja in-kwistjoni.
F'dak il-każ, l-Artikolu 35 għandu jgħodd għal dawk il-prodotti mediċinali biss jekk kienu koperti bil-proċedura ta' awtorizzazzjoni msemmija f'dan il-Kapitolu.
Fejn il-kamp ta' applikazzjoni tal-proċedura mnedija skont dan l-Artikolu jikkonċerna sensiela ta' prodotti mediċinali jew klassi terapewtika, il-prodotti mediċinali awtorizzati skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 li jappartjenu lil din is-sensiela jew klassi għandhom ukoll jiġu inklużi fil-proċedura.
Artikolu 32
Iżda, f'każi sottomessi lill-Kumitat skond l-Artikoli 30 u 31, dan il-perjodu jista' jiġi mtawwal mill-Kumitat għal perjodu ieħor sa 90 jum, waqt li jittieħed kont ta' l-opinjonijiet ta' l-applikanti jew tad-detenturi konċernati ta' l-awtorizzazzjoni għall-marketing.
F'emerġenza, u fuq proposta mill-President tiegħu, il-Kumitat jista' jaqbel ma' limitu iqsar ta' żmien.
L-opinjoni tal-Kumitat għandha tkun akkumpanjata b'abbozz ta' sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott għall-prodott u abbozz tat-test tat-tikkettjar u tal-fuljett tal-pakkett.
Fejn meħtieġ, il-Kumitat jista' jitlob lil kull persuna oħra biex tipprovdi informazzjoni li għandha x'taqsam mal-kwistjoni quddiemu.
Il-Kumitat jista' jissospendi l-limiti ta' żmien imsemmija fil-paragrafu 1 sabiex jippermetti lill-applikant jew lid-detentur ta' awtorizzazzjoni għall-marketing biex jipprepara spjegazzjonijiet.
L-Aġenzija għandha minnufih tinforma lill-applikant jew lid-detentur ta' awtorizzazzjoni għall-marketing fejn l-opinjoni tal-Kumitat tkun li:
l-applikazzjoni ma tissodisfax il-kriterji għall-awtorizzazzjoni; jew
is-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott proposti mill-applikant jew mid-detentur ta' awtorizzazzjoni għall-marketing skond l-Artikolu 11 għandu jiġi emendat; jew
l-awtorizzazzjoni għandha tingħata suġġetta għal ċerti kondizzjonijiet, minħabba kondizzjonijiet meqjusa essenzjali għall-użu fiż-żgur u effettiv tal-prodott mediċinali inkluża farmako-viġilanza; jew
awtorizzazzjoni għall-marketing għandha tiġi sospiża, varjata jew revokata.
Fi żmien 15-il jum minn meta jirċievi l-opinjoni, l-applikant jew id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni għall-marketing jista' jinnotifika lill-Agenzija bil-miktub bl-intenzjoni tiegħu li jitlob għal eżami mill-ġdid ta' l-opinjoni. F'dak il-każ, huwa għandu jibgħat lill-Aġenzija raġunijiet dettaljati għat-talba fi żmien 60 jum wara li jirċievi l-opinjoni.
Fi żmien 60 jum minn meta jirċievi r-raġunijiet għat-talba, il-Kumitat għandu jeżamina mill-ġdid l-opinjoni tiegħu skond ir-raba' sub-paragrafu ta' l-Artikolu 62(1) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004. Ir-raġunjiet għall-konklużjoni milħuqa għandhom jiġu annessi mar-rapport ta' stima msemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu.
Fil-każ ta' opinjoni favur l-għoti jew iż-żamma ta' awtorizzazzjoni biex jitqiegħed il-prodott mediċinali konċernat fis-suq, id-dokumenti li ġejjin għandhom jiġu annessi ma' l-opinjoni.
abbozz tas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott, kif imsemmi fl-Artikolu 11;
kull kondizzjoni li taffettwa l-awtorizzazzjoni skond it-tifsira tal-paragrafu 4(ċ);
dettalji dwar xi kondizzjonijiet jew restrizzjonijiet rakkomandati fir-rigward tas-sigurezza u l-użu effettiv tal-prodott mediċinali;
it-test propost ta' l-ittikkettjar u l-fuljett.
Artikolu 33
Fi żmien ►M4 15-il jum ◄ mir-riċeviment ta' l-opinjoni, il-Kummissjoni għandha tipprepara abbozz ta' deċiżjoni li għandha tittieħed dwar l-applikazzjoni, waqt li tieħu in konsiderazzjoni l-liġi tal-Komunità.
Fil-każ ta' abbozz ta' deċiżjoni li taħseb għall- għoti ta' awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq, id-dokumenti msemmijin ►M4 fl-Artikolu 32(5), it-tieni sub-paragrafu ◄ għandhom ikunu mehmuża.
Meta, eċċezjonalment, l-abbozz tad-deċiżjoni ma jkunx skond l-opinjoni ta' l-Aġenzija, il-Kummissjoni għandha wkoll tehmeż spjegazzjoni dettaljata tar-raġunijiet għad-differenzi.
L-abbozz tad-deċiżjoni għandu jkun mgħoddi lill-Istati Membri u lill-applikant ►M4 jew id-detentur ta' awtorizzazzjoni għall-marketing ◄ .
Artikolu 34
Dawn l-aġġustamenti għandhom jinvolvu d-disposizzjonijiet li ġejjin:
ħlief fil-każi msemmija fit-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 33, l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għandha tingħata bil-miktub;
l-Istati Membri għandu jkollhom 22 jum biex jibgħatu l-osservazzjonijiet tagħhom bil-miktub dwar l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Iżda, jekk ikollha tittieħed deċiżjoni urġenti, jista' jiġi fissat limitu ta' żmien iqsar mill-President skond il-grad ta' urġenza involuta. Il-limitu ta' żmien ma għandux, ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali, jkun iqsar minn ħamest ijiem;
L-Istati Membri għandu jkollhom l-għażla li jissottomettu talba bil-miktub biex l-abbozz tad-Deċiżjoni jiġi diskuss f'laqgħa plenarja tal-Kumitat Permanenti.
Fejn, fl-opinjoni tal-Kummissjoni, l-osservazzjonijiet bil-miktub ta' Stat Membru jqajmu kwistjonijiet ġodda importanti ta' natura xjentifika jew teknika li ma jkunux ġew indirizzati fl-opinjoni mogħtija mill-Aġenzija, il-President għandu jissospendi l-proċedura u jirreferi l-applikazzjoni lura lill-Aġenzija għal aktar konsiderazzjoni.
Id-disposizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 121(2).
Fejn il-kamp ta' applikazzjoni tal-proċedura mibdija skont l-Artikolu 31 jinkludi prodotti mediċinali awtorizzati bir-Regolament (KE) Nru 726/2004 skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 31(2) ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha, fejn meħtieġ, tadotta deċiżjonijiet biex tvarja, tissospendi jew tirrevoka l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq jew biex tirrifjuta t-tiġdid tal-awtorizzazzjonijiet tat-tqegħid fis-suq ikkonċernati.
Artikolu 35
▼M8 —————
▼M4 —————
▼M8 —————
▼M10 —————
Artikolu 37
►M12 L-Artikolu 35 għandu japplika ◄ b'analoġija għal prodotti mediċinali awtorizzati mill-Istati Membri wara opinjoni tal-Kumitat mogħtija skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 87/22/KEE qabel l-1 ta' Jannar 1995.
Artikolu 38
Artikolu 39
L-Artikolu 29(4), (5) u (6) u l-Artikoli 30 sa 34 ma għandhomx jgħoddu għall-prodotti mediċinali omeopatiċi imsemmija fl-Artikolu 14.
L-Artikoli 28 sa 34 ma għandhomx jgħoddu għall-prodotti mediċinali omeopatiċi imsemmija fl-Artikolu 16(2).
TITOLU IV
MANIFATTURA U IMPORTAZZJONI
Artikolu 40
B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq u, sal-31 ta’ Diċembru 2024, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Ċipru, tal-Irlanda u ta’ Malta għandhom jippermettu li l-prodotti mediċinali jiġu importati minn partijiet tar-Renju Unit għajr l-Irlanda ta’ Fuq minn detenturi ta’ awtorizzazzjoni għad-distribuzzjoni bl-ingrossa kif imsemmi fl-Artikolu 77(1) li ma għandhomx awtorizzazzjonigħall-manifattura rilevanti dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
il-prodotti mediċinali jkunu għaddew minn ittestjar għall-kontroll tal-kwalità jew fl-Unjoni, kif previst fl-Artikolu 51(3), jew f’partijiet tar-Renju Unit għajr l-Irlanda ta’ Fuq f’konformità mal-Artikolu 20, l-ewwel paragrafu, il-punt (b);
il-prodotti mediċinali ġew soġġetti għar-rilaxx tal-lott minn persuna kwalifikata fl-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 51(1) jew, għal prodotti mediċinali awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Ċipru, tal-Irlanda, ta’ Malta u tar-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq, f’partijiet tar-Renju Unit barra fl-Irlanda ta’ Fuq li japplikaw standards ta’ kwalità li huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 51(1);
l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali kkonċernat tkun mogħtija, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru jew mill-Kummissjoni jew, fir-rigward ta’ prodotti mediċinali mqiegħda fis-suq fl-Irlanda ta’ Fuq, mill-awtorità kompetenti tar-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq;
il-prodotti mediċinali jkunu magħmulin disponibbli biss għall-pazjenti jew għall-konsumaturi finali fl-Istat Membru li fih jiġu importati l-prodotti mediċinali, jew, jekk jiġu importati fl-Irlanda ta’ Fuq, ikunu disponibbli biss għall-pazjenti jew għall-konsumaturi finali fl-Irlanda ta’ Fuq;
il-prodotti mediċinali għandhom il-karatteristiċi ta’ sikurezza msemmija f’punt (o) tal-Artikolu 54.
L-Artikolu 80, l-ewwel subparagrafu, punt (b), ma għandux japplika għall-importazzjonijiet li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
Madankollu, awtorizzazzjoni bħal din m'għandhiex tkun meħtieġa għall-preparazzjoni, qsim, tibdil fl-imballaġġ jew preżentazzjoni meta dawn il-proċessi huma mwettqa biss għall-provvista bl-imnut, minn spiżjara fi spiżeriji jew minn persuni legalment awtorizzati fl-Istati Membri biex iwettqu dawn il-proċessi.
Artikolu 41
Biex jikseb l-awtorizzazzjoni għall-manifattura, l-applikant għandu jissodisfa mill-inqas il-ħtiġiet li ġejjin:
jispeċifika l-prodotti mediċinali u l-forom farmaċewtiċi li għandhom ikunu manifatturati jew importati kif ukoll il-post fejn għandhom ikunu manifatturati u/jew kontrollati;
ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu, għall-manifattura jew l-importazzjoni ta' l-imsemmi hawn fuq, post adattat u suffiċjenti, apparat tekniku u faċilitajiet ta' kontroll li jikkonformaw mal-ħtiġiet legali li l-Istat Membru kkonċernat jimponi kemm dwar il-manifattura u kontroll u kemm dwar il-ħażna ta' prodotti mediċinali, skond l-Artikolu 20;
ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu is-servizzi ta' mill-anqas persuna waħda kkwalifikata fis-sens ta' l-Artikolu 48.
L-applikant għandu jagħti dettalji biex isostni dak ta' hawn fuq fl-applikazzjoni tiegħu.
Artikolu 42
Artikolu 43
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jiżguraw li ż-żmien meħud għall-proċedura dwar l-għoti ta' l-awtorizzazzjoni għall-manifattura ma taqbiżx id-90 jum minn dak in-nhar li fiha l-awtorità kompetenti tkun irċeviet l-applikazzjoni.
Artikolu 44
Jekk dak li għandu l-awtorizzazzjoni għall-manifattura jitlob bidla f'xi wħud mid-dettalji msemmija f'punti (a) u (b) ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 41, iż-żmien meħud għall-proċedura dwar it-talba m'għandux jaqbeż it-30 jum. F'każijiet eċċezzjonali, dan il-perjodu ta' żmien m'għandux jeċċedi d-90 jum.
Artikolu 45
L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru tista’ titlob lill-applikant għal aktar informazzjoni dwar id-dettalji mogħtija skond l-Artikolu 41 u dwar il-persuna ikkwalifikata msemmija fl-Artikolu 48; fejn l-awtorità kompetenti kkonċernata teżerċita dan id-dritt, l-applikazzjoni tal-limiti ta' żmien imsemmija fl-Artikoli 43 u 44 għandha tkun sospiża sakemm id-data addizzjonali mitluba tingħata.
Artikolu 46
Dak li għandu awtorizzazzjoni tal-manifattura għandu mill-inqas ikun obbligat li:
ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu is-servizzi ta' persunal li jikkonformaw mar-rekwiżiti legali li jeżistu fl-Istat Membru kkonċernat dwar kemm manifattura u kemm kontrolli;
jiddisponi mill-prodotti mediċinali awtorizzati biss skond il-leġislazzjoni ta' l-Istati Membri kkonċernati;
jagħti avviż bil-quddiem lill-awtorità kompetenti dwar kull tibdil li hu jista’ jkun jixtieq jagħmel lil xi dettalji mogħtija skond l-Artikolu 41; l-awtorità kompetenti għandha, jiġri x'jiġri, tkun immedjatament informata jekk il-persuna ikkwalifikata msemmija fl-Artikolu 48 tkun mibdula b'mod mhux mistenni;
iħalli l-aġenti ta' l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru kkonċernat aċċess għall-postijiet tiegħu ikun x'ħin ikun;
jippermetti lill-persuna kkwalifikata msemmija fl-Artikolu 48 li twettaq id-dmirijiet tagħha, per eżempju billi jqiegħed għad-dispożizzjoni tagħha l-faċilitajiet kollha meħtieġa;
jikkonforma mal-prinċipji u l-linji gwida ta’ prattika tajba ta’ manifattura għall-prodotti mediċinali u biex jintużaw biss sustanzi attivi manifatturati skont prattika tajba ta’ manifattura għal sustanzi attivi u distribwiti skont prattiki tajba tad-distribuzzjoni għal sustanzi attivi. Għal dan l-għan, min ikollu l-awtorizzazzjoni tal-manifattura għandu jivverifika li l-manifattur u d-distributuri tas-sustanzi attivi jikkonformaw mal-prattiki tajba ta’ manifattura u prattiki tajba ta’ distribuzzjoni billi jwettaq verifiki fis-siti tal-manifattura u d-distribuzzjoni tal-manifattur u d-distributuri tas-sustanzi attivi. Min ikollu l-awtorizzazzjoni tal-manifattura għandu jivverifika tali konformità jew hu stess jew, mingħajr preġudizzju għar-responsabilità tiegħu kif prevista f’din id-Direttiva, minn entità kkuntrattata minnu sabiex taġixxi f’ismu.
Min ikollu l-awtorizzazzjoni tal-manifattura għandu jiżgura li l-eċċipjenti huma xierqa għall-użu fi prodotti mediċinali billi jaċċerta x’jikkostitwixxi prattika tajba u xierqa ta’ manifattura. Dan għandu jkun aċċertat fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni tar-riskju formalizzata b’konformità mal-linji gwida applikabbli msemmija fil-ħames paragrafu ta’ Artikolu 47. Din l-istima tar-riskju għandha tikkunsidra r-rekwiżiti taħt sistemi ta’ kwalità oħra xierqa kif ukoll is-sors u l-użu maħsub tal-eċċipjenti u istanzi preċedenti ta’ difetti ta’ kwalità. Min ikollu l-awtorizzazzjoni tal-manifattura għandu jassigura li prattiki tajba u xierqa ta’ manifattura, hekk aċċertati, jiġu applikati. Min ikollu l-awtorizzazzjoni tal-manifattura għandu jiddokumenta l-miżuri meħuda taħt dan il-paragrafu;
jinforma l-awtorità kompetenti u min ikollu l-awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq mill-ewwel jekk jikseb informazzjoni li l-prodotti mediċinali li huma taħt l-ambitu tal-awtorizzazzjoni tal-manifattura tiegħu huma, jew huma suspettati li huma, iffalsifikati irrispettivament minn jekk dawk il-prodotti ġewx distribwiti fil-katina legali tal-provvista jew permezz ta’ mezzi illegali, inkluż il-bejgħ illegali permezz ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informatika;
jivverifika li l-manifatturi, l-importaturi jew id-distributuri mingħand min huwa jikseb is-sustanzi attivi jiġu reġistrati mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn huma stabbiliti;
jivverifika l-awtentiċità u l-kwalità tas-sustanzi attivi u l-eċċipjenti.
Artikolu 46a
Artikolu 46b
Sustanzi attivi għandhom jiġu importati biss jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:
is-sustanzi attivi ikunu ġew manifatturati b’konformità ma’ livelli ta’ prattika tajba ta’ manifattura tal-inqas daqs dawk stipulati mill-Unjoni skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 47; u
is-sustanzi attivi jkollhom magħhom konferma bil-miktub mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz li minnu ġew esportati ta’ dan li ġej:
il-livelli ta’ prattika tajba ta’ manifattura applikabbli għall-impjant li mmanifattura s-sustanza attiva esportata huma tal-inqas daqs dawk stipulati mill-Unjoni skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 47;
l-impjant ta’ manifattura kkonċernat huwa suġġett għal kontrolli regolari, stretti u trasparenti u għall-infurzar effettiv tal- prattika tajba ta’ manifattura inklużi l-ispezzjonijiet ripetuti u mhux imħabbra, sabiex tiġi żgurata protezzjoni għas-saħħa pubblika mill-inqas ekwivalenti għal dik fl-Unjoni; u
fil-każ ta’ sejbiet relatati man-nuqqas ta’ konformità, dik l-informazzjoni fuq tali sejbiet tiġi fornita mill-pajjiż terz li minnu ssir l-esportazzjoni lill-Unjoni mingħajr dewmien.
Din il-konferma bil-miktub għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 8 u fil-punt (f) ta’ Artikolu 46.
Artikolu 47
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 121a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tispeċifika l-prinċipji u l-linji gwida tal-prassi tajba ta’ manifattura għall-prodotti mediċinali msemmija fl-Artikolu 46(f).
Linji ta' gwida dettaljati li jaqblu ma’ dawk il-prinċipji għandhom ikunu pubblikati mill-Kummissjoni u riveduti skond kif ikun hemm bżonn biex jittieħed kont ta' progress tekniku u xjentifiku.
Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti delegati b’konformità ma’ Artikolu 121a u suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 121b u 121c, il-prinċipji u l-linji gwida ta’ prattika tajba ta’ manifattura għal sustanzi attivi msemmija fl-ewwel paragrafu tal-punt (f) ta’ Artikolu 46 u fl-Artikolu 46b.
Il-prinċipji ta’ prattika tajba ta’ distribuzzjoni għas-sustanzi attivi li għalihom saret referenza fl-ewwel paragrafu tal-punt (f) ta’ Artikolu 46 għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni taħt il-forma ta’ linji gwida.
Il-Kummissjoni għandha tadotta linji gwida dwar l-istima ta’ riskju formalizzata għall-aċċertament ta’ prattika tajba u xierqa ta’ manifattura għall-eċċipjenti li jirreferi għaliha t-tieni paragrafu tal-punt (f) tal-Artikolu 46.
Artikolu 47a
Il-karatteristiċi ta’ sigurtà msemmija fil-punt (o) ta’ Artikolu 54 ma jistgħux jiġu mneħħija jew mgħottija, kompletament jew parzjalment, sakemm ma jiġux sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
min ikollu l-awtorizzazzjoni tal-manifattura jivverifika, qabel it-tneħħija parzjali jew kompleta jew l-għottija ta’ tali karattersitiċi ta’ sigurtà, li l-prodott mediċinali kkonċernat huwa awtentiku u li ma ġiex imbagħbas;
min ikollu l-awtorizzazzjoni tal-manifattura jkun konformi mal-punt (o) ta’ Artikolu 54 billi jibdel dawk il-karatteristiċi ta’ siġurtà ma’ karatteristiċi ta’ sigurtà ekwivalenti fir-rigward tal-possibbilità li tiġi verifikatia l-awtentiċità, l-identifikazzjoni u li tiġi provduta evidenza ta’ tbagħbis tal-prodott mediċinali. Tali sostituzzjoni għandha ssir mingħajr ma jiftaħ l-imballaġġ immedjat kif definit fil-punt 23 ta’ Artikolu 1.
Il-karatteristiċi tas-sigurtà għandhom jiġu kkunsidrati ekwivalenti jekk huma:
jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 54a(2), u
huma effettivi b’mod ugwali, f’li jippermettu l-verifika tal-awtentiċita’ u l-identifikazzjoni tal-prodotti mediċinali u fil-provvediment ta’ evidenza ta’ tbagħbis mal-prodotti mediċinali;
is-sostituzzjoni tal-karatterisitiċi tas-sigurtà hija kondotta b’konformità ma’ prattika tajba ta’ manifattura applikabbli għall-prodotti mediċinali; u
il-bdil tal-karatteristiċi ta’ sigurtà huwa suġġett għas-superviżjoni tal-awtorità kompetenti.
Artikolu 48
Artikolu 49
Madankollu, l-iqsar tul tal-kors universitarju jista’ jkun ta' tliet snin u nofs meta l-kors ikun segwit b'perjodu ta' taħriġ teoretiku u prattiku ta' mill-anqas sena u jinkludi perjodu ta' taħriġ ta' mill-anqas sitt xhur fi spiżerija miftuħa għall-pubbliku, korroborat b'eżami ta' livell universitarju.
Meta żewġ korsijiet universitarji jew żewġ korsijiet magħrufa bħala ekwivalenti mill-Istat ikunu jeżistu flimkien fi Stat Membru u meta wieħed minn dawn jinfirex fuq erba’ snin u l-ieħor fuq tliet snin, il-kors ta' tliet snin li jwassal għal diploma, ċertifikat jew evidenza oħra ta' kwalifiki formali mogħtija mat-tkomplija ta' kors universitarju jew l-ekwivalenti konoxxut tiegħu għandu jitqies li jissodisfa l-kondizzjoni dwar tul imsemmija fit-tieni subparagrafu sa fejn id-diplomi, ċertifikati jew xhieda oħra ta' kwalifiki formali mogħtija meta jitlestew iż-żewġ korsijiet huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti mill-Istat in kwistjoni.
Il-kors għandu jinkludi studju teoretiku u prattiku li jkollu x'jaqsam ta' l-anqas ma' dawn is-suġġetti bażiċi:
Studji f'dawn is-suġġetti għandhom ikunu bbilanċjata hekk illi jippermettu lill-persuna kkonċernata li tissodisfa l-obbligi speċifikati fl-Artikolu 51.
Meta xi diplomi, ċertifikati jew xhieda oħra ta' kwalifikazzjonijiet formali msemmija fl-ewwel subparagrafu ma jikkonformawx mal-kriterji stabbiliti f'dan il-paragrafu, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru għandha tiżgura li l-persuna kkonċernata tagħti xhieda ta' tagħrif adegwat tas-suġġetti involuti.
It-tul fiż-żmien ta' esperjenza prattika jista’ jitnaqqas b'sena meta kors universitarju jkun ta' l-anqas ħames snin u b'sena u nofs meta l-kors ikun ta' l-anqas sitt snin.
Artikolu 50
Sorveljanza tal-manifattura u/jew analiżi kwalitattiva u kwantitattiva ta' sustanzi attivi, u t-testjar u l-iċċekjar meħtieġ taħt l-awtorità diretta tal-persuna msemmija fl-Artikolu 48 biex tkun żgurata il-kwalità tal-prodotti mediċinali.
Jekk il-persuna kkonċernata tkun kisbet l-esperjenza prattika msemmija fl-ewwel subparagrafu qabel il-21 ta' Mejju 1965, sena oħra ta' esperjenza prattika skond il-kondizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun kompletata minnu immedjatament qabel ma jinvolvi ruħu f'attivitajiet bħal dawn.
Artikolu 51
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jiżguraw li l-persuna kkwalifikata msemmija fl-Artikolu 48 tkun, bla ħsara għar-relazzjoni tagħha ma’ dak li għandu l-awtorizzazzjoni tal-manifattura, responsabbli, fil-kuntest tal-proċeduri msemmija fl-Artikolu 52, biex tiżgura li:
fil-każ ta' prodotti mediċinali manifatturati fl-Istati Membri kkonċernati, li kull lott ta' prodotti mediċinali ġie manifatturat u ċċekkjat skond il-liġijiet fis-seħħ f'dak l-Istat Membru u skond il-ħtiġiet ta' l-awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq;
fil-każ ta' prodotti mediċinali li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi, irrispettivament ta' jekk il-prodott kienx ġie manifatturat fil-Komunità, li kull lott ta' produzzjoni jkun għadda fi Stat membru minn analiżi sħiħa kwalitattiva, analiżi kwantitattiva ta' l-anqas tas-sustanzi attivi kollha u t-testijiet u l-verifiki l-oħra kollha meħtieġa għall-awtorizzazzjoni għall-marketing.
Il-persuna kkwalifikata msemmija fl-Artikolu 48 għandha fil-każ ta’ prodotti mediċinali maħsuba biex ikunu mqiegħda fis-suq fl-Unjoni, tiżgura li l-karatteristiċi ta’ siġurtà li għalihom hemm referenza fil-punt (o) tal-Artikolu 54 kienu mwaħħla mal-pakkett.
Il-lottijiet ta' prodotti mediċinali li għaddew minn dat-tip ta' kontrolli fi Stat Membru għandhom ikunu eżentati mill-kontrolli jekk jitqiegħdu fis-suq ta' Stat Membru ieħor, flimkien mar-rapporti ta' kontroll iffirmati mill-persuna kkwalifikata.
Artikolu 52
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-obbligi ta' persuni kkwalifikati msemmija fl-Artikolu 48 ikunu sodisfatti, jew b'miżuri amministrattivi approprjati jew billi dawn il-persuni jkunu suġġetti għal xi kodiċi ta' kondotta professjonali.
L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għas-sospensjoni temporanja ta' persuna bħal din wara li jkunu bdew proċedimenti amministrattivi jew dixxiplinarji kontra tagħha minħabba nuqqas ta' osservanza ta' dawn l-obbligi.
Artikolu 52a
Il-formola tar-reġistrazzjoni għandha tinkludi, mill-inqas, l-informazzjoni li ġejja:
l-isem jew l-isem tal-kumpanija u l-indirizz permanenti;
is-sustanza/i attiva/i li għandhom jiġu impurtati, manifatturati jew distribwiti;
partikolaritajiet fir-rigward tal-istabbilimenti u t-tagħmir tekniku għall-attività tagħhom.
Artikolu 52b
Artikolu 53
Id-disposizzjonijiet ta' dan it-Titolu għandhom jgħoddu għal prodotti mediċinali omeopatiċi.
TITOLU V
L-ITTIKKETTJAR U L-FULJETT FIL-PAKKETT
Artikolu 54
Id-dettalji li ġejjin għandhom jidhru fuq il-pakkett ta' barra ta' prodotti mediċinali jew, meta ma jkunx hemm pakkett ta' barra, fuq l-imballaġġ immedjat:
l-isem tal-prodott mediċinali segwit bis-saħħa tiegħu u l-forma farmaċewtika, u, jekk xieraq, jekk huwiex maħsub għat-trabi, tfal jew adulti; fejn il-prodott ikun fih sa tlett sustanzi attivi, l-isem internazzjonali mhux proprjetarju (INN) għandu jiġi inkluż, jew, jekk wieħed ma jkunx jeżisti, l-isem komuni;
dikjarazzjoni dwar is-sustanzi attivi mfissra kwalitattivament u kwantitattivament għal kull unità ta' dożaġġ jew skond il-forma ta' amministrazzjoni għall-piż jew volum mogħti, bl-użu ta' l-ismijiet komuni tagħhom;
il-forma farmaċewtika u l-kontenut bil-piż, bil-volum jew bin-numru ta' dożi tal-prodott;
lista ta' dawk l-eċċipjenti magħrufa li fihom azzjoni jew effett rikonoxxut u inklużi fil- ►M4 gwida dettaljata ◄ pubblikati skond l-Artikolu 65. Madankollu, jekk il-prodott huwa injettabli, jew preparazzjoni topika jew għall-għajnejn, l-eċċipjenti kollha għandhom ikunu dikjarati;
il-metodu ta' amministrazzjoni u, fejn meħtieġ, ir-rotta ta' amministrazzjoni. Għandu jiġi provdut spazju biex id-doża preskritta tiġi indika;
twissija speċjali li l-prodott mediċinali għandu jinħażen fejn ma jintlaħaqx u ma jkunx jidher mit-tfal;
twissija speċjali, jekk ikun hemm bżonn għall-prodott mediċinali;
id-data ta' l-iskadenza f'termini ċari (xahar/ sena);
prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna, jekk ikun hemm;
prekawzjonijiet speċifiċi li jirrelataw mad-disponiment ta' prodotti mediċinali mhux użati jew fdal miksub minn prodotti mediċinali, fejn xieraq, kif ukoll bħala referenza ta' xi sistema xierqa ta' ġbir fis-seħħ;
l-isem u l-indirizz tad-detentur ta' l-awtorizzazzjoni għall-marketing u, fejn japplika, l-isem tar-rapprezentant maħtur mid-detentur biex jirrapprezentah;
in-numru ta' l-awtorizzazzjoni biex jitqiegħed il-prodott mediċinali fis-suq;
in-numru tal-lott tal-manifattur;
fil-każ ta' prodotti mediċinali mhux bir-riċetta, istruzzjonijiet għall-użu;
għal prodotti mediċinali minbarra r-radjofarmaċewtiċi msemmija fl-Artikolu 54a(1), karatteristiċi ta’ sigurtà li jippermettu lid-distributuri bl-ingrossa u persuni awtorizzati jew intitolati biex jipprovdu prodotti mediċinali lill-pubbliku biex:
kif ukoll tagħmir li jippermetti l-verifika dwar jekk l-imballaġġ ta’ barra ġiex imbagħbas.
Artikolu 54a
Prodotti mediċinali li mhumiex suġġetti għal preskrizzjoni, m’għandux ikun fihom il-karatteristiċi ta’ sigurtà li għalihom hemm referenza fil-punt (o) ta’ Artikolu 54, sakemm, permezz ta’ eċċezzjoni, ma ġewx elenkati b’konformità mal-proċedura msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, wara li ġew stmati bħala fir-riskju ta’ falsifikazzjoni.
Dawk l-atti delegati għandhom jistabbilixxu:
il-karatteristiċi u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-identifikatur uniku tal-karatteristiċi ta’ sigurtà li għalihom hemm referenza fil-punt (o) tal-Artikolu 54 li jippermetti li l-awtentiċità tal-prodotti mediċinali tiġi verifikata u li l-pakketti individwali jiġu identifikati. Meta jiġu stabbiliti l-karatteristiċi ta’ sigurtà għandha tingħata kunsiderazzjoni għall-effikaċja tan-nefqa tagħhom;
il-listi tal-prodotti mediċinali jew kategoriji ta’ prodotti li, fil-każ ta’ prodotti mediċinali suġġetti għal preskrizzjoni m’għandux ikollhom il-karatteristiċi ta’ sigurtà, u fil-każ ta’ prodotti mediċinali bla preskrizzjoni għandu jkollhom il-karatteristiċi ta’ sigurtà li għalihom hemm referenza fil-punt (o) tal-Artikolu 54. Dawk il-listi għandhom jiġu stabbiliti filwaqt li jiġi kkunsidrat ir-riskju ta’ u r-riskju li joħroġ minn falsifikazzjoni marbut mal-prodotti jew kategoriji ta’ prodotti. Għal dan l-għan għandhom jiġu applikati tal-inqas il-kriterji li ġejjin:
il-prezz u l-volum tal-bejgħ tal-prodott mediċinali;
in-numru u l-frekwenza ta’ każijiet preċedenti ta’ prodotti mediċinali ffalsifikati rrappurtati fi ħdan l-Unjoni u fil-pajjiżi terzi u l-evoluzzjoni tan-numru u tal-frekwenza ta’ tali każijiet sal-ġurnata;
il-karatteristiċi speċifiċi tal-prodotti mediċinali konċernati;
is-severità tal-kundizzjonijiet maħsuba li jkunu trattati;
riskji potenzjali oħra għas-saħħa pubblika;.
il-proċeduri għan-notifikazzjoni lill-Kummissjoni provduti fil-paragrafu 4 u sistema rapida għall-evalwazzjoni u d-deċiżjoni dwar tali notifika għall-iskop tal-applikazzjoni tal-punt (b);
il-modalitajiet għall-verifikazzjoni tal-karatteristiċi ta’ sigurtà li hemm referenza għalihom fil-punt (o) tal-Artikolu 54 mill-manifatturi, il-bejjiegħa bl-ingrossa, l-ispiżjara u l-persuni awtorizzati jew intitolati li jfornu prodotti mediċinali lill-pubbliku u mill-awtoritajiet kompetenti. Dawk il-modalitajiet għandhom jippermettu l-verifika tal-awtentiċità ta’ kull pakkett fornut tal-prodotti mediċinali li juru l-karatterisitiċi ta’ sigurtà msemmija fil-punt (o) tal-Artikolu 54 u jiddeterminaw il-livell ta’ tali verifika. Meta jiġu stabbiliti dawk il-modalitajiet, għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni l-karatteristiċi partikolari tal-ktajjen tal-provvista fl-Istati Membri, u l-ħtieġa li l-impatt tal-miżuri ta’ verifikazzjoni fuq atturi partikolari fil-ktajjen tal-provvista jkun proporzjonat;
dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment, il-ġestjoni u l-aċċessibilità tas-sistema ta’ ripożitorji li fihom tinżamm l-informazzjoni dwar il-karatteristiċi tas-sigurtà, li jippermettu l-verifika tal-awtentiċità u l-identifikazzjoni tal-prodotti mediċinali, kif previst fil-punt (o) tal-Artikolu 54. L-ispejjeż tas-sistema tar-ripożitorji għandhom jitħallsu mid-detenturi tal-awtorizzazzjoni tal-manifattura ta’ prodotti mediċinali li jkollhom il-karatteristiċi ta’ sigurtà.
Meta tadotta l-miżuri li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra tal-inqas dawn li ġejjin:
il-protezzjoni tad-dejta personali kif previst fil-liġi tal-Unjoni;
l-interessi leġittimi għall-protezzjoni tal-informazzjoni ta’ natura kummerċjali kunfidenzjali;
is-sjieda u l-kunfidenzjalità tad-dejta ġġenerata permezz tal-użu tal-karatteristiċi ta’ sigurtà; u
l-effikaċja tan-nefqa tal-miżuri.
L-Istati Membri jistgħu, għal skopijiet ta’ rimbors, farmako-viġilanza jew farmako-epidemjoloġija, jużaw l-informazzjoni miżmuma fis-sistema ta’ repożitorji li għaliha hemm referenza f’punt (e) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
L-Istati Membri jistgħu, għal skopijiet ta’ sigurtà tal-pazjenti, jestendu l-kamp ta’ applikazzjoni tat-tagħmir ta’ kontra t-tbagħbis li hemm referenza għalih f’punt (o) ta’ Artikolu 54 għal kwalunkwe prodott mediċinali.
Artikolu 55
Id-dettalji li ġejjin għall-inqas għandhom jidhru fuq l-imballaġġ immedjat fil-forma ta' pakketti trasparenti u mqegħda f'pakkett ta' barra li jkun skond il-ħtiġieti stabbiliti fl-Artikoli 54 u 62.
Id-dettalji li ġejjin għandhom għall-inqas jidhru fuq pakketti żgħar immedjati li fuqhom id-dettalji stabbiliti fl-Artikoli 54 u 62 ma jkunux jistgħu jidhru:
Artikolu 56
Id-dettalji msemmija fl-Artikolu 54, 55 u 62 għandhom ikunu jinqraw faċilment, jinftiehmu sew u ma jitħassrux.
Artikolu 56a
L-isem tal-prodott mediċinali, kif imsemmi fl-Artikolu 54, il-punt (a) għandu wkoll ikun miktub fil-format Braille fuq l-imballaġġ. Id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni għall-marketing għandu jassigura li l-fuljett ta' l-informazzjoni tal-pakkett isir disponibbli fuq it-talba ta' organizzazzjonijiet tal-pazjenti f'formati adattati għall-għomja u dawk li ma tantx jaraw.
Artikolu 57
Minkejja l-Artikolu 60, l-Istati Membri jistgħu jitolbu l-użu ta' ċerti forom ta' ittikkettjar tal-prodott mediċinali li jagħmilha possibbli li jkun aċċertat:
Għall-prodotti mediċinali awtorizzati taħt ir-Regolament (KE) Nru 726/2004, l-Istati Membri għandhom, meta japplikaw dan l-Artikolu, josservaw il-linji gwida dettaljati msemmija fl-Artikolu 65 ta' din id-Direttiva.
Artikolu 58
L-inklużjoni fl-imballaġġ tal-prodotti mediċinali kollha ta' fuljett fil-pakkett għandha tkun obbligatorja sakemm l-informazzjoni kollha meħtieġa mill-Artikoli 59 u 62 ma tkunx mogħtija direttament fuq il-pakkett ta' barra jew fuq l-imballaġġ immedjat.
Artikolu 59
Il-fuljett tal-pakkett għandu jitfassal skond is-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott; huwa għandu jinkludi, fl-ordni li ġej:
għall-identifikazzjoni tal-prodott mediċinali:
l-isem tal-prodott mediċinali segwit bis-saħħa tiegħu u l-forma farmaċewtika, u, jekk xieraq, jekk huwiex maħsub għat-trabi, tfal jew adulti. L-isem komuni għandu jiġi inkluż fejn il-prodott ikun fih sustanza attiva waħda biss u jekk l-isem tiegħi jkun isem inventat;
il-grupp farmaco-terapewtiku jew it-tip ta' attività f'termini li jiftehmu faċilment mill-pazjent;
l-indikazzjonijiet terapewtiċi;
lista ta' l-informazzjoni li hija meħtieġa qabel ma l-prodott mediċinali jittieħed:
kontra-indikazzjonijiet;
il-prekawzjonijiet adatti għall-użu;
il-forom ta' interazzjoni ma' prodotti mediċinali oħra u form oħra ta' interazzjoni (per eżempju, alkoħol, tabakk, oġġetti ta'l-ikel) li jistgħu jaffettwaw l-azzjoni tal-prodott mediċinali;
twissijiet speċjali;
l-istruzzjonijiet meħtieġa u normali għall-użu kif imiss, u b'mod partikolari:
id-doża;
il-metodu, u fejn meħtieġ, ir-rotta ta' amministrazzjoni;
il-frekwenza ta' amministrazzjoni, waqt li jiġi speċifikat fejn meħtieġ il-ħin xieraq li fih il-prodott mediċinali jista' jew għandu jiġi amministrat;
u, fejn xieraq, skond in-natura tal-prodott:
it-tul tal-kura, meta dan għandu jkun limitat;
l-azzjoni li għandha tittieħed fil-każ ta' doża żejda (bħal sintomi, proċeduri ta' emerġenza);
x'wieħed għandu jagħmel meta doża waħda jew aktar ma jkunux ittieħdu;
l-indikazzjoni, fejn meħtieġ, tar-riskju ta' l-effetti ta' l-irtirar;
rakkomandazzjoni speċifika biex jiġi konsultat tabib jew spiżjar, kif xieraq, għal kull kjarifika dwar l-użu tal-prodott;
deskrizzjoni tar-reazzjonijiet kuntrarji li jistgħi jseħħu taħt użu normali tal-prodott mediċinali u, fejn meħtieġ, l-azzjoni li għandha tittieħed f’dak il-każ.
referenza għad-data ta' l-iskadenza indikata fuq it-tikketta, ma':
d-data ta' twissija kontra l-użu tal-prodott wara dik id-data;
fejn xieraq, prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna;
fejn meħtieġ, twissija dwar ċerti sinjali li jidhru ta' deterjorazzjoni;
il-komposizzjoni sħiħa kwalitattiva (f'sustanzi attivi u eċċipjenti) u l-komposizzjoni kwantitattiva f'sustanzi attivi, bl-użu ta' l-ismijiet komuni, għal kull prezentazzjoni tal-prodott mediċinali;
għal kull prezentazzjoni tal-prodott, il-forma farmaċewtika u l-kontenut f'piż, volum jew unitajiet ta' doża;
l-isem u l-indirizz tad-detentur ta' l-awtorizzazzjoni għall-marketing u, fejn japplika, l-isem tar-rapprezentanti maħtura tiegħu fl-Istati Membri;
l-isem u l-indirizz tal-manifattur;
fejn il-prodott mediċinali huwa awtorizzat skond l-Artikoli 28 sa 39 taħt ismijiet differenti fl-Istati membri konċernati, lista ta' l-ismijiet awtorizzati f'kull Stat membru;
id-data li fiha l-fuljett tal-pakkett kien l-aħħar rivedut.
Għall-prodotti mediċinali inklużi fil-lista msemmija fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004, għandha tiġi inkluża d-dikjarazzjoni addizzjonali li ġejja “Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal sorveljanza addizzjonali”. Din id-dikjarazzjoni għandha tkun preċeduta mis-simbolu iswed imsemmi fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 u segwuta minn sentenza spjegattiva standardizzata xierqa.
Għall-prodotti mediċinali kollha, għandu jiddaħħal test standard li jitlob b’mod espress lill-pazjenti biex jikkomunikaw kwalunkwe reazzjoni ħażina suspettata lit-tabib, spiżjar, professjonista tal-kura tas-saħħa tiegħu jew direttament lis-sistema nazzjonali ta’ rappurtar spontanju msemmija fl-Artikolu 107a(1), u billi jispeċifikaw il-modi differnti ta’ rappurtar disponibbli (rappurtar elettroniku, indirizz postali u/jew oħrajn) f’ konformita’ mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 107a(1).
