|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/1571 |
6.3.2025 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 401/2013 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma
(C/2025/1571)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni ta' Min Aung Hlaing (Nru 15), Myint Swe (Nru 16), Sein Win (Nru 18), Thein Soe magħruf ukoll bħala U Thein Soe (Nru 19), Mya Tun Oo (Nru 20), Moe Myint Tun (Nru 24), Than Hlaing (Nru 25), Sai Long Hseng (Nru 32), Tin Aung San (Nru. 40), Ni Lin Aung (Nru. 64), Kan Zaw (Nru. 66), Phone Myat (Nru. 75), Thet Pon (Nru. 77), Htein Win (Nru. 78), Nyunt Win Swe (Nru. 81), Maung Maung Aye (Nru. 89), Kyaw Swar Lin magħruf ukoll bħala Kyaw Swar Linn (Nru. 95), persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK (1) u fl-Anness IV għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma.
Il-Kunsill jipprevedi li jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-persuni msemmija hawn fuq b'dikjarazzjoni tar-raġunijiet emendata u/jew informazzjoni. Dawn il-persuni huma b'dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu d-dikjarazzjoni emendata prevista tar-raġunijiet għad-deżinjazzjoni tagħhom, sal-14 ta' Marzu 2025 , fl-indirizz li ġej:
|
Council of the European Union |
|
General Secretariat |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
e-mail: sanctions@consilium.europa.eu |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1571/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)