|
16.3.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
64 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2006/486/PESK
tal-11 ta’ Lulju 2006
dwar l-implimentazzjoni ta' l-Azzjoni Konġunta 2005/557/PESK dwar l-azzjoni ta’ appoġġ ċivili-militari ta’ l-Unjoni Ewropea lill-missjoni ta’ l-Unjoni Afrikana fir-reġjun tad-Darfur fis-Sudan
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/557/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(1), it-tieni subparagrafu tiegħu, flimkien mat-tieni inċiż ta' l-Artikolu 23(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fil-21 ta' Novembru 2005 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2005/806/PESK li timplimenta l-Azzjoni Konġunta 2005/557/PESK dwar l-azzjoni ta’ appoġġ ċivili-militari ta’ l-Unjoni Ewropea lill-missjoni ta’ l-Unjoni Afrikana fir-reġjun tad-Darfur fis-Sudan (2). |
|
(2) |
Sakemm issir transizzjoni tal-missjoni ta' l-Unjoni Afrikana għal operazzjoni tan-NU, l-UE għandha tkompli l-appoġġ tagħha, u skond l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2005/806/PESK l-Kunsill iddeċieda jkompli l-azzjoni ta' appoġġ ċivili-militari ta' l-Unjoni Ewropea lill-missjoni ta' l-Unjoni Afrikana fir-reġjun tad-Darfur fis-Sudan. |
|
(3) |
Fir-rigward tal-komponent ċivili l-Kunsill għandu konsegwentement jiddeċiedi dwar il-finanzjament tal-kontinwazzjoni ta' l-azzjoni ta' appoġġ. |
|
(4) |
L-azzjoni ta' appoġġ ta' l-UE għall-AMIS II se titmexxa fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiħżien u li tista’ tagħmel ħsara lill-objettivi tal-PESK kif stabbiliti fl-Artikolu 11 tat-Trattat. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-ammont ta' referenza finanzjarja stabbilit fl-Artikolu 1 (1) tad-Deċiżjoni 2005/806/PESK għandu jkopri wkoll l-infiq għall-perijodu mid-29 ta' Lulju 2006 sal-31 ta' Ottubru 2006.
Artikolu 2
Mhux iktar tard mit-30 ta' Settembru 2006 il-Kunsill għandu jevalwa jekk l-azzjoni ta' appoġġ ta' l-UE għandhiex titkompla.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussel, 11 ta’ Lulju 2006.
Għall-Kunsill
Il–President
E. HEINÄLUOMA