Il-lista stipulata fil-punt (ċ) tal-paragrafu 1 għandha:
tieħu kont tal-kondizzjoni partikolari ta'ċerti kategoriji ta' utenti (tfal, nisa tqal jew li jreddgħu, anzjani, persuni b'kondizzjonijiet patoloġiċi speċifiċi);
isemmi, fejn xieraq, l-effetti possibbli dwar l-abbilità għal sewqan ta' vetturi jew li jitħaddem makkinarju;
lista ta' dawk l-eċċipjenti li għarfien tagħhom huwa importanti għall-użu fiż-żgur u effettiv tal-prodott mediċinali u li huma inklużi fil-gwida dettaljata ippublikata skond l-Artikolu 65.
Artikolu 60
L-Istati Membri ma jistgħux jipprojbixxu jew jimpedixxu t-tqegħid fis-suq ta' prodotti mediċinali fit-territorju tagħhom għal raġunijiet konnessi ma l-ittikkettjar jew mal-fuljett fil-pakkett meta dawn jikkonformaw mal-ħtiġiet ta' dan it-Titolu.
Artikolu 61
Artikolu 62
L-imballaġġ ta' barra u l-fuljett fil-pakkett jistgħu jinkludu simboli jew pittogrammi magħmula biex jiċċaraw xi informazzjoni msemmija fl-Artikoli 54 u 59(1) u informazzjoni oħra kompatibbli mas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott li tkun ta' siwi ►M4 għall-pazjent ◄ , bl-esklużjoni ta' kull element ta' natura promozzjonali.
Artikolu 63
L-ewwel subparagrafu m'għandux iżomm dawn id-dettalji milli jkunu indikati f'diversi lingwi, sakemm l-istess dettalji jidhru fil-lingwi kollha wżati.
Fil-każ ta' ċerti prodotti mediċinali orfni, id-dettalji elenkati fl-Artikolu 54 jistgħu, fuq talba raġonata, jidhru f'waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Komunità.
L-ewwel sub-paragrafu ma għandux jipprevjeni lill-fuljett tal-pakkett milli jiġi stampat f'diversi lingwi, kemm-il darba l-istess informazzjoni tingħata fil-lingwi kollha wżati.
Artikolu 64
Meta d-disposizzjonijiet ta' dan it-Titolu ma jkunux imħarsa, u notifika lil persuna kkonċernata ma kellhiex effett, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jistgħu jissospendu l-awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq, sa ma l-ittikkettjar u l-fuljett fil-pakkett tal-prodott mediċinali in kwistjoni jkunu magħmula skond il-ħtiġiet ta' dan it-Titolu.
Artikolu 65
F'konsultazzjoni ma' l-Istati Membri l-oħra u l-partijiet konċernati, il-Kummissjoni għandha tfassal u tippubblika gwida dettaljata dwar b'mod partikolari:
it-test ta' ċerti twissijiet speċjali għal ċerti kategoriji ta' prodotti mediċinali;
l-informazzjoni partikolari meħtieġa li għandha x'taqsam ma' prodotti mediċinali mingħajr riċetta;
il-leġibilità tad-dettalji fuq it-tikkettjar u l-fuljett tal-pakkett;
il-metodi għall-identifikazzjoni u l-awtentikazzjoni ta' prodotti mediċinali;
il-lista ta' eċċipjenti li għandhom jidhru fuq it-tikkettjar ta' prodotti mediċinali u l-mod li bih dawn l-eċċipjenti għandhom ikunu indikati;
disposizzjonijiet armonizzati għall-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 57.
Artikolu 66
Il-kunjett għandu jkun ittikkettjat bl-informazzjoni li ġejja:
Artikolu 67
L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li fuljett dettaljat bl-istruzzjonijiet għandha tkun fil-pakkett ta' radjofawmaċewtiċi, ta' ġeneraturi radjonuklidi, kits radjonuklidi jew prekursuri radjonuklidi. Il-kitba fuq dan il-fuljett għandha tkun stabbilita skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 59. Barra minn hekk, il-fuljett għandu jinkludi kull prekawzjoni li għandha tittieħed mill-utent u mill-pazjent waqt il-preparazzjoni u l-amministrazzjoni tal-prodott mediċinali u prekawzjonijiet speċjali dwar ir-rimi tal-pakkett u l-kontenut mhux użat tiegħu.
Artikolu 68
Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 69, prodotti mediċinali omeopatiċi għandhom ikunu ittikkettjati skond id-disposizzjonijiet ta' dan it-Titolu u għandhom ikunu identifikati b'referenza fuq it-tikketti tagħhom, f'forma ċara u li tinqara', għan-natura omeopatika tagħhom.
Artikolu 69
Barra milli jissemmew b'mod ċar il-kliem “prodotti mediċinali omeopatiċi”, l-ittikkettjar u, meta approprjat, il-fuljett fil-pakkett għall-prodott mediċinali msemmi fl-Artikolu 14(1) għandu jkun fihom l-informazzjoni li ġejja, u l-ebda oħra:
Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jitolbu l-użu ta' xi tipi ta' tikkettjar biex juru:
TITOLU VI
KLASSIFIKAZZJONI TA' PRODOTTI MEDIĊINALI
Artikolu 70
Meta tingħata awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jispeċifikaw il-klassifikazzjoni tal-prodott mediċinali:
Għal dan il-għan, il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 71(1) għandhom japplikaw.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiffissaw sub-kategoriji għal prodotti mediċinali li huma disponibbli bi preskrizzjoni medika biss. F'dak il-każ, għandhom jirreferu għall-klassifikazzjoni li ġejja:
prodotti mediċinali b'riċetta medika għal twassil li jiġġedded jew li ma jiġġeddidx;
prodotti mediċinali suġġetti għal preskrizzjoni medika speċjali;
prodotti mediċinali fuq riċetta medika “ristretta”; riżervata għall-użu f'ċerti oqsma speċjalizzati.
Artikolu 71
Prodotti mediċinali għandhom ikunu suġġetti għal preskrizzjoni medika meta:
Meta l-Istati Membri jaħsbu għal sub-kategorija ta' prodotti mediċinali suġġetti għal preskrizzjoni medika speċjali, dawn għandhom jagħtu każ tal-fatturi li ġejjin:
Meta l-Istati Membri jiddisponu għal sub-kategorija ta' prodotti mediċinali suġġetti għal preskrizzjoni ristretta, dawn għandhom jieħdu in konsiderazzjoni l-fatturi li ġejjin:
Awtorità kompetenti tista’ tneħħi l-applikazzjoni tal-paragrafi 1, 2 u 3 wara li tikkunsidra:
l-ikbar doża weħidha, l-ikbar doża ta' kuljum, il-qawwa, il-forma farmaċewtika, xi tipi ta' imballaġġ; u/jew
ċirkostanzi oħra ta' użu li tkun speċifikat.
Artikolu 72
Prodotti mediċinali mhux suġġetti għal preskrizzjoni għandhom ikunu dawk li ma jissodisfawx il-kriterji fl-Artikolu 71.
Artikolu 73
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu lista ta' prodotti mediċinali suġġetti, fuq it-territorji tagħhom, għal preskrizzjoni medika, li tispeċifika, jekk ikun hemm bżonn, il-kategorija ta' klassifikazzjoni. Għandhom jaġġornaw din il-lista kull sena.
Artikolu 74
Meta fatti ġodda jinġiebu għall-attenzjoni tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżaminaw u, fejn xieraq, jemendaw il-klassifikazzjoni ta' prodott mediċinali billi japplikaw il-kriterji elenkati fl-Artikolu 71.
Artikolu 74a
Fejn bidla fil-klassifikazzjoni ta' prodott mediċinali tkun ġiet awtorizzata fuq il-bażi ta' testijiet sinifikanti pre-kliniċi jew provi kliniċi, l-awtorità kompetenti ma għandhiex tirreferi għar-riżultati ta' dawk it-testijiet jew provi meta teżamina applikazzjoni minn applikant ieħor għal jew detentur ta' awtorizzazzjoni għall-marketing għal bidla fil-klassifika ta' l-istess sustanza għal sena waħda wara li l-bidla inizjali kienet awtorizzata.
Artikolu 75
Kull sena, Stati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, it-tibdiliet li saru fil-listi msemmija fl-Artikolu 73.
TITOLU VII
DISTRIBUZZJONI BL-INGROSSA U SENSERIJA TA’ PRODOTTI MEDICINALI
Artikolu 76
Artikolu 77
Artikolu 78
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ż-żmien meħud għall-proċedura ta' l-eżami ta' l-awtorizzazzjoni għad-distribuzzjoni ma jaqbiżx id-90 jum mill-ġurnata li fiha l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru kkonċernat tirċievi l-applikazzjoni.
L-awtorità kompetenti tista, jekk ikun hemm bżonn, titlob lill-applikant biex jagħti l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar il-kondizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni. Meta l-awtorità tagħmel din l-għażla, il-perjodu stabbilit fl-ewwel paragrafu għandu jkun sospiż sakemm l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa tingħata.
Artikolu 79
Biex jiksbu l-awtorizzazzjoni għad-distribuzzjoni, l-applikanti għandhom jħarsu l-ħtiġiet minimi li ġejjin:
għandu ikollhom stabbiliment tajjeb u adegwat, stallazzjonijiet u apparat, biex jiżguraw il-konservazzjoni u d-distribuzzjoni xierqa tal-prodotti mediċinali;
għandu ikollhom il-persunal, u b'mod partikolari, persuna kwalifikata li tingħata risponsabbiltà, biex jitħarsu l-kondizzjonijiet previsti fil-liġislazzjoni ta' l-Istat Membru kkonċernat;
għandhom jintrabtu li jħarsu l-obbligi li jaqgħu fuqhom skond it-termini ta' l-Artikolu 80.
Artikolu 80
Dawk li għandhom awtorizzazzjoni tad-distribuzzjoni għandhom jħarsu l-ħtiġiet minimi li ġejjin:
għandhom jagħmlu l-istabbiliment, l-istallazzjonijiet u l-apparat imsemmijin fl-Artikolu 79(a) aċċessibli f'kull ħin għall-persuni responsabbli biex jispezzjonawhom;
għandhom jiksbu l-provvisiti tagħhom ta' prodotti mediċinali biss minn persuni li għandhom huma stess l-awtorizzazzjoni għad-distribuzzjoni jew li huma eżentati milli jiksbu dik l-awtorizzazzjoni skond it-termini ta' l-Artikolu 77(3);
għandhom jipprovdu prodotti mediċinali biss lill-persuni li għandhom huma stess l- awtorizzazzjoni għad-distribuzzjoni jew li huma awtorizzati jew intitolati li jipprovdu prodotti mediċinali lill-pubbliku fl-Istat Membru kkonċernat;
huma jridu jivverifikaw li l-prodotti mediċinali irċevuti mhumiex iffalsifikati billi jiċċekkjaw il-karatteristiċi ta’ sigurtà fuq l-imballaġġ ta’ barra, skont ir-rekwiżit stabbilit fl-atti delegati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 54a(2);
għandu jkollhom pjan ta' emerġenza li jiżgura t-twettieq effettiv ta' kull irtirar mis-suq ordnat mill-awtoritajiet kompetenti jew magħmul f'kooperazzjoni mal-manifattur jew dak li għandu l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali kkonċernat;
għandhom iżommu rendikont jew taħt forma ta’ fatturi ta’ xiri/bejgħ, jew fuq kompjuter, jew f’kull xorta ta’ forma oħra, u għall kull tranżizzjoni fi prodotti mediċinali riċevuti jew mibgħuta jew mogħtija b’senserija jagħtu għall-inqas l-informazzjoni li ġejja:
għandhom jżommu r-reġistrazzjonijiet imsemmija taħt (e) għad-dispożizzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti, għall-għanijiet ta' spezzjoni, għal perjodu ta' ħames snin;
għandhom jħarsu l-prinċipji u linji ta' gwida għal prattika tajba tad-distribuzzjoni għal prodotti mediċinali kif stabbiliti fl-Artikolu 84;
għandhom iżommu sistema ta’ kwalita’ li tindika r-responsabilitajiet, il-proċessi u l-miżuri ta’ mmaniġġjar tar-riskju fir-rigward tal-attivitajiet tagħhom;
huma għandhom jinfurmaw immedjatament lill-awtorità kompetenti u, jekk japplika, lid-detentur tal-awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq ta’ prodotti mediċinali li jirċievu jew li jiġu offruti lilhom li huma jidentifikaw bħala ffalsifikati jew suspettati li huma ffalsifikati.
Għall-finijiet tal-punt (b), fejn il-prodott mediċinali ġie miksub minn distributur bl-ingrossa ieħor, dawk li għandhom l-awtorizzazzjoni tad-distribuzzjoni bl-ingrossa għandhom jivverifikaw li d-distributur bl-ingrossa huwa konformi mal-prinċipji u mal-linji gwida tal-prattiki tajba tad-distribuzzjoni. Dan jinkludi verifikazzjoni ta’ jekk id-distributur bl-ingrossa li jforni għandux awtorizzazzjoni għal distribuzzjoni bl-ingrossa.
Fejn il-prodott mediċinali huwa miksub mill-manifattur jew l-importatur, dawk li għandhom l-awtorizzazzjoni tad-distribuzzjoni bl-ingrossa għandhom jivverifikaw li l-manifattur jew l-importatur għandu awtorizzazzjoni tal-manifattura;
Fejn il-prodott mediċinali jinkiseb permezz ta’ għoti b’senserija, id-detenturi tal-awtorizzazzjoni tad-distribuzzjoni bl-ingrossa jridu jivverifikaw li s-sensar involut jissodisfa r-rekwiżiti stipulati f’din id-Direttiva.
Artikolu 81
Fir-rigward ta' provvista ta' prodotti mediċinali lil spiżjara jew persuni awtorizzati jew intitolati li jipprovdu prodotti mediċinali lill-pubbliku, l-Istati Membi ma għandhomx jimponu fuq id-detentur ta' awtorizzazzjoni għad-distribuzzjoni li tkun ingħatat fi Stat Membru ieħor xi obbligu, b'mod partikolari obbligi ta' servizz pubbliku, aktar iebsa minn dawk imposti fuq persuni li huma stess kienu awtorizzaw biex jiġġestixxu attivitajiet ekwivalenti.
Id-detentur ta' awtorizzazzjoni għall-marketing għal prodott mediċinali u d-distributuri ta' l-imsemmi prodott mediċinali attwalment imqiegħed fis-suq ta' Stat Membru għandhom, fil-limiti tar-responsabbiltajiet tagħhom, jassiguraw provvista xierqa u kontinwa ta' dak il-prodott mediċinali lil spiżerjiji u persuni awtorizzati li jipprovdu prodotti mediċinali sabiex il-ħtiġiet tal-pazjenti fl-Istat membru in-kwistjoni jkunu koperti.
L-arranġamenti għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom, b'żieda, jkunu ġustifikati fuq raġunijiet tal-protezzjoni tas-saħħa pubblika u għandhom ikunu proporzjonati fir-rigward ta' l-għan ta' dik il-protezzjoni, b'konformità mar-regoli tat-Trattat partikolarment dawk li jikkonċernaw il-moviment liberu ta' merkanzija u l-kompetizzjoni.
Artikolu 82
Għall-provvisti kollha ta' prodotti mediċinali persuna awtorizzata jew intitolata li tissupplixxi prodotti mediċinali lill-pubbliku fl-iStat Membru konċernat, il-bejjiegħ bl-ingrossa awtorizzat għandu jinkludi dokument li jagħmilha possibbli biex wieħed isir jaf:
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jiżguraw li persuni awtorizzati jew intitolati biex ifornu prodotti mediċinali lill-pubbliku jkunu kapaċi jagħtu informazzjoni biex wieħed ikun jista jsib l-oriġini ta' kull prodott mediċinali.
Artikolu 83
Id-disposizzjonijiet ta' dan it-Titolu m'għandhomx iżommu milli jiddaħħlu ħtiġiet aktar stretti stabbiliti minn Stati Membri dwar id-distribuzzjoni bl-ingrossa ta':
Artikolu 84
Il-Kummissjoni għandha tippublika linji gwida dwar prattika tajba ta' distribuzzjoni. Għal dan il-għan, hija għandha tikkonsulta lill-Kumitat tal-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem u l-Kumitat Farmaċewtiku stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 75/320/KEE ( 11 ).
Artikolu 85
Dan it-Titolu għandu jgħodd għal prodotti mediċinali omeopatiċi.
Artikolu 85a
Fil-każ tad-distribuzzjoni bl-ingrossa tal-prodotti mediċinali lill-pajjiżi terzi, l-Artikolu 76 u l-punt (c) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 80 m’għandhomx japplikaw. Barra minn hekk, il-punti (b) u (ca) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 80 m’għandhomx japplikaw fejn il-prodott hu direttament riċevut minn pajjiż terz iżda mhux importat. Madankollu, f'dak il-każ id-distributuri bl-ingrossa għandhom jiżguraw li l-prodotti mediċinali jinkisbu biss minn persuni li jkunu awtorizzati jew intitolati li jfornu prodotti mediċinali skont id-dispożizzjonijiet legali u ammninistrattivi applikabbli tal-pajjiż terz konċernat. Meta d-distributuri bl-ingrossa jfornu prodotti mediċinali lil persuni f'pajjiżi terzi, għandhom jiżguraw li tali provvisti jsiru biss lil persuni li jkunu awtorizzati jew intitolati li jirċievu prodotti mediċinali għal distribuzzjoni bl-ingrossa jew forniment lill-pubbliku skont id-dispożizzjonijiet legali u amministrattivi applikabbli tal-pajjiż terz konċernat. Ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 82 għandhom japplikaw għall-provvista ta’ prodotti mediċinali lil persuni f’pajjiżi terzi awtorizzati jew intitolati li jfornu prodotti mediċinali lill-pubbliku.
Artikolu 85b
Il-persuni li jagħtu b’senserija għandu jkollhom indirizz permanenti u dettalji ta’ kuntatt fl-Unjoni, sabiex ikunu żgurati identifikazzjoni, lok, komunikazzjoni u sorveljanza preċiżi tal-attivitajiet tagħhom mill-awtoritajiet kompetenti.
Ir-rekwiżiti stipulati fil-punti (d) sa (i) tal-Artikolu 80 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-għoti b’senserija ta’ prodotti mediċinali.
Persuni li jagħtu b’senserija prodotti mediċinali li jkunu bdew l-attività tagħhom qabel it-2 ta’ Jannar 2013 għandhom jirreġistraw mal-awtorità kompetenti sat-2 ta’ Marzu 2013.
L-awtorità kompetenti għandha ddaħħal l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’reġistru li għandu jkun aċċessibbli pubblikament.
Jekk sensar tal-prodotti mediċinali ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stipulati f’dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li tneħħi lil dik il-persuna mir-reġistru li għalih jagħmel referenza l-paragrafu 2. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lis-sensar dwar dan.
TITOLU VIIA
BEJGĦ MILL-BOGĦOD LILL-PUBBLIKU
Artikolu 85c
Bla ħsara għal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-offerta għall-bejgħ mill-bogħod ta’ prodotti mediċinali suġġetti għal preskrizzjoni lill-pubbliku permezz tas-soċjetà tal-informatika, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li prodotti mediċinali jiġu offruti għall-bejgħ mill-bogħod lill-pubbliku permezz ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informatika kif definiti fid-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u r-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika ( 12 ) taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:
il-persuna fiżika jew legali li toffri l-prodotti mediċinali hija awtorizzata jew intitolata li tforni prodotti mediċinali għall-pubbliku, anke mill-bogħod, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru ta’ stabbiliment ta’ dik il-persuna.
il-persuna msemmija fil-punt (a) tkun innotifikat lill-Istat Membru ta’ stabbiliment tagħha, għall-inqas l-informazzjoni li ġejja:
l-isem jew l-isem tal-kumpanija u l-indirizz permanenti tal-post tal-attività minn fejn jiġu fornuti dawk il-prodotti mediċinali;
id-data tal-bidu tal-attività tal-offerta għall-bejgħ mill-bogħod ta’ prodotti mediċinali lill-pubbliku permezz tas-soċjetà tal-informatika;
l-indirizz tal-websajt użat għal dak l-iskop u l-informazzjoni relevanti kollha meħtieġa sabiex jiġi identifikat dak il-websajt;
jekk applikabbli, il-klassifikazzjoni skont it-Titolu VI tal-prodotti mediċinali offruti għall-bejgħ mill-bogħod lill-pubbliku permezz tas-soċjetà tal-informatika.
Fejn ikun il-każ, dik l-informazzjoni għandha tiġi aġġornata;
il-prodotti mediċinali jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membru ta’ destinazzjoni skont l-Artikolu 6(1);
bla ħsara għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni stipulati fid-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) ( 13 ), il-websajt li toffri l-prodotti mediċinali tinkludi tal-inqas:
id-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti jew l-awtorità notifikata skont il-punt (b);
hyperlink għall-websajt li għalih hemm referenza fil-paragrafu 4 tal-Istat Membru ta’ stabbiliment:
Il-logo komuni li għalih hemm referenza fil-paragrafu 3 muri b’mod ċar fuq kull paġna tal-websajt li tirrelata mal-offerta għall-bejgħ mill-bogħod ta’ prodotti mediċinali lill-pubbliku. Il-logo komuni għandu jkun illinkjat mal-entrata tal-persuna fil-lista msemmija fil-punt c tal-paragrafu 4.
Għall-armonizzazzjoni tal-funzjonament tal-logo komuni, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni rigward:
ir-rekwiżiti tekniċi, elettroniċi u kriptografiċi għall-verifika tal-awtentiċità tal-logo komuni;
id-disinn tal-logo komuni.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom, fejn ikun meħtieġ, jiġu emendati sabiex jittieħed in kunsiderazzjoni il-progress tekniku u xjentifiku. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 121(2).
Kull Stat Membru għandu joħloq websajt li jipprovdi tal-inqas dawn li ġejjin:
informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għall-offerta ta’ prodotti mediċinali għall-bejgħ mill-bogħod lill-pubbliku permezz ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informatika, inkluża informazzjoni dwar il-fatt li jista’ jkun hemm differenzi bejn l-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ prodotti mediċinali u l-kundizzjonijiet għall-provvista tagħhom;
informazzjoni dwar l-iskop tal-logo komuni;
il-lista ta’ persuni li joffru prodotti mediċinali għall-bejgħ mill-bogħod lill-pubbliku permezz ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informatika skont il-paragrafu 1, kif ukoll l-indirizzi tal-websajts tagħhom;
informazzjoni ta’ sfond dwar ir-riskji relatati mal-prodotti mediċinali fornuti illegalment lill-pubbliku permezz tas-servizzi tas-soċjetà tal-informatika;
Dan il-websajt għandu jinkludi fih link għall-websajt li għalih hemm referenza fil-paragrafu 5.
Artikolu 85d
Bla ħsara għall-kompetenzi tal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha, b’kooperazzjoni mal-Aġenzija u l-awtoritajiet tal-Istati Membri, twettaq jew tippromwovi kampanji ta’ informazzjoni mmirati lejn il-pubbliku ġenerali dwar il-perikli ta’ prodotti mediċinali ffalsifikati. Dawk il-kampanji għandhom iqajmu l-kuxjenza tal-konsumaturi dwar ir-riskji relatati ma’ prodotti mediċinali fornuti llegalment mill-bogħod lill-pubbliku permezz ta’ servizzi tas-soċjeta’ tal-informatika u dwar l-funzjonament tal-logo komuni, tal-websajts tal-Istati Membri u tal-websajt tal-Aġenzija.
TITOLU VIII
REKLAMAR
Artikolu 86
Għall-għanijiet ta' dan it-Titolu, “reklamar ta' prodotti mediċinali” għandu jinkludi kull forma ta' informazzjoni bieb-bieb, attività ta' kkanvassjar jew inkoraġġiment bl-għan li jippromwovi l-preskrizzjoni, provvista, bejgħ jew konsum ta' prodotti mediċinali; għandu jinkludi b'mod partikolari:
Dawn li ġejjin mhumiex koperti minn dan it-Titolu:
Artikolu 87
Ir-reklamar ta' prodott mediċinali:
Artikolu 88
L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu r-reklamar lill-pubbliku ġenerali ta' prodotti mediċinali li:
huma disponibbli biss fuq riċetta medika, skond it-Titolu VI;
jkun fihom sustanzi definiti bħala psikotropiċi jew narkotiċi b'konvenzjoni internazzjonali, bħall-Konvenzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-1961 u l-1971.
TITOLU VIIIa
INFORMAZZJONI U REKLAMAR
Artikolu 88a
Fi żmien tlett snin mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2004/726/KE, il-Kummissjoni għandha, wara konsultazzjonijiet ma' organizzazzjonijiet tal-pazjenti u tal-konsumaturi, organizzazzjoniiet tat-tobba u ta' l-ispiżjara, l-Istati Membri u partijiet oħra interessati, tipprezenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-prattika kurrenti fir-rigward tal-provvista ta' informazzjoni – partikolarment fuq l-Internet – u tar-riskji u l-benefiċċi tagħha għall-pazjenti.
Wara analiżi tad-data msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tressaq proposti li jistipulaw strateġija ta' informazzjoni biex tiġi assigurata informazzjoni ta' kwalità tajba, oġġettiva, ta' min jorbot fuqha u mhux promozzjonali dwar prodotti mediċinali u kuri oħra u għandha tindirizza l-kwistjoni tar-responsabbiltà tas-sors ta' l-informazzjoni.
Artikolu 89
Bla ħsara għall-Artikolu 88, ir-reklamar kollu għall-pubbliku ġenerali ta' prodott mediċinali għandu:
ikun magħmul b'tali mod li jkun ċar li l-messaġġ huwa reklam u li l-prodott huwa identifikat biċ-ċar bħala prodott mediċinali;
jinkludi l-informazzjoni minima li ġejja:
Artikolu 90
Ir-reklamar ta' prodott mediċinali mal-pubbliku ġenerali m'għandux ikun fih materjal li:
jagħti l-impressjoni li m'hemmx għalfejn konsulta medika jew operazzjoni kirurġika, b'mod partikolari billi joffru dijanjożi jew billi jissuġġerixxu kura bil-posta;
jissuġġerixxi li l-effetti tal-mediċina huma garantiti, li ma jikkaġunawx reazzjonijiet ħżiena jew li huma aħjar minn, jew l-istess bħal, dawk ta' kura jew prodott mediċinali ieħor;
jissuġġerixxi li s-saħħa tas-suġġett tmur għall-aħjar jekk tittieħed il-mediċina;
jissuġġerixxi li s-saħħa tas-suġġett tkun affettwata jekk ma titteħidx il-mediċina; din il-projbizzjoni m'għandhiex tapplika għall-kampanji ta' vaċċinazzjoni msemmija fl-Artikolu 88(4);
ikun indirizzat esklussivament jew prinċipalment lejn it-tfal;
jirreferi għal rakkomandazzjoni minn xjentisti, professjonisti tas-saħħa tal-bniedem jew persuni li mhumiex mnn dawk hawn imsemmija iżda li, minħabba l-popolarità tagħhom, jistgħu jinkoraġġixxu l-konsum ta' prodotti mediċinali;
jissuġġerixxi li l-prodott mediċinali huwa oġġett ta' l-ikel, kożmetiku jew xi prodott ieħor għal konsum;
jissuġġerixxi li s-sigurtà u l-effikaċja tal-prodott mediċinali jkun ġej mill-fatt li hu naturali;
jista’, b'deskrizzjoni jew rappreżentazzjoni dettaljata ta' l-istorja ta' xi każ, iwassal għal dijanjożi ħażina li wieħed jagġmel fuqu nnifsu;
jirreferi, f'termini skorretti, allarmanti jew qarrieqa, għal pretensjonijiet ta' fejqan;
juża, f'termini skorretti, allarmanti jew qarrieqa, stampi ta' tibdiliet fil-ġisem tal-bniedem kawżati minn mard jew korriment, jew dwar l-azzjoni ta' prodott mediċinali fil-ġisem tal-bniedem jew partijiet minnu.
▼M4 —————
Artikolu 91
Kull reklamar ta' prodott mediċinali ma’ persuni kwalifikati biex jippreskrivu jew jissuplixxu prodotti bħal dawn għandu jinkludi:
L-Istati Membri jistgħu wkoll jitolbu li reklamar bħal dan ikun jinkludi l-prezz tal-bejgħ jew prezz indikattiv tad-diversi preżentazzjonijiet u l-kondizzjonijiet għal ħlas lura minn korpi tas-sigurtà soċjali.
Artikolu 92
Artikolu 93
Artikolu 94
Artikolu 95
Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 94(1) ma għandhomx jipprevjenu li tiġi offruta ospitalità, direttament jew indirettament, f'attivitajiet għal għanijiet purament professjonisti jew xjentifiċi; dik l-ospitalità għandha dejjem tkun strettament limitata għall-għan xjentifiku prinċipali ta' l-attività; ma għandhiex tkun estiża lil persuni oħra minbarra professjonisti tal-kura tas-saħħa.
Artikolu 96
Kampjuni b'xejn għandhom ikunu provduti fuq bażi eċċezjonali biss lil persuni kkwalifikati biex jippreskrivuwhom u bil-kondizzjonijiet li ġejjin:
in-numru ta' kampjuni għal kull prodott mediċinali fuq preskrizzjoni kull sena għandu jkun limitat;
kull provvista ta' kampjuni għandha tkun b'risposta għal talba bil-kitba, iffirmata u datata, mill-aġent li jippreskrivi;
dawk li jagħtu kampjuni għandhom iżommu sistema adegwata ta' kontroll u kontabilità;
kull kampjun ma għandux ikun akbar mill-iżgħar presentazzjoni fis-suq;
kull kampjun għandu jkun immarkat “kampjun mediku b'xejn - mhux għall-bejgħ” jew għandu juri xi kliem ieħor li jfisser l-istess;
kull kampjun għandu jkollu miegħu kopja tas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott;
l-ebda kampjuni ta' prodotti mediċinali li fihom sustanzi psikotropiċi jew narkotiċi fis-sens ta' konvenzjonijiet internazzjonali, bħall-Konvenzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-1961 u l-1971, ma jistgħu jingħataw.
Artikolu 97
Skond id-disposizzjonijiet legali msemmija f'paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-qrati jew lill-awtoritajiet amministrattivi poteri li jippermettulhom, f'każijiet fejn iqisu meħtieġa miżuri bħal dawn, waqt li jieħdu kont ta' l-interessi involuti, u b'mod partikolari ta' l-interessi pubbliċi:
anke mingħajr prova ta' telf attwali jew ta' ħsara jew ta' intenzjoni jew ta' traskuraġni min-naħa ta' min jirreklama.
Għandu jkun kull Stat Membru li jiddeċiedi għalih innifsu liema minn dawn iż-żewġ għażliet fl-ewwel subparagrafu għandu jagħmel.
L-Istati Membri jistgħu jagħtu lill-qrati u lill-awtoritajiet amministrattivi setgħat li jippermettulhom, bl-għan li jeliminaw l-effetti kontinwi ta' reklamar qarrieqi li t-tmiem tiegħu ġie ordnat b'deċiżjoni finali:
Artikolu 98
Dak li għandu l-awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq:
Artikolu 99
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li d-disposizzjonijiet ta' dan it-Titolu huma applikati u jiddeterminaw b'mod partikolari x'penali għandhom ikunu imposti jekk id-disposizzjonijiet adottati fl-esekuzzjoni ta' dan it-Titolu jkunu miksura.
Artikolu 100
Ir-reklamar ta' prodotti mediċinali omeopatiċi imsemmija fl-Artikolu 14(1) għandu jkun suġett għad-disposizzjonijiet ta' dan it-Titolu bl-eċċezzjoni ta' l-Artikolu 87(1).
Iżda biss l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 69(1) tista' tintuża fir-reklamar ta' dawk il-prodotti mediċinali.
TITOLU IX
FARMAKOVIĠILANZA
KAPITOLU 1
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 101
Is-sistema ta’ farmakoviġilanza għandha tintuża biex tiġbor it-tagħrif dwar ir-riskji tal-prodotti mediċinali fir-rigward tas-saħħa pubblika jew dik tal-pazjenti. It-tagħrif għandu jirreferi partikolarment għal reazzjonijiet ħżiena fil-bniedem, li jiġu mill-użu tal-prodott mediċinali fi ħdan il-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-suq kif ukoll minn użu barra t-termini tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, u minn reazzjonijiet ħżiena assoċjati mal-espożizzjoni fuq ix-xogħol.
Artikolu 102
L-Istati Membri għandhom:
jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jinkoraġġixxu l-pazjenti, it-tobba, l-ispiżjara u lill-professjonisti oħra għall-kura tas-saħħa jirrappurtaw reazzjonijiet ħżiena suspettati lill-awtorità nazzjonali kompetenti; għal dawn il-kompiti jistħgu jiġu involuti organizzazzjonijiet tal-konsumatur, organizzazzjonijiet tal-pazjenti u professjonisti tal-kura tas-saħħa kif xieraq;
jiffaċilitaw rappurtar mill-pazjenti permezz tal-provvista ta’ formati ta’ rappurtar alternattivi flimkien mal-formati bbażati fl-Internet;
jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jiksbu data eżatta u verifikabbli għall-evalwazzjoni xjentifika ta’ rapporti dwar reazzjonjiet ħżiena suspettati;
jiżgura li l-pubbliku jingħata tagħrif siewi f’waqtu dwar tħassib dwar il-farmakoviġilanza li jkollu x’jaqsam mal-użu ta’ prodott mediċinali permezz tal-pubblikazzjoni fil-web portal u permezz ta’ mezzi oħrajn ta’ informazzjoni pubblikament disponibbli kif meħtieġ;
jiżguraw, permezz tal-metodi tal-ġbir ta’ informazzjoni u fejn meħtieġ permezz tas-segwitu tar-rapporti dwar reazzjonijiet ħżiena suspettati, li jittieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jiġi identifikat b’ mod ċar kwalunkwe prodott mediċinali bijoloġiku preskritt, mogħti, jew mibjugħ fit-territorju tagħhom li huwa s-suġġett ta’ rapport dwar reazzjoni ħażina suspettata; b’attenzjoni xierqa għall-isem tal-prodott mediċinali, b’konformita mal-paragrafu 20 tal-Artikolu 1u n-numru tal-lott;
jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li detentur ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq li jonqos milli jwettaq l-obbligi stipulati f’dan it-Titolu jkun suġġett għal pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi.
Għall-finijiet tal-punti (a) u (e) tal-ewwel paragrafu l-Istati Membri jistgħu jimponi obbligi speċifiċi fuq it-tobba, l-ispiżjara u professjonisti oħra għall-kura tas-saħħa.
Artikolu 103
Stat Membru jista’ jiddelega kwalunkwe ħidma fdata f’idejh skont dan it-Titolu lil Stat Membru ieħor sakemm isir ftehim bil-miktub minn dan tal-aħħar. Kull Stat Membru jista’ jirrappreżenta mhux iżjed minn Stat Membru wieħed ieħor.
L-Istat Membru li jiddelega għandu jgħarraf lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija u lill-Istati Membri oħra tad-delegazzjoni bil-miktub. L-Istat Membru li jiddelega u l-Aġenzija għandhom jippubblikaw dan it-tagħrif.
Artikolu 104
Id-detentur ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għandu jwettaq verifika regolari tas-sistema tiegħu ta’ farmakoviġilanza. Hu għandu jieħu nota dwar is-sejbiet prinċipali tal-verifika dwar il-master fajl tas-sistema ta’ farmakoviġilanza u, fuq il-bażi tas-sejbiet tal-verifika, jiżgura li jitħejja u jiġi implimentat pjan ta’ azzjoni xieraq korrettiv. Malli jkunu ġew implimentati bis-sħiħ l-azzjonijiet korrettivi, in-nota ma tistax titneħħa.
Bħala parti mis-sistema ta’ farmakoviġilanza, id-detentur ta’ awtorizzazzjoni għandu:
jkollu permanentement u kontinwament għad-dispożizzjoni tiegħu persuna responsabbli għall-farmakoviġilanza kkwalifikata kif xieraq;
iżomm u jagħmel disponibbli fuq talba master fajl tas-sistema ta’ farmakoviġilanza;
iħaddem sistema tal-ġestjoni tar-riskju għal kull prodott mediċinali;
jissorvelja r-riżultat tal-miżuri tal-minimizzazzjoni tar-riskju li jinsabu fil-pjan tal-ġestjoni tar-riskju jew li huma stipulati bħala kondizzjonijiet fl-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq skont l-Artikoli 21a, 22 jew 22a;
jaġġorna s-sistema tal-ġestjoni tar-riskju u jissorvelja d-data ta’ farmakoviġilanza biex jiddetermina jekk hemmx xi riskji ġodda jew inbidlux ir-riskji jew jekk hemmx xi bidliet fil-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodotti mediċinali.
Il-persuna kkwalifikata msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għandu jkollha r-residenza tagħha u topera fl-Unjoni u għandha tkun responsabbli għall-istabbiliment u l-manutenzjoni tas-sistema ta’ farmakoviġilanza. Id-detentur ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għandu jressaq l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-persuna kkwalifikata lill-awtorità kompetenti tal-Aġenzija.
B’deroga mit-tieni subparagrafu, fejn l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tingħata mill-awtorità kompetenti tar-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq, il-persuna kkwalifikata msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tista’ tkun tirrisjedi u topera f’partijiet tar-Renju Unit barra l-Irlanda ta’ Fuq. Dan is-subparagrafu ma għandux japplika għal sitwazzjonijiet fejn id-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq diġà jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu persuna li tirrisjedi u topera fl-Unjoni fl-20 ta’ April 2022.
Artikolu 104a
L-impożizzjoni ta’ tali obbligi għandha tkun ġustifikata kif xieraq u notifikata bil-miktub u għandha tinkludi l-qafas ta’ ħin għat-tressiq tad-deskrizzjoni dettaljata tas-sistema tal-ġestjoni tar-riskju.
Artikolu 105
Il-maniġment tal-fondi maħsuba għall-attivitajiet marbuta mal-farmakoviġilanza, it-tħaddim tan-netwerks ta’ komunikazzjoni u s-sorveljanza tas-suq għandhom ikunu taħt il-kontroll permanenti tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex jiggarantixxu l-indipendenza tagħhom fit-twettiq ta’ dawk l-attivitajiet ta’ farmakoviġilanza.
L-ewwel paragrafu ma għandux ifixkel l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali milli jimponu ħlasijiet fuq id-detenturi ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għat-twettiq ta’ dawk l-attivitajiet mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti bil-kondizzjoni li l-indipendenza tagħhom fit-twettiq ta’ dawk l-attivitajiet ta’ farmakoviġilanza tkun strettament iggarantita.
KAPITOLU 2
Trasparenza u komunikazzjonijiet
Artikolu 106
Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi u jżomm portal nazzjonali fuq l-Internet tal-mediċini li għandu jkun marbut mal-portal Ewropew fuq l-Internet tal-mediċini stabbilit skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004. Permezz tal-portali nazzjonali tal-Internet tal-mediċini, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw mill-inqas dan li ġej:
ir-rapporti pubbliċi ta’ evalwazzjoni, flimkien ma’ sommarju tagħhom;
sommarji tal-karatteristiċi tal-prodott u fuljetti tal-pakkett;
sommarji tal-pjanijiet tal-ġestjoni tar-riskju għal prodotti mediċinali awtorizzati skont din id-Direttiva;
il-lista tal-prodotti mediċinali msemmija fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004;
informazzjoni dwar modi differenti ta’ rappurtar ta’ reazzjonijiet ħżiena suspettati għal prodotti mediċinali lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti minn professjonisti għall-kura tas-saħħa u pazjenti, inklużi l-forom strutturati bbażati fil-web imsemmija fl-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004.
Artikolu 106a
Id-detentur ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għandu jiżgura li t-tagħrif lill-pubbliku jiġi ppreżentat b’mod oġġettiv u li ma jkunx iqarraq.
Permezz tal-koordinazzjoni tal-Aġenzija, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-isforzi kollha tagħhom possibbli biex jaqblu dwar messaġġ komuni fir-rigward tas-sikurezza tal-prodott mediċinali kkonċernat u skedi ta’ ħin għat-tixrid tagħhom. Il-Kumitat tal-Evalwazzjoni tar-Riskju fil-qasam tal-Farmakoviġilanza għandu, fuq talba tal-Aġenzija, jipprovdi parir dwar dawn l-avviżi ta’ sikurezza.
KAPITOLU 3
Ir-reġistrazzjoni, ir-rappurtar u l-evalwazzjoni tad-data ta’ farmakoviġilanza
Artikolu 107
Id-detenturi ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għandhom jiżguraw li dawn ir-rapporti jkunu aċċessibbli f’punt wieħed uniku fi ħdan l-Unjoni.
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, ir-reazzjonijiet ħżiena suspettati li jseħħu fil-kuntest ta’ test kliniku għandhom jiġu rreġistrati u rrapurtati skont id-Direttiva 2001/20/KE.
Id-detenturi ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għandhom jippreżentaw elettronikament lill-bażi tad-data Eudravigilance informazzjoni dwar reazzjonijiet ħżiena suspettati u mhux serji li jkunu seħħew fl-Unjoni, fi żmien 90 jum wara l-jum li fih id-detentur ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ikkonċernat ikun ġie mgħarraf b’dan.
Għal prodotti mediċinali li fihom is-sustanza attiva msemmija fil-lista’ tal-pubblikazzjonijiet sorveljata mill-Aġenzija skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004, id-detentur ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ma għandux ikun meħtieġ jirrappurta lill-bażi ta’ data Eudravigilance ir-reazzjonijiet ħżiena suspettati rreġistrati fil-letteratura medika elenkata, iżda għandu jissorvelja l-letteratura medika l-oħra kollha u jirrappurta kwalunkwe reazzjoni ħażina suspettata.
Artikolu 107a
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li rapporti ta’ reazzjonijiet bħal dawn jistgħu jitressqu permezz tal-portali nazzjonali tal-Internet tal-mediċina jew b’mezzi oħra.
Huma għandhom, fi żmien 90-il jum wara l-wasla tar-rapporti msemmija fil-paragrafu 1, iressqu rapporti dwar reazzjonijiet ħżiena suspettati mhux serji elettronikament fil-bażi ta’ data Eudravigilance.
Id-detenturi ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għandhom jaċċessaw dawn ir-rapporti permezz tal-bażi ta’ data Eudravigilance.
Artikolu 107b
Detentur ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għandu jressaq quddiem l-Aġenzija rapporti perjodiċi ta’ aġġornament dwar is-sikurezza li fihom:
sommarji tad-data rilevanti għall-benefiċċji u r-riskji tal-prodott mediċinali, inklużi r-riżultati tal-istudji kollha b’kunsiderazzjoni tal-impatt potenzjali tagħhom fuq l-awtortizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq;
evalwazzjoni xjentifika tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali;
id-data kollha relatata mal-volum ta’ bejgħ tal-prodott mediċinali u kwalunkwe data fil-pussess tad-detentur ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq relatata mal-volum tal-preskrizzjonijiet inkluża stima tal-popolazzjoni esposta għall-prodott mediċinali.
L-evalwazzjoni msemmija fil-punt (b) għandha tkun imsejsa fuq id-data kollha disponibbli, inkluża d-data minn testijiet kliniċi fl-indikazzjonijiet mhux awtorizzati u popolazzjonijiet.
Ir-rapporti perjodi ta’ aġġornament dwar is-sikurezza għandhom jitressqu elettronikament.
B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, id-detenturi ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għal prodotti mediċinali msemmijin fl-Artikolu 10(1) jew fl-Artikolu 10a, u d-detenturi ta’ reġistrazzjonijiet għal prodotti mediċinali imsemmijin fl-Artikoli 14 jew 16a, għandu jressaq rapporti perjodiċi ta’ aġġornament għal tali prodott mediċinali fil-każijiet li ġejjin biss:
meta obbligu bħal dan ikun stipulat bħala kondizzjoni fl-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq skont l-Artikolu 21a jew l-Artikolu 22; jew
meta jkun mitlub minn awtorità kompetenti fuq il-bażi ta’ tħassib relatat mad-data dwar il-farmakoviġilanza jew minħabba n-nuqqas ta’ provvista ta’ rapporti perjodiċi ta’ aġġornament dwar is-sukurezza relatati ma’ sustanza attiva wara li tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq. Ir-rapporti ta’ evalwazzjoni tar-rapporti perjodiċi ta’ aġġornament dwar is-sikurezza għandhom jiġi kkomunikati lill-Kumitat tal-Evalwazzjoni tar-Riskju fil-qasam tal-Farmakoviġilanza li għandhu jqis jekk hemmx bżonn għal rapport uniku ta’ evalwazzjoni għall-awtorizzazzjonijiet kollha għat-tqegħid fis-suq għall-prodotti mediċinali li jkun fihom l-istess sustanza attiva u jinforma lill-grupp ta’ koordinazzjoni jew lill-Kumitat tal-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem kif xieraq, sabiex jiġu applikati l-proċeduri stipulati fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 107c u fl-Artikolu 107e.
Artikolu 107c
Id-dati tat-tressiq skont il-frekwenza speċifikata għandhom jiġu kkalkulati mid-data tal-awtorizzazzjoni.
Ir-rapporti perjodiċi ta’ aġġornament dwar is-sikurezza għandhom jitressqu quddiem l-awtoritajiet kompetenti minnufih jekk mitluba jew skont dan li ġej:
fejn prodott mediċinali jkun għadu ma tpoġġiex fis-suq, mill-inqas kull sitt xhur wara l-awtorizzazzjoni u sakemm jitqiegħed fis-suq;
fejn prodott mediċinali jkun tpoġġa fis-suq, mill-inqas kull sitt xhur matul l-ewwel sentejn wara li jitqiegħdu għall-ewwel darba fis-suq, darba fis-sena għas-sentejn ta’ wara u f’intervalli ta’ tliet darbiet fis-sena wara dan.
Din il-frekwenza armonizzata għat-tressiq tar-rapporti u d-data ta’ referenza għall-Unjoni jistgħu jiġu ddeterminati, wara konsultazzjoni mal-Kumitat tal-Evalwazzjoni tar-Riskju fil-qasam tal-Farmakoviġilanza, permezz ta’ wieħed minn dawn li ġejjin:
il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem, fejn mill-inqas waħda mill-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-prodotti mediċinali li fihom is-sustanza attiva kkonċernata ngħatat skont il-proċedura ċentralizzata prevista fil-Kapitolu 1 tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 726/2004;
il-grupp ta’ koordinazzjoni, f’każijiet għajr dawk imsemmija fil-punt (a).
L-Aġenzija għandha tippubblika l-frekwenza armonizzata għat-tressiq tar-rapporti stabbilita skont l-ewwel u t-tieni subparagrafu. Id-detenturi ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għandhom iressqu applikazzjoni għal varjazzjoni fl-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq kif meħtieġ.
Għall-finijiet tal-paragrafu 4, id-data ta’ referenza għall-Unjoni għall-prodotti mediċinali li fihom l-istess sustanza attiva jew l-istess taħlita ta’ sustanzi attivi għandha tkun waħda minn dawn li ġejjin:
id-data tal-ewwel awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq fl-Unjoni ta’ prodott mediċinali li fih dik is-sustanza attiva jew dik it-taħlita ta’ sustanzi attivi;
jekk id-data msemmija fil-punt (a) ma tistax tkun żgurata, l-aktar data kmieni minn dawk magħrufa għall-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq fir-rigward ta’ prodotti mediċinali li fihom dik is-sustanza attiva jew dik it-taħlita ta’ sustanzi attivi.
Id-detenturi ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għandhom ikunu jistgħu jressqu talbiet lill-Kumitat tal-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem jew lill-grupp ta’ koordinazzjoni, kif xieraq, biex jiddeterminaw id-dati tar-referenzi għall-Unjoni jew biex tinbidel il-frekwenza tat-tressiq tar-rapporti perjodiċi ta’ aġġornament dwar is-sikurezza minħabba waħda mir-raġunijiet li ġejjin:
għal raġunijiet relatati mas-saħħa pubblika;
biex tiġi evitata evalwazzjoni doppja;
biex tinkiseb armonizzazzjoni internazzjonali.
Talbiet bħal dawn għandhom jitressqu bil-miktub u għandhom ikunu ġġustifikati kif xieraq. Il-Kumitat tal-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem jew il-grupp ta’ koordinazzjoni, wara l-konsultazzjoni mal-Kumitat tal-Evalwazzjoni tar-Riskju fil-qasam tal-Farmakoviġilanza, għandhom jew japprovaw jew inkella jirrifjutaw tali talbiet. L-Aġenżija għandha tippubblika kwalunkwe bidla fid-dati jew fil-frekwenza tat-tressiq ta’ rapporti perjodiċi ta’ aġġornament dwar is-sikurezza. Id-detenturi ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għandhom iressqu applikazzjoni għal varjazzjoni fl-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq kif meħtieġ.
Kwalunkwe bidla fid-dati tat-tressiq u fil-frekwenza tar-rapporti perjodiċi ta’ aġġornament dwar is-sikurezza speċifikata fl-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq b’konsegwenza tal-applikazzjoni tal-paragrafi 4, 5 u 6 għandha tibda tgħodd sitt xhur wara d-data ta’ pubblikazzjoni bħal din.
Artikolu 107d
L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jevalwaw ir-rapporti perjodiċi ta’ aġġornament dwar is-sikurezza biex jiddeterminaw jekk hemmx riskji ġodda jew jekk ir-riskji nbidlux jew jekk hemmx xi bidliet fil-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodotti mediċinali.
Artikolu 107e
L-evalwazzjoni unika għandha titwettaq minn wieħed minn dawn li ġejjin:
Stat Membru maħtur mill-grupp ta’ koordinazzjoni fejn l-ebda waħda mill-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ikkonċernati ma ngħatat skont il-proċedura ċentralizzata prevista fl-ewwel Kapitlu tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 726/2004; jew
relatur maħtur mill-Kumitat tal-Evalwazzjoni tar-Riskju fil-qasam tal-Farmakoviġilanza, fejn mill-inqas waħda mill-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ikkonċernati ngħatat skont il-proċedura ċentralizzata prevista fl-ewwel Kapitlu tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 726/2004.
Meta jintgħażel l-Istat Membru skont il-punt (a) tat-tieni subparagrafu, il-grupp ta’ koordinazzjoni għandu jqis jekk xi Stat Membru qiegħedx jaġixxi bħala Stat Membru ta’ referenza, skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 28(1).
Fi żmien 30 jum mill-wasla tar-rapport ta’ evalwazzjoni, l-Istati Membri u d-detentur) tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq jista’ jressaq kummenti lill-Aġenzija u lir-relatur jew lill-Istat Membru.
Artikolu 107f
Wara l-evalwazzjoni tar-rapporti perjodiċi ta’ aġġornament dwar is-sikurezza, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jikkunsidraw jekk hijiex meħtieġa xi azzjoni li tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-suq għall-prodott mediċinali kkonċernat.
Huma għandhom iżommu, ivarjaw, jissospendu jew jirrevokaw l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq kif xieraq.
Artikolu 107g
Fil-każ ta’ varjazzjoni, id-detentur ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għandu jressaq lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti applikazzjoni xierqa għal bdil, inkluż sommarju aġġornat tal-karatteristiċi tal-prodott u fuljett tal-pakkett fl-iskeda ta’ implimentazzjoni determinata.
Jekk ma jkunx jista’ jintlaħaq ftehim b’kunsens, il-pożizzjoni tal-maġġoranza tal-Istati Membru rrappreżentati fi ħdan il-grupp ta’ koordinazzjoni għandha titressaq quddiem il-Kummissjoni li għandha tapplika l-proċedura stipulata fl-Artikoli 33 u 34.
Meta l-ftehim li jilħqu l-Istati Membri rrappreżentati fi ħdan il-grupp ta’ koordinazzjoni jew il-pożizzjoni tal-maġġoranza tal-Istati Membri jkunu differenti mir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat tal-Evalwazzjoni tar-Riskju fil-qasam tal-Farmakoviġilanza, il-grupp ta’ koordinazzjoni għandu jehmeż mal-ftehim jew mal-pożizzjoni tal-maġġoranza spjegazzjoni dettaljata tar-raġunijiet xjentifiċi għad-differenzi flimkien mar-rakkomandazzjoni.
Meta din l-opinjoni tal-Kumitat tal-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem tkun differenti mir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat tal-Evalwazzjoni tar-Riskju fil-qasam tal-Farmakoviġilanza, il-Kumitat tal-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem għandu jehmeż mal-opinjoni tiegħu spjegazzjoni dettaljata tar-raġunijiet xjentifiċi għad-differenzi flimkien mar-rakkomandazzjoni.
Fuq il-bażi tal-opinjoni tal-Kumitat tal-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem imsemmi fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha:
tadotta deċiżjoni indirizzata lill-Istati Membri dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq mogħtija mill-Istati Membri u kkonċernati mill-proċedura prevista f’din it-taqsima; kif ukoll
fejn l-opinjoni tgħid li hija meħtieġa azzjoni regolatorja fir-rigward tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, tadotta deċiżjoni biex tvarja, tissospendi jew tirrevoka l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq mogħtija skont il-proċedura ċentralizzata stipulata fir-Regolament (KE) Nru 726/2004 u kkonċernati mill-proċedura prevista f’din it-taqsima.
L-Artikoli 33 u 34 ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw għall-adozzjoni tad-deċiżjoni msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u għall-implimentazzjoni tagħha mill-Istati Membri.
L-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 għandu japplika għad-deċiżjoni msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Fejn il-Kummissjoni tadotta deċiżjoni bħal din, tista’ wkoll tadotta deċiżjoni indirizzata lill-Istati Membri skont l-Artikolu 127a ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 107h
Fir-rigward ta’ prodotti mediċinali awtorizzati skont din id-Direttiva, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti f’kollaborazzjoni mal-Aġenzija għandhom jieħdu l-miżuri li ġejjin:
is-sorveljanza tar-riżultat tal-miżuri ta’ minimizzazzjoni tar-riskju li qegħdin fil-pjanijiet tal-ġestjoni tar-riskju u tal-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 21a, 22 jew 22a;
l-evalwazzjoni tal-aġġornamenti tas-sistema tal-ġestjoni tar-riskju;
is-sorveljanza tad-data fil-bażi tad-data Eudravigilance biex ikun jista’ jiġi ddeterminat jekk hemmx riskji ġodda jew jekk ir-riskji nbidlux u jekk dawk ir-riskji għandhom impatt fuq il-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-detenturi ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq jgħarrfu lill-Aġenzija u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fil-każ li jkunu ġew żvelati riskji ġodda jew riskji li nbidlu jew bidliet fil-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju.
Artikolu 107i
Stat Membru jew il-Kummissjoni, kif xieraq, għandu abbażi ta' preokkupazzjonijiet li jirriżultaw mill-evalwazzjoni ta' dejta minn attivitajiet ta' farmakoviġilanza jibda l-proċedura prevista f'din it-taqsima billi javża lill-Istati Membri l-oħra, lill-Aġenzija u l-Kummissjoni fejn:
jikkunsidra li jissospendi jew jirrevoka awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq;
jikkunsidra l-projbizzjoni tal-forniment ta' prodott mediċinali;
jikkunsidra li jirrifjuta t-tiġdid ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq; jew
huwa mgħarraf mid-detentur ta' awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq li, fuq il-bażi ta' tħassib dwar is-sikurezza, id-detentur waqqaf it-tqegħid fis-suq ta' prodott mediċinali jew ħa azzjoni sabiex tiġi rtirata awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, jew biħsiebu jieħu tali azzjoni, jew m'applikax għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.
Kull Stat Membru jew il-Kummissjoni, kif xieraq, għandhom, meta jitqies li tinħtieġ azzjoni urġenti, jibdew il-proċedura prevista f'din it-taqsima fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet imsemmija f'dan il-paragrafu.
Meta l-proċedura prevista f'din it-taqsima ma tinbediex, għal prodotti mediċinali awtorizzati skont il-proċeduri stabbiliti fil-Kapitolu 4 tat-Titolu III, il-każ għandu jinġieb għall-attenzjoni tal-grupp ta' koordinazzjoni.
L-Artikolu 31 għandu jkun applikabbli meta jkunu involuti l-interessi tal-Unjoni.
Fejn il-prodott mediċinali involut ikun awtorizzat f'iktar minn Stat Membru wieħed, l-Aġenzija għandha mingħajr dewmien mhux xieraq tinforma lill-inizjatur tal-proċedura dwar ir-riżultat ta' din il-verifika, u l-proċeduri stipulati fl-Artikoli 107j u 107k għandhom japplikaw. Inkella, it-tħassib dwar is-sikurezza għandu jiġi indirizzat lill-Istati Membri kkonċernati. L-Aġenzija jew l-Istat Membru, kif applikabbli, għandhom jagħmlu l-informazzjoni li l-proċedura nbdiet disponibbli għad-detenturi ta' awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.
Fejn l-ambitu tal-proċedura, kif determinat bi qbil ►M12 mal-paragrafi 1 u 1a ◄ , ikun jinkludi prodotti mediċinali awtorizzati bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 726/2004 l-Kummissjoni tista’ fi kwalunkwe stadju tal-proċedura mnedija skont din it-taqsima tieħu miżuri temporanji minnufih fir-rigward ta’ dawk l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq.
Jekk l-Aġenzija tidentifika li t-tħassib dwar is-sikurezza jirrelata ma’ aktar prodotti mediċinali minn dawk li huma koperti bit-tagħrif jew li huwa komuni għall-prodotti mediċinali kollha li jappartjenu lill-istess sensiela jew klassi terapewtika, hija għandha testendi l-ambitu tal-proċedura kif xieraq.
Fejn l-ambitu tal-proċedura mnedija skont dan l-Artikolu jikkonċerna sensiela ta’ prodotti mediċinali jew klassi terapewtika, il-prodotti mediċinali awtorizzati skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 li jappartjenu lil din is-sensiela jew klassi għandhom ukoll jiġu inklużi fil-proċedura.
Artikolu 107j
L-avviż għandu jispeċifika l-kwistjoni mressqa lill-Aġenzija skont l-Artikolu 107j, u l-prodotti mediċinali u, fejn applikabbli, is-sustanzi attivi kkonċernati. Għandu jkun fih tagħrif dwar id-dritt tad-detenturi ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, il-professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa u l-pubbliku li jressqu quddiem l-Aġenzija tagħrif rilevanti għall-proċedura u għandu jindika kif tagħrif bħal dan jista’ jitressaq.
Għall-finijiet ta’ din l-evalwazzjoni, id-detentur ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq jista’ jippreżenta kummenti bil-miktub.
Fejn l-urġenza tal-kwistjoni tippermetti, il-Kumitat tal-Evalwazzjoni tar-Riskju fil-qasam tal-Farmakoviġilanza jista’ jagħmel seduti ta’ smigħ pubbliku meta jqis li dan huwa xieraq għal raġunijiet ġustifikati partikolarment fir-rigward tal-grad u l-gravità tat-tħassib dwar is-sikurezza. Is-seduti ta’ smigħ għandhom iseħħu bi qbil mal-modalitajiet speċifikati mill-Aġenzija u għandhom jitħabbru permezz tal-portal Ewropew fuq l-Internet tal-mediċini. L-avviż għandu jispeċifika l-modalitajiet tal-parteċipazzjoni.
Fis-seduta ta’ smigħ għandha tingħata attenzjoni xierqa lill-effett terapewtiku tal-prodott mediċinali.
L-Aġenzija, b’konsulazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, għandha tfassal Regoli ta’ Proċedura dwar l-organizzazzjoni u t-twettiq ta’ seduti ta’ smigħ pubbliku, bi qbil mal-Artikolu 78 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004.
Fejn detentur ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq jew persuna oħra li biħsiebha tressaq xi tagħrif għandha data kunfidenzjali rilevanti mas-suġġett tal-proċedura, hija tista’ titlob permess li tressaq dik id-data lill-Kumitat tal-Evalwazzjoni tar-Riskju fil-qasam tal-Farmakoviġilanza f’seduta ta’ smigħ mhux pubblika.
Fi żmien 60 jum mit-tressiq tat-tagħrif, il-Kumitat tal-Evalwazzjoni tar-Riskju fil-qasam tal-Farmakoviġilanza għandu jagħmel rakkomandazzjoni, fejn jistqarr ir-raġunijiet li fuqhom dan huwa msejjes b’kunsiderazzjoni xierqa tal-effett terapewtiku tal-prodott mediċinali. Ir-rakkomandazzjoni għandha isemmi l-pożizzjonijiet diverġenti, flimkien mar-raġunijiet li fuqhom huma bbażati. F’każ ta’ emerġenza, u abbażi ta’ proposta mill-president tiegħu, il-Kumitat tal-Evalwazzjoni tar-Riskju fil-qasam tal-Farmakoviġilanza jista’ jaqbel dwar skadenza iqsar. Ir-rakkomandazzjoni għandha tinkludi kwalunkwe waħda jew taħlita tal-konklużjonijiet li ġejjin:
l-ebda valutazzjoni jew azzjoni oħra ma hi meħtieġa f’livell tal-Unjoni;
id-detentur ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għandu jwettaq aktar valutazzjoni tad-data flimkien mas-segwitu tar-riżultati ta’ din il-valutazzjoni;
id-detentur ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għandu jisponsorja studju dwar is-sikurezza wara l-awtorizzazzjoni flimkien mal-valutazzjoni ta’ segwitu tar-riżultati ta’ dan l-istudju;
l-Istati Membri jew id-detentur ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għandu jimplimenta l-miżuri tat-tnaqqis tar-riskju;
l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għandha tiġi sospiża, irrevokata jew ma tiġġeddidx;
l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għandha tkun varjata.
Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, ir-rakkomandazzjoni għandha tispeċifika l-miżuri ta’ tnaqqis tar-riskju rrakkomandati u kwalunkwe kondizzjoni jew restrizzjoni li għaliha l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għandha tkun suġġetta.
Fejn, fil-każijiet imsemmija fil-punt (f) tal-ewwel subparagrafu, huwa rrakkomandat li jinbidel jew jiżdied it-tagħrif fis-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott jew l-ittikkettjar jew il-fuljett tal-pakkett, ir-rakkomandazzjoni għandha tissuġġerixxi t-test tat-tagħrif mibdul jew miżjud bħal dan u fejn tali test għandu jitpoġġa fis-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott, fl-ittikkettjar jew fil-fuljett tal-pakkett.
Artikolu 107k
Fil-każ li jkun hemm qbil dwar il-varjazzjoni, id-detentur ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għandu jressaq lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti applikazzjoni xierqa għal varjazzjoni, inkluż sommarju aġġornat tal-karatteristiċi tal-prodott u fuljett tal-pakkett fl-iskeda ta’ implimentazzjoni determinata.
Jekk ma jkunx jista’ jintlaħaq ftehim b’kunsens, il-pożizzjoni tal-maġġoranza tal-Istati Membru rrappreżentati fi ħdan il-grupp ta’ koordinazzjoni għandha titressaq quddiem il-Kummissjoni li għandha tapplika l-proċedura stipulata fl-Artikoli 33 u 34. Madankollu, permezz ta’ deroga mill-Artikolu 34(1), għandha tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 121(2).
Meta l-ftehim li jilħqu l-Istati Membri rrappreżentati fi ħdan il-grupp ta’ koordinazzjoni jew il-pożizzjoni tal-maġġoranza tal-Istati Membri rrappreżentati fi ħdan il-grupp ta’ koordinazzjoni jkun differenti mir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat tal-Evalwazzjoni tar-Riskju fil-qasam tal-Farmakoviġilanza, il-grupp ta’ koordinazzjoni għandu jehmeż mal-ftehim jew il-pożizzjoni tal-maġġoranza spjegazzjoni dettaljata tar-raġunijiet xjentifiċi għad-differenzi flimkien mar-rakkomandazzjoni.
Meta l-opinjoni tal-Kumitat tal-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem tkun differenti mir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat tal-Evalwazzjoni tar-Riskju fil-qasam tal-Farmakoviġilanza, il-Kumitat tal-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem għandu jehmeż mal-opinjoni tiegħu spjegazzjoni dettaljata tar-raġunijiet xjentifiċi għad-differenzi flimkien mar-rakkomandazzjoni.
Fuq il-bażi tal-opinjoni tal-Kumitat tal-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem imsemmi fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha:
tadotta deċiżjoni indirizzata lill-Istati Membri dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq li huma mogħtija mill-Istati Membri u li huma suġġetti għall-proċedura prevista f’din it-taqsima; u
fejn l-opinjoni tgħid li hija meħtieġa azzjoni regolatorja, tadotta deċiżjoni biex tvarja, tissospendi tirrevoka jew tirrifjuta t-tiġdid tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq mogħtija skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 u suġġetti għall-proċedura prevista f’din it-taqsima.
L-Artikoli 33 u 34 ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw għall-adozzjoni tad-deċiżjoni msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u għall-implimentazzjoni tagħha mill-Istati Membri. Madankollu, permezz ta’ deroga mill-Artikolu 34(l) ta’ din id-Direttiva, għandha tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 121(2) tagħha.
L-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 għandu japplika għad-deċiżjoni msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Madankollu, permezz ta’ deroga mill-Artikolu 10(2) ta’ dan ir-Regolament, għandha tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 87(2) tiegħu. Fejn il-Kummissjoni tadotta deċiżjoni bħal din, tista’ wkoll tadotta deċiżjoni indirizzata lill-Istati Membri skont l-Artikolu 127a ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 107l
L-Aġenzija għandha tippubblika l-konklużjonijiet finali tal-evalwazzjoni, ir-rakkomandazzjonijiet, l-opinjonijiet u d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 107b sa 107k permezz tal-portal Ewropew fuq l-Internet tal-mediċini.
KAPITOLU 4
Is-superviżjoni ta’ studji dwar is-sikurezza ta’ wara l-awtorizzazzjoni
Artikolu 107m
Kwalunkwe informazzjoni ġdida li għandha mnejn tinfluwenza l-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju ta’ prodott mediċinali għandu tiġi kkomunikata lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih il-prodott mediċinali jkun ġie awtorizzat skont l-Artikolu 23.
L-obbligu stabbilit fit-tieni subparagrafu huwa mingħajr preġudizzju għall-informazzjoni dwar ir-riżultati tal-istudji li d-detentur ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għandu jagħmel disponibbli permezz ta’ rapporti perjodiċi ta’ aġġornament dwar is-sikurezza kif stipulat fl-Artikolu 107b.
Artikolu 107n
Fi żmien 60 jum mill-preżentazzjoni tal-abbozz tal-protokoll l-awtorità nazzjonali kompetenti jew il-Kumitat tal-Evalwazzjoni tar-Riskju fl-qasam tal-Farmakoviġilanza, kif xieraq, għandu jippubblika:
ittra li tapprova l-abbozz ta’ protokoll;
ittra ta’ oġġezzjoni, li għandha tniżżel fid-dettall ir-raġunijiet għall-oġġezzjoni, fi kwalunkwe każ li jsegwi:
jekk it-twettiq tal-istudju jitqies bħala wieħed li jippromwovi l-użu ta’ prodott mediċinali;
jekk it-tfassil tal-istudju jitqies bħala wieħed li ma jilħaqx l-għanijiet tal-istudju; jew
ittra li tinnotifika lid-detentur ta’ awtorzzazzjoni għat-tqegħid fis-suq li l-istudju huwa test kliniku li jaqa’ taħt l-ambitu tad-Direttiva 2001/20/KE.
Fejn tinħareġ l-ittra ta’ approvazzjoni kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2, id-detentur ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għandu jibgħat il-protokoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn għandu jitwettaq l-istudju u jista’, wara dan, jibda l-istudju skont il-protokoll approvat.
Artikolu 107o
Wara li jkun tnieda studju, kwalunkwe emendi sostanzjali għall-protokoll għandhom jitressqu qabel l-implimentazzjoni tagħhom lill-awtorità nazzjonali kompetenti jew lill-Kumitat tal-Evalwazzjoni tar-Riskju fl-qasam tal-Farmakoviġilanza, kif xieraq. L-awtorità nazzjonali kompetenti jew il-Kumitat tal-Evalwazzjoni tar-Riskju fil-qasam tal-Farmakoviġilanza, kif xieraq, għandhom jevalwaw l-emendi u jinformaw lid-detentur ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq dwar l-approvazzjoni jew l-oġġezzjoni tagħhom. Meta jkun applikabbli, id-detentur ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għandu jinforma lill-Istati Membri fejn qed isir l-istudju.
Artikolu 107p
Artikolu 107q
Jekk fil-grupp ta’ koordinazzjoni, l-Istati Membri rrappreżentati jilħqu ftehim dwar l-azzjoni li għandha tittieħed b’kunsens, il-president għandu jirreġistra l-ftehim u jibagħtu lid-detentur ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u lill-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri neċessarji biex ivarjaw, jissospendu jew jirrevokaw l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq bi qbil mal-iskeda ta’ implimentazzjoni determinata fil-ftehim.
Fil-każ li jintlaħaq qbil dwar varjazzjoni, id-detentur ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għandu jressaq lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti applikazzjoni xierqa għal varjazzjoni, inkluż sommarju aġġornat tal-karatteristiċi tal-prodott u fuljett tal-pakkett fl-iskeda ta’ implimentazzjoni determinata.
Il-ftehim għandu jiġi ppubblikat fil-portal Ewropew fuq l-Internet tal-mediċini stabbilit skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004.
Jekk ma jkunx jista’ jintlaħaq qbil b’kunsens, il-pożizzjoni tal-maġġoranza tal-Istati Membru rrappreżentati fi ħdan il-grupp ta’ koordinazzjoni għandha titressaq quddiem il-Kummissjoni, li għandha tapplika l-proċedura stipulata fl-Artikoli 33 u 34.
Meta l-qbil li jilħqu l-Istati Membri rrappreżentati fi ħdan il-grupp ta’ koordinazzjoni jew il-pożizzjoni tal-maġġoranza tal-Istati Membri jkunu differenti mir-rakkkomandazzjoni tal-Kumitat tal-Evalwazzjoni tar-Riskju fil-qasam tal-Farmakoviġilanza, il-grupp ta’ koordinazzjoni għandu jehmeż mal-ftehim jew il-pożizzjoni tal-maġġoranza spjegazzjoni dettaljata tar-raġunijiet xjentifiċi għad-differenzi flimkien mar-rakkomandazzjoni.
KAPITOLU 5
Implimentazzjoni, Delega u Gwida
Artikolu 108
Sabiex tarmonizza t-twettiq tal-attivitajiet ta’ farmakoviġilanza li hemm provdut għalihom f’din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri implimentattivi fl-oqsma li ġejjin li għalihom huma previsti attivitajiet ta’ farmakoviġilanza fl-Artikoli 8 (3),u fl-Artikoli 101, 104, 104a, 107, 107a, 107b, 107h, 107n u 107p.
il-kontenut u ż-żamma tal-master fajl tas-sistema ta’ farmakoviġilanza miżmum mid-detentur ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq;
ir-rekwiżiti minimi għas-sistema ta’ kwalità għat-twettiq tal-attivitajiet ta’ farmakoviġilanza mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u mid-detentur ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq;
l-użu ta’ terminoloġija, formati u standards maqbula internazzjonalment għat-twettiq ta’ attivitajiet ta’ farmakoviġilanza;
ir-rekwiżiti minimi għas-sorveljanza tad-data fil-bażi tad-data Eudravigilance biex tiddetermina jekk hemmx riskji ġodda jew jekk ir-riskji nbidlux;
il-format u l-kontenut ta’ trasmissjoni elettronika ta’ reazzjonijiet ħżiena suspettati mill-Istati Membri u mid-detentur ta’ awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq;
il-format u l-kontentut tar-rapporti elettroniċi perjodiċi ta’ aġġornament dwar is-sikurezza u l-pjanijiet tal-ġestjoni tar-riskju;
il-format ta’ protokolli, taqsiriet u rapporti finali ta’ studji għall-istudji dwar is-sikurezza ta’ wara l-awtorizzazzjoni;
Dawk il-miżuri għandhom jieħdu kont tal-ħidma dwar l-armonizzazzjoni internazzjonali mwettqa fil-qasam tal-farmakoviġilanza u għandhom, fejn meħtieġ, jiġu riveduti biex jieħu inkonsiderazzjoni l-progress tekniku u xjentifiku. Dawk il-miżuri għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 121(2).
Artikolu 108a
Sabiex ikun faċilitat it-twettiq tal-attivitajiet ta’ farmakoviġilanza fl-Unjoni, l-Aġenzija, b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti u partijiet interessati oħra, għandha tfassal:
gwida dwar il-prassi tajba tal-farmakoviġilanza kemm għall-awtoritajiet kompetenti kif ukoll għad-detenturi ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq;
gwida xjentifika dwar l-istudju ta’ effikaċja wara l-awtorizzazzjoni.
Artikolu 108b
Il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport pubbliku dwar il-kondotta tal-kompiti ta’ farmakoviġilanza mill-Istati Membri fil-21 ta’ Lulju 2015, u mhux iktar tard minn tliet snin mhux iktar tard minn tliet snin wara u mbagħad wara dan kull tliet snin.
TITOLU X
DISPOSIZZJONIJIET SPEĊJALI DWAR PRODOTTI MEDIĊINALI MIKSUBA MINN DEMM U PLAŻMA UMAN
Artikolu 109
Għall-ġbir u t-testjar ta’ demm tal-bniedem u plasma tal-bniedem, id-Direttiva 2002/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 li tiddikjara livelli stabbiliti ta’ kwalità u ta’ sigurtà għall-ġbir, it-testjar, il-proċessar, il-ħażna u t-tqassim ta’ demm tal-bniedem u komponenti tad-demm u li temenda id-Direttiva 2001/83/KE ( 14 ) għandha tgħodd.
Artikolu 110
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jippromwovu fil-Komunità l-awto-suffiċjenza f'demm uman jew plażma umana. Għal dan il-għan, għandhom jinkoraġġixxu d-donazzjoni volontarja bla ħlas ta' demm u plażma u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżviluppaw il-produzzjoni u l-użu ta' prodotti miksuba minn demm uman jew plażma umana li jiġu minn donazzjonijiet volontarji bla ħlas. Għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dawn il- miżuri.
TITOLU XI
SORVELJANZA U SANZJONIJIET
Artikolu 111
Kull meta tikkunsidra li hemm raġuni għal suspett ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti legali stipulati f’din id-Direttiva, inklużi l-prinċipji u l-linji gwida tal-prattika tajba tal-manifattura u l-prattiċi tajba tad-distribuzzjoni li għalihom hemm referenza f’punt (f) tal-Artikolu 46 u fl-Artikolu 47, l-awtorità kompetenti tista’ twettaq spezzjonijiet fl-istabbilimenti ta’:
manifatturi jew distributuri ta’ sustanzi attivi li jkunu f’pajjiżi terzi;
manifatturi jew impurtaturi ta’eċċipjenti.
L-ispezzjonijiet għandhom isiru minn uffiċjali li jirrappreżentaw l-awtorità kompetenti li għandhom ikollhom is-setgħa li:
jispezzjonaw l-istabbilimenti ta’ manifattura u dawk kummerċjali tal-manifatturi ta’ prodotti mediċinali, ta’ sustanzi attivi jew ta’ eċċipjenti, u kull laboratorju mqabbad mid-detentur tal-awtorizzazzjoni ta’ manifattura biex iwettaq kontrolli skont l-Artikolu 20;
jieħdu kampjuni anke bl-għan li jsiru testijiet indipendenti minn laboratorju Uffiċjali għall-Kontroll tal-Mediċini jew laboratorju magħżul għal dan l-iskop minn Stat Membru;
jeżaminaw kull dokument relatat mal-oġġett tal-ispezzjoni, suġġett għad-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Istati Membri fil-21 ta’ Mejju 1975 u li jagħmlu restrizzjonijiet fuq dawn is-setgħat fir-rigward tad-deskrizzjoni tal-metodi ta’ manifattura;
jispezzjonaw l-istabbiliment, ir-reġistri, id-dokumenti u l-master file tas-sistema ta’ farmako-viġilanza tad-detentur tal-awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq jew kwalunkwe kumpanija imqabbda mid-detentur tal-awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq biex twettaq l-attivitajiet deskritti fit-Titolu IX.
L-awtorità kompetenti li tmexxi l-ispezzjoni għandha tikkomunika l-kontenut ta’ dawk ir-rapporti lill-entità spezzjonata.
Qabel tadotta r-rapport, l-awtorità kompetenti għandha tagħti lill-entità spezzjonata kkonċernata l-opportunità li tissottomenti kummenti.
Jekk l-ispezzjonijiet jiġu mwettqa bħala parti mill-proċedura taċ-ċertifikazzjoni għall-monografi tal-Farmakopea Ewropea, għandu jiġi magħmul ċertifikat.
F’każijiet bħal dawn l-Istat Membru kkonċernat għandu javża lill-Istati Membri l-oħra, lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni.
Fejn xieraq, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li detentur ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ikun suġġett għal pieni effettivi, proporzjonali u dissważivi.
Artikolu 111a
Il-Kummissjoni għandha tippubblika linji gwida li jistabbilixxu l-prinċipji applikabbli għall-ispezzjonijiet li għalihom saret referenza fl-Artikolu 111.
L-Istati Membri għandhom, b’kooperazzjoni mal-Aġenzija, jistabbilixxu s-sura u l-kontenut tal-awtorizzazzjoni li għaliha hemm referenza fl-Artikoli 40(1) u 77(1), tar-rapporti li għalihom hemm referenza fl-Artikoli 111(3), taċ-ċertifikati ta’ prattika tajba tal-manifattura u taċ-ċertifikati ta’ prattiki tajba tad-distribuzzjoni li għalihom hemm referenza fl-Artikolu 111(5).
Artikolu 111b
Fuq talba minn pajjiż terz, il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk il-qafas tar-regoli applikabbli għas-sustanzi attivi esportati lejn il-Komunità u l-attivitajiet ta’ kontroll u ta’ nfurzar rispettivi ta’ dak il-pajjiż jassigurawx livell ta’ protezzjoni għas-saħħa pubblika l-istess bhal dak tal-Unjoni. Jekk l-evalwazzjoni tikkonferma tali ekwivalenza, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni sabiex tinkludi lill-pajjiż terz f’lista. Il-valutazzjoni għandha tieħu l-forma ta’ reviżjoni tad-dokumentazzjoni relevanti u, sakemm ma jkunx hemm arranġamenti li għalihom hemm referenza fl-Artikolu 51(2) ta’ din id-Direttiva li jkopru dan il-qasam ta’ attività, dik l-evalwazzjoni għandha tinkludi wkoll reviżjoni fil-post tas-sistema regulatorja tal-pajjiż terz, u jekk ikun meħtieġ, spezzjoni osservata ta’ wieħed jew aktar mis-siti ta’ manifattura għal sustanzi attivi f’pajjiżi terzi. Fil-valutazzjoni, għandhom b’mod partikolari jittieħdu in konsiderazzjonil-elementi li ġejjin:
ir-regoli tal-pajjiż għall-prattika tajba ta’ manifattura;
ir-regolarità tal-ispezzjonijiet sabiex tiġi vverifikata l-konformità mal-prattika tajba ta’ manifattura;
l-effettività tal-infurzar ta’ prattika tajba ta’ manifattura;
ir-regolarità u l-ħeffa tal-informazzjoni pprovduta mill-pajjiz terz rigward produtturi tas-sustanzi attivi li m’humiex konformi.
Artikolu 111c
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja kontinwament l-iżviluppi fir-Renju Unit li jistgħu jaffettwaw il-livell ta’ protezzjoni fir-rigward tal-funzjonijiet regolatorji msemmija fl-Artikolu 8(2a) u(2b), l-Artikolu 20, it-tieni paragrafu, l-Artikolu 40(1a) u (3a), l-Artikolu 48(3), l-Artikolu 104(3) u l-Artikolu 126c li jitwettqu f’partijiet tar-Renju Unit għajr l-Irlanda ta’ Fuq filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari, l-elementi li ġejjin:
ir-regoli li jirregolaw l-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq, l-obbligi tad-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, l-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet tal-manifattura, l-obbligi tad-detentur tal-awtorizzazzjoni tal-manifattura, il-persuni kkwalifikati u l-obbligi tagħhom, l-ittestjar tal-kontroll tal-kwalità, ir-rilaxx tal-lott u l-farmakoviġilanza kif stabbilit fil-liġi tar-Renju Unit;
jekk l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit jiżgurawx l-infurzar effettiv fit-territorju tagħhom skont ir-regoli msemmija fil-punt (a), permezz ta’, inter alia, spezzjonijiet u awditi tad-detenturi tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, tad-detenturi tal-awtorizzazzjoni tal-manifattura u tad-distributuri bl-ingrossa li jinsabu fit-territorji tagħhom, u kontrolli fuq il-post fil-bini tagħhom rigward l-eżerċitar tal-funzjonijiet regolatorji msemmija fil-punt (a).
Għal perjodu ta’ sitt xhur wara n-notifika bil-miktub magħmula skont l-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tidħol f’konsultazzjonijiet mar-Renju Unit bil-għan li jirrimedja s-sitwazzjoni li wasslet għal dik in-notifika bil-miktub. F’każijiet ġustifikati, il-Kummissjoni tista’ testendi dak il-perjodu bi tliet xhur.
Artikolu 112
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jiżguraw li dak li għandu l-awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq ta' prodott mediċinali u, meta approprjat, dak li għandu l-awtorizzazzjoni tal-manifattura, juru evidenza tal-kontrolli magħmula fuq il-prodott mediċinali u/jew l-ingredjenti u l-kontrolli magħmula fi stadji intermedarji tal-proċess tal- manifattura, skond il-metodi stabbiliti fl-Artikolu 8(3)(h).
Artikolu 113
Għall-għan li jkun implimentat l-Artikolu 112, l-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-manufatturi ta' prodotti immunoloġiċi biex jibagħtu lill-awtorità kompetenti kopji tar-rapporti kollha ta' kontroll iffirmati minn persuna kkwalifikata skond l-Artikolu 51.
Artikolu 114
Meta jidhirlu li jkun meħtieġ fl-interess tas-saħħa pubblika, Stat Membru jista’ jitlob lil dak li għandu awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq:
biex jibgħat kampjuni minn kull lott tal-konsenja u/jew il-prodott mediċinali għal eżami ►M4 minn Laboratorju Uffiċjali għall-Kontroll tal-Mediċini jew laboratorju li Stat Membru jkun innomina għal dak il-għan ◄ qabel ma joħroġ fuq is-suq ħlief jekk, fil-każ ta' lott prodott fi Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru tkun eżaminat minn qabel il-lott in kwistjoni u ddikjarat li hu konformi ma’ l-ispeċifikazzjonijiet approvati. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li eżami bħal dan ikun mitmum fi żmien 60 jum mill-wasla tal-kampjuni.
Artikolu 115
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-proċessi ta' manifattura u purifikazzjoni wżati fil-preparazzjoni ta' prodotti mediċinali miksuba minn demm uman jew plażma umana jkunu validati sew, jilħqu konsistenza minn lott għal lott u jiggarantixxu, sa fejn jippermetti l-istat tat-teknoloġija, li ma hemm ebda kontaminazzjoni virali speċifika. Għal dan il-għan il-manifatturi għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar il-metodu wżat biex jitnaqqas jew jinqered kull virus patoġeniku li jista' jkun trasmess minn prodotti mediċinali miksuba minn demm jew plażma umana. L-awtorità kompetenti tista' tibgħat kampjuni tal-konsenja u/jew tal-prodott mediċinali għall-ittestjar minn laboratorju ta' l-Istat jew laboratorju mgħammar għal dak il-għan, jew waqt l-eżami ta' l-applikazzjoni skond l-Artikolu 19, jew wara li tkun ingħatat awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq.
Artikolu 116
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jissuspendu, jirrevokaw jew ivarjaw awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq jekk jitqies li l-prodott mediċinali huwa ta’ ħsara jew li huwa nieqes mill-effikaċja terapewtika, jew jekk il-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju mhuwiex favorevoli, jew jekk il-kompożizzjoni tiegħu kwalitattiva u kwantitattiva mhijiex iddikjarata. L-effikaċja terapewtika għandha titqies li hija nieqsa meta jiġi konkluż li r-riżultati terapewtiċi ma jistgħux jinkisbu mill-prodott mediċinali.
►C2 Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tista’ wkoll tiġi sospiża, rrevokata jew varjata fejn il-partikolaritajiet li jappoġġjaw l-applikazzjoni kif stipulat fl-Artikoli 8, 10, 10a, 10b, 10c jew 11 ◄ mhumiex korretti jew ma ġewx emendati skont l-Artikolu 23, jew fejn kwalunkwe kondizzjoni msemmija fl-Artikoli 21a, 22 jew 22a ma twettqitx jew fejn il-kontrolli msemmijin fl-Artikolu 112 ma twettqux.
It-tieni paragrafu ta’ dan l-Artikolu japplika wkoll f’każijiet fejn il-manifattura tal- prodotti mediċinali ma ssirx skont id-dettalji provduti skont il-punt (d) tal-Artikolu 8(3), jew fejn il-kontrolli ma jsirux skont il-metodi ta’ kontroll deskritti skont il-punt (h) tal-Artikolu 8(3).
Artikolu 117
Mingħajr preġudizzju għall-miżuri previsti fl-Artikolu 116, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha xierqa biex jassiguraw li l-provvista tal-prodott mediċinali hija projbita u l-prodott mediċinali jigi rtirat mis-suq, ikun hemm il-fehma li:
il-prodott mediċinali huwa ta’ periklu; jew
ikollu nieqsa l-effiċjenza terapewtika; jew
il-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju mhuwiex favorevoli; jew
il-komposizzjoni kwalitattiva jew kwantitattiva mhix kif dikjarata; jew
il-kontrolli fuq il-prodott mediċinali u/jew fuq l-ingredjenti u l-kontrolli fi stadju intermedjarju tal-proċess ta' manifattura ma jkunux twettqu jew jekk xi ħtieġa jew obbligu ieħor li għandu x'jaqsam ma' l-għoti ta' l-awtorizzazzjoni għall-marketing ma jkunx tħares.
Artikolu 117a
Artikolu 118
Artikolu 118a
Dawk il-penalitajiet m’għandhomx ikunu inferjuri għal dawk applikabbli f’każ ta’ ksur ta’ natura u importanza simili tal-liġi nazzjonali.
Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jindirizzaw, inter alia, dan li ġej:
il-manifattura, id-distribuzzjoni, l-għoti b’senserija, l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ prodotti mediċinali kif ukoll il-bejgħ mill-bogħod lill-pubbliku permezz ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informatika ta’ prodotti mediċinali ffalsifikati;
nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonjiet stabbiliti f’din id-Direttiva dwar il-manifattura, id-distribuzzjoni, l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ sustanzi attivi;
in-nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonjiet stabbiliti f’din id-Direttiva dwar l-użu ta’ eċċipjenti.
Jekk relevanti, il-penalitajiet għandhom jieħdu in kunsiderazzjoni r-riskju għas-saħħa pubblika li tippreżenta l-falsifikazzjoni ta’ prodotti mediċinali.
Sat-2 ta’ Jannar 2018, il-Kummissjoni għanda tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jagħti ħarsa ġenerali tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tal-Istati Membri fir-rigward ta’ dan l-Artikolu, flimkien ma’ evalwazzjoni tal-effettività ta’ dawk il-miżuri.
Artikolu 118b
L-Istati Membri għandhom jorganizzaw laqgħat li jinvolvu lill-organizzazzjonijiet tal-pazjenti u l-konsumaturi u, fejn jeħtieġ, lill-uffiċjali tal-infurzar tal-Istati Membri, sabiex jikkomunikaw informazzjoni pubblika dwar l-azzjonijiet meħuda fil-qasam tal-prevenzjoni u l-infurzar sabiex tiġi miġġielda l-falsifikazzjoni ta’ prodotti mediċinali.
Artikolu 118c
Meta japplikaw din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jassiguraw il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti għall-prodotti mediċinali u l-awtoritajiet tad-dwana.
Artikolu 119
Id-disposizzjonijiet ta' dan it-Titolu għandhom jgħoddu għal prodotti mediċinali omeopatiċi.
TITOLU XII
KUMITAT PERMANENTI
Artikolu 120
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 121a li jemendaw l-Anness I biex jittieħed kont tal-progress tekniku u xjentifiku.
Artikolu 121
Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi fissat bħala wieħed ta' tlett xhur.
▼M15 —————
Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun iffissat bħala wieħed ta' xahar.
Artikolu 121a
Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 111c(3) u (5) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mill-20 ta’ April 2022.
TITOLU XIII
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 122
Iżda, f'każijiet eċċezzjonali, jekk Stat Membru ma jkunx jista', għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu ma' saħħa pubblika, li jaċċettaw il-konklużjonijiet milħuqa wara spezzjoni taħt l-Artikolu 111(1), dak l-Istat Membru għandu minnufih jinforma lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija. L-Aġenzija għandha tinforma lill-Istati Membri konċernati.
Meta l-Kummissjoni tiġi infurmata b'dawn id-diverġenzi ta' opinjoni, hija tista', wara li tikkonsulta l-Istati Membri konċernati, titlob lill-ispettur li jkun wettaq l-ispezzjoni oriġinali li jwettaq spezzjoni ġdida; l-ispettur jista' jkun akkumpanjat minn żewġ spetturi oħra minn Stati Membri li ma humiex partijiet għan-nuqqas ta' qbil.
Artikolu 123
Artikolu 124
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lil xulxin l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiggarantixxu l-kwalità u s-sigurtà tal-prodotti mediċinali omeopatiċi manufatturati u mqegħda fis-suq ta' ġol-Komunità, u b'mod partikolari l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 122 u 123.
Artikolu 125
Kull deċiżjoni msemmija f'din id-Direttiva li tkun meħuda mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru għandha tagħti fid-dettall ir-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata.
Din id-deċiżjoni għandha tkun imwassla lil parti konċernata, flimkien ma’ informazzjoni dwar ir-rikors disponibbli għaliha taħt il-liġijiet fis-seħħ u l-limitu ta' żmien disponibbli għall-aċċess għal dak ir-rikors.
Id-deċiżjonijiet li tingħata jew li tiġi revokata awtorizzazzjoni għall-marketing għandhom jsiru pubblikament disponibbli.
Artikolu 126
Awtorizzazzjoni biex jitqiegħed fis-suq prodott mediċinali m'għandhiex tkun rifjutata, sospiża jew irtirata ħlief fuq kriterji stabbiliti minn din id-Direttiva.
L-ebda deċiżjoni dwar sospensjoni ta' manifattura jew importazzjoni ta' prodotti mediċinali minn pajjiżi terzi, projbizzjoni ta' provvista jew irtirar mis-suq ta' prodott mediċinali ma tista’ tittieħed ħlief għal raġunijiet imsemmija fl-Artikoli 117 u 118.
Artikolu 126a
Qabel ma jagħti tali awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, Stat Membru:
għandu jinnotifika lid-detentur ta’ awtorizzazzjoni għall-marketing, fl-Istat Membru li fih il-prodott mediċinali konċernat huwa awtorizzat, bil-proposta li tingħata awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq skont dan l-Artikolu fir-rigward tal-prodott mediċinali kkonċernat.
jitlob lill-awtorità kompetenti f’dak l-Istat Membru biex tforni kopji tar-rapport ta’ stima msemmi fl-Artikolu 21(4) u tal-awtorizzazzjoni għall-marketing fis-seħħ fir-rigward tal-prodott mediċinali konċernat. Jekk dan ikun mitlub, l-awtorità kompetenti f’dak l-Istat Membru fi żmien 30 jum minn meta tirċievi t-talba għandha tforni kopja tar-rapport ta’ evalwazzjoni u l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq fir-rigward tal-prodott mediċinali konċernat.
Artikolu 126b
Sabiex tiġi garantita l-indipendenza u t-trasparenza, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-membri tal-persunal ta' l-awtorità kompetenti responsabbli għall-għoti ta' awtorizzazzjonijiet, relaturi u esperti konċernati ma' l-awtorizzazzjoni u sorveljanza ta' prodotti mediċinali ma jkollhom ebda interessi finanzjarji jew interessi oħra fl-industrija farmaċewtika li tista' teffettwa l-imparzjalità tagħhom. Dawn il-persuni għandhom jagħmlu dikjarazzjoni ta' kull sena dwar l-interessi finanzjarji tagħhom.
B'żieda, l-Istati membri għandhom jassiguraw li l-awtorità kompetenti tagħmel pubblikament aċċessibbli r-regoli tagħha ta' proċedura u dawk tal-kumitati tagħha, aġendi għal-laqgħat tagħha u r-rekords tal-laqgħat tagħha, akkumpanjati bid-deċiżjonijiet meħuda, dettalji tal-voti u spjegazzjonijiet tal-voti, inklużi opinjonijiet ta' minoranza.
Artikolu 126c
L-awtoritajiet kompetenti ta’ Ċipru u ta’ Malta jistgħu wkoll iżommu fis-seħħ jew, sal-31 ta’ Diċembru 2024, jestendu l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq li kienu mogħtija skont l-Artikolu 126a qabel l-20 ta’ April 2022 li jawtorizza t-tqegħid fis-suq nazzjonali tagħhom ta’ prodott mediċinali awtorizzat f’partijiet tar-Renju Unit għajr l-Irlanda ta’ Fuq.
L-awtorizzazzjonijiet li huma mogħtija, estiżi jew miżmuma fis-seħħ skont l-ewwel jew t-tieni subparagrafu ma għandhomx ikunu validi wara l-31 ta’ Diċembru 2026.
Qabel ma jagħtu awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq skont il-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Ċipru jew ta’ Malta:
għandhom jinnotifikaw lid-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq li jkun ibbażat f’parti tar-Renju Unit għajr l-Irlanda ta’ Fuq bil-proposta li tingħata awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq jew li tiġi estiża awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq skont dan l-Artikolu fir-rigward tal-prodott mediċinali kkonċernat;
jistgħu jitolbu lill-awtorità kompetenti fir-Renju Unit tissottometti l-informazzjoni rilevanti dwar l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali kkonċernat.
Artikolu 127
Fuq talba tal-manifattur, l-esportatur jew l-awtoritajiet ta' pajjiż terz importatur, l-Istati Membri għandhom jiċċertifikaw li produttur ta' prodotti mediċinali jkollu f'idejh l-awtorizzazzjoni tal-manifattura. Meta joħorġu dawn iċ-ċertifikati l-Istati Membri għandhom iħarsu l-kondizzjonijiet li ġejjin:
għandhom jirrispettaw l-arranġamenti amministrattivi korrenti ta' l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa;
għall-prodotti mediċinali maħsuba għall-esportazzjoni li huma diġa awtorizzati fit-territorju tagħhom, għandhom jipprovdu is-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott kif approvat skond l-Artikolu 21.
Artikolu 127a
Meta prodott mediċinali għandu jiġi awtorizzat skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004, u l-Kumitat tal-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem fl-opinjoni tiegħu jirreferi għal kondizzjonijiet jew restrizzjonijiet rakkomandati kif stipulat fil-punti (c), (ca), (cb) jew (cc) tal-Artikolu 9(4) tiegħu, il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni indirizzata lill-Istati Membri, skont l-Artikoli 33 u 34 ta’ din id-Direttiva, għall-implimentazzjoni ta’ dawn il-kondizzjonijiet jew restrizzjonijiet.
Artikolu 127b
L-Istati Membri għandhom jassiguraw li sistemi xierqa ta' kollezzjoni ikunu mħaddma għal prodotti mediċinali li ma jkunux intużaw jew li jkunu skadew.
Artikolu 127c
Id-derogi stabbiliti fl-Artikolu 8(2a) u (2b), l-Artikolu 18a, l-Artikolu 20, it-tieni paragrafu, l-Artikolu 40(1a) u (3a), l-Artikolu 48(3), l-Artikolu 104(3a) u l-Artikolu 126c ma għandhomx jaffettwaw l-obbligi tad-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq li jiżgura l-kwalità, is-sikurezza u l-effikaċja tal-prodott mediċinali mqiegħed fis-swieq ta’ Ċipru, tal-Irlanda, ta’ Malta jew tal-Irlanda ta’ Fuq stabbiliti f’din id-Direttiva.
Artikolu 127d
TITOLU XIV
DISPOSIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 128
Id-Direttivi 65/65/KEE, 75/318/KEE, 75/319/KEE, 89/342/KEE, 89/343/KEE, 89/381/KEE, 92/25/KEE, 92/26/KEE, 92/27/KEE, 92/28/KEE u 92/73/KEE, emendati bid-Direttivi msemmija fl-Anness II, Parti A, huma mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta' l-Istati Membri dwar il-limiti ta' żmien għall-implimentazzjoni stabbiliti fl-Anness II, Parti B.
Referenzi magħmula għad-Direttivi mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 129
Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara li tkun ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitàajiet Ewropej.
Artikolu 130
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
STANDARDS U PROTOKOLLI ANALITIĊI, FARMATOSSIKOLOĠIĊI U KLINIĊI FIR-RIGWARD TAT-TESTING TA’ PRODOTTI MEDIĊINALI
|
TABELLA TAL-KONTENUT |
|
|
Introduzzjoni u prinċipji ġenerali |
|
|
Parti I: |
Ħtiġiet standardizzati ta’ dossier għal awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq |
|
1. |
Modulu 1: Informazzjoni amministrattiva |
|
1.1. |
Tabella tal-kontenut |
|
1.2. |
Formola ta’ applikazzjoni |
|
1.3. |
Ġabra fil-qosor tal-karatteristiċi, l-ittikkettar u l-fuljett tal-pakkett tal-prodott. |
|
1.3.1. |
Ġabra fil-qosor tal-karatteristiċi tal-prodott |
|
1.3.2. |
L-Ittikkettar u l-fuljett tal-pakkett |
|
1.3.3. |
Mudelli u kampjuni. |
|
1.3.4. |
Ġabriet fil-qosor ta’ karatteristiċi tal-prodotti diġà approvati fl-Istati Membri. |
|
1.4. |
Informazzjoni dwar l-esperti |
|
1.5. |
Ħtiġiet speċifiċi għat-tipi differenti ta’ applikazzjonijiet |
|
1.6. |
Stima ambjentali tar-riskju |
|
2. |
Modulu 2: Ġabriet fil-qosor |
|
2.1. |
Tabella ġenerali tal-kontenut |
|
2.2. |
Introduzzjoni |
|
2.3. |
Ġabra ġenerali fil-qosor tal-kwalità |
|
2.4. |
Kompendju mhux kliniku |
|
2.5. |
Kompendju kliniku |
|
2.6. |
Ġabra fil-qosor mhux klinika |
|
2.7. |
Ġabra fil-qosor klinika |
|
3. |
Modulu 3: Informazzjoni kimika, farmàewtika u bijoloġika għal prodotti mediċinali li jikkontjenu sustanzi attivi kimiċi u/jew bijoloġiċi |
|
3.1. |
Format u presentazzjoni |
|
3.2. |
Kontenut: prinċipji u ħtiġiet bażiċi |
|
3.2.1. |
Sustanza(i) attiva(i) |
|
3.2.1.1. |
Informazzjoni ġenerali u informazzjoni li tirrelata għall-bidu u għal materjali mhux ipproċessati |
|
3.2.1.2. |
Il-proċess ta’ fabbrikazzjoni tas-sustanza(i) attivi |
|
3.2.1.3. |
Il-Karatterizzazzjoni tas-sustanza(i) attiva(i) |
|
3.2.1.4. |
Il-Kontroll ta’ sustanza(i) attiva(i) |
|
3.2.1.5. |
Standards jew materjali ta’ referenza |
|
3.2.1.6. |
Il-kontenitur u s-sistema ta’ egħluq tas-sustanza attiva |
|
3.2.1.7. |
L-Istabilità tas-sustanza(i) attiva(i) |
|
3.2.2. |
Il-Prodott mediċinali lest |
|
3.2.2.1. |
Deskrizzjoni u komposizzjoni tal-prodott mediċinali lest |
|
3.2.2.2. |
Żvilupp farmaċewtiku |
|
3.2.2.3. |
Il-Proċess ta’ fabbrikazzjoni tal-prodott mediċinali lest |
|
3.2.2.4. |
Il-Kontroll ta’ eċċipjenti |
|
3.2.2.5. |
Il-Kontroll tal-prodott mediċinali lest |
|
3.2.2.6. |
Standards jew materjali ta’ referenza |
|
3.2.2.7. |
Il-Kontenitur jew l-egħluq tal-prodott mediċinali lest |
|
3.2.2.8. |
L-Istabilità tal-prodott mediċinali lest |
|
4. |
Modulu 4: Rapporti mhux kliniċi |
|
4.1. |
Format u Presentazzjoni |
|
4.2. |
Kontenut: prinċipji u ħtiġiet bażiċi |
|
4.2.1. |
Farmakoloġija |
|
4.2.2. |
Farmakokinetika |
|
4.2.3. |
Tossikoloġija |
|
5. |
Modulu 5: Rapporti ta’ studju kliniku |
|
5.1. |
Format u Presentazzjoni |
|
5.2. |
Kontenut: prinċipji u ħtiġiet bażiċi |
|
5.2.1. |
Rapporti ta’ studji bijofarmaċewtiċi |
|
5.2.2. |
Rapporti ta’ studji pertinenti għal farmakokinetika bl-użu ta’ bio-materjali umani |
|
5.2.3. |
Rapporti ta’ studji umani farmakokinetiċi |
|
5.2.4. |
Rapporti ta’ studji umani farmakodinamiċi |
|
5.2.5. |
Rapporti ta’ studji ta’ effiċjenza u sigurtà |
|
5.2.5.1. |
Rapporti ta’ Studju ta’ Studji Kliniċi Kkontrollati Pertinenti għall-Indikazzjoni Mitluba |
|
5.2.5.2. |
Rapporti ta’ studju ta’ studji kliniċi mhux kontrollati ta’ analiżi ta’ data minn iktar minn studju wieħed u rapporti oħra kliniċi ta’ studju |
|
5.2.6. |
Rapporti ta’ esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq |
|
5.2.7. |
Formoli ta’ rapporti tal-każijiet u elenki individwali ta’ patenti |
|
Parti II: |
Dossiers u ħtiġiet speċifiċi ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq |
|
1. |
Użu mediċinali stabbilit sewwa |
|
2. |
Prodotti mediċinali essenzjalment simili |
|
3. |
Data addizzjonali meħitieġa f’sitwazzjonijiet speċifiċi |
|
4. |
Prodotti mediċinali bijoloġiċi simili |
|
5. |
Prodotti mediċinali b’kombinazzjoni fissa |
|
6. |
Dokumentazzjoni għal applikazzjonijiet f’ċirkostanzi eċċezzjonali |
|
7. |
Applikazzjonijiet imħallta għal awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq |
|
Parti III: |
Prodotti mediċinali partikolari |
|
1. |
Prodotti mediċinali bijoloġiċi |
|
1.1. |
Prodott mediċinali derivat mill-plażma |
|
1.2. |
Tilqim. |
|
2. |
Radju farmaċewtiċi u prekursuri |
|
2.1. |
Radju farmaċewtiċi |
|
2.2. |
Prekursuri ta’ radjufarmaċewtiċi għal skopijiet ta’ ttikkettar bir-radju |
|
3. |
Prodotti mediċinali omeopatiċi |
|
4. |
Prodotti mediċinali erbali |
|
5. |
Prodotti mediċinali orfani |
|
Parti IV: |
Prodotti mediċinali ta’ terapija avvanzata |
|
1. |
Introduzzjoni |
|
2. |
Definizzjonijiet |
|
2.1. |
Prodott mediċinali ta’ terapija tal-ġeni |
|
2.2. |
Prodott mediċinali ta’ terapija ta’ ċelloli somatiċi |
|
3. |
Rekwiżiti speċifiċi li jirrigwardaw il-modulu 3 |
|
3.1. |
Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-prodotti mediċinali kollha ta' terapija avvanzata |
|
3.2. |
Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-prodotti mediċinali kollha ta' terapija tal-ġeni |
|
3.2.1. |
L-Introduzzjoni: prodott lest, sustanza attiva u materjali ta' tluq |
|
3.2.1.1. |
Prodott mediċinali ta' terapija tal-ġeni li fih sekwenza/sekwenzi ta' aċidu nukleiku rikombinanti jew mikroorganiżmu/mikroorganiżmi jew vajrus(is) ġenetikament modifikati |
|
3.2.1.2. |
Prodott mediċinali ta' terapija tal-ġeni li fih ċelloli ġenetikament modifikati |
|
3.2.1.3. |
|
|
3.2.1.4. |
|
|
3.2.1.5. |
|
|
3.2.2. |
Ir-rekwiżiti speċifiċi |
|
3.3. |
Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-prodotti mediċinali tat-terapija taċ-ċelloli somatiċi u prodotti ta' inġinerija tat-tessuti |
|
3.3.1. |
L-Introduzzjoni: prodott lest, sustanza attiva u materjali ta' tluq |
|
3.3.2. |
Ir-rekwiżiti speċifiċi |
|
3.3.2.1. |
Il-materjali ta' tluq |
|
3.3.2.2. |
Il-proċess ta' manifattura |
|
3.3.2.3. |
Il-karatterizzazzjoni u l-istrateġija ta' kontroll |
|
3.3.2.4. |
L-eċċipjenti |
|
3.3.2.5. |
L-istudji tal-iżvilupp |
|
3.3.2.6. |
Il-materjali ta' referenza |
|
3.4. |
Ir-rekwiżiti speċifiċi għal prodotti mediċinali ta’ terapija avvanzata li jkun fihom tagħmir |
|
3.4.1. |
Prodott mediċinali ta' terapija avvanzata li fih tagħmir kif imsemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1394/2007 |
|
3.4.2. |
Prodotti mediċinali kkombinati tat-terapija avvanzata kif definiti fl-Artikolu 2(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1394/2007 |
|
4. |
Ir-rekwiżiti speċifiċi li jirrigwardaw il-modulu 4 |
|
4.1. |
Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-prodotti mediċinali kollha ta' terapija avvanzata |
|
4.2. |
Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-prodotti mediċinali kollha ta' terapija tal-ġeni |
|
4.2.1. |
Il-farmakoloġija |
|
4.2.2. |
Il-farmakokinetika |
|
4.2.3. |
It-Tossikoloġija |
|
4.3. |
Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-prodotti mediċinali tat-terapija taċ-ċelloli somatiċi u prodotti ta' inġinerija tat-tessuti |
|
4.3.1. |
Il-farmakoloġija |
|
4.3.2. |
Il-farmakokinetika |
|
4.3.3. |
It-Tossikoloġija |
|
5. |
Ir-rekwiżiti speċifiċi li jirrigwardaw il-modulu 5 |
|
5.1. |
Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-prodotti mediċinali kollha ta' terapija avvanzata |
|
5.2. |
Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-prodotti mediċinali kollha ta' terapija tal-ġeni |
|
5.2.1. |
Studji farmakokinetiċi fil-bniedem |
|
5.2.2. |
Studji farmakokinetiċi fil-bniedem |
|
5.2.3. |
L-istudji tas-sikurezza |
|
5.3. |
Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-prodotti mediċinali ta' terapija taċ-ċelloli somatiċi |
|
5.3.1. |
Prodotti mediċinali tat-terapija taċ-ċelloli somatiċi fejn il-forma ta' azzjoni hija bbażata fuq il-produzzjoni ta' bijomollekola/bijomollekoli attiva/attivi definita/definiti |
|
5.3.2. |
Il-bijodistribuzzjoni, il-persistenza, u t-tilqim li jifrex fit-tul tal-komponenti tal-prodott mediċinali ta' terapija taċ-ċelloli somatiċi |
|
5.3.3. |
L-istudji tas-sikurezza |
|
5.4. |
Ir-rekwżiti speċifiċi għall-prodotti ta' inġinerija tat-tessuti |
|
5.4.1. |
L-istudji farmakokinetiċi |
|
5.4.2. |
L-istudji farmakodinamiċi |
|
5.4.3. |
L-istudji tas-sikurezza |
Introduzzjoni u prinċipji ġenerali
|
(1) |
Id-dettalji u d-dokumenti li jakkumpanjaw applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq skond l-Artikoli 8 u 10 (1) għandhom jiġu ppreżentati skond il-ħtiġiet stabbiliti f’dan l-Anness u għandhom isegwu l-gwida ppubblikata mill-Kummissjoni fir-Regoli li jirregolaw prodotti mediċinali fil-Komunità Ewropea, Volum 2 B, Modifika lil applikanti, Prodotti Mediċinali għall-użu mill-Bniedem, Prezentazzjoni u kontenut tad-dossier, Dokument Tekniku Komuni (DTK). |
|
(2) |
Id-dettallji u d-dokumenti g]andhom jiġu ppreżentati bħala ħames moduli: Modulu 12 jipprovdi data speċifika amministrattiva tal-Komunità Ewropea; Modulu 2 jipprovdi sommarji ta’ kwalità, mhux kliniċi u kliniċi, Modulu 3 jipprovdi informazzjoni kimika, farmaċewtika u bijoloġika, Modulu 4 jipprovdi rapporti mhux kliniċi u Modulu 5 jipprovdi rapporti kliniċi ta’ studju. Din il-preżentazzjoni timplimenta format komuni għar-reġjuni kollha ICH ( 16 ) (Komunità Ewropea, l-Istati Uniti ta’ l-Amerka, il-Ġappun). Dawn il-ħames Moduli għandhom jiġu ppreżentati strettament skond il-format, il-kontenut u s-sitema ta’ enumerazzjoni delineata fid-dettalji fil-Volum 2B tan-Notifika lil Applikanti msemmija fuq. |
|
(3) |
Il-preżentazzjoni DTK tal-Komunità Ewropea hija applikabbli għat-tipi kollha ta’ applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq irrispettivament mill-proċedura li għandha tiġi applikata (jiġifieri rikonoxximent ċentralizzat, reċiproku jew nazzjonali) u minn jekk humiex ibbażati fuq applikazzjoni kompleta jew imqassra. Hija wkoll applikabbli għat-tipi kollha ta’ prodotti inklużi entitajiet kimiċi ġodda (EKĠ), radjufarmaċewtiċi, derivativi tal-plażma, tilqim, prodotti mediċinali erbali, eċċ. |
|
(4) |
Meta jiġi assemblat dossier għal applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq, applikanti għandhom ukoll jieħdu kont tal-linji gwida xjentifiċi li jirrelataw għall-kwalità, is-sigurtà u l-effiċjenza ta’ prodotti mediċinali ghal użu mill-bniedem kif adotatti mill-Kumitat għal Prodotti Mediċinali ta Proprjetà (CPMP) u ppubblikati mill-Kummissjoni fil-volumi differenti tar-Regoli li jirregolaw il-prodotti mediċinali fil-Komunità Ewropea. |
|
(5) |
Fir-rigward tal-parti ta’ kwalità (kimika, farmaċewtika u bijoloġika) tad-dossier, il-monografi kollha inklużi monografi ġenerali u kapitoli ġenerali tal-Farmakopeja Ewropea huma applikabbli. |
|
(6) |
Il-proċess ta’ fabbrikazzjoni għandu jikkonforma mal-ħtiġet tad-Direttiva tal-Kummissjoni 91/356/KEE li jistabilixxu l-prinċipji u l-linji gwida ta’ Prattika Tajba ta’ Fabbrikazzjoni (GMP) għal prodotti mediċinali għal użu mill-bniedem ( 17 ) u mal-prinċipji u l-linji gwida dwar GMP, ippubblikati mill-Kummissjoni fir-Regoli li jirregolaw prodotti mediċinali fil-Komunità Ewropea, Volum 4. |
|
(7) |
L-informazzjoni kollha, li hija rilevanti għall-valutazzjoni tal-prodott mediċinali kkonċernat, għandha tiġi inkluża fl-applikazzjoni, kemm jekk favorevoli kemm jekk mhux favorevoli għallprodott. B’mod partikolari, id-dettallji kollha rilevanti ghandhom jingħataw dwar kwalunkwe test jew prova klinika farmakotossikoloġika inkomplet jew abbandunat li jirrelata għall-prodott mediċinali u/jew provi kompletati li jikkonċernaw indikazzjonijiet terapewtiċi mhux koperti mill-applikazzjoni. |
|
(8) |
Il-provi kliniċi kollha, mmexxija fil-Komunità Ewropea, għandhom jikkonformaw mal-ħtiġiet tad-Direttiva 2001/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-disposizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li jirrelataw għall-implimentazzjoni ta’ prattika klinika tajba fit-tmexxija ta’ provi kliniċi dwar prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem ( 18 ). Għandu jittieħed kont tagħhom tul l-istima ta’ applikazzjoni, provi kliniċi mwettqa barra l-Komunità Ewropea, li jirrelataw għal prodotti mediċinali intiżi sabiex jintużaw fil-Komunità Ewropea, għandhom jiġu ddiżinjati, implimentati u rrappurtati dwar liema prattika klinika tajba u prinċipji etiċi huma kkonċernati, abbażi ta’ prinċipji, li huma ekwivalenti għad-disposizzjonjiet tad-Direttiva 2001/20/KE. Għandhom jitwettqu skond il-prinċipji etiċi li huma riflessi, per eżempju, fid-Dikjarazzjoni ta’ Ħelsinki. |
|
(9) |
Studji mhux kliniċi (farmakotossikoloġiċi) għandhom jitwettqu in konformità mad-disposizzjonijiet relatati għal Prattika Laboratorja Tajba stabbiliti fid-Direttivi tal-Kunsill 87/18/KEE dwar l-armonizzazzjoni ta’ regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ prattika laboratorja tajba u l-verifika ta’ l-applikazzjoni tagħhom għal testijiet f’sustanzi kimiċi ( 19 ) u 88/320/KEE dwar l-ispezzjoni u l-verifika ta’ prattika laboratorja tajba (GLP) ( 20 ). |
|
(10) |
L-Istati Membri għandhom jassiguraw ukoll li t-testijiet kollha fuq l-annimali jitmexxew skond id-Direttiva tal-Kunsill 86/609/KEE ta’ l-24 ta’ Novembru 1986 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonjiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw il-protezzjoni ta’ annimali għal skopijiet sperimentali u oħrajn xjentifiċi. |
|
(11) |
Sabiex isir monitoraġġ ta’ l-istima tal-benefiċċju/riskju, kwalunkwe informazzjoni ġdida li mhijiex fl-applikazzjoni oriġinali u l-informazzjoni kollha dwar farmakoviġilanza għandha tiġi sottomessa lill-awtorità kompetenti. Wara li tkun ingħatat awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq, kwalunkwe bidla lid-data fid-dossier għandha tiġi sottomessa lill-awtoritajiet kompetenti skond il-ħtiġiet tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1084/2003 ( 21 ) u (KE) Nru 1085/2003 ( 22 ) tal-Kummissjoni jew, jekk rilevanti, skond id-disposizzjonijiet nazzjonali, kif ukoll il-ħtiġiet fil-Volum 9 tal-pubblikazzjoni tal-Kummissjoni Ir-regoli li jirregolaw prodotti mediċinali fil-Komunità Ewropea L-Anness huwa maqsum f’erba’ partijiet differenti:
—
Parti I tiddeskrivi l-format ta’ l-applikazzjoni, il-ġabra fil-qosor tal-karatteristiċi tal-prodott, l-ittikkettar, il-fuljett u l-ħtieġiet ta’ preżentazzjoni għal applikazzjonijiet standard (Moduli 1 sa 5).
—
Part II tipprovdi deroga għal “Applikazzjonijiet speċifiċi”, jiġifieri użu mediċinali stabbilit tajjeb, prodotti essenzjalment simili, kombinazzjonijiet fissi, prodotti bioloġiċi simili, ċirkostanzi eċċezzjonali u applikazzjonijiet imħallta (parti biblijografiċi u parti studji proprji).
—
Part III titratta “Ħtiġiet Partikolari ta’ Applikazzjoni” għal prodotti bioloġiċ mediċnali (Plasma Master File; Vaccine Antigen Master File), radji-farmaċewtiċi, prodotti mediċinali omeopatiċi, prodotti erbali mediċinali u prodotti orfani mediċinali.
—
Part IV titratta “Prodotti mediċinali ta’ terapija avvanzata” u tikkonċerna ħtiġiet speċifiċi għal prodotti mediċinali ta’ terapija tal-ġeni (bl-użu tas-sistema umana awtologa jew alloġenerika, jew is-sistema eteroloġika) u prodotti mediċinali ta’ terapija taċ-ċelloli kemm ta’ oriġini mill-bniedem jew oriġini mill-annimali u prodotti mediċinali eteroloġiċi ta’ trapjant.
|
PARTI I
ĦTIĠIET STANDARDIZZATI TA’ DOSSIER GĦAL AWTORIZZAZZJONI TA’ TQEGĦID FIS-SUQ
1. MODULU 1: INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA
1.1. Tabella tal-kontenut
Tabella komprensiva tal-kontenut tal-Moduli 1 sa 5 tad-dossier sottomess għal applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq għandha tiġi ppreżentata.
1.2. Formola ta’ applikazzjoni
Il-prodott mediċinali, li huwa s-suġġett ta’ l-applikazzjoni, għandu jiġi identifikat bl-isem u bl-isem tas-sustanza(i) attiva(i), flimkien mal-forma farmaċewtika, il-mod ta’ kif jingħata, is-saħħa u l-preżentazzjoni finali, inkluż l-ippakkjar.
L-isem u l-indirizz ta’ l-applikant għandhom jingħataw, flimkien ma’ l-isem u l-indirizz tal-fabbrikanti u tas-siti involuti fl-istadji differenti tal-fabbrikazzjoni (inkluż il-fabbrikant tal-prodott lest u l-fabbrikant(i) tas-sustanza(i) attiva, u meta rilevanti l-isem u l-indirizz ta’ l-importatur.
L-applikant għandu jidentifika t-tip ta’ applikazzjoni u jindika liema kampjuni, jekk hemm, huma wkoll ipprovduti.
L-Annessi mad-data amministrattiva għandhom ikunu kopji ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ fabbrikazzjoni kif definit fl-Artikolu 40, flimkien ma’ lista ta’ pajjiżi li fihom l-awtorizzazzjoni ingħatat, kopji tal-ġabriet kollha fil-qosor ta’ karatteristiċi ta’ prodotti skond l-Artikolu 11 kif approvati mill-Istati Membri u lista ta’ pajjiżi li fihom ġiet sottomessa applikazzjoni.
Kif spjegat fil-formola ta’ applikazzjoni, l-applikanti għandhom jipprovdu, inter alia, dettallji tas-suġġett tal-prodott mediċinali ta’ l-applikazzjoni, tal-bażi ġuridika ta’ l-applikazzjoni, tat-titolari u tal-fabbrikant(i) propost(i) għall-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-suq, ta’ informazzjoni dwar l-istatus ta’ prodott mediċinali orfanu, tal-parir xjentifiku utal-programm pedjatriku ta’ żvilupp.
1.3. Ġabra fil-qosor ta’ karatteristiċi ta’ prodotti, l-ittikettar u l-fuljett ta’ l-ippakkjar
1.3.1. Ġabra fil-qosor tal-karatteristiċi tal-prodott
L-Applikant ghandu jipproponi ġabra fil-qosor tal-karatteristiċi tal-prodott, skond l-Artikolu 11.
1.3.2. L-Ittikkettar u l-fuljett tal-pakkett
Test propost ta’ ttikkettar għal ippakkjar immedjat u fuq barra kif ukoll għall-fuljett tal-pakkett għandu jiġi pprovdut. Dan għandu jkun skond il-partiti mandatorji kollha elenkati fit-Titolu V dwar l-ittikkettar ta’ prodotti mediċinali għal użu mill-bniedem (L-Artikolu 63) u fuq il-fuljett tal-pakkett (L-Artikolu 59).
1.3.3. Mudelli u kampjuni
L-Applikant għandu jipprovdi kampjun u/jew mudelli ta’ l-ippakkjar immedjat u fuq barram tat-tikketti u tal-fuljetti mal-pakkett għall-prodott mediċinali kkonċernat.
1.3.4. Ġabriet fil-qosor ta’ karatteristiċi tal-prodott diġà approvati fl-Istati Membri
L-Annessi mad-data amministrattiva tal-formola ta’ applikazzjoni għandhom ikunu kopji tal-ġabriet fil-qosor kollha ta’ karatteristiċi tal-prodott skond l-Artikoli 11 u 21 kif approvati mill-Istati Membri, meta applikabbli u lista ta’ pajjiżi fejn l-applikazzjoni ġiet sottomessa.
1.4. Informazzjoni dwar l-esperti
Skond l-Artikolu 12(2) esperti għandhom jipprovdu rapporti dettaljati ta’ l-osservazzjonijiet tagħhom dwar id-dokumenti u d-dettallji li jikkostitwixxu d-dossier għal awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq u b’mod partikolari dwar il-Moduli 3, 4 u 5 (dokumentazzjoni kimika, farmaċewtika u bijoloġika, dokumentazzjoni mhux klinika u dokumentazzjoni klinika, rispettivament). L-esperti huma meħtieġa jindirizzaw il-punti kritiċi relatati mal-kwalità tal-prodott mediċinali u ta’ l-investigazzjonijiet imwettqa fuq annimali u bnedmin joħorġu d-data kollha rilevanti għal valutazzjoni.
Dawn il-ħtiġiet għandhom jiġu sodisfatti billi tiġi pprovduta ġabra in ġenerali ta’ kwalità, ideja mhux klinika (data minn studji mwettqa fuq annimali) u idea klinika li għandha tinstab fil-Modulu 2 tad-dossier ta’ applikazzjoni ta’ awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq. Dikjarazzjoni ffirmata mill-esperti flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar l-isfond edukattiv tagħhom, taħriġ u esperjenza ta’ xogħol għandhom jiġu ppreżentati fil-Modulu 1. L-esperti għandu jkollhom kwalifiki adattati tekniċi jew professjonali. Ir-relazzjoni professjonali ta’ l-espert lejn l-applikant għandha tiġi dikjarata.
1.5. Ħtiġiet speċifiċi għal tipi differenti ta’ applikazzjonijiet
Ħtiġiet speċifiċi għal tipi differenti ta’ applikazzjonijiet huma indirizzati fil-Parti II ta’ l-Anness preżenti.
1.6. Stima ambjentali tar-riskju
Meta applikabbli, applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet ta’ tqegħid fis-suq għandhom jinkludu idea ġenerali ta’ stima tar-riskju li jivvalutaw riskji possibbli għall-ambjent dovuti għall-użu u/jew ir-rimi tal-prodott mediċinali u jagħmlu proposti għal disposizzjonijiet approprjati ta’ ttikkettar. Riskju ambjentali konness mar-rilaxx ta’ prodotti mediċinali li jikkontjenu jew jikkonsistu f’GMO (Organiżmi Ġenetikament Modifikati) fis-sens ta’ l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx deliberat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE ( 23 ) għandhom jiġu indirizzati.
Informazzjoni li tappartjeni għar-riskju mabjentali għandha tidher bħala appendiċi mal-Modulu 1.
L-Informazzjoni ghandha tiġi ppreżentata skond id-diposizzjonijiet tad-Direttiva 2001/18/KE, b’kont meħud ta’ kwalunkwe dokumenti ta’ gwida ppubblikati mill-Kummissjoni in konnessjoni ma’ l-implimentazzjoni tad-Direttiva msemmija.
L-informazzjoni għandha tikkonsisti f’:
Firma datata ta’ l-awtur, informazzjoni dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-esperjenza edukazzjonali, u dikjarazzjoni tar-relazzjoni ta’ l-awtur ma’ l-applikant, għandha tiġi inkluża.
2. MODULU 2: ĠABRIET FIL-QOSOR
Dan il-Modulu jimmira li jiġbor fil-qosor id-data kimika, farmaċewtika u bijoloġika, id-data mhux klinika u d- data klinika ppreżentata fil-Moduli 3, 4 u 5 tad-dossier għal awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq, u li tipprovi r-raporti u l-ideat ġenerali deskritti fl-Artikolu 12 ta’ din id-Direttiva.
Punti kritiċi għandhom jiġi ndirizzati u analizzati. Ġabriet fil-qosor fattwali li inkludu formats tabulari għandhom jiġu pprovduti. Dawk ir-rapporti għandhom jipprovdu referenzi inkroċjati għal formats tabulari jew għall-informazzjoni kontenuta fid-dokumentazzjoni prinċipali ppreżentata fil-modulu 3 (dokumentazzjoni kimika, farmaċewtika u bijoloġika), Modulu 4 (dokumentazzjoni mhux klinika) u Modulu 5 (dokumentazzjoni klinika).
Informazzjoni kontenuta fil-Modulu 2 għandha tiġi ppreżentata skond il-format, il-kontenut u s-sistema ta’ enumerazzjoni delineata fil-Volum 2 tan-Notifika lil Applikanti. L-ideat ġenerali u l-ġabriet fil-qosor għandhom jikkonformaw mal-prinċipji bażiċi u mal-ħtiġiet kif stabbiliti hawnhekk:
2.1. Tabella ġenerali tal-kontenut
Modulu 2 għandu jikkontjeni tabella ta’ kontenut għad-dokumentazzjoni xjentifika sottomessa fil-Moduli 2 sa 5.
2.2. Introduzzjoni
Informazzjoni dwar il-klassi farmakoloġika, il-mezz ta’ azzjoni u l-użu kliniku propost tal-prodott mediċinali li għali hija mitluba awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq għandu jiġi fornit.
2.3. Ġabra fil-qosor ta’ kwalità
Reviżjoni ta’ l-informazzjoni relatata mad-data kimika, farmaċewtika u bijoloġika għandha tiġi pprovduta f’ġabra fil-qosor ta’ kwalità.
Parametri kritiċi prinċipali u kwistjonijiet relatati ma’ aspetti ta’ kwalità għandhom jiġu emfasizzati kif ukoll ġustifikazzjoni f’każijiet meta linji gwida rilevanti mhumiex segwiti. Dan id-dokument għandu jsegwi l-iskop u l-idea tad-data dettaljata korrispondenti ppreżentata fil-Modulu 3.
2.4. Idea ġenerali mhux klinika
Stima integrata u kritika tal-valutazzjoni mhux klinika tal-prodott mediċinali f’annimali/in vitro għandha tkun meħtieġa. Għandhom jiġu inklużi diskussjoni u ġustifikazzjoni ta’ l-istrateġija ta’ testing u ta’ devjazzjoni mil-linji gwida rilevanti.
Ħlief għal prodotti bijoloġiċi mediċinali, stima ta’ l-imuritajiet u ta’ prodotti ta’ degradazzjoni għandha tiġi inkluża flimkien ma’ l-effetti tossikoloġiċi u farmakoloġiċi potenzjali tagħħom. L-implikazzjonijiet ta’ kwalunkwe differenzi fil-kiralità, fil-forma kimika, u fil-profil ta’ impurità bejn il-kompost użat fl-istudji mhux kliniċi u l-prodott li għandu jitqiegħed fis-suq għandhom jiġu diskussi.
Ghal prodotti bijoloġiċi mediċinali, il-paragunabilità ta’ materjal użat fi studji mhux kliniċi, studji kliniċi, u l-prodott mediċinali għat-tqegħid fis-suq għandha tiġi stmata.
Kwalunkwe eċċipjent novell għandu jkun is-suġġett ta’ stima speċifika ta’ sigurtà.
Il-karatteristiċi tal-prodott mediċinali, kif muri mill-istudji mhux kliniċi għandhom jiġu definiti u l-implikazzjonijiet tas-sejbiet għas-sigurtà tal-prodott mediċinali għall-użu kliniku maħsub fil-bniedem għandhom jiġu diskussi.
2.5. Idea ġenerali klinika
L-idea ġenerali klinika hija maħsuba sabiex tipprovdi analiżi kritika tad-data klinika inkluża fil-gabra fil-qosor klinika u fil-Modulu 5. L-approċċ lejn l-iżvilupp kliniku tal-prodott mediċinali, inkluż diżinn ta’ studju kritiku, deċiżonijiet relatati ma’ u prestazzjoni ta’ l-istudji għandhom jiġu pprovduti.
Idea ġenerali fil-qosor tar-riżultati kliniċi, inklużi limitazzjonijiet importanti kif ukoll valutazzjoni ta’ benefiċċji u riskji bbażati fuq il-konklużjonijiet ta’ l-istudji kliniċi għandhom jiġu pprovduti, Interpretazzjoni tal-mod li bih l-effikaċja u r-riżultati ta’ sigurtà jappoġġaw id-doża proposta u l-indikazzjonjiet mira u valutazzjoni ta’ kif il-ġabra fil-qosor tal-karatteristiċi tal-prodott u approċċi oħra jottimizzaw il-benefiċċji u jamministraw ir-riskji meħtieġa.
Kwistjonijet ta’ effikaċja jew sigurtà li wieħed jiltaqa’ magħhom fl-iżvilupp u kwistjonijiet mhux riżoluti għandhom jiġu spjegati.
2.6. Ġabra fil-qosor mhux klinika
Ir-riżultati ta’ studji ta’ farmakoloġija, farmako kinetika u tossikoloġiċi mwettqa f’annimali/in vitro għandhom jiġu pprovduti bħala ġabriet fil-qosor bil-miktub fattwali u tabulati li għandhom jiġu ppreżentati fl-ordni li ġejja:
2.7. Ġabra fil-qosor klinika
Ġabra fil-qosor dettaljata, fattwali ta’ l-informazzjoni klinika dwar il-prodott mediċinali inkluż fil-Modulu 5 għandha tiġi pprovduta. Dan għandu jinkludi r-riżultati ta’ l-istudji kollha bio-farmaċewtiċi, ta’ l-istudji kliniċi farmakoloġiċi, u ta’ effikaċja klinika u studji ta’ sigurtà. Sinopsi ta’ l-istudji individwali hija meħtieġa.
Informazzjoni klinika fil qosor għandha tiġi ppreżentata fl-ordni li ġejja:
3. MODULU 3: INFORMAZZJONI KIMIKA, FARMAĊEWTIKA U BIJOLOĠIKA GĦAL PRODOTTI MEDIĊINALI LI JIKKONTJENU SUSTANZI ATTIVI KIMIĊI U/JEW BIJOLOĠIĊI
3.1. Format u preżentazzjoni
Il-forma ġenerali tal-Modulu 3 hija kif ġej:
3.2. Kontenut: prinċipji u ħtiġiet bażiċi
|
(1) |
Id-data kimika, farmċewtika u bijoloġika li għandha tiġi pprovduta għandha tinkludi għas-sustanza(i) attiva(i) u għall-prodott mediċinali lest l-informazzjoni rilevanti kollha dwar: l-iżvilupp, il-proċess ta’ fabbrikazzjoni, il-karatterizzazzjoni u proprjetajiet, operazzjonijiet u ħtiġiet tal-kontroll ta’ kwalità, l-istabilità kif ukoll deskrizzjoni tal-komposizzjoni u l-preżentazzjoni tal-prodott mediċinali lest. |
|
(2) |
Żewġ settijiet prinċipali ta’ informazzjoni għandhom jiġu pprovduti, li jitrattaw is-sustanza(i) attiva(i) u l-prodott mediċinali lest, rispettivament. |
|
(3) |
Dan il-Modulu għandu b’żieda jforni informazzjoni dettaljata dwar il-materjali ta’ introduzzjoni u mhux ipproċessati tul l-operazzjonijiet ta’ fabbrikazzjoni tas-sustanza(i) attiva(i) u dwar l-eċċipjenti inkorporati fil-formolazzjoni tal-prodott mediċinali lest. |
|
(4) |
Il-proċeduri u l-metodi kollha wżati għall-fabbrikazzjoni u għall-kontroll tas-sustanza attiva u tal-prodott mediċinali lest għandhom jiġu deskritti f’dettallji suffiċjenti sabiex ikunu jistgħu jiġu ripetutui f’testijiet ta’ kontroll, imwettqa fuq it-talba ta’ l-awtorità kompetenti. Il-proċeduri kollha tat-test għandhom jikkorrispondu għall-istat ta’ progress xjentifiku fil-ħin u għandhom jiġu validati. Riżultati ta’ l-istudji ta’ validazzjoni għandhom jiġu pprovduti. Fil-każ ta’ proċeduri tat-test inklużi fil-Farmakopea Ewropea, dinid-deskrizzjoni għandha tiġi sostitwita bir-referenza dettaljata approprjata għall-monografu(i) u l-kapitolu(i) ġenerali. |
|
(5) |
Il-monografi tal-Farmakopea Ewropea għandhom ikunu applikabbli għas-sustanzi, l-preparati u l-formom farmaċewtiċi kollha li jidhru fiha. Fir-rigward ta’ sustanzi oħra, kull Stat Membru jista’ jeħtieġ osservanza tal-farmakopea proprja nazzjonali. Madankollu, meta materjal fil-Farmakopea Ewropea jew fil-farmakopea ta’ Stat Membru ġie ppreparat b’metodu li x’aktarx iħalli impuritajiet li mhumiex ikkontrollati fil-monografu tal-farmakopea, dawn l-impuritajiet u l-limiti massimi ta’ tolleranza tagħhom għandhom jiġu dikjarati u għandha tiġi deskritta proċedura adattatat ta’ test. F’każijiet meta speċifikazzjoni kontenuta f’monografu tal-Farmakopea Ewropea jew fil-farmakopea nazzjonali ta’ Stat Membru tista’ tkun insuffiċjenti sabiex tiġi assigurata l-kwalità tas-sustanza, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu speċifikazzjonijiet iktar approprjati mit-titolari ta’ l-awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet responsabbli għall-farmakopea inkwistjoni. It-titolari ta’ l-awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq għandu jipprovdi lill-awtoritajiet ta’ dik il-farmakopea bid-dettallji ta’ l-insuffiċjenza allegata u bl-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali applikati. Fil-każ ta’ proċeduri analitiċi inklużi fil-Farmakopea Ewropea, din id-deskrizzjoni għandha tiġi sostitwita f’kull taqsima rilevanti bir-referenza dettaljata approprjata għall-monografu(i) u għall-kapitolu(i) ġenerali. |
|
(6) |
Fil-każ meta materjali ta’ introduzzjoni u mhux ipproċessati, sustanza(i) attiva(i) jew eċċipjent(i) la huma deskritti fil-Farmakopea Ewropea u lanqas fil-farmakopea ta’ Stat Membru, konformità mal-monografu ta’ farmakopea ta’ pajjiż terz tista’ tiġi aċċettata. F’dawn il-każijiet, l-applikant għandu jissottometti kopja tal-monografu b’magħha l-validazzjoni tal-proċeduri analitiċi kontenuti fil-monografu u b’traduzzjoni meta approprjat. |
|
(7) |
Meta s-sustanza attiva u/jew materjal jew eċċipjent(i) mhux ipproċessat(i) u ta’ introduzzjoni huma s-suġġett ta’ monografu tal-Farmakopea Ewropea, l-applikant jista’ japplika għal ċertifikat ta’ adattabilità li, meta mogħti mid-Direttorat Ewropew għall-Kwalità ta’ Mediċini, għandu jiġi ppreżentat fit-taqsima rilevanti ta’ dan il-Modulu. Dawk iċ-ċertifikati ta’ adattabilità tal-monografu tal-Farmakopea Ewropea huma meqjusa li jissostitwixxu d-data rilevanti tat-taqsimiet korrispondenti deskritti f’dan il-Modulu. Il-fabbrikant għandu jagħti assigurazzjoni bil-miktub lilla-pplikant li l-proċess ta’ fabbrikazzjoni ma ġiex modifikat mill-għoti taċ-ċertifikat ta’ adattabilità mid-Direttorat Ewropew għall-Kwalità ta’ Mediċini. |
|
(8) |
Għal sustanza attiva definita tajjeb, il-fabbrikant jew l-applikant tas-sustanza attiva jistgħu jirranġaw għal
(i)
deskrizzjoni dettaljata tal-proċess ta’ fabbrikazzjoni,
(ii)
kontroll ta’ kwalità tul il-fabbrikazzjoni, u
(iii)
validazzjoni tal-proċess biex dawn jiġu forniti f’dokument separat direttament lill-awtoritajiet kompetenti mill-fabbrikant tas-sustanza attiva bħala Master File tas-Sustanza Attiva. F’dan il-każ, il-fabbrikant għandu, madankollu, jipprovdi lill-applikant bid-data kollha, li tista’ tkun neċessarja sabiex dan ta’ l-aħħar jieħu responsabbiltà għall-prodott mediċinali. Il-fabbrikant għandu jikkonferma bil-miktub lill-applikant li għandu jassigura konsistenza minn lott għal lott u li ma jiġux modifikati l-proċess ta’ fabbrikazzjoni jew l-ispeċifikazzjonijiet mingħajr ma jiġi infurmat l-applikant. Dokumenti u dettalji li jappoġġaw l-applikazzjoni għal din il-bidla għandhom jiġu forniti lill-awtoritajiet kompetenti; dawn id-dokumenti u dettallji jiġu wkoll forniti lill-applikanti meta jikkonċernaw il-parti mifutħa tal-master file tas-sustanza attiva. |
|
(9) |
Miżuri speċifiċi li jikkonċernaw il-prevenzjoni tat-trażmissjoni ta’ enċefalopatiji sponġiformi ta’ l-annimali (materjali minn oriġini ruminanti): f’kull pass tal-proċess ta’ fabbrikazzjoni, l-applikant għandu juri l-konformità tal-materjali wżati man-Nota għall-Gwida dwar l-Imminimizzar tar-Riskju ta’ Trażmissjoni ta’ Aġenti Enċefalopatiċi Sponġiformi ta’ l-Annimali permezz ta’ Prodotti Mediċinali u l-aġġornamenti tagħha, ppubblikati mill-Kummissjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Demostrazzjoni ta’ konformità man-Nota ta’ Gwida msemmija tista’ ssir billi jiġu sottomessi preferibbilment jew ċertifikat ta’ adattabilità mal-monografu rilevanti tal-Farmakopea Erwopea li ingħata mid-Direttorat Ewropew għall-Kwalità ta’ Mediċ ni jew bil-fornitura ta’ data xjentifika sabiex din il-konformità tiġi sostanzjata. |
|
(10) |
Għal aġenti avventizji, informazzjoni li tistma r-riskju fir-rigward ta’ kontaminazzjoni potenzjali ma’ aġenti avventizji, kemm jekk mhumiex virali kif ukoll jekk huma virali, kif stabbiliti fil-linji gwida rilevanti kif ukoll fil-monografu ġenerali rilevanti u kaptiou ġenerali tal-Farmakopea Ewropea, għandhom jiġu pprovduti. |
|
(11) |
Kwalunkwe apparat u tagħmir speċjali, li jista’ jintuża fi kwalunkwe stadju tal-proċess ta’ fabbrikazzjoni u operazzjonijiet ta’ kontroll tal-prodott mediċinali, għandu jiġi deskritt f’dettallji adegwati. |
|
(12) |
Meta, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(8) jew it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(9) tar-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 24 ), prodott huwa rregolat minn din id-Direttiva, id-dossier tal-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-suq għandu jinkludi, fejn disponibbli, ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-konformità tal-parti tal-apparat mar-rekwiżiti ġenerali marbutin mas-sikurezza u l-prestazzjoni stabbiliti fl-Anness I għal dak ir-Regolament li jinsabu fid-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE tal-manifattur jew iċ-ċertifikat rilevanti maħruġ minn korp notifikat li jippermetti li l-manifattur iwaħħal marka CE mal-apparat mediku. Jekk id-dossier ma jinkludix ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-ewwel subparagrafu u fejn għall-valutazzjoni tal-konformità tal-apparat, jekk jintuża separatament, l-involviment ta' korp notifikat ikun meħtieġ skont ir-Regolament (UE) 2017/745, l-awtorità għandha titlob lill-applikant jipprovdi opinjoni dwar il-konformità tal-parti tal-apparat mar-rekwiżiti ġenerali rilevanti marbutin mas-sikurezza u l-prestazzjoni stabbiliti fl-Anness I għal dak ir-Regolament maħruġ minn korp notifikat maħtur skont dak ir-Regolament għat-tip ta' apparat inkwistjoni. |
|
3.2.1. |
Sustanza (i) Attiva (i) 3.2.1.1. Informazzjoni ġenerali u informazzjoni relatata mal-materjali ta’ introduzzjoni u mhux ipproċessati
(a)
Informazzjoni dwar in-nomenklatura tas-sustanza attiva għandha tiġi pprovduta, li tinkludi L-Isem Internazzjonali Mhux Proprjetarju (INN)rakkomandat, l-isem tal-Farmakopea Ewropea jekk rilevanti, l-isem(ijiet) kimiku(i). Il-formola strutturali, inkluża kimika stereo relattiva u assoluta, il-formola molkulari u l-massa molekulari relattiva għandhom jiġu pprovduti. Għal prodotti mediċinali bioteknoloġiċi jekk approprjat, is-sekwenza skematika ta’ l-aminoaċidi u l-massa molekulari relattiva għandhom jiġu pprovduti. Għandha tiġi pprovduta lista ta’ proprjetajiet fiżikokimiċi u oħra rilevanti tas-sustanza attiva, inkluża attività bijoloġika għal prodotti bijoloġiċi mediċinali.
(b)
Għalliskopijiet ta’ dan l-Anness, materjali ta’ introduzzjoni għandhom ifissru l-materjali kollha li minnhom is-sustanza attiva hija ffabbrikata jew estratta. Għal prodotti bijoloġiċi mediċinali, materjali ta’ introduzzjoni ghandhom ifissru kwalunkwe sustanza ta’ oriġini bijoloġika bħal mikro organiżmi, organi u tessuti ta’ oriġini mill-pjanti jew mill-annimali, ċelloli u fluwidi (inkluż id-demm u l-plażma) ta’ oriġini mill-bniedem jew mill-annimali, u kostrutti ta’ ċelloli bijoteknoloġiċi (substrati ta’ ċelloli, kemm jekk huma rekombinanti kif ukoll jekk le, inklużi ċelloli primarji). Prodott bijoloġiku mediċinali huwa prodott, li s-sustanza attiva tiegħu hija sustanza bijoloġika. Sustanza bijoloġika hija sustanza li hi prodotta minn jew estratta minn fonti bijoloġika u li teħtieġ għall-karatterizzazzjoni tagħha u għad-determinazzjoni tal-kwalità tagħħa kombinazzjoni ta’ testing fiżiko-kimiku-bijoloġiku, flimkien mal-proċess ta’ produzzjoni u l-kontroll tiegħu. Dawn li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati bħala prodotti bijoloġiċi mediċinali: prodotti mediċinali immunoloġiċi u prodotti derivati minn demm uman u minn plażma umana kif definit, rispettivament fil-paragarfi (4) u (10) ta’ l-Artikolu 1; prodotti mediċinali li jaqgħu fil-qasam ta’ applikazzjoni tal-Parti A ta’ l-Anness mar-Regolament (KEE) Nru 2309/93; prodotti mediċinali ta’ terapija avvanzata kif definit fil-Parti IV ta’ dan l-Anness. Kwalunkwe sustanzi oħra wżati għall-fabbrikazzjoni jew l-estrazzjoni tas-sustanza(i) attiva(i) imma li minnhom din is-sustanza attiva mhijiex direttament derivata, bħal riaġenti, medja kulturali, serum tal-fetu ta’ l-għoġiela, additivi, u buffers involuti fil-kromatografija, eċċ huma magħrufa bħala materjali mhux ipproċessati. 3.2.1.2. Il-Proċess ta’ fabbrikazzjoni tas-sustanza (i) attiva (i)
(a)
Id-deskrizzjoni tal-proċess ta’ fabbrikazzjoni tas-sustanza attiva tirrappreżenta l-impenn ta’ l-applikant għall-fabbrikazzjoni tas-sustanza attiva. Sabiex jiġi deskritt b’mod adegwat il-proċess ta’ fabbrikazzjoni u l-kontrolli ta’ proċess, informazzjoni approprjata kif stabbilit fil-linji gwida ppubblikati mill-Aġenzija għandha tiġi pprovduta.
(b)
Il-materjali kollha meħtieġa sabiex tiġi/jiġu ffabbrikata/i is-sustanza(i) attiva(i) għandhom jiġu elenkati, u jiġi identifikat fejn kull materjal huwa wżat fil-proċess. Informazzjoni dwar il-kwalità u l-kontroll ta’ dawn il-materjali għandha tiġi pprovduta. Informazzjoni li turi li l-materjali jossidisfaw standards approprjati għall-użu intiż tagħhom għandha tiġi pprovduta. Materjali mhux ipproċessati għandhom jiġu elenkati u l-kwalità u l-kontrolli tagħhom għandhom ukoll jiġu dokumentati. L-isem, l-indirizz, u r-responsabbiltà ta’ kull fabbrikant, inklużi kuntratturi, u kull sit ta’ produzzjoni propost jew faċilità involuta fil-fabbrikazzjoni u fl-ittestjar għandhom jiġu pprovduti.
(ċ)
Għal prodotti mediċinali bijoloġiċi, għandhom japplikaw il-ħtiġiet addizzjonali li ġejjin. L-oriġini u l-istorja ta’ materjali ta’ introduzzjoni għandhom jiġu deskritti u dokumentati. Fir-rigward tal-miżuri speċifiċi għall-prevenzjoni tat-Trażmissjoni ta’ Enċefalopatiji Sponġiformi ta’ l-annimali, l-applikant għandu juri li s-sustanza attiva tikkonforma man-Nota għal Gwida dwar l-Imminimizzar tar-Riskju tat-Trażmissjoni ta’ Aġenti Enċefalopatiċi Sponġiformi ta’ l-Annimali permezz ta’ Prodotti Mediċinali u l-aggornamenti tagħha, ippubblikata mill-Kummissjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Meta jintużaw bankijiet taċ-ċelloli, il-karatteristiċi taċ-ċelloli għandhom jintwerew li baqgħu mhux mibdula fil-livell tal-passaġġ użat għall-produzzjoni u lil hinn. Materjali ta’ żerriegħa, bankijiet taċ-ċelloli, pools ta’ serum jew plażma u materjali oħra ta’ oriġini bijoloġika u, kull meta possibbli, il-materjali li minnhom huma derivati għandhom jiġ kkontrollati għal aġenti avventizji. Fil-każ li l-preżenza ta’ aġenzi avventizi potenzjalment patoġeniċi hija inevitabbli, il-materjal korrispondenti għandu jintuża biss meta pproċessar ulterjuri jassigura l-eliminazzjoni tagħhom u/jew l-inattivazzjoni tagħhom, u dan għandu jiġi validat. Kull meta possibbli, il-produzzjoni ta’ tilqim għandha tkun ibbażaya fuq sistema ta’ lottijiet ta’ żerriegħa u fuq bankijiet stabbiliti taċ-ċelloli. Għal tilqim batterjali u virali,il-karatteristiċi ta’ l-aġent infettiv għandhom jintwerew fuq iż-żerriegħa. B’żieda, għal tilqim ħaj, l-istabilità tal-karatteristiċi attenwanti għandha tintwera fuq iż-żerriegħa; fil-każ li din il-prova mhijiex biżżejjed, il-karatteristiċi atenwanti għandhom ukoll jintwerew fl-istadju ta’ produzzjoni. Għal prodotti mediċinali derivati minn demm jew plażma umana, l-oriġini u l-kriterji u l-proċeduri għall-ġbir, it-trasport u l-ħażna tal-materjal ta’ introduzzjoni għandhom jiġu deskritti u dokumentati skond id-disposizzjonijiet stabbiliti fil-Parti III ta’ dan l-Anness. Il-faċilitajiet u t-tagħmir ta’ fabbrikazzjoni għandhom jiġu deskritti.
(d)
Testijiet u kriterji ta’ aċċettazzjoni mwettqa f’kull pass kritiku, informazzjoni dwar il-kwalità u l-kontroll ta’ intermedji u l-proċess ta’ validazzjoni u/jew studji ta’ valutazzjoni għandhom jiġu pprovduti kiff approprjat.
(e)
Fil-każ li l-preżenza ta’ aġenti avventizi potenzjalment patoġeniċi hija inevitabbli, il-materjal korrispondenti għandu jintużaq biss meta pproċessar ulterjuri jassigura l-eliminazzjoni u/jew l-inattivazzjoni tagħhom u dan għandu jiġi validat fit-taqsima li titratta l-valutazzjoni tas-sigurtà virali.
(f)
Deskrizzjoni u diskussjoni tal-bidliet sinifikanti magħmula lill-proċess ta’ fabbrikazzjoni tul l-iżvilupp u/jew is-sit ta’ fabbrikazzjoni tas-sustanza attiva għandhom jiġu pprovduti. 3.2.1.3. Karatterizzazzjoni tas-sustanza (i) attiva Data li temfasizza l-istruttura u karatteristiċi oħra tas-sustanza(i) attiva(i) għandha tiġi pprovduta. Konferma dwar l-istruttura tas-sustanza(i) attiva(i) ibbażata fuq kwalunkwe metodi bijoloġiċi fiżiko-kimiċi u/jew immuno-kimiċi u/jew bijoloġiċi, kif ukoll informazzjoni dwar impuritajiet għandha tiġi pprovduta. 3.2.1.4. Kontroll tas-sustanza (i) attiva Informazzjoni dettaljata dwar l-ispeċifikazzjonijiet użati għal kontroll ta’ rutina tas-sustanza(i) attiva(i), ġustifikazzjoni għall-għażla ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet, metodi ta’ analiżi u l-validazzjoni tagħhom għandha tiġi pprovduta. Ir-riżultati ta’ kontroll imwettaq fuq lottijiet individwali ffabbrikati tul l-iżvilupp għandhom jiġu ppreżentati. 3.2.1.5. Standards jew materjali ta’ referenza Preparati u standards ta’ referenza għandhom jiġ identifikati u deskritti fid-dettall. Meta rilevanti, materjal ta’ referenza kimika u bijoloġika tal-Farmakopea Ewropea għandu jintuża. 3.2.1.6. Sistema ta’ kontenitur u egħluq tas-sustanza attiva Deskrizzjoni tas-sistema(i) ta’ kontenitur u egħluq u l-ispeċifikazzjonijiet tagħhom għandha tiġi pprovduta. 3.2.1.7. L-Istabilità tas-sustanza (i) attiva (i)
(a)
It-tipi ta’ studji mmexxija, il-protokolli wżati, u r-riżultati ta’ l-istudji għandhom jinġabru fil-qosor.
(b)
Riżultati dettaljati ta’ l-istudji ta’ stabilità, inkluża informazzjoni dwar il-proċeduri analitiċi wżati sabiex tiġi ġenerata d-data u l-validazzjoni ta’ dawn il-proċeduri għandhom jiġu ppreżentati f’format aproprjat.
(ċ)
Il-protokoll ta’ stabilità post-awtorizzazzjoni u l-impenn ta’ stabilità għandhom jiġu pprovduti. |
|
3.2.2. |
Il-prodott mediċinali lest 3.2.2.1. Deskrizzjoni u komposizzjoni tal-prodott mediċinali lest Deskrizzjoni tal-prodott mediċinali lest u l-komposizzjoni tagħha għandha tiġi pprovduta. L-informazzjoni għandha tinkludi d-deskrizzjoni tal-forma farmaċewtika u tal-komposizzjoni bil-kostitwenti kollha tal-prodott mediċinali lest, l-ammont tagħhom fuq bażi ta’ kull unità, il-funzjoni tal-kostitwenti ta’:
—
is-sustanza (i) attiva(i),
—
il-kostitwent(i) ta’ l-eċċipjenti, tkun liema tkun in-natura tagħhom jew il-kwantità wżata, inkluż materjal koloranti, preżervanti, aġġuvanti, stabilizzanti, thickeners, emulsifikanti, sustanzi tat-togma u aromatiċi, eċċ.
—
il-kostitwenti, maħsuba sabiex jiġu inġerisit jew xort’ oħra amministrati lill-pazjent, tal-kopertura fuq barra tal-prodotti mediċinali (kapsuli iebsa, kapsuli rotob, kapsuli rettali, kapsuli miksija, kapsuli miksija f’film, eċċ.).
—
dawn id-dettallji għandhom jiġu supplimentati bi kwalunkwe data rilevanti li tikkonċerna t-tip ta’ kontenitur u, meta approprjat, il-mod li bih jingħalaq, flimkien mad-dettallji ta’ l-apparat li bih il-prodott mediċinali jintuża jew jiġi amministrat u li jiġi kkunsinnat mal-prodott mediċinali.
It-“terminoloġija tas-soltu”, li għandha tintuża fid-deskrizzjoni tal-kostitwenti ta’ prodotti mediċinali, għandha tfisser, minkejja l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet l-oħra fl-Artikolu 8(3)(ċ):
—
fir-rigward ta’ sustanzi li jidhru fil-Farmakopea Ewropea, jew, fin-nuqqas ta’ din, fil-farmakopea nazzjonali ta’ wieħed mill-Istati Membri, it-titolu prinċipali fir-ras tal-monografu in kwistjoni, b’referenza għall-farmakopea kkonċernata,
—
fir-rigward ta’ sustanzi oħra, l-isem internazzjonali mhux proprjetarju (INN) rakkomandat mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, jew, fin-nuqqas ta’ dan, id-deżinjazzjon xjentifika eżatta; sustanzi li ma għandhom isem internazzjonali mhux proprjetarju jew deżinjazzjoni xjentifika eżatta għandhom jiġu deskritti b’dikjarazzjoni ta’ kif u minn xiex kienu ppreparati, ssupplimentati, meta approprjat, bi kwalunkwe dettallji rilevanti oħra,
—
fir-rigward ta’ materjal koloranti, deżinjazzjoni skond il-kodiċi “E” assenjat lilhom fid-Direttiva tal-Kunsill 78/25/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1977 dwar l-approssimazzjoni tar-regoli ta’ l-Istati Membri li jikkonċernaw il-materjali koloranti awtorizzati għal użu fi prodotti mediċnali (
25
) u/jew il-Parlament Ewropew u d-Direttiva tal-Kunsill 94/36/KE tat-30 ta’ Ġunju 1994 dwar kuluri għal użu f’affarijiet ta’ l-ikel (
26
).
Sabiex tingħata l-“komposizzjoni kwantitattiva” tas-sustanza(i) attiva(i) tal-prodotti mediċinali lesti, huwa neċessarju, skond il-forma farmaċewtika kkonċernata, li tiġi speċifikata l-massa, jew in-numru ta’ unitajiet ta’ attività bijoloġika, jew għal kull unità ta’ dożaġġ jew għal kull unità ta’ massa jew volum, ta’ kull sustanza attiva. Sustanzi attivi preżenti fil-forma ta’ komposti jew derivanti għandhom jiġu deżinjati kwantitattivament bil-massa totali tagħhom, u jekk neċessarju jew rilevanti, skond il-massa ta’ entità jew entitajiet attivi tal-molekula. Għal prodotti mediċinali li jikkontjenu sustanza attiva, li hija s-suġġett ta’ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq fi kwalunkwe Stat Membru għall-ewwel darba, id-dikjarazzjoni kwantitattiva ta’ sustanza attiva, li hija melħ jew idrat għandha tiġi sistematikament espressa f’termini tal-massa ta’ l-entità jew l-entitajiet attvii fil-molekula. Il-prodotti mediċinali kollha susssegwentement awtorizzati fl-Istati Membri għandu jkollhom il-komposizzjoni kwantitattiva tagħhom dikjarata bl-istess mod għall-istess sustanza attiva. Unitajiet ta’ attività bijoloġika għandhom jintużaw għal sustanzi, li ma jistgħux jiġu defintii molekularment. Meta Unità Internazzjonali ta’ attività bojoloġika ġiet definita mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa, dan għandu jintuża. Meta ebda Unità Internazzjonali ma ġiet definita, l-unitajiet ta’ attività bijoloġika għandhom jiġu espressi b’tali mod li jipprovdu informazzjoni mhux ambigwa dwar l-attività tas-sustanzi billi jintużaw meta applikabbli l-Unitajiet Ewropej tal-Farmakopea. 3.2.2.2. L-iżvilupp farmaċewtiku Dan il-kapitolu għandu jiġi devot għal informazzjoni dwar l-istudji ta’ żvilupp kondotti sabiex jiġi stabbilit li l-forma tad-dożaġġ, il-formulazzjoni, il-proċess ta’ fabbrikazzjoni, is-sistema ta’ egħluq ta’ kontenitur, attributi mikrobijoloġiċi u istruzzjonijiet dwar l-użu huma approprjati għall-użu maħsub speċifikati fid-dossier ta’ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq. L-istudji deskritti f’dan il-kapitolu huma distinti minn testijiet ta’ rutina ta’ kontroll kondotti skond l-ispeċifikazzjonijiet. Parametri kritiċi tal-formolazzjoni u attributi tal-proċess li jistgħu jinfluwenzaw ir-riproduċibbiltà tal-lott, il-prestazzjoni tal-prodott mediċinali u l-kwalità tal-prodott mediċinali għandhom jiġu identifikati u deskritti. Data addizzjonali ta’ sostenn, meta approprjat, għandha tiġi referenzjata lill-kapitolu rilevanti tal-Modulu 4 (Rapporti ta’ Studji Mhux Kliniċi) u Modulu 5 (Rapporti ta’ Studju Kliniku) tad-dossier ta’ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq.
(a)
Il-kompatibilità tas-sustanza attiva ma’ eċċipjenti, kif ukoll karatteristiċi fiżjokimiċi kjavi tas-sustanza attiva li jistghu jinfluwenzaw il-prestazzjoni tal-prodott lest jew il-kompatibbiltà ta’ sustanzi differenti attivi ma’ xulxin fil-każ ta’ prodotti ta’ kombinazzjoni għandha tiġi dokumentata.
(b)
L-għażla ta’ eċċipjenti, b’mod partikolari relattivi għall-funzjonijiet u l-konċentrazzjoni rispettivi tagħhom għandha tiġi dokumentata.
(ċ)
Deskrizzjoni ta’ l-iżvilupp tal-prodott lest għandha tiġi pprovduta, b’konsiderazzjoni għar-rotta proposta ta’ amministrazzjoni u użu.
(d)
Kwalunkwe eċċessi fil-formulazzjoni(jiet) għandhom jiġu garantiti.
(e)
Sa fejn huma kkonċernati l-proprjetajiet fiżjokimiċi u bijoloġiċi, kwalunkwe parametri rilevanti għall-prestazzjoni ta’ prodott lest għandhom jiġu indirizzati u dokumentati.
(f)
L-għażla u l-ottimizzazzjoni tal-proċess ta’ fabbrikazzjoni kif ukoll differenzi bejn il-proċess(i) ta’ fabbrikazzjoni wżati sabiex jiġu prodotti lottijiet kliniċi u l-proċess użat għall-fabbrikazzjoni tal-prodott mediċnali propost lest għandhom jiġu pprovduti.
(g)
L-adattabilità tas-sistema ta’ kontenitur u egħluq użata għall-ħażna, t-trasbord u l-użu tal-prodott lest għandha tiġi dokumentata. Interazzjoni possibbli bejn prodott mediċinali u kontenitur tista’ teħtieġ li tiġi kkunsidrata.
(h)
L-attributi mikrobijoloġiċi tal-forma ta’ dożaġġ f’relazzjoni ma’ prodotti mhux sterili u sterili għandhom ikunu skond u jiġu dokumentati kif preskritt fil-Farmakopea Ewropea.
(i)
Sabiex tiġi pprovduta informazzjoni approprjata u ta’ sostenn l-ittikkettar tal-kompatibilità tal-prodott lest b’diluwent(i) ta’ rikostituzzjoni jew apparat ta’ dożaġġ għandhom jiġu dokumentati. 3.2.2.3. Il-proċess ta’ fabbrikazzjoni tal-prodott mediċinali lest
(a)
Id-deskrizzjoni tal-metodu ta’ fabbrikazzjoni li jakkumpanja l-applikazzjoni għall-Awtorizzazzjoni għal Tqegħid fis-Suq skond l-Artikolu 8(3)(d), ghandha tiġi abbozzata b’tali mod li tagħti sinopsi adegwata tan-natura ta’ l-operazzjonijiet impjegati. Għal dan l-iskop għandha tinkludi mill-inqas:
—
semmija ta’ l-istadji varji ta’ fabbrikazzjoni inklużi kontrolli ta’ proċess u kriterji korrispondenti ta’ aċċettazzjoni, sabiex tista’ ssir stima ta’ jekk il-proċessi impjegati fil-produzzjoni tal-forma farmaċewtika setgħux ipproduċew bidla avversa fil-kostitwenti,
—
fil-każ ta’ barrikazjoni kontinwa, dettallji kompleti li jikkonċernaw prekawzjonijiet meħuda sabiex tiġi assigurata l-omoġeneità tal-prodott lest,
—
studji sperimentali li jivvalidaw il-proċess ta’ fabbrikazzjoni, meta metodu mhux standard ta’ fabbrikazzjoni huwa wżat jew meta huwa kritiku għall-prodott,
—
għal prodotti mediċinali sterili, dettallji tal-proċessi ta’ sterilizzazzjoni u/jew proċeduri asettiċi wżati,
—
formola dettaljata tal-lottijiet.
L-isem, l-indirizz, u r-responsabbiltà ta’ kull fabbrikant, inklużi kuntratturi, u kull sit ta’ riduzzjoni propost jew faċilità involuta fil-fabbrikazzjoni t-testing għandhom jiġu pprovduti.
(b)
Dettallji li jirrelataw għat-testijiet ta’ kontroll tal-prodott li jistgħu jitwettqu fi stadju intermedu tal-proċess ta’ fabbrikazzjoni, bl-iskop li tiġi assigurata l-konsistenza tal-proċess ta’ produzzjoni għandhom jiġu inklużi. Dawn it-testijiet huma essenzjali sabiex tiġi kkontrollata konformità tal-prodott mediċinali mal-formola meta, eċċezzjonalment, applikant jipproponi metodu analitiku għall-ittestjar tal-prodott lest li ma jinkludix prova tas-sustanzi attivi kollha (jew tal-kostitwenti eċċipjenti kollha soġġett għall-istess ħtiġiet bħas-sustanzi attivi). L-istess japplika meta l-kontroll ta’ kwalità tal-prodott lest jiddependi fuq testijiet ta’ kontroll in-process, partikolarment jekk il-prodott mediċinali huwa essenzjalment definit bil-metodu ta’ preparazzjoni tiegħu.
(ċ)
Deskrizzjoni, dokumentazzjoni, u riżultati ta’ l-istudji ta’ validazzjoni għal passi kritiċi jew provi kritiċi użati fil-proċess ta’ fabbrikazzjoni għandhom jiġ pprovduti. 3.2.2.4. Kontroll ta’ eċċipjenti
(a)
Il-materjali kollha meħtieġa sabiex jiġi ffabrikat l-eċċipjent(i) għandhom jiġu elenkati u identifikat fej kull materjal jintuża fil-proċess. Informazzjoni dwar il-kwalità u l-kontroll ta’ dawn il-materjali għandha tiġi pprovduta. Informazzjoni li turi li l-materjali jissodisfaw standards approprjati għall-użu intiż tagħhom għandha tiġi pprovduta. Materjal koloranti għandu, fil-każijiet kollha, jissodisfa l-ħtiġiet tad-Direttivi 78/25/KEE u/jew 94/36/KE. B’żieda, materjal koloranti għandu jissodisfa kriterji ta’ purità kif stabbilit fid-Direttiva 95/45/KE, kif emendata.
(b)
Għal kull eċċipjent, l-ispeċifikazzjonijiet u l-ġustifikazzjonijiet tagħhom għandhom jiġu dettaljati. Il-proċeduri analitiċi għandhom jiġu deskritti u validati kif dovut.
(ċ)
Attenzjoni speċifika għandha tingħata lil eċċipjenti ta’ oriġini umana jew mill-annimali. Fir-rigward ta’ miżuri speċifiċi għall-prevenzjoni tat-Trażmissjoni ta’ Enċefalopatiji Sponġiformi ta’ l-annimali, l-applikant għandu juri wkoll għal eċċipjenti li l-prodott mediċinali huwa ffabbrikat skond in-Nota għall-Gwida dwar l-Imminimizzar tar-Riskju ta’ Trażmissjoni ta’ Aġenti Enċefalopatiċi Sponġiformi ta’ l-Annimali permezz ta’ Prodotti Mediċinali u l-aġġornamenti tagħha, ppubblikata mill-Kummissjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Dimostrazzjoni ta’ konformità man-Nota għal Gwida msemmija qabel tista’ ssir billi jiġu sottomessi jew preferibbilment ċertifikat ta’ adattabilità għall-monografu rilevanti dwar Enċefalopatiji Sponġiformi Trażmessibbli tal-Farmakopea Ewropea, jew permezz tal-fornitura ta’ data xjentifika sabiex tiġi sostanzjata din il-konformità.
(d)
Eċċipjenti novelli: Għal eċċipjent(i) wżat għall-ewwel darba fi prodott mediċinali jew permezz ta’ mod ġdid sabiex jingħata, dettallji kompleti ta’ fabbrikazzjoni, karatterizzazzjoni, u kontrolli, b’referenzi inkorċjati għal data ta’ sigurtà bħala sostenn, kemm klinika kif ukoll mhux klinika, għandhom jiġu pprovduti skond il-format attiv tas-sustanza deskritt preċedentement.
Dokument li jikkontjeni informazzjoni dettaljata kimika, farmaċewtika u bijoloġika għandu jiġ ppreżentat. Din l-informazzjoni għandha tiġi formatted bl-istess ordni bħall-kapitolu devot għas-Sustanza(i) Attiva(i) tal-Modulu 3.
Informazzjoni dwar eċċipjent(i) novell(i) tista’ tiġi ppreżentata bħala dokument waħdu li jsegwi l-format deskritt fil-paragrafi preċedenti. Meta l-applikant ivarja mill-fabbrikant ta’ l-eċċipjent novell l-imsemmi dokument għandu jkun magħmul disponibblli lill-applikant għal sottomissjoni lill-awtorità kompetenti.
Informazzjoni addizzjonali dwar studji ta’ tossiċità ma’ l-eċċipjent novell għandha tiġi pprovduta fil-Modulu 4 tad-dossier.
Studji kliniċi għandhom jiġu pprovduti fil-Modulu 5.
3.2.2.5. Kontroll tal-prodott mediċinali lest Għall-kontroll tal-prodott mediċinali lest, lott ta’ prodott mediċinali huwa entità li tinkludi l-untiajiet kollha ta’ forma farmaċewtika li huam magħmula mill-istess kwantità inizjali ta’ materjal u għaddew mill-istess serje ta’ operazzjonijiet ta’ fabbrikazzjoni u/jew sterilizzazzjoni jew, fil-każ ta’ proċess kontinwu ta’ produzzjoni, l-unitajiet kollha ffabbrikati f’perjodu ta’ żmien. Sakemm ma jkunx hemm ġustifikazzjoni approprjata, id-devjazzjoni massima aċċettabbli fil-kontenut tas-sustanza attiva tal-prodott lest m’għandhiex teċċedi +- 5 % fil-ħin tal-fabbrikazzjoni. Informazzjoni dettaljata dwar l-ispeċifikazzjonijiet, (rilaxx u shelf life) ġustifikazzjoni għall-għażla, l-metodi ta’ analiżi u l-validazzjoni tagħhom għandha tiġi pprovduta. 3.2.2.6. Standards u materjali ta’ referenza Preparati u standards ta’ referenza wżati għal testing tal-prodott mediċinali lest għandhom jiġu identifikati u deskritti fid-dettall, jekk mhux preċedentement previsti fit-taqsima relatata mas-sustanza attiva. 3.2.2.7. Kontenitur u egħluq tal-prodott mediċinali lest Deskrizzjoni tal-kontenitur u tas-sistema(i) ta’ egħluq li tinkludi l-identità ta’ kull materjal immedjat ta’ ppakkjar u l-ispeċifikazzjonijiet tagħhom għandha tiġi pprovduta.L-ispeċifikazzjonijiet għandhom jinkludu deskrizzjoni u identifikazzjoni. Metodi li mhumiex farmakopejali (b’validazzjoni) għandhom jiġu inklużi meta approprjat. Għal materjali mhux funzjonali ta’ ppakkjar fuq barra biss deskrizzjoni fil-qosor għandha tiġi pprovduta. Għal materjali funzjonali ta’ ppakkjar fuq barra informazzjoni addizzjonali għandha tiġi pprovduta. 3.2.2.8. L-Istabilità tal-prodott mediċinali lest
(a)
It-tipi ta’ studji kondotti, protokolli wżati, u r-riżultati ta’ l-istudji għandhom jinġabru fil-qosor;
(b)
Riżultati dettaljati ta’ l-istudji ta’ stabilità, inkluża informazzjoni dwar il-proċeduri analitiċi wżati sabiex tiġi ġġenerata d-data u l-validazzjoni ta’ dawn il-proċeduri għandhom jiġu ppreżentati f’format approprjat; fil-każ ta’ tilqim, informazzjoni dwar l-istabilità kumulattiva għandha tiġi pprovduta meta approprjat;
(ċ)
Il-protokoll ta’ stabilità post-awtorizzazzjoni u l-impenn ta’ stabilità għandhom jiġu pprovduti. |
4. MODULU 4: RAPPORTI MHUX KLINIĊI
4.1. Il-Format u l-Preżentazzjoni
L-idea ġenerali tal-Modulu 4 hija kif ġej:
4.2. Kontenut: prinċipji u ħtiġiet bażiċi
Attenzjoni speċjali għandha tingħata lill-elementi magħżula li ġejjin.
It-testijiet farmakoloġiċi u tossikoloġiċi għandhom juru:
it-tossiċità potenzjali tal-prodott u kwalunkwe effetti tossiċi perikolużi jew mhux mixtieqa li jistgħu iseħħu taħt il-kondizzjonijiet proposti ta’ użu fi bnedmin; dawn għandhom jiġu vvalutati fir-rigward tal-kondizzjoni patoloġika kkonċernata;
il-proprjetajiet farmakoloġiċi tal-prodott, f’relazzjoni kemm kwaliattiva kif ukoll kwantitattiva għall-użu propost fi bnedmin. Ir-riżultati kollha għandhom ikunu dipendibbli u ta’ applikabiltà ġenerali. Kull meta approprjat, proċeduri matematiċi u statistiċi għandhom jintużaw fid-diżinn tal-metodi sperimentali u fil-valutazzjoni tar-riżultati.
B’żieda, huwa neċessarju għal kliniċi li jingħataw informazzjoni dwar il-potenzjal terapewtiku u tossikoloġiku tal-prodott.
Għal prodotti bijoloġiċi mediċinali bħal prodotti mediċinali immunoloġiċi u prodotti mediċinali derivati minn demm jew plażma umana, il-ħtiġiet ta’ dan il-Modulu jista’ jkollhom jiġu adattati għal prodotti individwali; għalhekk il-programm ta’ testing imwettaq għandu jiġi ġustifikat mill-applikant.
Fl-istabbiliment tal-programm ta’ testing dan li ġej għandu jiġi kkunsidrat:
It-testijiet kolha li jeħtieġu li l-prodott jingħata b’mod ripetut għandhom jiġu ddiżnjati u jieħdu kont ta’ l-induzzjoni possibbli ta’, u interferenza minn, antikorpi;
Kontroll ta’ funzjoni riproduttiva, ta’ tossiċità embrijo/fetali u peri natali, ta’ potenzjal mutaġeniku u ta’ potenzjal karċinoġeniku għandhom jiġu kkunsidrati. Meta kostitwenti ta’ xort’ oħra mis-sustanza(i) attiva(i) huma inkriminati, validazzjoni tat-tneħħija tagħħom tista’ tissostitwixxi l-istudju.
It-tossikoloġija u l-farmako kinetiċi ta’ eċċipjent użat għall-ewwel darba fil-qasam farmaċewtiku għandhom jiġu investigati.
Meta hemm possibiltà ta’ degradazzjoni sinifikanti tul il-ħażna tal-prodott mediċinali, it-tossikoloġija ta’ prodotti ta’ degradazzjoni għandha tiġi kkunsidrata.
4.2.1. Farmakoloġija
L-istudju farmakoloġiku għandu jsegwi żewġ linji distinti ta’ approċċ.
Għall-interazzjoni tal-prodott mediċinali farmako dinamiku, testijiet dwar kombinazzjonijiet ta’ sustanzi attivi jistgħu jiġu instigati jew permezz ta’ postijiet farmakoloġiċi jew permezz ta’ indikazzjonijiet ta’ effett terapewtiku. Fl-ewwel każm l-istudju farmako dinamiku għandu juri dawk l-interazzjonijiet, li jistgħu jagħmlu l-kombinazzjoni ta’ valur f’użu terapewtiku. Fit-tieni każ, meta ġustifikazzjoni xjentifika għall-kombinazzjoni hija mfittxa permezz ta’ kontroll terapewtiku, l-investigazzjoni għandha tiddetermina jekk l-effetti mistennija mill-kombinazzjoni jistgħux jintwerew fl-annimali, u l-importanza ta’ kwalunkwe effetti kollaterali għandha mill-inqas tiġi investigata.
4.2.2. Farmako kinetika
Il-Farmako kinetika tfisser l-istudju tad-destin tas-sustanza attiva, u l-metaboliti tagħha, fl-organiżmu, u tkopri l-istudju ta’ l-assorbizzjoni, id-distribuzzjoni, il-metaboliżmu (bio trasformazzjoni) u l-excretion ta’ dawn is-sustanzi.
L-istudju ta’ dawn il-fażijiet differenti jista’ jsir l-iktar permezz ta’ metodi fiżiċi, kimiċi jew possibilment bijoloġiċi, u bl-osservazzjoni ta’l-attività attwali farmako dinamika tas-sustanza proprja.
Informazzjoni dwar id-distribuzzjoni u l-eliminazzjoni għandha tkun neċessarja fil-każijiet kollha meta din id-data hija indispensabbli sabiex jiġi determinat id-dożsaġġ għall-bnedimin, u fir-rigward ta’ sustanzi kemo terapewtiċi (antibijotiċi eċċ.) u sustanzi li l-użu tagħhom jiddependi fuq l-effetti farmako dinamiċi tagħhom (e.ċ. aġenti djanjostiċi numerużi, eċċ.).
Studji in vitro jistgħu ukoll jitwettqu bil-vantaġġ li jintuża materjal uman għal paragun ma’ materjal ta’ l-annimali (jiġifieri protein binding, metaboliżmu, interazzjoni ta’ mediċina ma’ oħra).
Investigazzjoni farmako kinetika tas-sustanzi attivi farmakoloġiċi kollha hija neċessarja. Fil-każ ta’ kombinazzjonijiet ġodda ta’ sustanzi magħrufa, li ġew investigati skond id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, studji farmako kinetiċi ma jistgħux ikunu meħtieġa, jekk it-testijiet ta’ tossiċità u sperimentazzjoni terapewtika jiġġustifikaw l-ommissjoni tagħhom.
Il-programm farmako kinetiku għandu jiġi maħsub sabiex jippermetti paragun u estrapolazzjoni bejn annimali u bnedmin.
4.2.3. Tossikoloġija
Tossiċità ta’ doża singola
Test ta’ tossiċità ta’ doża singola għandu jfisser studju kwalitattiv u kwantitattiv ta’ reazzjonijiet tossiċi, li jista’ jirriżulta minn għoti singoli tas-sustanza jew tas-sustanzi attivi kontenuti fil-prodott mediċinali, fil-proporzjonijiet u l-istat fiżiko kimiku li fih huma preżenti fil-prodott attwali.
It-test ta’ tossiċità ta’ doża singola għandu jsir skond il-linji gwida rilevanti ppubblikati mill-Aġenzija.
Tossċità ta’ doża ripetuta
Testijiet ta’ tossiċità ta’ doża ripetuta huma maħsuba sabiex jirrivelaw kwalunkwe bidliet fiżjoloġiċi u/jew anatomo patoloġiċi instigati b’għoti ripetut tas-sustanza attiva jew kombinazzjoni ta’ sustanzi attivi taħt kontroll, u sabiex jiġi determinat kif dawn il-bidliet huma relatati mad-dożaġġ.
Ġeneralment, huwa mixtieq li jitwettqu żewġ testijiet: wieħed qasir, li jsum minn ġimgħatejn sa erba’ ġimgħat, u l-ieħor għal żmien twil. It-tul ta’ dan ta’ l-aħħar għandu jiddependi fuq il-kondizzjonijiet ta’ użu kliniku. L-iskop tiegħu hu li jiddeskrivi effetti potenzjali avversi li għandha tingħatalhom attenzjoni fi studji kliniċi. Id-durata hija definita fil-linji gwida rilevanti ppubblikati mill-Aġenzija.
Ġeno-tossiċità
L-iskopijiet ta’ l-istudji ta’ potenzjal mutaġeniku u klastoġeniku huwa li jiġu rivelati l-bidliet li sustanza tista’ tikakwża fil-materjal ġenetiku ta’ individwi jew ta’ ċelloli. Sustanzi mutaġeniċi jistgħu ikunu ta’ perikolu għas-saħħa ladarba esposizzjoni għal mutaġenu għandha r-riskju li tinstiga mutazzjoni fil-linja tal-ġermi, bil-possibiltà ta’ diżordnijiet li jintirtu, u r-riskju ta’ mutazzjonijiet somatiċi inklużi dawk li jwasslu għall-kanċer. Dawn l-istudji huma obbligatorji għal kwalunkwe sustanza ġdida.
Karċinoġeniċità
Testijiet sabiex jiġu rivelati effetti karċinoġeniċi għandhom normalment ikunu meħtieġa:
Dawn l-istudji għandhom jitwettqu għal kwalunkwe prodott mediċinali li l-użu kliniku mistenni tiegħu huwa għal perjodu prolongat ta’ ħajjar ta’ pazjent, jew kontinwament jew ripetutament b’mod intermittenti.
Dawn l-istudji huma rakkomandati għal xi prodotti mediċinali jekk ikun hemm ħsieb dwar il-ptenzjal karċinoġenu tagħhom, eż. minn prodott ta’ l-istess klassi jew struttura simili, jew minn evidenza fi studji ta’ tossiċità b’doża ripetuta.
Studji b’komposti ġeno tossiċi inekwivokabbli mhumiex meħtieġa, ladarba huma preżunti li huma karċinoġeni trans-speċje, li jimplikaw perikolu għall-bnedmin. Fil-każ li dan il-prodott mediċnali huwa maħsub sabiex jingħata kronikament lil bnedmin fi studju kroniku jista’ jkun neċessarju li jiġu ntraċċati effetti tumoriġeniċi bikrija.
Tossiċità riporduttiva u żviluppanti
Investigazzjoni ta’ ħsara possibbli ta’ funzjoni riproduttiva maskili jew femminili kif ukoll efftti ta’ ħsara fuq il-proġeni tista’ ssir b’testijiet approprjati.
Dawn it-testijiet jinkludu studji ta’ effett fuq funzjoni riproduttiva adulta maskili jew femminili, studji ta’ effetti tossiċi u teratoġeniċi fl-istadji kollha ta’ żvilupp mill-konċezzjoni sa maturità sesswali kif ukoll effetti latenti, meta l-prodott mediċinali taħt investigazzjoni ingħata lill-mara waqt it-tqala.
L-Ommissjoni ta’ dawn it-testijiet għandha tiġi ġustifikata b’mod adegwat.
Skond l-użu indikat tal-prodott mediċinali studji addizzjonali li jindirizzaw l-iżvilupp meta jiġi amministrat il-prodott mediċinali tal-wild jista’ jiġi garantit.
Studji embrijo/fetali ta’ tossiċità għandhom normalment jitwettqu fuq żewġ speċi mammiferi, li wieħed minn għandu jkun ta’ xort’ oħra minn annimal li jixtarr. Studji perinatali u postnatali għandhom jitwettqu f’mill inqas speċje waħda. Fil-każ li l-metaboliżmu ta’ prodott mediċinali fi speċje partikolari huwa magħruf li huwa simili għal dak fil-bniedem, huwa mixtieq li din l-ispeċje tiġi inkluża. Huwa wkoll mixtieq li xi waħda mill-ispeċje hija l-istess bħal fl-istudji ta’ tossiċità b’doża ripetuta.
L-istat ta’ tagħrif xjentifiku fil-ħin meta l-applikazzjoni hija ppreżentata għandu jitqies meta jiġi determinat id-diżinn ta’ l-istudju.
Tolleranza lokali
L-iskop ta’ studji ta’ tolleranza lokali huwa li jiġi aċċertat jekk prodotti mediċinali (kemm sustanzi attivi u eċċipjenti) huma tollerati f’siti fil-ġisem, li jistgħu jiġu f’kuntatt mal-prodott mediċinali bħala riżultat tal-għoti tiegħu f’użu kliniku. L-istrateġija ta’ kontroll għandha tkun tali li kwalunkwe effetti mekkaniċi ta’ għoti jew azzjonijiet purament fiżiko kimiċi jistgħu jiġu distinti minn dawk tossikoloġiċi jew farmako dinamiċi.
Testing ta’ tolleranza lokali għandu jsir bil-preparazzjoni li tiġi żviluppata għal użu mill-bniedem, bl-użu tal-vettura u/jew eċċipjenti fit-trattament tal-grupp(i) ta’ kontroll. Sustanzi pożittivi ta’ kontrolli/referenza għandhom jiġu inklużi meta neċessarju.
Id-diżinn ta’ testijiet ta’ tolleranza lokali (għażla ta’ speċji, durata, frekwenza u għoti, dożi) jiddependit fuq il-problema li għandha tiġi investigata u l-kondizzjonijiet proposti ta’ għoti f’użu kliniku. Riversibbiltà ta’ leżjonijiet lokali għandha titwettaq meta rilevanti.
Studji f’annimali jistgħu jiġu sostitwiti b’testijiet in vitro validati sakemm ir-riżultati tat-testijiet huma ta’ kwalità u utilità paragunabbli għall-iskop ta’ valutazzjoni ta’ sigurtà.
Għal kimika applikata lill-ġilda (eż. dermali, rettali, vaġinali) il-potenzjal ta’ sensitizzazzjoni għandu jiġi vvalutat f’mill-inqas wieħed mis-sistemi tat-test kurrentement disponibbli (il-prova ta’ guinea pig jew il-porva lokali tal-lymph node).
5. MODULU 5: RAPPORTI TA’ STUDJI KLINIĊI
5.1. Il-Format u l-Preżentazzjoni
L-idea ġenerali tal-Modulu 5 hija kif ġej:
5.2. Kontenut: prinċipji u ħtiġiet bażiċi
Attenzjoni speċjali għandha tingħata lill-elementi magħżula li ġejjin.
Id-dettallji kliniċi li għandhom jiġu pprovduti skond l-Artikoli 8(3)(i) u 10 (1) għandhom jippermettu li tiġi ffurmata opinjoni b’bażi tajba u speċifikament valida dwar jekk il-prodott mediċinali jissodisfax il-kriterji li jirregolaw l-għoti ta’ awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq. B’ konsegwenza, ħtieġa essenzjali hija li r-riżultati tal-provi kliniċi kolha għandhom jiġu kkomunikati, kemm dawk favorevoli kif ukoll dawk mhux favorevoli.
Provi kliniċi għandhom dejjem ikunu preċeduti minn testijiet farmakoloġiċi u tossikoloġiċi adegwati, mwettqa fuq annimali skond il-ħtiġiet tal-Modulu 4 ta’ dan l-Anness. L-investigatur għandu jsir jaf il-konklużjonijiet ifassla minn studji farmakoloġiċi u tossikoloġiċi u b’hekk l-applikant għandu jipprovdih mill-inqas bil-brochure ta’ l-investigatur, li jikkonsisti fl-informazzjoni rilevanti kollha magħrufa qabel il-bidu ta’ prova klinika inkluż data kimika, farmaċewtika u bijoloġika, tossikoloġika, farmako kinetika u farmako dinamika f’annimali u r-riżultati ta’ provi kliniċi iktar bikrija, b’data adegwata sabiex tiġi ġġustifikata n-natura, l-iskala u d-durata tal-prova proposta; ir-rapporti kompleti farmakoloġiċi u tossikoloġiċi għandhom jiġu pprovduti fuq talba. Għal materjali ta’ oriġini umana jew mill-annimali, il-mezzi kollha disponibbli għandhom jintużaw sabiex tiġi assigurata sigurtà minn trażmissjoni ta’ aġenti infettivi qabel il-bidu tal-prova.
Titolari ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq għandhom jirranġaw għal dokumenti kliniċi essenzjali tal-prova (inklużi fromoli ta’ rapporti tal-każijiet) ta’ xort’ oħra minn fajls mediċi tas-suġġett, li għandhom jinżammu mis-sidien tad-data:
Il-Fajls mediċi tas-suġġett għandhom jinżammu skond il-leġislazzjoni applikabbli u skond il-perjodu massimu permess mill-isptar, mill-istituzzjoni jew mill-prattika privata.
Id-dokumenti jistgħu jinżammu għal perjodu itwal, madankollu, jekk meħtieġ mill-ħtiġiet regolatorji applikabbli jew bi ftehim ma’ l-isponsor. Hija r-responsabbiltà ta’ l-isponsor li jinforma lill-isptar, lill-istituzzjoni jew lill-prattika dwar meta dawn id-dokumenti ma jeħtieġux iktar jinżammu.
L-isponsor jew sid ieħor tad-data għandu jżomm id-dokumentazzjoni l-oħra kollha li tappartjeni għall-prova sakemm il-prodott huwa awtorizzat. Din id-dokumentazzjoni għandha tinkludi: il-protokoll li jinkludi r-razjonali, l-miri u d-diżinn statistiku u l-metodoloġija tal-prova, bil-kondizzjonijiet li taħthom jitwettaq u jiġi amministrat, u dettallji tal-prodott investigazzjonali, tal-prodott mediċinali ta’ referenza u/jew tal-plaċebo użat; proċeduri standard ta’ operazzjoni; l-opinjonijiet kollha bil-miktub dwar il-protkoll u l-proċeduri; il-brochure ta’ investigazzjoni; fromoli ta’ raporti tal-każijiet dwar kull suġġett tal-prova; rapporti finali; ċertifikat(i) ta’ verifika, jekk disponibbli. Ir-rapport finali għandu jinżamm mill-isponsor jew mis-sid sussegwentim għal ħames snin wara li l-prodot mediċinali ma jkunx iktar awtorizzat.
B’żieda għal provi kondotti fil-Komunità ewropea, it-titolari ta’ l-awtorizazzjoni għal tqegħid fis-suq għandu jagħmel kwalunkwe arranġamenti addizzjonali għall-arkivju tad-dokumentazzjoni skond id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 2001/20/KE u l-implimentazzjoni ta’ linji gwida dettaljati.
Kwalunkwe bidla fis-sidien tad-data għandha tiġi dokumentata.
Id-data u d-dokumenti kollha għandhom ikunu magħmula disponibbli jekk mitluba minn awtoritajiet rilevanti.
Id-dettallji ta’ kull prova klinika għandhom jikkontjenu dettall suffiċjenti sabiex jippermettu li jsir ġudizzju oġġettiv:
Id-dettallji ta’ provi kliniċi msemmija fuq għandhom jintbgħatu lill-awtoritajiet kompetenti. Madankollu, bi ftehim ma’ l-awtoritajiet kompetenti, l-applikant jista’ jħalli barra parti minn din l-informazzjoni. Dokumentazzjoni kompleta għandha tingħata fuq talba.
L-investigatur għandu, fil-konklużjonijiet tiegħu dwar evidenza sperimentali, jesprimi opinjoni dwar is-sigurtà tal-prodott taħt kondizzjonijiet normali ta’ użu, it-tolleranza tiegħu, l-effiċjenza tiegħu u kwalunkwe informazzjoni utli li tirrelata għal indikazzjonijiet u kontra indikazzjonijiet, dożaġġ u durata medja tat-trattament kif ukoll kwalunkwe prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu tul it-trattament u s-sintomi kliniċi ta’ dożaġġ żejjed. Fir-rappurtar tar-riżultati ta’ studju multi ċentriku, l-investigatur prinċipali għandu, fil-konklużjonijiet tiegħu, jesprimi opinjoni dwar is-sigurtà u l-effiċjenza tal-prodott mediċinali investigazzjonali għan-nom taċ-ċentri kolha.
L-osservazzjonijiet kliniċi għandhom jinġabru fil-qosor għal kull prova u jindikaw:
in-numru u s-sess tas-suġġetti ttrattati;
l-għażla u d-distribuzzjoni ta’ età tal-gruppi ta’ pazjenti li qegħdin jiġu investigati u t-testijiet komparattivi;
in-numru ta’ pazjenti rtirati b’mod prematur mill-provi u r-raġunijiet għal dan l-irtirar;
meta provi kkontrollati twettqu taħt il-kondizzjonijiet ta’ hawn fuq, jekk il-grupp ta’ kontroll:
il-frekwenza ta’ reazzjonijiet avversi osservati;
dettalji li jikkonċernaw pazjenti li jistgħu ikunu f’riskju miżjud, eż. anzjani, tfal, nisa waqt it-tqala jew il-mestruazzjoni, jew li l-kondizzjoni fiżjoloġika jew patoloġika tagħhom teħtieġ konsiderazzjoni speċjali;
parametri jew kriterji ta’ valutazzjoni ta’ effiċjenza u r-riżultati f’termini ta’ dawn il-parametri;
valutazzjoni statistika tar-riżultati meta dan huwa meħtieġ mid-diżinn tal-provi u mill-fatturi varjabbli involuti.
B’żieda, l-investigatur għandu dejjem jindika l-osservazzjonijiet tiegħu dwar:
kwalunkwe sinjali ta’ abitwazzjoni, dipendenza jew diffikultà biex pazjenti jaqtgħu il-prodott mediċinali;
kwalunkwe interazzjonijiet li ġew osservati ma’ prodotti mediċinali oħra mogħtija b’mod konkomitanti;
il-kriterji tad-determinazzjoni ta’ l-eskużjoni ta’ ċerti pazjenti mill-provi;
kwalunkwe mwiet li seħħew tul il-prova jew fil-perjodu ta’ follow up.
Dettallji li jikkonċernaw kombinazzjoni ġdida ta’ sustanzi mediċinali għandhom ikunu identiċi għald awk meħtieġa għal prodotti mediċinali ġodda u għandhom jissostanzjaw is-sigurtà u l-effiċjenza tal-kombinazzjoni.
Ommissjoni totali jew parzjali ta’ data għandha tiġi spjegata. Fil-każ li jseħħu riżultati mhux mistennija tul il-provi, testijiet ulterjuri pre kliniċi tossikoloġiċi u farmakoloġiċi għandhom jitwettqu u jiġu riveduti.
Fil-każ li l-prodott mediċinali huwa maħsub għal amministrazzjoni għal żmien twil, għandhom jingħataw dettallji ta’ kwalunkwe modifika ta’ l-azzjoni farmakoloġika wara amministrazzjoni ripetuta, kif ukoll l-istabbiliment ta’ dożaġġ għal żmien twil.
5.2.1. Rapporti ta’ studji bio farmaċewtiċi
Rapporti ta’ studju ta’ bio disponibbiltà, bio disponibbiltà komparattiva, rapporti ta’ studju dwar bio ekwivalenza, rapporti dwar studju ta’ korrelazzjoni in vitro u in vivo, u metodi bio analitiċi u analitiċi għandhom jiġu pprovduti.
B’żieda, stima ta’ bio disponibbiltà għandha ssir meta neċessarju sabiex tintwera bio ekwivalenza għall-prodotti mediċinali msemmija fl-Artikolu 10(1)(a).
5.2.2. Rapporti ta’ studji pertinenti għal farmako kinetika bl-użu ta’ bio materjali umani
Għall-iskopijiet ta’ dan l-Anness, bio materjali umani għandom ifissru kwalunkwe proteini, ċelloli, tessuti u materjali relatati derivati minn fonti umani li jintużaw f’in vitro u ex vivo sabiex jiġu stmati l-proprjetajiet farmako kinetiċi ta’ sustanzi ta’ mediċini.
F’dan ir-rigward, rapporti ta’ studju binding dwar proteina tal-plażma, studji ta’ metaboliżmu epatiku u sustanzi attivi u studji li jużaw bio materjali umani oħra għandhom jiġu pprovduti.
5.2.3. Rapporti ta’ studji umani farmako kinetiċi
Il-karatteristiċi farmako kinetiċi li ġejjin għandhom jiġudeskritti:
Fatturi kliniċi sinifikanti li jinkludu l-implikazzjoni tad-data kinetika għar-reġimen ta’ dożaġġ speċjalment għal pazjenti taħt riskju, u d-differenzi bejn speċje umana u ta’ l-annimali wċati fi studji pre kliniċi, għandhom jiġu deskritti.
B’żieda ma’ studji standard farmako kinetiċi ta’ kampjuni multipli, analiżi farmako kinetiċi ta’ popolazzjoni bbażati fuq kampjunar spars tul studji kliniċi jistgħu ukoll jindirizzaw mistoqsijiet dwar kontribuzzjonijiet ta’ fatturi intrinsiċi u estrinsiċi għall-varjabbiltà fir-relazzjoni ta’ tweġiba fid-doża farmako kinetika. Rapporti ta’ studji ta’ tolleranza farmako kinetika u inizjali f’suġġetti b’saħħithom u f’pazjenti, rapporti ta’ studji farmako kinetiċi għall-istima ta’ effetti ta’ fatturi intrinsiċi u estrinsiċi, u rapporti ta’ studji ta’ popolazzjon farmako kinetiċi għandhom jiġu pprovduti.
Fil-każ li l-prodott mediċinali għandu normalment jiġi amministrat b’mod konkomitanti ma’ prodotti mediċinali oħra, għandhom jingħataw dettallji ta’ testijiet konġunti ta’ amministrazzjoni mwettqa sabiex tintwera modifika possibbli ta’ l-azzjoni farmakoloġika.
Interazzjonijiet farmako kinetiċi bejn is-sustanza attiva u prodotti mediċinali jew sustanzi oħra għandhom jiġu investigati.
5.2.4. Rapporti ta’ studji umani farmako dinamiċi
L-azzjoni farmako dinamika korrelata ma’ l-effiċjenza għandha tintwera li tinkludi:
L-azzjoni farmako dinamika mhux relatata ma’ l-effiċjenza għandha tiġi deskritta.
Id-dimostrazzjoni ta’ effetti farmako dinamiċi fil-bnedmin m’ghandhiex fiha nfisha tkun suffiċjenti sabiex jiġu ġustifikati konklużjonijiet li jirrigwardaw kwalunkwe effett terapewtiku partikolari potenzjali.
Fil-każ li l-prodott mediċinali għandu normalment jiġi amministrat b’mod konkomitanti ma’ prodotti mediċinali oħra, għandhom jingħataw dettallji ta’ testijiet konġunti ta’ amministrazzjoni mwettqa sabiex tintwera modifika possibbli ta’ l-azzjoni farmakoloġika.
Interazzjonijiet farmako dinamiċi bejn is-sustanza attiva u prodotti mediċinali jew sustanzi oħra għandhom jiġu investigati.
5.2.5. Rapporti ta’ studji ta’ effiċjenza u sigurtà
5.2.5.1. Rapporti ta’ studju ta’ Studji Kliniċi Kkonstrollati Pertinenti għall-Indikazzjoni Dikjarata
In ġenerali, provi kliniċi għandhom isiru bħala “provi kliniċi kkontrollati” jekk possibbli, saltwarji u approprjati versus il-plaċebo u versus prodott mediċinali stabbilit ta’ valur terapewtiku ippruvat; kwalunkwe diċinn ieħor għandu jiġi ġustifikat. It-trattament tal-gruppi ta’ kontroll ivarja minn każ għal każ u jiddependi wkoll fuq konsiderazzjonijiet etiċi u ż-żona terapewtika; għalhekk jista’, f’xi każijiet, ikun iktar pertinenti li tiġi pparagunata l-effiċjenza ta’ prodott mediċinali ġdid ma’ dik ta’ prodott mediċinali ta’ valur terapewtiku ppruvat iktar milli ma’ l-effett tal-plaċebo.
Sa fejn possibbli, u partikolarment fi provi meta l-effett tal-prodott ma jistax jitkejjel b’mod oġġettiv, għandhom jittieħdu passi sabiexjiġi evitat preġudizzju, inklużi metodi ta’ saltwarjetà u blinding.
Il-protokoll tal-prova għandu jinkludi deskrizzjoni dettaljata tal-metodi statistiċi li għandhom jintużaw, in-numru u r-raġunijiet għall-inklużjoni ta’ pazjenti (inklużi kalkoli tas-saħħa tal-prova), il-livell ta’ sinifikanza li għandha tintuża u deskrizzjoni ta’ l-unità statistika. Miżuri meħuda sabiex jiġi evitat preġudizzju, partikolarment metodi ta’ saltwarjetà, għandhom jiġu dokumentati. L-Inklużjoni ta’ numru kbir ta’ suġġetti fi prova m’għandhiex titqies bħala sostitut adegwat għal prova kkontrollata tajjeb.
Id-data ta’ sigurtà għandha tiġi riveduta u tieħu kont ta’ linji gwida ppubblikati mill-Kummissjoni, b’attenzjoni partikolari għal avvenimenti li jirriżultaw f’bidliet ta’ doża jew ħtieġa għal medikazzjoni konkomitanti, avvenimenti kuntrarji serji, avvenimenti li jirriżultaw f’irtirar, u mwiet. Kwalunkwe pazjentijew gruppi ta’ pazjenti f’riskju miżjud għandhom jiġu identifikati u attenzjoni partikolari tingħata lil pazjenti potenzjalment vulnerabbli li jistgħu ikunu preżenti f’numri żgħar, eż. tfal, nisa tqal, anzjani dgħajfa, nies b’anormailtajiet immarkati ta’ metaboliżmu jew excretion eċċ. L-implikazzjoni tal-valutazzjoni ta’ sigurtà għall-utilitajiet possibbli tal-prodott mediċinali għandha tiġi deskritta.
5.2.5.2. Rapporti ta’ studju ta’ rapporti mhux kontrollati ta’ studji kliniżi ta’ analiżi ta’ data minn iktar minn studju wieħed u rapporti oħra ta’ studju kliniku
Dawn ir-rapporti għandhom jiġu pprovduti.
5.2.6. Rapporti ta’ esperjenza post tqegħid fis-suq
Fil-każ li l-prodott mediċinali huwa diġà awtorizzat f’pajjiżi terzi, għandha tingħata informazzjoni fir-rigward ta’ reazzjonijiet kuntrarji tal-prodott mediċinali kkonċernat u prodotti mediċinali li jikkontjenu l-istess sustanza(i) attiva(i), fir-rigward tar-rati ta’ użu jekk possibbli.
5.2.7. Formoli ta’ rapporti ta’ każijiet u elenki ta’ pazjenti individwali
Meta sottomessi skond il-Linja gwida rilevanti ppubblikata mill-Aġenzija, formoli ta’ rapporti ta’ każijiet u elenki ta’ data ta’ pazjenti individwali għandhom jiġu pprovduti u ppreżentati fl-istess ordni bħal rapporti ta’ studju kliniku u indikati skond l-istudju.
PARTI II
DOSSIERS U ĦTIĠIET SPEĊIFIĊI TA’ AWTORIZZAZZJONI GĦAL TQEGĦID FIS-SUQ
Xi prodotti mediċinali jippreżentaw fatturi speċifiċi li uma tali li l-ħtiġiet kollha tad-dossier ta’ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq kif stabbilit fil-Parti I ta’ dan l-Anness jeħtieġ li jiġu adattati. Sabiex jittieħed kont ta’ dawn is-sitwazzjonijiet partikolari, preżentazzjoni approprjata u adattata għandha tiġi segwita mill-applikanti.
1. UŻU MEDIĊINALI STABBILIT TAJJEB
Għal prodotti mediċinali li s-sustanza(i) attiva tagħhom għandha/għandhom “użu stabbilit tajjeb” kif imsemmi fl-Artikolu 10(1)(a)(ii), b’effiċjenza rikonoxxuta u livell aċċettabbli ta’ sigurtà, ir-regoli speċifiċi li ġejjin għandhom japplikaw.
L-applikant għandu jissottometti l-Moduli 1, 2 u 3 kif deskritt fil-parti I ta’ dan l-Anness.
Għall-Moduli 4 u 5, bibliografija xjentifika dettaljata għandha tindirizza karatteristiċi mhux kliniċi u kliniċi.
Ir-regoli speċifiċi li ġejjin għandhom japplikaw sabiex jintwera l-użu mediċinali stabbilit tajjeb:
Fatturi li għandhom jitqiesu sabiex jiġi stabbilit użu mediċinali stabbilit tajjeb ta’ kostitwenti ta’ prodotti mediċinali huma:
Għalhekk perjodi differenti ta’ żmien jistgħu ikunu neċessarji sabiex jiġi stabbilit l-użu stabbilit tajjeb ta’ sustanzi differenti. Fi kwalunkwe każ, madankollu, il-perjodu ta’ żmien meħtieġ sabiex jiġi stabbilit użu mediċinali stabbilit tajjeb ta’ kostitwent ta’ prodott mediċinali m’għandux ikun inqas minn għaxar snin mill-ewwel użu sistematiku u dokumentat ta’ dik is-sustanza bħala prodott emdiċinali fil-Komunità.
Id-dokumentazzjoni sottomessa mill-applikant għandha tkopri l-aspetti kollha ta’ l-istima ta’ sigurtà u/jew effiċjenza u għandha tinkludi jew tirreferi għal reviżjoni tal-litteratura rilevanti, b’kont meħud ta’ studji qabel u wara t-tqegħid fis-suq u litteratura xjentifika ppubblikata li tikkonċerna esperjenza fil-forma ta’ studji epidemoloġiċi u b’mod partikolari ta’ studji epidemoloġiċi komparattivi. Id-dokumentazzjoni kollha, kemm favorevoli kif ukoll mhux favorevoli, għandha tiġi kkomunikata. Fir-rigward tad-disposizzjonijiet dwar “użu mediċinali stabbilit tajjeb” huwa b’mod partikolari neċessarju li jiġi kkjarifikat li “referenza biografika” għal fonti oħra ta’ evidenza (studji wara t-tqegħid fis-suq, studji epidemoloġiċi, eċċ.) u mhux biss data relatata għal testijiet u provi jistgħu iservu bħala prova valida ta’ sigurtà u effiċjenza ta’ prodott fil-każ li applikazzjoni tispjega u tiġġustifika l-użu ta’ dawn il-fonti ta’ informazzjoni b’mod soddisfaċenti.
Attenzjoni partikolari għandha tingħata lil kwalunkwe informazzjoni nieqsa u għandha tingħata ġustifikazzjoni għaliex wirja ta’ livell aċċettabbli ta’ sigurtà u/jew effiċjenza tista’ tiġi sostnuta għalkemm xi studji għadhom nieqsa.
Ir-reviżjonijiet mhux kliniċi u/jew kliniċi għandhom jispjegaw ir-rilevanza ta’ kwalunkwe data sottomessa li tikkonċerna prodott differenti mill-prodott maħsub għat-tqegħid fis-suq. Għandu jsir ġudizzju dwar jekk il-prodott studjat jista’ jiġi kkunsidrat bħala simili għall-prodott, li għalih applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq saret minkejja d-differenzi eżistenti.
Esperjenza post tqegħid fis-suq ma’ prodotti oħra li jikkontjenu l-istess kostitwenti hija ta’ importanza partikolari u applikanti għandhom jagħmlu emfasi speċjali fuq din il-kwistjoni.
2. PRODOTTI MEDIĊINALI ESSENZJALMENT SIMILI
Applikazzjonijiet ibbażati fuq l-Artikolu 10(1) (a) (i) (prodotti essenzjalment simili) għandhom jikkontjenu d-data deskritta fil-Moduli 1, 2 u 3 tal-Parti I ta’ dan l-Anness sakemm l-applikant ikun ingħata l-kunsens att-titolari ta’ l-awtorizzazzjoni oriġinali għal tqegħid fis-suq sabiex jirreferi b’mod inkroċjat għall-kontenut tal-Moduli 4 u 5 tiegħu.
Applikazzjonijiet ibbażati fuq l-Artikolu 10(1) (a) (iii) (prodotti essenzjalment simili jiġifieri ġenriċi) għandhom jikkontjenu d-data deskritta fil-Moduli 1, 2 u 3 tal-Parti I ta’ dan l-Anness flimkien ma’ data li turi bio disponibbiltà u bio ekwivalenza mal-prodott mediċinali oriġinali sakemm dan ta’ l-aħħar mhuwiex prodott bioloġiku mediċinali (ara l-Parti II, 4 prodotti bioloġiċi mediċinali simili).
Għal dawn il-prodotti ir-reviżjonijiet/ġabriet fil-qosor mhux kliniċi/kliniċi għandhom partikolarment jiffukaw fuq l-elementi li ġejjin:
3. DATA ADDIZZJONALI MEĦTIEĠA F’SITWAZZJONIJIET SPEĊIFIĊI
Meta s-sustanza attiva ta’ prodott mediċinali essenzjalment simili tikkontjeni l-istess frazzjoni terapewtika bħall-prodott oriġinali awtorizzat assoċjat ma’ kumpless/derivativ minerali/esteru differenti evidenza li ma hemm ebda bidla fil-farmako kinetiċi tal-frazzjoni, farmako dinamiċi u/jew f’tossiċità li jista’ jbiddel il-profil ta’ sigurtà/effiċżjenza għandha tintwera. Jekk dan ma jkunx il-każ, din l-assoċjazzjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala sustanza attiva ġdida.
Meta prodott mediċinali huwa maħsub għal użu terapewtiku differenti jew ippreżentat f’forma farmaċewtika differenti jew li għandu jingħata b’mezzi differenti jew f’dożi differenti jew b’pożoloġija differenti, ir-riżultati ta’ testijiet approprjati tossikoloġiċi u farmakoloġiċi u/jew ta’ provi kliniċi għandhom jingħataw.
4. PRODOTTI MEDIĊINALI SIMILI BIOLOĠIĊI
Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 10(1)(a) (iii) jistgħu ma jkunux suffiċjenti fil-każ ta’ prodotti bioloġiċi mediċinali. Fil-każ li l-informazzjoni meħtieġa fil-każ ta’ prodotti essenzjalment simili (ġeneriċi) ma jippermettix li tintwera n-natura simili ta’ żewġ prodotti bioloġiċi mediċinali, data addizzjonali, b’mod partikolari, il-profil tossikoloġiku u kliniku għandha tingħata.
Meta prodott bioloġiku mediċinali kif definit fil-Parti I, il-paragrafu 3.2 ta’ dan l-Anness, li jirreferi għal prodott mediċinali oriġinali li ingħata awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq fil-Komunità, huwa sottomess għal awotrizzazzjoni għal tqegħid fis-suq minn applikant indipendenti wara l-iskadenza ta’ perjodu ta’ protezzjoni ta’ data, l-approċċ li ġej għandu jiġi applikat.
Il-prinċipji ġenerali li għandhom jiġu applikatu huma indirizzati f’linja gwida li tieħu kont tal-karatteristiċi tal-prodott mediċinali bioloġiku kkonċernat ippubblikat mill-Aġenzija. Fil-każ li l-prodott mediċinali oriġinarjament awtorizzat għandu iktar minn indikazzjoni waħda l-effiċjenza u s-sigurtà tal-prodott mdiċinali dikjarat li huwa simili għandhom jiġu ġustifikati jew, jekk neċessarju, murija separatament għal kull waħda mill-indikazzjonijiet dikjarati.
5. PRODOTTI MEDIĊINALI TA’ KOMBINAZZJONI FISSA
Applikazzjonijiet ibbażati fuq l-Artikolu 10(1)(b) għandhom jirrelataw għal prodotti mediċinali ġodda ta’ mill-inqas żewġ sustanzi attivi mhux preċedentement awtorizzati bħala prodott mediċinali ta’ kombinazzjoni fissa.
Għal dawk l-applikazzjonijiet dossier komplet (Moduli 1 sa 5) għandu jiġi pprovdut għall-prodott mediċinali ta’ kombinazzjoni fissa. Meta applikabbli, informazzjoni li tirrigwarda s-siti ta’ fabbrikazzjoni u l-aġenti avventizi, għandha tiġi pprovduta valutazzjoni ta’ sigurtà.
6. DOKUMENTAZZJONI GĦAL APPLIKAZZJONIJIET F’ĊIRKOSTANZI EĊĊEZZJONALI
Meta, kif previst fl-Artikolu 22, l-applikant jista’ jrui li ma jistax jipprovdi data komprensiva dwar l-effiċjenza u s-sigurtà taħt kondizzjonjiet normali ta’ użu, minħabba:
awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq tista’ tingħata soġġett għal ċerti obbligi speċifiċi.
Dawn l-obbligi jistgħu jinkludu dan li ġej:
7. APPLIKAZZJONIJIET IMĦALLTA TA’ AWTORIZZAZZJONI GĦAL TQEGĦID FIS-SUQ
Applikazzjonijiet imħallta ta’ awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq għandhom ifissru dossiers ta’ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq meta l-Modulu 4 u/jew 5 jikkonsisti f’kombinazzjoni ta’ rapporti ta’ studji limitati mhux kliniċ u/jew kliniċi mwettqa mill-applikant u ta’ referenzi bibliografiċi. Il-Moduli l-oħra kollha huma skond l-istruttura deskritta fil-Parti I ta’ dan l-Anness. L-awtorità kompetenti għandha taċċetta l-format propost ippreżentat mill-applikant fuq bażi ta’ każ b’każ.
PARTI III
PRODOTTI MEDIĊINALI PARTIKOLARI
Din il-Parti tistabilixxiħtiġiet speċifiċi relatati man-natura ta’ prodotti mediċinali identifikati.
1. PRODOTTI BIOLOĠIĊI MEDIĊINALI
1.1. Prodott mediċinali derivat mill-plażma
Għal prodotti mediċinali derivati minn demm uman jew mill-plażma u b’deroga mid-disposizzjonijiet tal-Modulu 3, il-ħtiġiet tad-dossier imsemmija f’ “Informazzjoni relatata mal-materjali ta’ introduzzjoni u mhux ipproċessati”, għal materjali ta’ introduzzjoni magħmula minn demm/plażma umana jistgħu jiġu sostitwiti minn Master Fajl ta’ Plażma ċertifikat skond din il-Parti.
(a) Prinċipji
Għall-iskopijiet ta’ dan l-Anness:
(b) Il-Kontenut
Skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 109, kif emendat bid-Direttiva 2002/98/KE, li jirreferi għall-ħtiġiet għal donaturi u t-testing ta’ donazzjonijiet, il-Master File tal-Plażma għandu jinkludi informazzjoni dwar il-plażma wżata bħala materjal ta’ introduzzjoni/mhux ipproċessat, b’mod partikolari:
L-Oriġini tal-Plażma
informazzjoni dwar ċentri jew stabbilimenti li fihom isir il-ġbir ta’ demm/plażma, inkluża ispezzjoni u approvazzjoni, u data epidemoloġika dwar infezzjonijiet trażmessibbli fid-demm.
informazzjoni dwar ċentri jew stabbilimenti li fihom it-testing ta’ donazzjonijiet u pools ta’ plażma jitwettaq, inkluża ispezzjoni u status ta’ approvazzjoni.
kriterji ta’ selezzjoni/esklużjoni għal donaturi ta’ demm/plażma.
sistema fis-seħħ li tippermetti li l-passaġġ meħud minn kull donazzjoni jiġi ntraċċat mill-kollezzjoni ta’ demm/plażma lejn prodotti lesti u viċi versa.
Kwalità u sigurtà tal-plażma
konfromità mal-Monografi ta’ Farmakopea Ewropea.
testing ta’ donazzjonijiet ta’ demm/plażma u pools għal aġenti ta’ infezzjoni, inkluża informazzjoni dwar metodi ta’ test u, fil-każ ta’ pools ta’ plażma, data ta’ validazzjoni dwar it-testijiet użati.
karatteristiċi tekniċi ta’ boroż għall-ġbir ta’ demm u plażma, inkluża informazzjoni dwar soluzzjonijiet ta’ anitkoagulanti wżati.
kondizzjonjiet ta’ irfigħ u trasport ta’ plażma.
proċeduri għal kwalunkwe hold ta’ inventarju u/jew perjdu ta’ kwarantina.
karatterizzazzjoni tal-pool ta’ plażma.
Sistema fis-seħħ bejn il-fabbrikant tal-prodott mediċinali derivat mill-plażma u/jew il-frazzjonatur/proċessur tal-plażma minn naħa, u ġbir ta’ demm/plażma u ċentri jew stabbilimenti tat-test minn naħa l-oħra, li tiddefinixxi l-kondizzjonijiet ta’ l-interazzjoni tagħhom u l-ispeċifikazzjonijiet miftiehma tagħhom.
B’żieda, il-Master File tal-Plażma għandu jipprovdi lista ta’ prodotti mediċinali li għalihom huwa validu il-Master file tal-Plażma, kemm jekk il-prodotti mediċinali ingħataw awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq jew qegħdin fil-proċess li jingħataw din l-awtorizzazzjoni, inklużi prodotti mediċinali msemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tirrelata għall-implimentazzjoni ta’ prattika klinika tajba fil-kondotta ta’ provi kliniċi dwar prodotti mediċinali għal użu mill-bniedem.
(ċ) Valutazzjoni u Ċertifikazzjoni
1.2. Tilqim
Għal tilqim għal użu mill-bniedem u b’deroga mid-disposizzjonijiet tal-Modulu 3 dwar “Sustanza(i) attiva(i)”, il-ħtiġiet li ġejjin meta bbażati fuq l-użu ta’ sistema ta’ Masterfile Antiġenu ta’ Tilqim għandha tapplika.
Id-dossier ta’ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq ta’ tilqima ta’ xort’ oħra minn tilqima ta’ influwenza umana, għandu jkun meħtieġ sabiex jinkludi Master File Antiġenu ta’ Tilqim għal kull antiġenu ta’ tilqim li huwa sustanza attiva ta’ din it-tilqima.
(a) Prinċipji
Għall-iskopijiet ta’ dan l-Anness:
(b) Kontenut
Il-Master File Antiġenu ta’ Tilqim għandu jikkontjeni l-informazzjoni li ġejja estratta mill-parti rilevanti (Sustanza Attiva) tal-Modulu 3 dwar “Data ta’ Kwalità” kif delineata fil-Parti I ta’ dan l-Anness:
Informazzjoni ġenerali,inkluża konformità mal-monografu(i) rilevanti tal-Farmakopea Ewropea.
Informazzjoni dwar il-fabbrikazzjoni tas-sustanza attiva: din l-intestatura għandha tkopri l-proċess ta’ fabrikazzjoni, informazzjoni dwar il-materjali ta’ introduzzjoni u mhux ipproċessati, miżuri speċifiċi dwar TSEs u valutazzjoni ta’ sigurtà u faċilitajiet u tagħmir ta’ aġenti avventizi.
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva
Kontroll ta kwalità tas-sustanza attiva
Standard u materjali ta’ referenza
Kontenitur u sistema ta’ egħluq tas-sustanza attiva
Stabilità tas-sustanza attiva
(ċ) Valutazzjoni u Ċertifikazzjoni
2. RADJI FARMAĊEWTIĊI U PREKURSURI
2.1. Radjo farmaċewtiċi
Għall-iskopijiet ta’ dan il-kapitolu, applikazzjonijiet ibbażati fuq l-Artikoli 6(2) u 9 għandhom jipprovdu dossier komplet fejn id-dettallji speċifiċi li ġejjin għandhom jiġu inklużi:
Modulu 3
Fil-kuntest ta’ kit radjo farmaċewtiku, li għandu jiġi radju ttikkettat wara fornitura mill-fabbrikant, is-sustanza attiva hija kkunsidrata bħala dik il-parti tal-formolazzjoni li hija maħsuba sabiex terfa’ jew torbot ir-radju nuklidu. Id-deskrizzjoni tal-metodu ta’ fabbrikazzjoni ta’kitts radjo farmaċewtiċi għandha tinkludi dettallji tal-fabbrikazzjoni tal-kit u dettallji ta’ l-ipproċessar finali rakkomandat sabiex jiġi prodott il-prodott mediċinali radjoattiv. L-ispeċifikazzjonijiet neċessarji tar-radjo nuklidu għandhom jiġu deskritti skond, meta rrilevanti, il-monografu ġenerali jew monografi speċifiċi tal-Farmakopea Ewropea. B’żieda, kwalunkwe komposti essenzjali għar-radjo ttikkettar għandhom jiġu deskritti. L-istruttura tal-kompost radjo ttikkettat għandha wkoll tiġi deskritta.
Għal radjo nuklidi, ir-reazzjonijiet nukleari involuti għandhom jiġu diskussi.
F’ġeneratur ir-radju nuklidi omm u bint għandhom jiġu kkunsidrati bħala sustanzi attivi.
Dettallji tan-natura tar-radju nuklidu, l-identità ta’ l-iżotopu, impuritajiet probabbli, it-trasportatur, l-użu u l-attività speċifika għandhom jiġu pprovduti.
Il-Materjali tal-bidu jinkludu materjali mira ta’ irradjazzjoni.
Konsiderazzjonijiet dwar purità kimika/radjo kimika u r-relazzjoni tagħha mal-biodistribuzzjoni għandhom jiġu pprovduti.
Il-Purità radjo nuklida, il-purità radjo kimika u attività speċifika għandhom jiġu deskritti.
Għal ġeneraturi, id-dettallji dwar it-testing għal radju nuklidi omm/bint huma meħtieġa. Għal eluati ta’ ġeneratur, testijiet għal radjo nuklidi omm u għal kostitwenti oħra tas-sistema tal-ġeneratur għandhom jiġu pprovduti.
Il-ħtieġa li jiġi espress il-kontenut tas-sustanzi attivi f’termini tal-massa ta’ entitajiet attivi għandha biss tapplika għal kitts radjo farmaċewtiċi. Għal radjo nuklidi, ir-radjoattività għandha tiġi espressa f’ Becquerels f’data partikolari u, jekk neċessarju, ħin b’referenza għaż-żona tal-ħin. It-tip ta’ radjazzjoni għandu jiġi indikat.
Għal kitts, l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott lest għandhom jinkludu testijiet dwar il-prestazzjoni ta’ prodotti wara r-radju ttikkettar. Kontrolli approprjati dwar il-purità radjokimika u radjo nuklidika tal-kompost radju ttikkettat għandhom jiġu inklużi. Kwalunkwe materjal essenzjali għal radju ttikkettar għandu jiġi identifikat u ppruvat.
Informazzjoni dwar l-istabilità għandha tinghata għal ġeneraturi radjo niklidi, kitts radjo nuklidi u prodotti radju ttikkettati. L-istabilità waqt l-użu ta’ radjo farmaċewtiċi fi vjali ta’ multi dożaġġ għandha tiġi dokumentata.
Modulu 4
Huwa apprezzat li t-tossiċità tista’ tiġi assoċjata ma’ doża ta’ radjazzjoni. Fi djanjożi, din hija konsegwenza ta’ l-użu ta’ radjo farmaċewtiċi; f’terapija, hija l-proprjetà mixtieqa. Il-valutazzjoni ta’ sigurtà u effiċjenza ta’ radjo farmaċewtiċi għandha, għalhekk, tindirizza ħtiġiet għal prodotti mediċinali u aspetti doċimetri ta’ radjazzjoni. Esposizzjoni ta’ organi/tessuti għar-radjazzjoni għandha tiġi dokumentata. Estimi ta’ doża ta’ radjazzjoni assorbita għandhaom jiġu kkalkolati skond sistema speċifikata, internazzjonalment rikonoxxuta permezz ta’ mezz partikolari ta’ għoti.
Modulu 5
Ir-riżultati ta’ provi kliniċi għandhom jiġu pprovduti meta applikabbli xort’ oħra ġustifikat fir-reviżjonijiet kliniċi.
2.2. Prekursuri radjo farmaċewtiċi għal skopijiet ta’ radju ttikkettar
Fil-każ speċifiku ta’ prekursur radjo farmaċewtiku maħsub biss għal skopijiet ta’ radju ttikkettar, il-mira primarja għandha tkun li tiġi ppreżentata informazzjoni li tindirizza l-konsegwenzi possibbli ta’ effiċjenza fqira ta’ radju ttikkettar jew dissoċjazzjoni in vivo tal-koġjugat radju ttikkettat, jiġifieri kwistjonijiet relatati ma’ l-effetti prodotti fil-pazjent minn radjo nuklidu liberu. B’żieda, huwa wkoll neċessarju li tiġi ppreżentata informazzjoni rilevanti li tirrelata għal perikoli ta’ xogħol, jiġifieri esposizzjoni ta’ radjazzjoni għal personal ta’ l-isptar u għall-ambjent.
B’mod partikolari,l-informazzjoni li ġejja meta applikabbli għandha tiġi pprovduta:
Modulu 3
Id-disposizzjonijiet tal-Modulu 3 għandhom japplikaw għar-reġistrazzjoni ta’ prekursuri radjo farmaċewtiċi kif definit fuq (inċiżi a) sa i)), meta applikabbli.
Modulu 4
Fir-rigward ta’ tossiċità għal doża singola u doża ripetuta, ir-riżultati ta’ studji mwettqa in konformità mad-disposizzjonijiet relatati ma’ prattika tajba ta’ laboratorju stabbiliti fid-Direttivi tal-Kunsill 87/18/KEE u 88/320/KEE għandhom jiġu pprovduti, sakemm mhux ġustifikat xort’ oħra.
Studji ta’ mutaġeniċità dwar ir-radju nuklidu mhumiex ikkunsidrati bħala utli f’dan il-każ partikolari.
Informazzjoni li tirrelata għat-tossiċità kimika u disposizzjoni tan-nuklidu rilevanti “kiesaħ” għandha tiġi ppreżentata.
Modulu 5
Informazzjoni klinika ġenerata minn użu ta’ studji kliniċi fuq il-prekursur proprju mhijiex ikkunsidrata bħala rilevanti fil-każ speċifiku ta’ prekursur radjo farmaċewtiku maħsub biss għal skopijiet ta’ radju ttikkettar.
Madankollu, informazzjoni li turi l-utilità klinika tal-prekursur radjo farmaċewtiku meta marbut ma’ molekuli rilevanti ta’ trasport għandha tiġi ppreżentata.
3. PRODOTTI MEDIĊINALI OMEOPATIĊI
Din it-taqsima tistabilixxi disposizzjonijiet speċifiċi dwar l-applikazzjoni tal-Moduli 3 u 4 għal prodotti mediċinali omeopatiċi kif definit fl-Artikolu 1(5).
Modulu 3
Id-disposizzjonijiet tal-Modulu 3 għandhom japplikaw għal dokumenti sottomessi skond l-Artikolu 15 fir-reġistrazzjoni simplifikata ta’ prodotti mediċinali omeopatiċi msemmija fl-Artikolu 14(1) kif ukoll għal dokumenti għall-awtorizzazzjoni ta’ prodotti mediċinali omeopatiċi oħra msemmija fl-Artikolu 16(1) bil-modifiki li ġejjin.
Terminoloġija
L-isem Latin ta’ l-istokk omeopatiku deskritt fid-dossier ta’ applikazzjoni ta’ awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq għandu jkun skond it-titolu Latin tal-Farmakopea Ewropea jew, fl-assenza tiegħu, skond farmakopea uffiċjali ta’ Stat Membru. Meta rilevanti l-isem(ijiet) tradizzjonali wżati f’kull Stat Membru għandhom jiġu pprovduti.
Kontroll ta’ materjali ta’ introduzzjoni
Id-dettallji u d-dokumenti dwar il-materjali ta’ introduzzjoni, jiġifieri l-materjali kollha wżati inklużi materjali mhux ipproċessati u intermedji sad-diluwizzjoni finali li għandhom jiġu inkorporati fil-prodott mediċinali lest, li jkunu ma’ l-applikazzjoni għandhom jiġu supplimentati b’data addizzjonali dwar l-istokk omeopatiku.
Il-ħtiġiet ta’ kwalità ġenerali għandhom japplikaw għall-materjali kollha ta’ introduzzjoni u mhux ipproċessati kif ukoll għal passi intermedi tal-proċess ta’ fabbrikazzjoni sad-diluwizzjoni finali li għandhom jiġu inkorporati fil-prodott mediċinali lest. Jekk possibbli, huwa meħtieġ dożaġġ jekk komponenti tossiċi huma preżenti u jekk il-kwalità ma tistax tiġi kkontrollata fejn tidħol diluwizzjoni finali li għandha tiġi inkorporata minħabba l-grad għoli ta’ diluwizzjoni. Kull pass tal-proċess ta’ fabbrikazzjoni mill-materjali ta’ introduzzjoni sad-diluwizzjoni finali li għandha tiġi inkorporata fil-prodott mediċinali lest għandu jiġi deskritt kompletament.
Fil-każ li huma involuti diluwizzjonijiet, dawn il-passi ta’ diluwizzjoni għandhom isiru skond il-metodi omeopatiċi ta’ fabbrikazzjoni stabbiliti fil-monografu rilevanti tal-Farmakopea Ewropea jew,fl-assenza tagħhom, minn farmakopea uffiċċjali ta’ Stat Membru.
Testijiet ta’ kontroll dwar il-prodott mediċinali lest
Il-ħtiġiet ta’ kwalità ġenerali għandhom japplikaw għall-prodotti omeopatiċi mediċinali lesti, u kwalunkwe eċċezzjoni jeħtieġ li tiġi ġustifikata kif dovut mill-applikant.
L-Identifikazzjoni u d-doża tal-kostitwenti tossikoloġiċi rilevanti kollha għandha titwettaq. Fil-każ li jista’ jiġi ġustifikat li identifikazzjoni u/jew doża dwar il-kostitwenti tossikoloġiċi rilevanti kollha mhijiex possibbli, eż. minħabba d-diluwizzjoni tagħhom fil-prodott mediċinali lest il-kwalità għandha tintwera permezz ta’ validazzjoni kompleta tal-proċess ta’ fabbrikazzjoni u ta’ diluwizzjoni.
Testijiet ta’ stabilità
L-Istabilità tal-prodott mediċinali lest għandha tintwera. Data ta’ stabilità mill-istokks omeopatiċi huma ġeneralment trasferibbli għal diluwizzjonijiet/triturazzjonijiet ottenuti. Jekk ebda identifikazzjoni jew doża tas-sustanza attiva ma hi possibbli monħabba l-grad ta’ diluwizzjoni, data ta’ stabilità tal-forma farmaċewtika tista’ tiġi kkunsidrata.
Modulu 4
Id-disposizzjonijiet tal-Modulu 4 għandhom japplikaw għar-reġistrazzjoni simplifikata ta’ prodotti mediċinali omeopatiċi imsemmija fl-Artikolu 14(1) bl-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin.
Kwalunkwe informazzjoni nieqsa għandha tiġi ġustifikata, eż. għandha tingħata ġustifikazzjoni għaliex dimostrazzjoni ta’ livell aċċettabbli ta’ sigurtà tista’ tiġi sostnuta għlkemm għad jonqsu xi studji.
4. PRODOTTI MEDIĊINALI ERBALI
Applikazzjonijiet għal prodotti mediċinali erbali għandhom jipprovdu dossier komplet li fih id-dettallji li ġejjin għandhom jiġi inklużi.
Modulu 3
Id-disposizzjonijiet tal-Modulu 3, inkluża konformità mal-monografu(i) tal-Farmakopea Ewropea, għandhom japplikaw għall-awtorizzazzjoni ta’ prodotti erbali mediċinali. L-istat ta’ tagħrif xjentifiku fil-ħin meta l-applikazzjoni hija alloġġata għandu jitqies.
L-aspetti li ġejjin speċifiċi għal prodotti erbali mediċinali għandhom jiġu kkunsidrati.
(1) Sustanzi erbali u preparati erbali
Għall-iskopijiet ta’ dan l-Anness it-termini “sustanzi u preparati erbali” għandhom jiġu kkunsidrati ekwivalenti għat-termini “mediċinali erbali u preparati ta’ mediċinali erbali”, kif definit fil-Farmakopea Ewropea.
Fir-rgiward tan-nomenklatura tas-sutanza erbali, l-isem binomjali xjentifiku tal-pjanta (ġeneru, speċje, varjetà u awtur) u kimotip (meta applikabbli), il-partijiet tal-pjanti, id-definizzjoni tas-sustanza erbali, ismijiet oħra (sinonimi msemmija f’Farmakopej oħra) u l-kodiċi tal-laboratorju għandhom jiġu pprovduti.
Fir-rigward tan-nomenklatura tal-preparat erbali, l-isem binomjali xjentifiku tal-pjanta (ġeneru, speċje, varjetà u awtur), u kimpotip (meta applikabbli), il-partijiet tal-pjanti, id-definizzjoni tal-preparat erbali, il-proporzjon tas-sustanza erbali għall-preparat erbali, is-solvent(i) ta’ estrazzjoni, ismijiet oħra (sinonimi msemmija f’Farmakopej oħra) u l-kodiċi tal-laboratorju għandhom jiġu pprovduti.
Sabiex tiġi dokumentata it-taqsima għal sustanza(i) erbali u preparat(i) erbali meta applikabbli, il-forma fiżika, id-deskrizzjoni tal-kostitwenti b’attività terapewtika magħrufa jew markers (formola molekulari, massa relattiva molekulari, formola strutturali, inkluż stereo kimika relattiva u assoluta, il-formola molekulari, u l-massa relattiva molekulari) kif ukoll kostitwent(i) oħra għandhom jiġu pprovduti.
Sabiex tiġi dokumentata t-taqsima dwar il-fabbrikant tas-sustanza erbali, l-isem, l-indirizz, u r-responsabbiltà ta’ kull fronitur, inklużi kuntratturi u kull sit jew faċilità proposta involuta fil-produzzjoni/ġbir u testing tas-sustanza erbali għandhom jiġu pprovduti, meta approprjat.
Sabiex tiġi dokumentata t-taqsima dwar il-fabbrikant tal-preparat erbali,l-isem, l-indirizz, u r-responsabbiltà ta’ kull fabbrikant, inklużi kuntratturi, u kull sit jew faċilità proposta ta’ fabbrikazzjoni u testing tal-prerat erbali għandhom jiġu pprovduti, meta approprjat.
Frir-giward tad-deskrizzjoni tal-proċess ta’ fabbrikazzjoni u kontrolli ta’ proċess għas-sustanza erbali, għandha tiġi pprovduta informazzjoni sabiex tiddeskrivi b’mod adegwat il-produzzjoni u l-ġbir ta’ pjanti, inkluża l-fonti ġeografika tal-pjanta mediċinali u l-koltivazzjoni, il-ħsad, l-inxif u l-kondizzjonjiet tal-ħażna.
Fir-rgiward tad-deskrizzjoni tal-proċess ta’ fabbrikazzjoni u kontrolli ta’ proċess għall-preparazjoni erbali, għandha tiġi pprovduta informazzjoni sabiex tiddeskrivi b’mod adegwat il-proċess ta’ fabbrikazzjoni tal-preparazzjoni erbali, inkluża deskrizzjoni ta’ l-ipproċessar, tas-solventi u ta’ riaġenti, ta’ l-istadji ta’ purifikazzjoni u ta’ l-istandardizzazzjoni.
Fir-rigward ta’ l-iżvilupp tal-proċess ta’ fabbrikazzjoni, sommarju fil-qosor li jiddeskrivi l-iżvilupp tas-sustanza(i) erbali u tal-preparat(i) erbali meta applikabbli għandhom jiġu pprovduti, b’konsiderazzjoni tal-mezz propost ta’ għoti u utilità. Riżultati li jipparagunaw il-komposizzjoni fito kimika tas-sustanza(i) erbali u tal-preparat(i) erbali meta applikabbli wżati fis-sostenn ta’ data bibliografika u s0sustanza(i) erbali u preparat(i) erbali, meta applikabbli, kontenuti bħala sustanza(i) attiva fil-prodott mediċinali erbali li saret applikazzjoni għalih għandhom jiġu diskussi, meta approprjat.
Fir-rigward ta’ l-eluċidazzjoni ta’ l-istruttura u ta’ karatteristiċi oħra tas-sustanza erbali, informazzjoni dwar il-karatterizzazzjoni botanika, makroskopika, fito kimika, u l-attività bijoloġka jekk neċessarja, għandha tiġi pprovduta.
Fir-rigward ta’ l-eluċidazzjoni ta’ l-istruttura u karatteristiċi oħra tal-preparat erbali, informazzjoni dwar il-karatterizzazzjoni fito kimika u fiżiko kimika u l-attività bijoloġka jekk neċessarja, għandha tiġi pprovduta.
L-ispeċifikazzjonijiet għas-sustanza(i) erbali u l-preparat(i) erbali meta applikabbli għandhom jiġu pprovduti.
Il-proċeduri analitiċi wżati għall-ittestjar tas-sustanza(i) erbali u tal-preparat(i) erbali meta applikabbli għandhom jiġu pprovduti.
Fir-rigward tal-validazzjoni ta’ proċeduri analitiċi, informazzjoni analitika ta’ validazzjoni, inkluża data sperimentali għall-proċeduri analitiċi wżati għall-ittestjar tas-sustanza(i) erbali u tal-preparat(i) erbali meta applikabbli għandha tiġi pprovduta.
Fir-rigward ta’ analiżi ta’ lottijiet, deskrizzjoni ta’ lottijiet u riżultati ta’ analiżi ta’ lottijiet għas-sustanza(i) erbali u preparat(i) erbali meta applikabbli ghandhom jiġu pprovduti, inklużi dawk għal sustanzi farmakopej.
Ġustifikazzjoni għall-ispeċifikazzjonijiet tas-sustanza(i) erbali u tal-preparat(i) erbali meta applikabbli għandhom jiġu pprovduti.
Informazzjoni dwar l-istandards ta’ referenza jew materjali ta’ referenza wżati għat-testing tas-sustanza(i) erbali u tal-preparat(i) erbali meta applikabbli għandha tiġi pprovduta.
Meta s-sustanza jew il-preparat erbali huma s-suġġett ta’ monografu, l-applikant jista’ japplika għal ċertifikat ta’ adattabilità li ngħata mid-Direttorat Ewropew għall-Kwalità ta’ Mediċini.
(2) Prodotti Erbali Mediċinali
Fir-rigward tal-formolazzjoni ta’ żvilupp, sommarju fil-qosor li jiddeskrivi l-iżvilupp tal-prodott erbali mediċinali għandu jiġi pprovdut, b’konsiderazzjoni għall-mezz propost ta’ għoti u utilità. Riżultati li jipparagunaw il-komposizzjoni fito kimika tal-prodotti wżati fid-data biblijografika ta’ sostenn u l-prodott erbali mediċinali li saret applikazzjoni għalih għandhom jiġu diskussi, meta approprjat.
5. PRODOTTI ORFANI MEDIĊINALI
PARTI IV
PRODOTTI MEDIĊINALI TA’ TERAPIJA AVVANZATA
1. INTRODUZZJONI
Applikazzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni għall-prodotti mediċinali ta' terapija avvanzata, kif definita fil-punt (a) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1394/2007, għandhom isegwu r-rekwiżiti ta' format (Il-Moduli 1, 2, 3, 4 u 5) deskritti fil-Parti I ta' dan l-Anness.
Ir-rekwiżiti tekniċi għall-Moduli 3, 4 u 5 għall-prodotti mediċinali bijoloġiċi, kif deskritt fil-Parti I ta' dan l-Anness, għandhom japplikaw. Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-prodotti mediċinali ta' terapija avvanzata deskritti fit-Taqsimiet 3, 4 u 5 ta' din il-Parti jispjegaw il-mod kif japplikaw ir-rekwiżiti fil-Parti I għall-prodotti mediċinali ta' terapija avvanzata. Barra minn hekk, fejn xieraq u filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-ispeċifiċitajiet tal-prodotti mediċinali ta' terapija avvanzata, ġew stipulati rekwiżiti addizzjonali.
Minħabba n-natura speċifika tal-prodotti mediċinali ta' terapija avvanzata, tista' tiġi applikata strateġija bbażata fuq ir-riskju biex tiddetermina l-grad tad-dejta tal-kwalità, id-dejta klinika u mhux klinika li għandu jiġi inkluż fl-applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni, skont il-linji gwida xjentifiċi relatati mal-kwalità, is-sikurezza u l-effikaċità tal-prodotti mediċinali msemmija fil-punt 4 tal-“Introduzzjoni u prinċipji ġenerali”.
L-analiżi tar-riskju jistgħu jkopru l-iżvilupp sħiħ. Il-fatturi tar-riskju li jistgħu jitqiesu jinkludu: l-oriġini taċ-ċelloli (awtologi, alloġeniċi, ksenoġeniċi), il-kapaċità ta' propagazzjoni u/jew differenzjar u li jagħtu bidu għal reazzjoni ta' immunità, il-livell ta' manipulazzjoni ċellulari, l-arranġament ta' ċelloli b'mollekoli bijoattivi jew b'materjali strutturali, in-natura tal-prodotti mediċinali tal-ġenoterapija, l-estensjoni tal-kompetenza ta' replikazzjoni ta' vajrusis jew mikroorganiżmi, il-funzjonalità li tifrex fit-tul, ir-riskju ta' onkoġeniċità u l-forma ta' kif jittieħdu jew l-użu.
Dejta relevanti klinika u mhux klinika disponibbli jew esperjenza ma' prodotti mediċinali oħra ta' terapija avvanzata jistgħu wkoll jiġu kkunsidrati fl-analiżi tar-riskju.
Kwalunkwe devjazzjoni mir-rekwiżiti ta' dan l-Anness għandha tiġi xjentifikament ġustifikata fil-Modulu 2 tad-dokument tal-applikazzjoni. L-analiżi tar-riskju deskritta hawn fuq, meta applikata, għandha wkoll tiġi inkluża u deskritta fil-Modulu 2. F'dan il-każ, se jiġu diskussi l-metodoloġija segwita, in-natura tar-riskji identifikati u l-implikazzjonijiet tal-istrateġija bbażata fuq ir-riskju għall-iżvilupp u l-valutazzjoni tal-programm u kwalunkwe devjazzjoni mir-rekwiżiti tal-Anness li tirriżulta mill-analiżi tar-riskju għandha tiġi deskritta.
2. DEFINIZZJONIJIET
Għall-għanijiet ta' dan l-Anness, flimkien mad-definizzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1394/2007, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stipulati fit-taqsimiet 2,1 u 2.2.
2.1. Prodott mediċinali ta’ terapija tal-ġeni
Prodott mediċinali ta’ terapija tal-ġeni jfisser prodott mediċinali bijoloġiku li għandu l-karatteristiċi li ġejjin:
fih sustanza attiva li fiha jew tikkonsisti minn aċidu nukleiku rikombinanti użat fil-bniedem jew mogħti lilu bil-ħsieb ta' regolamentazzjoni, tiswija, sostituzzjoni, żieda jew tħassir ta' sekwenza ġenetika;
l-effett terapewtiku, profilattiku jew dijanjostiku tiegħu jirrelata direttament mas-sekwenza tal-aċidu nukleiku rikombinanti, jew għall-prodott ta' espressjoni ġenetika ta' din is-sekwenza.
Prodotti mediċinali ta’ terapija tal-ġeni ma għandhomx jinkludu tilqim kontra mard infettiv.
2.2. Prodott mediċinali ta’ terapija ta’ ċelloli somatiċi
Prodott mediċinali taċ-ċelloli somatiċi jfisser prodott mediċinali bijoloġiku li għandu l-karatteristiċi li ġejjin:
ikollu jew ikun jikkonsisti minn ċelloli jew tessuti li ġew soġġetti għal manipulazzjoni sostanzjali b'tali mod li l-karatteristiċi bijoloġiċi, il-funzjonijiet fiżjoloġiċi jew il-proprjetajiet strutturali relevanti għall-użu kliniku maħsub ikunu nbidlu, jew ta' ċelloli jew tessuti li mhumiex maħsuba biex jintużaw għall-istess funzjoni(jiet) essenzjali fil-benefiċjarju u d-donatur;
huwa ppreżentat bħala li għandu proprjetajiet għal, jew jintuża fil-bniedem jew jingħata lill-bniedem bil-ħsieb ta' trattament, prevenzjoni jew dijanjożi ta' marda permezz tal-azzjoni farmakoloġika, immunoloġika jew metabolika taċ-ċelloli jew it-tessuti tiegħu.
Għall-iskopijiet tal-punt (a), il-manipulazzjonijiet elenkati fl-Anness I għar-regolament (KE) Nru 1394/2007, b'mod partikolari, ma għandhomx jitqiesu bħala manipulazzjonijiet sostanzjali.
3. REKWIŻITI SPEĊIFIĊI LI JIRRIGWARDAW IL-MODULU 3
3.1. Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-prodotti mediċinali kollha ta' terapija avvanzata
Deskrizzjoni tas-sistema ta' traċċabilità li d-detentur tal-awtorizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni biħsiebu jistabbilixxi jew jippreserva biex jiżgura li prodott individwali u l-materjali ta' tluq u l-materja prima tiegħu, inklużi s-sustanzi kollha li jiġu f’kuntatt maċ-ċelluli jew it-tessuti li jistgħu jkunu fih, jistgħu jiġu ttraċċati mill-provenjenza, manifattura, imballaġġ, ħażna, trasport u konsenja lill-isptar, l-istituzzjoni jew il-prattika privata fejn jintuża l-prodott, għandha tingħata.
Is-sistema ta' traċċabilità għandha tkun komplementari għal, u kompatibbli ma', ir-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2004/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 30 ), dwar tessuti u ċelloli tal-bniedem u ċelloli oħra tad-demm, u d-Direttiva 2002/98/KE, fir-rigward taċ-ċelloli tad-demm tal-bniedem.
3.2. Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-prodotti mediċinali kollha ta' terapija tal-ġeni
3.2.1. L-Introduzzjoni: prodott lest, sustanza attiva u materjali ta' tluq
3.2.1.1. Prodott mediċinali ta' terapija tal-ġeni li fih sekwenza/sekwenzi ta' aċidu nukleiku rikombinanti jew mikroorganiżmu/mikroorganiżmi jew vajrus(is) ġenetikament modifikati.
Il-prodott mediċinali lest għandu jikkonsisti minn sekwenza/sekwenzi ta' aċidu nukleiku jew mikroorganiżmu/mikroorganiżmi jew vajrus(is) ġenetikament modifikati formolati fil-kontenitur immedjat finali tagħhom għall-użu mediku maħsub. Il-prodott mediċinali lest jista' jiġi kkombinat ma' tagħmir mediku jew tagħmir mediku impjantabbli attiv.
Sustanza attiva għandha tikkonsisti minn sekwenza/sekwenzi ta' aċidu nukleiku jew mikroorganiżmu/mikroorganiżmi jew vajrus(is) ġenetikament modifikati.
3.2.1.2. Prodott mediċinali ta' terapija tal-ġeni li fih ċelloli ġenetikament modifikati.
Il-prodott mediċinali lest għandu jikkonsisti minn ċelloli ġenetikament modifikati fformulati fil-kontenitur finali immedjat għall-użu mediku maħsub. Il-prodott mediċinali lest jista' jkun kombinat ma' tagħmir mediku jew ma' tagħmir mediku impjantabbli attiv.
Is-sustanza attiva għandha tikkonsisti minn ċelloli ġenetikament modifikati minn wieħed mill-prodotti deskritti fit-Taqsima 3.2.1.1 hawn fuq.
|
3.2.1.3. |
Fil-każ ta' prodotti magħmula minn vajrusis jew vectors tal-vajrusis, il-materjali ta' tluq għandhom ikunu l-komponenti li minnhom jinkisbu l-vectors tal-vajrusis, jiġifieri s-sors tal-vector primarju tal-vajrus jew il-plasmidi użati biex jitransfettaw iċ-ċelloli ta' packaging u tal-bank ċellulari primarju tad-dixxendenza ċellulari ta' packaging. |
|
3.2.1.4 |
Fil-każ ta' prodotti magħmula minn plasmidi, vectors li mhumiex tal-vajrusis u mikroorganiżmu/mikroorganiżmi ġenetikament modifikati, il-materjali ta' tluq għandhom ikunu l-komponenti użati biex jiġġeneraw iċ-ċellola produttriċi, jiġifieri l-plasmidi, il-batterja ospiti u l-bank taċ-ċellola primarja ta' ċelloli mikrobjali rikumbinanti. |
|
3.2.1.5. |
Fil-każ ta' ċelloli ġenetikament modifikati, il-materjali ta' tluq għandhom ikunu komponenti użati biex jinkisbu ċelloli ġenetikament modifikati, jiġifieri l-materjali ta' tluq għal produzzjoni tal-vector, il-vector u ċ-ċelloli umani jew dawk tal-annimali. Il-prinċipji tal-Prassi t-Tajba tal-Manifattura għandha tapplika u tibda mis-sistema tal-bank użata għall-produzzjoni tal-vector. |
3.2.2. Ir-rekwiżiti speċifiċi
Barra r-rekwiżiti stipulati fit-Taqsima 3.2.1 u 3.2.2 tal-Parti I ta' dan l-Anness, ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom japplikaw:
Għandha tingħata informazzjoni dwar il-materjali kollha ta' tluq użati għall-manifattura tas-sustanza attiva, inklużi l-prodotti meħtieġa għall-modifika ġenetika taċ-ċelloli tal-bniedem jew tal-annimali u, kif applikabbli, kultura sussegwenti u preservazzjoni taċ-ċelloli ġenetikament modifikati, filwaqt li tittieħed inkunsiderazzjoni n-nuqqas possibbli ta' stadji ta' purifikazzjoni;
Għall-prodotti li fihom mikroorganiżmu jew vajrus, għandha tingħata dejta dwar modifika ġenetika, analiżi tas-sekwenza, tnaqqis tal-virulence (il-qawwa tal-mikroorganiżmu biex jipproduċi ħsara), tropiżmu għal tessuti speċifiċi u tipi ta' ċelloli, dipendenza taċ-ċiklu taċ-ċellola tal-mikroorganiżmu jew tal-vajrus, patoġeniċità u karatteristiċi tal-varjetà parentali;
Impuritajiet relatati mal-proċess u impuritajiet relatati mal-prodott għandhom jiġu deskritti fit-taqsimiet relevanti tad-dokument, u partikolarment kontaminanti tal-vajrus kompetenti ta' replikazzjoni jekk il-vector huwa mfassal biex ikun nonkompetenti ta' replikazzjoni;
Għall-plasmidi, għandha titwettaq kwantifikazzjoni tal-forom differenti ta' plasmidi matul il-perjodu ta' validità tal-prodott;
Għal ċelloli ġenetikament modifikati, għandhom jiġu ttestjati l-karatteristiċi taċ-ċelloli qabel u wara l-modifika ġenetika, kif ukoll qabel u wara kwalunkwe proċedura sussegwenti ta' ffriżar/ħażna.
Għal ċelloli ġenetikament modifikati, flimkien mar-rekwiżiti speċifiċi għall-prodotti mediċinali tat-terapija tal-ġeni, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti għall-prodotti mediċinali tat-terapija taċ-ċelloli somatiċi u l-prodotti ta' inġinerija tat-tessuti (ara t-Taqsima 3.3).
3.3. Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-prodotti mediċinali tat-terapija taċ-ċelloli somatiċi u prodotti ta' inġinerija tat-tessuti
3.3.1. L-Introduzzjoni: prodott lest, sustanza attiva u materjali ta' tluq
Il-prodott mediċinali lest għandu jikkonsisti mis-sustanza attiva fformulata fil-kontenitur immedjat tagħha għall-użu mediku maħsub, u fil-kombinazzjoni finali tagħha għall-prodotti mediċinali ta' terapija avvanzata.
Is-sustanza attiva għandha tkun magħmula minn prodotti ta' inġinerija taċ-ċelloli u/jew tat-tessuti.
Sostanzi addizzjonali (pereżempju tirfid li jippreserva l-forma tat-tessuti, matrices, tagħmir, bijomaterjali, bijomollekoli u/jew komponenti oħra) li jiġu kkumbinati ma' ċelloli manipulati li minnhom jiffurmaw parti integrali għandhom jitqiesu bħala materjali ta' tluq, ukoll jekk mhux ta' oriġini bijoloġika.
Il-materjali użati matul il-manifattura tas-sustanza attiva (pereżempju mezzi ta' koltura, fatturi ta' tkabbir) u li mhumiex maħsuba biex jifformaw parti mis-sustanza attiva għandhom jitqiesu bħala materja prima.
3.3.2. Ir-rekwiżiti speċifiċi
Barra r-rekwiżiti stipulati fit-Taqsima 3.2.1 u 3.2.2 tal-Parti I ta' dan l-Anness, ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom japplikaw:
3.3.2.1. Il-materjali ta' tluq:
Għandha tingħata taqsira tat-tagħrif malli ssir donazzjoni, kisba u ttestjar tat-tessuti u ċ-ċelloli tal-bniedem użati bħala materjali ta' tluq u magħmula skont id-Direttiva 2004/23/KE. Jekk ċelloli jew tessuti morda (pereżempju tessut tal-kanċer) jintużaw bħala materjali ta' tluq, l-użu tagħhom għandu jkun ġustifikat;
Jekk popolazzjonijiet ta' ċelloli alleoġeniċi qed jiġu amalgamatiu, l-istrateġiji u l-miżuri ta' amalgamazzjoni biex jiżguraw traċċabilità għandhom jiġu deskritti;
Il-varjabilità potenzjali introdotta permezz tat-tessuti u ċ-ċelloli tal-bniedem jew tal-annimal għandha tiġi indirizzata bħala parti mill-validazzjoni tal-proċess tal-manifattura, karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva u l-prodott lest, l-iżvilupp ta' dożaġġ, l-iffissar ta' speċifikazzjonijiet u stabbilità;
Għall-prodotti ksenoġeniċi bbażati fuq iċ-ċelloli, għandu jingħata tagħrif dwar is-sors ta' annimali (bħalma huma l-oriġini ġeografika, it-trobbija tal-annimali, l-età), kriterji speċifiċi ta' approvazzjoni, miżuri biex jipprevjenu u jimmonitoraw infezzjonijiet fl-annimali użati bħala sors jew donaturi, l-ittestjar tal-annimali għal aġenti ta' infezzjoni, inklużi mikroorganiżmi u vajrusis trażmessi vertikalemnt, u evidenza tas-sostenibilità tal-annimali;
Għall-prodotti bbażati fuq iċ-ċelloli mnissla mill-annimali ġenetikament modifikati, il-karatteristiċi taċ-ċelloli relatati mal-modifika ġenetika għandhom jiġu deskritti. Deskrizzjoni dettaljata tal-metodu ta' ħolqien u l-karatterizzazzjoni tal-annimal transġeniku għanhom jiġu pprovduti;
Għall-modifika ġenetika taċ-ċelloli, ir-rekwiżiti tekniċi speċifikati fit-Taqsima 3.2 għandhom japplikaw;
Ir-reġim ta' ttestjar ta' kwalunkwe sustanza addizzjonali (tirfid li jippreserva l-forma tat-tessuti, matrices, bijomollekoli jew komponenti oħra), li huma kkombinati ma' prodotti ta' inġinerija taċ-ċelloli li minnhom jiffurmaw parti integrali, għandu jiġi deskritt u ġustifikat;
Għal tirfid li jippreserva l-forma tat-tessuti, matrices u tagħmir li jaqgħu taħt id-definizzjoni ta' tagħmir mediku jew tagħmir mediku impjantabbli attiv, għandu jingħata t-tagħrif meħtieġ skont it-Taqsima 3.4 għall-valutazzjoni tal-prodott mediċinali kkombinat ta' terapija avvanzata.
3.3.2.2. Il-proċess ta' manifattura:
Il-proċess ta' manifattura għandu jiġi vvalidat biex jiżgura konsistenza ta' raggruppamenti u ta' proċess, integrità funzjonali taċ-ċelloli matul il-manifattura u t-trasport sal-mument ta' applikazzjoni jew ta' teħid, u l-istat xieraq ta' differenzjar;
Jekk iċ-ċelloli jitkabbru direttament jew fuq matrix, tirfid li jippreserva l-forma tat-tessuti, jew tagħmir, għandu jingħata tagħrif dwar il-validazzjoni tal-proċess tal-koltura taċ-ċelluli fir-rigward tat-tkabbir taċ-ċellola, il-funzjoni u l-integrità tal-kombinazzjoni.
3.3.2.3. Il-karatterizzazzjoni u l-istrateġija ta' kontroll
Għandu jingħata tagħrif relevanti dwar il-karatterizzazzjoni tal-produzzjoni taċ-ċellola jew it-taħlita taċ-ċelloli mil-lat ta' identità, purità (pereżempju aġenti mikrobiċi fortuwiti u kontaminanti ċellolari), vijabilità, qawwa, karjoloġija, tumuroġeniċità u adegwatezza għall-użu mediċinali maħsub. Għandha tingħata prova tal-istabilità ġenetika taċ-ċelloli;
Tagħrif kwalitattiv u, meta possibbli, kwantitattiv dwar impuritajiet relatati mal-prodott u mal-proċess, kif ukoll dwar kwalunkwe materjal li kapaċi jintroduċu prodotti ta' degradazzjoni matul il-produzzjoni, għandu jingħata. Il-grad tad-determinazzjoni tal-impuritajiet għandu jiġi ġġustifikat;
Jekk ċerti testijiet ta' rilaxx ma jistgħux jitwettqu fuq is-sustanza attiva jew il-prodott lest, iżda biss fuq intermedji ewlenin u/jew bħala ttestjar waqt il-fabrikazzjoni, dan għandu jiġi ġġustifikat;
Fejn hemm preżenti mollekoli bijoloġikament attivi (bħalma huma fatturi tat-tkabbir, ċitokine) bħala komponenti tal-prodott ibbażat fuq iċ-ċelloli, l-impatt u l-interazzjoni tagħhom ma' komponenti oħra tas-sustanzi attivi għandhom jiġu kkaratterizzati;
Fejn struttura tridimensjonali hija parti mill-funzjoni maħsuba, l-istat ta' differenzjar, l-organizzazzjoni strutturali u funzjonali taċ-ċelloli u, fejn applikabbli, il-matrix ekstraċellolari ġġenerata għandha tkun parti mill-karatterizzazzjoni għal dawn il-prodotti bbażati fuq iċ-ċelloli. Fejn meħtieġ, investigazzjonijiet li mhumiex kliniċi għandhom jikkumplementaw il-karatterizzazzjoni fiżjokimika.
3.3.2.4. L-eċċipjenti
Għal eċċipjent(i) użat(i) fil-prodotti mediċinali bbażati fuq iċ-ċelloli jew fuq it-tessuti (pereżempju l-komponenti tal-mezz ta-trasport), ir-rekwiżiti għal eċċipjenti ġodda, kif stipulat fil-Parti I ta' dan l-Anness, għandhom japplikaw, ħlief jekk teżisti dejta dwar l-interazzjonijiet bejn iċ-ċelloli jew it-tessuti u l-eċċipjenti.
3.3.2.5. L-istudji tal-iżvilupp
Id-deskrizzjoni tal-programm tal-iżvilupp għandha tindirizza l-għażla ta' materjali u proċessi. B'mod partikolari, għandha tiġi diskussa l-integrità tal-popolazzjoni taċ-ċelluli bħal fil-formulazzjoni finali.
3.3.2.6. Il-materjali ta' referenza
Standard ta' referenza, relevanti u speċifiku għas-sustanza attiva u/jew il-prodott lest, għandu jiġi dokumentat u karatterizzat.
3.4. Ir-rekwiżiti speċifiċi għal prodotti mediċinali ta’ terapija avvanzata li jkun fihom tagħmir
3.4.1. Prodott mediċinali ta' terapija avvanzata li fih tagħmir kif imsemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1394/2007
Għandhom jingħataw deskrizzjoni tal-karatteristiċi fiżiċi u l-prestazzjoni tal-prodott u deskrizzjoni tal-metodi ta' tfassil tal-prodott.
Għandhom jiġu deskritti l-interazzjoni u l-kompatibilità bejn il-ġeni, iċ-ċelloli u/jew it-tessuti u l-komponenti strutturali.
3.4.2. Prodotti mediċinali kkombinati tat-terapija avvanzata kif definiti fl-Artikolu 2(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1394/2007
Għall-parti ċellolari jew dik tat-tessuti tal-prodott mediċinali kkombinat ta' terapija avvanzata, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti speċifiċi għall-prodotti mediċinali mediċinali ta’ terapija ta’ ċelloli somatiċi u prodotti tal-inġinerija tat-tessuti stipulati fit-Taqsima 3.3 għandhom japplikaw u, fil-każ ta' ċelloli ġenetikament modifikati, ir-rekwiżiti speċifiċi għall-prodotti mediċinali tat-terapija tal-ġeni stipulata fit-Taqsima 3.2.
It-tagħmir mediku jew it-tagħmir mediku impjantabbli attiv jista' jkun parti integrali tas-sustanza attiva. Fejn it-tagħmir mediku jew it-tagħmir mediku impjantabbli attiv jiġi kkumbinat maċ-ċelloli fil-mument tal-manifattura jew tal-applikazzjoni jew ta' meta jittieħdu l-prodotti lesti, għandhom jitqiesu bħala part iintegrali tal-prodott lest.
Għandu jingħata t-tagħrif relatat mat-tagħmir mediku jew it-tagħmir mediku impjantabbli attiv (li huwa parti integrali tas-sustanza attiva jew il-prodott lest) li huwa relevanti għall-valutazzjoni tal-prodott mediċinali kkombinat ta' terapija avvanzata. Dan it-tagħrif għandu jinkludi:
Tagħrif dwar l-għażla u l-funzjoni maħsuba tat-tagħmir mediku jew it-tagħmir mediku impjantabbli attiv u prova tal-kompatibilità tat-tagħmir ma' komponenti oħra tal-prodott;
Fejn applikabbli, evidenza tal-konformità tat-tagħmir mediku jew it-tagħmir mediku impjantabbli mar-rekwiżiti tal-BSE/TSE stipulati fid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/32/KE ( 33 );
Meta disponibbli, ir-riżultati ta' kwalunkwe valutazzjoni tal-parti tat-tagħmir mediku jew il-parti tat-tagħmir mediku attiv impjantabbli minn korp notifikat skont id-Direttiva 93/42/KEE jew id-Direttiva 90/385/KEE.
Il-korp notifikat li wettaq il-valutazzjoni msemmija fil-punt (d) ta' din it-taqsima għandu fuq talba tal-awtorità kompetenti li tivvaluta l-applikazzjoni, jagħmel kwalunkwe tagħrif relatat mar-riżultati tal-valutazzjoni disponibbli skont id-Direttiva 93/42/KEE jew id-Direttiva 90/385/KEE. Dan jista' jinkludi tagħrif u dokumenti li jinsabu fl-applikazzjoni tal-valutazzjoni tal-konformità kkonċernata, fejn meħtieġ għall-valutazzjoni tal-prodott mediċinali kkombinat ta' terapija avanzata bħala entità sħiħa.
4. IR-REKWIŻITI SPEĊIFIĊI LI JIRRIGWARDAW IL-MODULU 4
4.1. Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-prodotti mediċinali kollha ta' terapija avvanzata
Ir-rekwiżiti tal-Parti I, il-Modulu 4 ta' dan l-Anness dwar ittestjar farmakoloġiku u tossikoloġiku ta' prodotti mediċinali jista' ma jkunx dejjem xieraq minħabba l-proprjetajiet strutturali u bijoloġiċi uniċi u diversi ta' prodotti mediċinali ta' terapija avvanzata. Ir-rekwiżi tekniċi fi-Taqsimiet 4.1, 4.2 u 4.3 hawn taħt jispjegaw kif ir-rekwiżiti fil-Parti I ta' dan l-Anness japplikaw għall-prodotti mediċinali ta' terapija avvanzata. Fejn xieraq u filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-ispeċifiċitajiet tal-prodotti mediċinali ta' terapija avvanzata, ġew stipulati rekwiżiti addizzjonali.
Il-prinċipju fundamentali għall-iżvilupp mhux kliniku u l-kriterji użati għall-għażla tal-ispeċi u l-mudelli rilevanti (in vitro u in vivo) għandhom jiġu diskussi u ġustifikati fid-deskrizzjoni qasira mhux klinka. Il-mudell(i) magħżul/a tal-annimali jista'/jistgħu jinkludi/jinkludu annimali immunodefiċenti, knockout, umanizzati jew transġeniċi. L-użu ta' mudelli omologi (pereżempju ċelloli tal-ġrieden analizzati fil-ġrieden) jew mudelli li jimitaw il-marda għandhom jitqiesu, speċjalment għal studji ta' immunoġeniċità u immunotossiċità.
Flimkien mar-rekwiżiti tal-Parti I, għandhom jingħataw is-sikurezza, l-adegwatezza u l-bijokompatibilità tal-komponenti strutturali kollha (bħalma huma matrices, tirfid li jippreserva l-forma tat-tessuti u tagħmir) u kwalunkwe sustanza addizzjonali (bħalma huma prodotti ċellolari, bijomollekoli, u sustanzi kimiċi), li jinsabu fil-prodott lest. Il-proprjetajiet fiżiċi, mekkaniċi, kimiċi u bijoloġiċi għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni.
4.2. Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-prodotti mediċinali kollha ta' terapija tal-ġeni
Biex jiġu determinati l-firxa u t-tip tal-istudji mhux kliniċi biex jiddeterminaw il-livell xieraq tad-dejta tas-sikurezza mhux klinika, għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni t-tfassil u t-tip tal-prodott mediċinali tat-terapija tal-ġeni.
4.2.1. Il-farmakoloġija
Studji in vitro u in vivo relatati mal-użu terapewtiku propost (jiġifieri studji farmakodinamiċi ta' prova tal-validità tal-kunċett jew “proof of concept”) għandhom jingħataw bl-użu ta' mudelli u speċi relevanti tal-annimali mfassla biex juru li s-sekwenza tal-aċidu nukleiku tilħaq il-mira maħsuba tagħha (l-organu jew iċ-ċelloli mmirati) u tipprovdi l-funzjoni maħsuba tagħha (livell ta' espressjoni u attività funzjonali). Iż-żmien li se jieħdu l-funzjoni tas-sekwenza tal-aċidu nukleiku u r-reġim propost ta' dożaġġ fl-istudji kliniċi għandhom jingħataw;
Is-selettività tal-mira: Meta l-prodott mediċinali tat-terapija tal-ġeni jkun maħsub li jkollu funzjonalità selettiva jew ristretta għall-mira, għandhom jingħataw studji li jikkonfermaw l-ispeċifiċità u t-tul ta' żmien ta' funzjonalità u l-attività fiċ-ċelloli u t-tessuti mmirati;
4.2.2. Il-farmakokinetika
Studji ta' bijodistribuzzjoni għandhom jinkludu investigazzjonijiet dwar persistenza, rimi u mobilizzazzjoni. L-istudji ta' bijodistribuzzjoni addizzjonalment għandhom jindirizzaw ir-riskju ta' trażmissjoni tal-linja ġerminali;
L-investigazzjonijiet ta' ekskretazzjoni tal-aġent infettiv u r-riskju ta' trażmissjoni lill-partijiet terzi għandhom jingħataw flimkien mal-valutazzjoni tar-riskju, ħlief jekk ġustifikati kif suppost mod ieħor fl-applikazzjoni abbażi tat-tip ta' prodott ikkonċernat.
4.2.3. It-Tossikoloġija
It-tossiċità tal-prodott mediċinali lest tat-terapija tal-ġeni għandha tiġi vvalutata. Barra dan, skont it-tip tal-prodott, se jittieħdu inkunsiderazzjoni l-ittestjar individwali tas-sustanza attiva u l-eċċipjenti, għandu jiġi vvalutat l-effett in vivo ta' prodotti relatati ma' sekwenza espressa ta' aċidu nukleiku mhux maħsuba għall-funzjoni fiżjoloġika;
Studji fuq it-tossiċità ta' doża unika jistgħu jiġu kkombinati ma' studji ta' farmakoloġija u farmakokinetika, pereżempju biex tiġi investigata l-persistenza;
Studji fuq it-tossiċità ta' doża ripetuta għandhom jingħataw meta hemm maħsub dożaġġ multiplu ta' soġġetti umani. Il-forma u s-sistema ta' kif tittieħed għandha tirrifletti mill-qrib id-dożaġġ kliniku ppjanat. Għal dawk il-każijiet fejn dożaġġ uniku jista' jirriżulta f'funzjonalità pprologata tas-sekwenza tal-aċidu nukleiku fil-bniedem, għandhom jitqiesu studji ta' tossiċità ripetuta. L-istudji jistgħu jdumu aktar minn studji ta' tossiċità standard skont il-persistenza tal-prodott mediċinali ta' terapija tal-ġeni u r-riskji potenzjali antiċipati. Għandha tingħata ġustifikazzjoni għat-tul ta' żmien;
Għandha tiġi studjata l-ġenotossiċità. Minkejja dan, studji standard ta' tossiċità għandhom jitwettqu biss meta jkunu meħtieġa għall-ittestjar ta' impurità speċifika jew komponent ta' sistema ta' trażmissjoni;
Għandha tiġi studjata l-karċinoġenità. Ma għandhomx ikunu obbligati studji standard li jissuktaw matul il-ħajja, ta' karċinoġeniċità fir-rodituri. Minkejja dan, skont it-tip ta' prodott, il-potenzjal tumuroġeniku għandu jiġi vvalutat fil-mudelli relevanti in vivo/in vitro;
Tossiċità riproduttiva u tal-iżvilupp: Għandhom jingħataw studji dwar l-effetti fuq il-fertilità u l-funzjoni riproduttiva ġenerali. Studji embrijofetali u perinatali tat-tossiċità u studji ta' trażmissjoni tal-linja ġerminali għandhom jingħataw, ħlief jekk ġustifikati kif suppost mod ieħor fl-applikazzjoni abbażi tat-tip ta' prodott ikkonċernat;
L-istudji addizzjonali tat-tossiċità
4.3. Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-prodotti mediċinali tat-terapija taċ-ċelloli somatiċi u prodotti ta' inġinerija tat-tessuti
4.3.1. Il-farmakoloġija
L-istudji farmakoloġiċi primarji għandhom ikunu adattati biex juru l-proof of concept. Għandha tiġi studjata l-interazzjoni tal-prodotti bbażati fuq iċ-ċelloli mat-tessut li jdawwarhom;
L-ammont ta' prodott meħtieġ biex jinkiseb l-effett mixtieq/id-doża effettiva, u skont it-tip ta' prodott, il-frekwenza tad-dożaġġ għandhom jiġu determinati;
Studji farmakoloġiċi sekondarji għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni biex jivvalutaw l-effetti fiżjoloġiċi potenzjali li mhumiex relatati mal-effett terapewtiku mixtieq tal-prodott mediċinali tat-terapija taċ-ċelloli somatiċi, tal-prodott tal-inġinerija tat-tessuti jew ta' sustanzi addizzjonali, minħabba li mollekoli bijoloġikament attivi minbarra l-proteina/proteini ta' interess tista'/jistgħu tnixxi/jnixxu jew il-proteina/proteini ta' interess jista' jkollha/jkollhom lok immirat mhux mixtieq.
4.3.2. Il-farmakokinetika
Studji konvenzjonali tal-farmakokinetika għall-investigazzjoni tal-assorbiment, id-distribuzzjoni u metaboliżmu u l-ekskretazzjoni ma għandhomx ikunu obbligati. Minkejja dan, skont it-tip ta' prodott, il-parametri bħalma huma l-vijabilità, it-tul tal-ħajja, id-distribuzzjoni, it-tkabbir, id-differenzjar u l-migrazzjoni għandhom jiġu investigati, ħlief jekk ġustifikati kif suppost mod ieħor fl-applikazzjoni abbażi tat-tip ta' prodott ikkonċernat;
Għall-prodotti mediċinali tat-terapija taċ-ċelloli somatiċi u prodotti ta' inġinerija tat-tessuti, li jipproduċu bijomollekoli attivi sistematikament, id-distribuzzjoni, it-tul ta' żmien u l-ammont ta' espressjoni ta' dawn il-mollekoli, għandhom jiġu studjati.
4.3.3. It-Tossikoloġija
It-tossiċità tal-prodott lest għandha tiġi vvalutata. Għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-ittestjar individwali tas-sustanza/sustanzi attiva/attivi, l-eċċipjenti, is-sustanzi addizzjonali, u kwalunkwe impurità relatata mal-proċess;
It-tul ta' żmien tal-osservazzjonijiet jista' jkun itwal milli fi studji standard ta' tossiċità u t-tul ta' ħajja antiċipata tal-prodott mediċinali, flimkien mal-profil farmakodinamiku u farmakokineyiku tiegħu, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni. Għandha tingħata ġustifikazzjoni tat-tul ta' żmien;
Studji konvenzjonali ta' karċinoġeniċità u ġenotossiċità ma għandhomx ikunu obbligati, ħlief fir-rigward tal-potenzjal tumuroġeniku tal-prodott;
Għandhom jiġu studjati effetti immunoġeniċi u immunotossiċi potenzjali;
Fil-każ ta' prodotti bbażati fuq iċ-ċelloli li fihom ċelloli tal-annimali, it-tħassib speċifiku assoċjat bħalma huma trażmissjoni lill-bniedem ta' patoġeni ksenoġenetiċi għandu jiġi indirizzat.
5. IR-REKWIŻITI SPEĊIFIĊI LI JIRRIGWARDAW IL-MODULU 5
5.1. Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-prodotti mediċinali kollha ta' terapija avvanzata
|
5.1.1. |
Ir-rekwiżiti speċifiċi f'din it-taqsima tal-Parti IV huma rekwiżiti addizzjonali għal dawk stipulati fil-Modulu 5 fil-Parti I ta' dan l-Anness. |
|
5.1.2. |
Fejn l-applikazzjoni klinika tal-prodotti mediċinali ta' terapija avvanzata tirrikjedi terapija speċifika konkomitanti u tinvolvi proċeduri kirurġiċi, il-proċedura terapewtika bħala entità sħiħa għandha tiġi investigata u deskritta. Tagħrif dwar l-istandardizzazzjoni u l-ottimizzazzjoni ta' dawk il-proċeduri matul l-iżvilupp kliniku għandu jingħata. Fejn tagħmir mediku użat matul il-proċeduri kirurġiċi għal applikazzjoni, impjant jew teħid ta' tal-prodott mediċinali ta' terapija avvanzata jista' jkollu impatt fuq l-effikaċità jew is-sikurezza tal-prodott ta' terapija avvanzata, għandu jingħata tagħrif dwar dawn il-prodotti. Għarfien espert speċifiku mitlub biex jitwettqu attivitajiet ta' applikazzjoni, impjant, teħid jew ta' segwitu għandu jiġi definit. Fejn meħtieġ, il-pjan ta' taħriġ ta' professjonisti tal-kura tas-saħħa dwar il-proċeduri ta' użu, applikazzjoni, impjant jew teħid ta' dawn il-prodotti għandu jingħata. |
|
5.1.3. |
Fid-dawl li, minħabba n-natura tal-prodotti mediċinali ta' terapija avvanzata, il-proċess tagħhom ta' manifattura jista' jinbidel matul l-iżvilupp kliniku, jistgħu jiintalbu studji addizzjonali biex juru l-komparabilità. |
|
5.1.4. |
Matul l-iżvilupp kliniku, għandhom jiġu indirizzati r-riskji li jirriżultaw minn aġenti infettivi potenzjali jew l-użu tal-materjal imnissel minn sorsi tal-annimali u l-miżuri meħuda biex inaqqsu dan it-tip ta' riskju. |
|
5.1.5. |
L-għażla tad-doża u s-sistema tal-użu għandhom jiġu definiti mill-istudji ta' sejbien tad-doża. |
|
5.1.6. |
L-effikaċità tal-indikazzjonijiet proposti għandha tiġi appoġġjata minn riżultati rilevanti minn studji kliniċi li jużaw punti ta' limitu klinikament sinifikanti għall-użu maħsub. F'ċerti kundizzjonijiet kliniċi, tista' tintalab evidenza tal-effikaċità li tifrex fit-tul. L-istrateġija għall-valutazzjoni tal-effikaċità li tifrex fit-tul għandha tingħata. |
|
5.1.7. |
Strateġija għas-segwitu li jifrex fit-tul tas-sikurezza u l-effikaċità għandha tiġi inkluża fil-Pjan ta' Ġestjoni tar-Riskju. |
|
5.1.8. |
Għall-prodotti mediċinali kombinati ta' terapija avvanzata, l-istudji ta' sikurezza u effikaċità għandhom jitfasslu għal u jitwettqu fuq il-prodott ikkumbinat bħala entità sħiħa. |
5.2. Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-prodotti mediċinali kollha ta' terapija tal-ġeni
5.2.1. Studji farmakokinetiċi fil-bniedem
Studji farmakokinetiċi fil-bniedem għandhom jinkludu dawn l-aspetti:
studji ta' ekskretazzjoni biex jindirizzaw l-ekskretazzjoni tal-prodotti mediċinali ta' terapija tal-ġeni;
studji ta' bijodistribuzzjoni;
studji farmakokinetiċi tal-prodott mediċinali u l-gruppi ta' atomi li jagħmlu parti distinta minn mollekola li jesprimu l-ġeni (pereżempju proteini espressi jew firem ġenomiċi).
5.2.2. Studji farmakokinetiċi fil-bniedem
Studji farmakokinetiċi fil-bniedem għandhom jindirizzaw l-espressjoni u l-funzjoni tas-sekwenza tal-aċidu nukleiku wara t-teħid tal-prodott mediċinali ta' terapija tal-ġeni.
5.2.3. L-istudji tas-sikurezza
L-istudji ta' sikurezza għandhom jindirizzaw l-aspetti li ġejjin:
id-dehra ta' vector kompetenti ta' replikazzjoni;
id-dehra ta' varjetajiet ġodda;
rikombinazzjoni tas-sekwenzi ġenomiċi attwali;
proliferazzjoni neoplastika minħabba mutaġeniċità ta' inserzjoni.
5.3. Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-prodotti mediċinali ta' terapija taċ-ċelloli somatiċi
5.3.1. Prodotti mediċinali tat-terapija taċ-ċelloli somatiċi fejn il-forma ta' azzjoni hija bbażata fuq il-produzzjoni ta' bijomollekola/bijomollekoli attiva/attivi definita/definiti
Għall-prodotti mediċinali ta' terapija taċ-ċelloli somatiċi fejn il-forma ta' azzjoni hija bbażata fuq il-produzzjoni ta' bijomollekola/bijomollekoli attiva/attivi definita/definiti, il-profil farmakokinetiku (partikolarment id-distribuzzjoni, it-tul ta' żmien u l-ammont ta' espressjoni) ta' dawn il-mollekoli għandu jiġi indirizzat, jekk vijabbli.
5.3.2. Il-bijodistribuzzjoni, il-persistenza, u t-tilqim li jifrex fit-tul tal-komponenti tal-prodott mediċinali ta' terapija taċ-ċelloli somatiċi
Il-bijodistribuzzjoni, il-persistenza, u t-tilqim li jifrex fit-tul tal-komponenti tal-prodott mediċinali ta' terapija taċ-ċelloli somatiċi għandhom jiġu indirizzati matul l-iżvilupp kliniku.
5.3.3. L-istudji tas-sikurezza
L-istudji ta' sikurezza għandhom jindirizzaw l-aspetti li ġejjin:
distribuzzjoni u tilqim wara t-teħid;
tilqim ektopiku;
trasformazzjoni onkoġenika u l-fedeltà tal-għeruq taċ-ċelloli jew it-tessut.
5.4. Ir-rekwżiti speċifiċi għall-prodotti ta' inġinerija tat-tessuti
5.4.1. L-istudji farmakokinetiċi
Fejn studji farmakokinetiċi konvenzjonali mhumiex rilevanti għal prodotti tal-inġinerija tat-tessuti, il-bijodistribuzzjoni, il-persistenza u d-degradazzjoni tal-komponenti tal-prodott tal-inġinerija tat-tessuti għandhom jiġu indirizzati matul l-iżvilupp kliniku.
5.4.2. L-istudji farmakodinamiċi
Studji farmakodinamiċi għandhom jitfasslu u adattati għal speċifiċitajiet ta' prodotti tal-inġinerija tat-tessuti. Għandhom jingħataw l-evidenza għall-“proof of concept” u l-kinetika tal-prodott biex tinkiseb ir-riġenerazzjoni, it-tiswija jew is-sostituzzjoni maħsuba. Għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni indikaturi farmakodinamiċi xierqa, relatati mal-funzjoni(jiet) u l-istruttura maħsuba.
5.4.3. L-istudji tas-sikurezza
Għandha tapplika t-Taqsima 5.3.3.
ANNESS II
PARTI A
Direttivi mħassra, bl-emendi suċċessivi tagħhom (imsemmija fl-Artikolu 128)
Direttiva tal-Kunsill 65/65/KEE (ĠU 22, 9.2.1965, p. 369/65)
Direttiva tal-Kunsill 75/318/KEE (ĠU L 147, 9.6.1975, p. 1)
Direttiva tal-Kunsill 75/319/KEE
Direttiva tal-Kunsill 89/342/KEE (ĠU L 142, 25.5.1989, p. 14)
Direttiva tal-Kunsill 89/343/KEE (ĠU L 142, 25.5.1989, p. 16)
Direttiva tal-Kunsill 89/381/KEE (ĠU L 181, 28.6.1989, p. 44)
Direttiva tal-Kunsill 92/25/KEE (ĠU L 113, 30.4.1992, p. 1)
Direttiva tal-Kunsill 92/26/KEE (ĠU L 113, 30.4.1992, p. 5)
Direttiva tal-Kunsill 92/27/KEE
Direttiva tal-Kunsill 92/28/KEE (ĠU L 113, 30.4.1992, p. 13)
Direttiva tal-Kunsill 92/73/KEE (ĠU L 297, 13.10.1992, p. 8)
PARTI B
Limiti ta' żmien sa meta għandha ssir transposizzjoni fil-liġi nazzjonali (riferita f'Artikolu 128)
|
Direttiva |
Limitu ta' żmien għat-transposizzjoni |
|
Direttiva 65/65/KEE |
31 ta' Diċembru 1966 |
|
Direttiva 66/454/KEE |
- |
|
Direttiva 75/318/KEE |
21 ta' Novembru 1976 |
|
Direttiva 75/319/KEE |
21 ta' Novembru 1976 |
|
Direttiva 78/420/KEE |
- |
|
Direttiva 83/570/KEE |
31 ta' Ottubru 1985 |
|
Direttiva 87/19/KEE |
1 ta' Lulju 1987 |
|
Direttiva 87/21/KEE |
1 ta' Lulju 19871 ta' Jannar 1992 (1) |
|
Direttiva 89/341/KEE |
1 ta' Jannar 1992 |
|
Direttiva 89/342/KEE |
1 ta' Jannar 1992 |
|
Direttiva 89/343/KEE |
1 ta' Jannar 1992 |
|
Direttiva 89/381/KEE |
1 ta' Jannar 1992 |
|
Direttiva 91/507/KEE |
1 ta' Jannar 1992 (2) 1 ta' Jannar 1995 (3) |
|
Direttiva 92/25/KEE |
1 ta' Jannar 1993 |
|
Direttiva 92/26/KEE |
1 ta' Jannar 1993 |
|
Direttiva 92/27/KEE |
1 ta' Jannar 1993 |
|
Direttiva 92/28/KEE |
1 ta' Jannar 1993 |
|
Direttiva 92/73/KEE |
31 ta' Diċembru 1993 |
|
Direttiva 93/39/KEE |
1 ta' Jannar 1995 (4) 1 ta' Jannar 1998 (5) |
|
Direttiva 1999/82/KE |
1 ta' Jannar 2000 |
|
Direttiva 1999/83/KE |
1 ta' Marzu 2000 |
|
Direttiva 2000/38/KE |
5 ta' Diċembru 2001 |
|
(1)
Limitu taż-żmien għat-traspożizzjoni applikabbli għall-Greċja, Spanja u l-Portugall
(2)
Ħlief Taqsima A, punt 3.3, f' Parti II tal-Anness
(3)
Limitu taż-żmien għat-traspożizzjoni applikabbli għal Taqsima A, punt 3.3, f' Parti II tal-Anness
(4)
Ħlief għal Artikolu 1(6)
(5)
Limitu taż-żmien għat-traspożizzjoni applikabbli għall-Artikolu 1(7) |
|
ANNESS III
TABELLA KORRELATTIVA
|
Din id-Dir |
65/65/KEE |
75/318/KEE |
75/319/KEE |
89/342/KEE |
89/343/KEE |
89/381/KEE |
92/25/KEE |
92/26/KEE |
92/27/KEE |
92/28/KEE |
92/73/KEE |
|
Art 1(1) sa (3) |
Art 1(1) sa (3) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 1 (4) |
|
|
Anness |
Art 1(1) u (2) |
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 1 (5) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 1 |
|
Art 1(6) sa (9) |
|
|
|
|
Art 1(2) |
|
|
|
|
|
|
|
Art 1(10) |
|
|
|
|
|
Art 1(1) |
|
|
|
|
|
|
Art 1 (11) sa (16) |
|
|
Art 29b, l-1 paragrafu |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 1(17) u (18) |
|
|
|
|
|
|
Art 1 (2) |
|
|
|
|
|
Art 1 (19) |
|
|
|
|
|
|
|
Art 1 (2), it-2 sentenza |
|
|
|
|
Art 1 (20) sa (26) |
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 1 (2) |
|
|
|
Art 1 (27) |
|
|
Art 8 (1) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 1 (28) |
|
|
Art 10 (1) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 2 |
Art 2 (1) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 3 (1) u (2) |
Art 1 (4) u (5) Art 2(3) l-l inċiż |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 3 (3) u (4) |
Art 2 (3) it-2 u 3 inċiż |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 3 (5) |
|
|
|
|
Art 1(1) |
|
|
|
|
|
|
|
Art 3 (6) |
|
|
|
|
|
Art 1 (2) |
|
|
|
|
|
|
Art 4 (1) |
|
|
|
|
Art 1(3) |
|
|
|
|
|
|
|
Art 4 (2) |
|
|
|
|
|
Art 1(3) |
|
|
|
|
|
|
Art 4 (3) |
Art 3, it-2 paragrafu |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 4(4) |
Art 6 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 5 |
Art 2(4) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 6 (1) |
Art 3(1) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 6(2) |
|
|
|
|
Art 2, l-1 sentenza |
|
|
|
|
|
|
|
Art 7 |
|
|
|
|
Art 2, it-2 sentenza |
|
|
|
|
|
|
|
Art 8(1) u (2) |
Art 4(1) u (2) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 8 (3)(a) sa (e) |
Art 4, it-3 para. Punt 1 sa 5 |
Art 1, l-1 paragrafu |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 8 (3) (f) sa (i) |
Art 4, it-3 para. Punt 6 sa 8.1 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 8 (3)(j) sa (l) |
Art 4, it-3 para. Punt 9 sa 11 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 9 |
|
|
|
|
Art 3 |
|
|
|
|
|
|
|
Art 10 (1) |
Art 4, it-3 para. Punt 8.2 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 10 (2) |
|
Art 1, it-2 paragrafu |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 11, punt 1 sa 5.3 |
Art 4a, punt 1 sa 5.3 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 11, punt 5.4 |
Art 4a, punt 5.4 |
|
|
Art 3 |
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 11, punt 5.5 sa 6.4 |
Art 4a, punt 5.5 sa 6.4 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 11, punt 6.5 |
Art 4a, punt 6.6 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 11, punt 7 |
Art 4a, punt 6.5 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 11, punt 8 sa 9 |
|
|
|
|
Art 4 |
|
|
|
|
|
|
|
Art 12 (1) |
|
|
Art 1 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 12 (2) u (3) |
|
|
Art 2 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 13 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 6 (1) u (2) |
|
Art 14 (1) u (2) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 7 (1) u (4) |
|
Art 14 (3) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 4, it-2 paragrafu |
|
Art 15 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 8 |
|
Art 16 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 9 |
|
Art 17 |
Art 7 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 18 |
Art 7a |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 19 |
|
|
Art 4 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 20 |
|
|
Art 5 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 21 |
Art 4b |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 22 |
Art 10 (2) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 23 |
Art 9a |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 24 |
Art 10 (1) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 25 |
Art 9 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 26 |
Art 5 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 27 |
|
|
Art 8 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 28(1) |
|
|
Art 9(3) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 28(2) |
|
|
Art 9 (1) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 28 (3) |
|
|
Art 9(2) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 28 (4) |
|
|
Art 9(4) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 29 |
|
|
Art 10 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 30 |
|
|
Art 11 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 31 |
|
|
Art 12 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 32 |
|
|
Art 13 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 33 |
|
|
Art 14(1) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 34 |
|
|
Art 14 (2) sa (4) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 35 |
|
|
Art 15 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 36 |
|
|
Art 15a |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 37 |
|
|
Art 15b |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 38 |
|
|
Art 15c |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 39 |
|
|
Art 14(5) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 40 |
|
|
Art 16 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 41 |
|
|
Art 17 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 42 |
|
|
Art 18 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 43 |
|
|
Art 20 (1) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 44 |
|
|
Art 20 (2) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 45 |
|
|
Art 20 (3) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 46 |
|
|
Art 19 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 47 |
|
|
Art 19a |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 48 |
|
|
Art 21 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 49 |
|
|
Art 23 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 50 |
|
|
Art 24 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 51 (1) u (2) |
|
|
Art 22 (1) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 51(3) |
|
|
Art 22(2) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 52 |
|
|
Art 25 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 53 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 3 |
|
Art 54 |
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 2 (1) |
|
|
|
Art 55 |
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 3 |
|
|
|
Art 56 |
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 4 (1) |
|
|
|
Art 57 |
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 5 (2) |
|
|
|
Art 58 |
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 6 |
|
|
|
Art 59 |
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 7 (1) u (2) |
|
|
|
Art 60 |
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 5(1) u (9) |
|
|
|
Art 61 |
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 10(1) sa (4) |
|
|
|
Art 62 |
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 2(2) u Art 7(3) |
|
|
|
Art 63 (1) |
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 4 (2) |
|
|
|
Art 63 (2) |
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 8 |
|
|
|
Art 63 (3) |
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 10(5) |
|
|
|
Art 64 |
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 11 (1) |
|
|
|
Art 65 |
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 12 |
|
|
|
Art 66 |
|
|
|
|
Art 5 |
|
|
|
|
|
|
|
Art 67 |
|
|
|
|
Art 6(1) |
|
|
|
|
|
|
|
Art 68 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 2 (2) |
|
Art 69 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 7(2) u (3) |
|
Art 70 |
|
|
|
|
|
|
|
Art 2 |
|
|
|
|
Art 71 |
|
|
|
|
|
|
|
Art 3 |
|
|
|
|
Art 72 |
|
|
|
|
|
|
|
Art 4 |
|
|
|
|
Art 73 |
|
|
|
|
|
|
|
Art 5(1) |
|
|
|
|
Art 74 |
|
|
|
|
|
|
|
Art 5 (2) |
|
|
|
|
Art 75 |
|
|
|
|
|
|
|
Art 6(2) |
|
|
|
|
Art 76 |
|
|
|
|
|
|
Art 2 |
|
|
|
|
|
Art 77 |
|
|
|
|
|
|
Art 3 |
|
|
|
|
|
Art 78 |
|
|
|
|
|
|
Art 4 (1) |
|
|
|
|
|
Art 79 |
|
|
|
|
|
|
Art 5 |
|
|
|
|
|
Art 80 |
|
|
|
|
|
|
Art 6 |
|
|
|
|
|
Art 81 |
|
|
|
|
|
|
Art 7 |
|
|
|
|
|
Art 82 |
|
|
|
|
|
|
Art 8 |
|
|
|
|
|
Art 83 |
|
|
|
|
|
|
Art 9 |
|
|
|
|
|
Art 84 |
|
|
|
|
|
|
Art 10 |
|
|
|
|
|
Art 85 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 9 |
|
Art 86 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 1 (3) u (4) |
|
|
Art 87 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 2 |
|
|
Art 88 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 3 (1) sa (6) |
|
|
Art 89 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 4 |
|
|
Art 90 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 5 |
|
|
Art 91 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 6 |
|
|
Art 92 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 7 |
|
|
Art 93 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 8 |
|
|
Art 94 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 9 |
|
|
Art 95 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 10 |
|
|
Art 96 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 11 |
|
|
Art 97 (1) sa (4) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 12 (1) u (2) |
|
|
Art 97 (5) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 12 (4) |
|
|
Art 98 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 13 |
|
|
Art 99 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 14 |
|
|
Art 100 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 6 (3) |
|
Art 101 |
|
|
Art 29e |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 102 |
|
|
Art 29a |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 103 |
|
|
Art 29c |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 104 |
|
|
Art 29d |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 105 |
|
|
Art 29f |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 106 (1) |
|
|
Art 29g |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 106 (2) |
|
|
Art 29b, it-2 paragrafu |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 107 |
|
|
Art 29h |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 108 |
|
|
Art 29i |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 109 |
|
|
|
|
|
Art 3 (1) sa (3) |
|
|
|
|
|
|
Art 110 |
|
|
|
|
|
Art 3 (4) |
|
|
|
|
|
|
Art 111 (1) |
|
|
Art 26, l-1 u t-2 paragrafi |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 111 (2) |
|
|
|
Art 4 (1) |
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 111 (3) |
|
|
Art 26, it3 paragrafu |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 112 |
Art 8 |
|
Art 27 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 113 |
|
|
|
Art 4 (2) |
|
Art 4 (2) |
|
|
|
|
|
|
Art 114 (1) |
|
|
|
Art 4 (3) |
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 114 (2) |
|
|
|
|
|
Art 4 (3) |
|
|
|
|
|
|
Art 115 |
|
|
|
|
|
Art 4 (1) |
|
|
|
|
|
|
Art 116 |
Art 11 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 117 |
|
|
Art 28 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 118 |
|
|
Art 29 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 119 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 4 (1) |
|
Art 120 |
|
Art 2a, l-1 paragrafu |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 121 |
|
Art 2b |
Art 37a |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 122 |
|
|
Art 30 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 123 |
|
|
Art 33 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 124 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 5 |
|
Art 125 |
Art 12 |
|
Art 31 |
|
|
|
Art 4 (2) |
|
Art 11(2) |
Art 12(3) |
|
|
Art 126, l-1 paragrafu |
Art 21 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 126, it-2 paragrafu |
|
|
Art 32 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 127 |
|
|
Art 28a |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Art 128 |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
|
Art 129 |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
|
Art 130 |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
|
Anness I |
|
Anness |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Anness II |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
|
Anness III |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
( 1 ) ĠU L 324, 10.12.2007, p. 121.
( 2 ) ĠU L 136, tat-30.4.2004, p. 1.
( 3 ) ĠU L 121, ta' l-1.5.2001, p. 34.
( 4 ) ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1901/2006 (ĠU L 378, 27.12.2006, p. 1).
( 5 ) ĠU L 207, tat-30.07.1986, p. 1.
( 6 ) ĠU L 210, 07.08.85, p. 29. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 1999/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 141, 04.06.99, p. 20).
( 7 ) ĠU L 378, 27.12.2006, p. 1. ◄
( 8 ) ĠU L 18, tat-22.1.2000, p. 1.
( 9 ) ĠU L 262, 14.10.2003, p. 22.
( 10 ) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1234/2008 tal-24 ta’ Novembru 2008 li jikkonċerna l-eżami ta’ varjazzjonijiet fit-termini tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u tal-prodotti mediċinali veterinarji (ĠU L 334, 12.12.2008, p. 7).
( 11 ) ĠU L 147, tad-9.6.1975, p. 23.
( 12 ) ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.
( 13 ) ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1.
( 14 ) ĠU L 33, tat-8.2.2003, pġ. 30.
( 15 ) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
( 16 ) Konferenza Internazzjonali dwar l-Armonizzazzjoni ta’ Ħtiġiet Tekniċi għal reġistrazzjoni ta’ Farmaċewtiċi għal Użu mill-Bniedem.
( 17 ) ĠU L 193, tas-17.7.1991, p. 30.
( 18 ) ĠU L 121, ta’ l-1.5.2001, p. 34.
( 19 ) ĠU L 15, tas-17.1.1987, p. 29.
( 20 ) ĠU L 145, tal-11.6.1988, p. 35.
( 21 ) Ara p. 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċċjali.
( 22 ) Ara p. 24 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċċjali.
( 23 ) ĠU L 106, tas-17.4.2001, p. 1.
( 24 ) Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 5 ta' April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1).
( 25 ) ĠU L 11, ta’ l-14.1.1978, p. 18.
( 26 ) ĠU L 237, ta’ l-10.9.1994, p. 13.
( 27 ) ĠU L 313, tat-13.12.2000, p. 22.
( 28 ) ĠU L 55, tal-11.3.1995, p. 15.
( 29 ) ĠU L 214, ta’ l-24.8.1993, p. 1.
( 30 ) ĠU L 102, 7.4.2004, p. 48.
( 31 ) ĠU L 169, 12.7.1993, p. 1.
( 32 ) ĠU L 189, 20.7.1990, p. 17.
( 33 ) ĠU L 105, 26.4.2003, p. 18.